|
3.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 387/120 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1902
tad-29 ta’ Ottubru 2021
li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-użu ta’ ċerti sustanzi kklassifikati bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni fil-prodotti kożmetiċi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1), u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 15(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jipprevedi klassifikazzjoni armonizzata tas-sustanzi bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR) abbażi ta’ valutazzjoni xjentifika mwettqa mill-Kumitat dwar il-Valutazzjoni tar-Riskji tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi. Is-sustanzi huma kklassifikati bħala sustanzi CMR tal-kategorija 1A, sustanzi CMR tal-kategorija 1B jew sustanzi CMR tal-kategorija 2 skont il-livell tal-evidenza tal-proprjetajiet CMR tagħhom. |
|
(2) |
L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jipprevedi li huwa pprojbit li s-sustanzi kklassifikati bħala sustanzi CMR tal-kategorija 1A, tal-kategorija 1B jew tal-kategorija 2 fil-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 (sustanzi CMR) jintużaw fil-prodotti kożmetiċi. Madankollu, sustanza CMR tista’ tintuża fil-prodotti kożmetiċi meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-Artikolu 15(1) jew fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. |
|
(3) |
Sabiex tiġi implimentata b’mod uniformi l-projbizzjoni tas-sustanzi CMR fis-suq intern, ħalli tkun żgurata ċ-ċertezza tad-dritt, b’mod partikolari għall-operaturi ekonomiċi u għall-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, u sabiex jiġi żgurat livell għoli tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, jenħtieġ li s-sustanzi CMR kollha jiġu inklużi fil-lista ta’ sustanzi pprojbiti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u, fejn rilevanti, jitħassru mil-listi ta’ sustanzi ristretti jew awtorizzati fl-Annessi III u VI ta’ dak ir-Regolament. Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-Artikolu 15(1) jew fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jiġu ssodisfati, jenħtieġ li l-listi ta’ sustanzi ristretti jew awtorizzati fl-Annessi III sa VI ta’ dak ir-Regolament jiġu emendati kif xieraq. |
|
(4) |
Dan ir-Regolament ikopri s-sustanzi kklassifikati bħala sustanzi CMR mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1182 (3), li se jibda japplika mill-1 ta’ Marzu 2022. |
|
(5) |
Fil-11 ta’ April 2019, tressqet talba biex issir eċċezzjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(2) rigward l-użu bħala ingredjent kontra l-brija tas-sustanza (T-4)- bis[1-(idrossi-kappa.O)piridina-2(1H)-tijonato-kappa.S]żingu, taħt l-isem tan-Nomenklatura Internazzjonali tal-Ingredjenti Kożmetiċi, Zinc Pyrithione, li ġiet ikklassifikata bħala sustanza CMR tal-kategorija 1B (Tossika għar-Riproduzzjoni), fil-prodotti tax-xagħar li jitlaħalħu, b’konċentrazzjoni sa 1 %. Ma saritx talba oħra biex issir eċċezzjoni għal użu ieħor taż-Zinc Pyrithione. |
|
(6) |
Attwalment, is-sustanza Zinc Pyrithione hija elenkata fl-annotazzjoni 8 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 bħala preżervattiv fil-prodotti tax-xagħar li jitlaħalħu b’konċentrazzjoni sa 1 %, u fi prodotti oħrajn li jitlaħalħu li mhumiex prodotti tal-iġjene orali b’konċentrazzjoni sa 0,5 %. Iż-Zinc Pyrithione hija elenkata wkoll fl-annotazzjoni 101 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 bħala sustanza ristretta, permessa biss meta tintuża għal skopijiet oħra għajr il-preservazzjoni, fi prodotti tax-xagħar li ma jitlaħalħux b’konċentrazzjoni sa 0,1 %. |
|
(7) |
F’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, is-sustanzi CMR tal-kategorija 1A jew 1B jistgħu jintużaw fil-prodotti kożmetiċi b’eċċezzjoni meta jkunu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, fosthom il-kundizzjoni li ma jkunux jeżistu sustanzi alternattivi addattati, skont id-dokumentazzjoni li tkun saret waqt analiżi tal-alternattivi, u l-kundizzjoni li s-sustanza tkun ġiet evalwata mill-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumaturi (SCCS) u jkun instab li mhijiex perikoluża. |
|
(8) |
Fl-opinjoni tiegħu tat-3 u l-4 ta’ Marzu 2020 (4) l-SCCS ikkonkluda li ż-Zinc Pyrithione tista’ titqies li hija sikura meta tintuża bħala ingredjent kontra l-brija f’prodotti tax-xagħar li jitlaħalħu b’konċentrazzjoni massima ta’ 1 %. Madankollu, billi ma ġiex stabbilit li ma teżisti l-ebda sustanza xierqa alternattiva li tista’ tintuża bħala ingredjent kontra l-brija fil-prodotti tax-xagħar li jitlaħalħu, jenħtieġ li ż-Zinc Pyrithione titħassar mil-lista tas-sustanzi ristretti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 kif ukoll mil-lista tal-preżervattivi li jistgħu jintużaw fil-prodotti kożmetiċi fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament. Jenħtieġ ukoll li tiżdied mal-lista ta’ sustanzi pprojbiti fil-prodotti kożmetiċi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009. |
|
(9) |
Għajr din it-talba għaż-Zinc Pyrithione, ma tressqitx talba oħra biex issir eċċezzjoni ħalli xi sustanza oħra kklassifikata bħala sustanza CMR skont ir-Regolament Delegat (UE) 1272/2008 bir-Regolament (UE) 2020/1182 tintuża fil-prodotti kożmetiċi. Għaldaqstant, is-sustanzi CMR li mhumiex diġà elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jenħtieġ li jiżdiedu mal-lista f’dak l-Anness tas-sustanzi pprojbiti fil-prodotti kożmetiċi. |
|
(10) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jiġi emendat skont dan. |
|
(11) |
L-emendi għar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huma bbażati fuq il-klassifikazzjonijiet tas-sustanzi rilevanti bħala sustanzi CMR permezz tar-Regolament Delegat (UE) 2020/1182 u għalhekk jenħtieġ li japplikaw mill-istess data ta’ dawk il-klassifikazzjonijiet. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II, III, u V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1182 tad-19 ta’ Mejju 2020 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, il-Parti 3 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u tat-taħlitiet (ĠU L 261, 11.8.2020, p. 2).
(4) SCCS Opinion on Zinc Pyrithione (ZPT) (CAS No 13463-41-7) – Submission III - SCCS/1614/19.
ANNESS
L-Annessi II, III u V huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness II, jiżdiedu l-annotazzjonijiet li ġejjin:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
il-punt (2) fl-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3) |
l-Anness V huwa emendat kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||