|
4.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 389/2 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1911
tas-27 ta’ Ottubru 2021
li jemenda l-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 fir-rigward tal-istatus ta’ ħieles mill-mard tal-Komunità Awtonoma ta’ Galicia u l-Komunità Awtonoma ta’ Principado de Asturias fi Spanja mill-infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis, li jemenda l-Anness VIII tiegħu fir-rigward tal-istatus ta’ ħieles mill-mard tal-Komunità Awtonoma ta’ Islas Baleares, il-provinċji ta’ Huelva u Sevilla u r-reġjuni ta’ Azuaga, Badajoz, Mérida, Jerez de los Caballeros u Zafra fil-provinċja ta’ Badajoz fi Spanja u r-reġjun ta’ Alentejo u d-distrett ta’ Santarém fir-reġjun ta’ Lisboa e Vale do Tejo fil-Portugall mill-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu, li jemenda l-Anness IX tiegħu fir-rigward tal-istatus ta’ ħieles mill-mard tal-gżejjer Åland fil-Finlandja mill-infestazzjoni bil-Varroa spp u li jemenda l-Anness XIII tiegħu fir-rigward tal-istatus ta’ ħieles mill-mard tad-Danimarka u tal-Finlandja fir-rigward tan-nekrożi ematopojetika infettiva
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 36(4) u 42(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-mard elenkat f’konformità mal-Artikolu 5(1) tiegħu, jistabbilixxi kif dawk ir-regoli għandhom jiġu applikati għal kategoriji differenti ta’ mard elenkat u jipprevedi wkoll l-approvazzjoni jew l-irtirar mill-Kummissjoni tal-istatus ta’ ħieles mill-mard tal-Istati Membri jew taż-żoni tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 9(1) tiegħu. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 u jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti, iż-żamma, is-sospensjoni u l-irtirar tal-istatus ta’ ħieles mill-mard. |
|
(3) |
Fl-Annessi tiegħu, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 (3) jelenka l-Istati Membri jew iż-żoni tagħhom bi status ta’ ħieles mill-mard. Fost l-oħrajn, jelenka żoni ħielsa mill-infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (Mycobacterium bovis, M.caprae u M. tuberculosis) (MTBC) fil-Parti I tal-Anness II tiegħu, żoni ħielsa mill-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) (infezzjoni bil-BTV) fil-Parti I tal-Anness VIII tiegħu, żoni ħielsa mill-infestazzjoni bil-Varroa spp. fl-Anness IX tiegħu u żoni jew kompartimenti bi status ta’ ħieles mill-mard min-nekrożi ematopojetika infettiva (IHN) fil-Parti I tal-Anness XIII tiegħu. |
|
(4) |
Is-sitwazzjoni epidemjoloġika li qed tinbidel ta’ ċertu mard wasslet għall-ħtieġa li jiġu emendati l-Annessi II, VIII, IX u XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, sabiex jiġu elenkati Stati Membri jew żoni ġodda ħielsa mill-mard u biex jitneħħew mill-lista ż-żoni fejn ġew konfermati tifqigħat ta’ mard u għalhekk il-kundizzjonijiet għaż-żamma tal-istatus ta’ ħieles mill-mard ma jibqgħux issodisfati. |
|
(5) |
Spanja ppreżentat informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħieles mill-mard mill-MTBC stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma ssodisfati fil-provinċji ta’ La Coruña, Orense u Lugo fil-Komunità Awtonoma ta’ Galicia. Pontevedra, ir-raba’ provinċja f’dik il-Komunità Awtonoma, diġà kienet elenkata bħala żona ħielsa mill-MTBC fil-Parti I tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620. Għalhekk, jenħtieġ li l-Komunità Awtonoma ta’ Galicia kollha tiġi elenkata bħala żona ħielsa mill-MTBC. |
|
(6) |
Spanja ppreżentat informazzjoni lill-Kummissjoni li turi li l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħieles mill-mard mill-MTBC stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma ssodisfati fil-Komunità Awtonoma ta’ Principado de Asturias. Għalhekk, dik il-Komunità Awtonoma għandha tiġi elenkata bħala żona ħielsa mill-MTBC. |
|
(7) |
Spanja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ infezzjoni bis-Serotip 4 tal-BTV fil-Komunità Awtonoma ta’ Islas Baleares u, sussegwentement, dwar tifqigħat addizzjonali li jaffettwaw ir-reġjuni ta’ Sierra Oriental u Sierra Occidental fil-provinċja ta’ Huelva, ir-reġjun ta’ Sierra Norte fil-provinċja ta’ Sevilla, u r-reġjuni ta’ Azuaga, Badajoz, Mérida, Jerez de los Caballeros u Zafra fil-provinċja ta’ Badajoz. Peress li l-Komunità Awtonoma ta’ Islas Baleares, ir-reġjuni ta’ Sierra Oriental u Sierra Occidental fil-provinċja ta’ Huelva, ir-reġjun ta’ Cazalla de la Sierra (Sierra Norte) fil-provinċja ta’ Sevilla u, impliċitament bħala parti mill-Komunità Awtonoma ta’ Extremadura, ir-reġjuni ta’ Azuaga, Badajoz, Mérida, Jerez de los Caballeros u Zafra huma kollha elenkati bħala żoni bi status ta’ ħieles mill-mard fil-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, jenħtieġ li dawn jitħassru minn dik il-lista. |
|
(8) |
Il-Portugall innotifika lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ta’ infezzjoni bis-Serotip 4 tal-BTV fir-reġjun ta’ Alentejo u, sussegwentement, b’tifqigħa oħra fid-distrett ta’ Santarém fir-reġjun ta’ Lisboa e Vale do Tejo. Peress li r-reġjun kollu ta’ Alentejo u d-distrett ta’ Santarém, bħala parti mill-Portugall, huma impliċitament inklużi bħala żoni bi status ta’ ħieles mill-mard fil-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, jenħtieġ li r-reġjun ta’ Alentejo u d-distrett ta’ Santarém jiġu esklużi minn dik il-lista. |
|
(9) |
Il-Finlandja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ infestazzjoni bil-Varroa spp. fil-muniċipalità ta’ Brändö fil-Gżejjer Åland. Il-Gżejjer Åland huma elenkati bħala żona bi status ta’ ħieles mill-mard fl-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620. Il-Finlandja infurmat ukoll lill-Kummissjoni li, abbażi ta’ investigazzjoni epidemjoloġika, muniċipalitajiet oħra mhumiex affettwati minn dik it-tifqigħa. Jenħtieġ li l-muniċipalità ta’ Brändö titħassar mil-lista ta’ żoni bi status ta’ ħieles mill-mard. |
|
(10) |
Id-Danimarka nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tifqigħat reċenti tal-marda akkwatika nekrożi ematopojetika infettiva (IHN) fiż-żoni tal-magħqad tal-ilma ta’ Varde Å, Kolding Å, kif ukoll fil-lag tas-sajd rikreattiv Hove Kalkgrav. Dawn iż-żoni bħalissa huma inklużi fit-territorju tad-Danimarka li huwa elenkat bħala ħieles mill-mard fil-Parti I tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620. Għalhekk, jenħtieġ li l-Parti I tal-Anness XIII tiġi emendata biex teskludi dawk iż-żoni infettati mit-territorju ħieles mill-mard tad-Danimarka. |
|
(11) |
Il-Finlandja temmet b’suċċess programm ta’ eradikazzjoni tal-IHN li kien jinkludi kompartiment f’Ii, Kuivaniemi, u l-erba’ żoni ta’ Virmasvesi, Nilakka, Saarijarvi u Pielinen, u sussegwentement għamlet dikjarazzjoni ta’ ħelsien mill-mard f’konformità mal-Artikolu 83 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, għal dak il-kompartiment u dawk iż-żoni. Għalhekk huwa xieraq li ma jibqgħux esklużi mit-territorju ħieles mill-IHN ta’ dak l-Istat Membru. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Parti I tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 tiġi emendata skont dan. |
|
(12) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi II, VIII, IX u XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 jiġu emendati skont dan. |
|
(13) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II, VIII, IX u XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ottubru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 tal-15 ta’ April 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u tal-istatus ta’ mingħajr tilqim ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat, u rigward l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal dak il-mard elenkat (ĠU L 131, 16.4.2021, p. 78).
ANNESS
L-Annessi II, VIII, IX u XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620 huma emendati kif ġej:
|
1. |
fil-parti I tal-Anness II, l-entrata għal Spanja hija sostitwita b’dan li ġej:
; |
|
2. |
fil-parti I tal-Anness VIII, l-entrata għal Spanja hija modifikata kif ġej:
|
|
3. |
fil-Parti I tal-Anness VIII, l-entrata għall-Portugall hija sostitwita b’dan li ġej:
; |
|
4. |
Fl-Anness IX, l-entrata għall-Finlandja hija sostitwita b’dan li ġej:
; |
|
5. |
fil-Parti I tal-Anness XIII, l-entrata għad-Danimarka hija sostitwita b’dan li ġej:
; |
|
6. |
fil-Parti I tal-Anness XIII, l-entrata għall-Finlandja hija sostitwita b’dan li ġej:
. |