11.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 398/21


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1951

tal-10 ta’ Novembru 2021

li jemenda d-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti għall-konċessjonijiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tagħha,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni 2014/115/UE (2), il-Kunsill approva l-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern (3) konkluż fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Il-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern emendat (“il-Ftehim”) huwa strument plurilaterali u għandu l-għan li jiftaħ is-swieq tal-akkwist pubbliku b’mod reċiproku fost il-partijiet kontraenti tiegħu. Il-Ftehim japplika għal kwalunkwe kuntratt ta’ akkwist pubbliku b’valur li jilħaq jew li jaqbeż l-ammonti (“il-limiti”) stipulati fih u espressi bħala drittijiet speċjali ta’ prelevament.

(2)

Wieħed mill-objettivi tad-Direttiva 2014/23/UE huwa li l-entitajiet kontraenti u l-awtoritajiet kontraenti li japplikaw dik id-Direttiva jkunu jistgħu, fl-istess waqt, jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-Ftehim. Sabiex ikun żgurat li l-limitu għall-konċessjonijiet stipulat fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2014/23/UE jikkorrispondi għal-limitu għall-konċessjonjiet stabbilit fil-Ftehim, jeħtieġ li l-limitu stipulat f’dik id-Direttiva jiġi rivedut.

(3)

L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2014/23/UE jeħtieġ li kull sentejn il-limiti jiġu riveduti mill-Kummissjoni b’effett mill-1 ta’ Jannar. Għalhekk, jenħtieġ li l-limiti għas-snin 2022-2023 japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2022.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2014/23/UE tiġi emendata skont dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2014/23/UE, “EUR 5 350 000” huwa sostitwit b’“EUR 5 382 000”,

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/115/UE tat-2 ta’ Diċembru 2013 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku mill-Gvern (ĠU L 68, 7.3.2014, p. 1).

(3)  ĠU L 68, 7.3.2014, p. 2.