27.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 380/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1880

tas-26 ta’ Ottubru 2021

li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Pollakka tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni u imposti fl-Ajru Uniku Ewropew

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(6) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta’ servizz) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni bil-lingwa Pollakka tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/317 (3) fiha żbalji li jaffettwaw il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ġejjin: fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 14(1), u fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 15(1) fir-rigward tal-kriterju tal-valutazzjoni tal-konsistenza fuq miri ta’ prestazzjoni; fl Artikolu 21(3) fir-rigward tal-kundizzjoni ta’ żona speċifika ta' imposti fit-terminal ikkonċernata; it-tielet subparagrafu, tal-Artikolu 22(5), is-sentenza introduttorja fir-rigward taż-żoni tal-imposti li għalihom huma stabbiliti l-kostijiet id-determinati; fit-tieni sentenza tal-Artikolu 22(7), fir-rigward tal-obbligu tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali li jeżaminaw id-dokumenti tal-kontabbilita’ rilevanti; fl-Anness I, Taqsima 1, punt 2.1(c), punt 2.2(a)(iii) u punt 2.2(b)(iv), fir-rigward tal-punti ta’ dħul jew ħruġ li jintużaw għall-kalkolu ta’ indikaturi meta titjira titlaq minn jew tasal f’ajruport barra mill-ispazju tal-ajru Ewropew; fl-Anness I, Taqsima 1, punt 3.1(b) fir-rigward tad-definizzjoni ta’ “ħin ikkalkulat għat-tlugħ”; fl-Anness I, Taqsima 2, punt 1.2(d) fir-rigward tar-rata ta’ ksur tas-separazzjoni minima fl-ispazju tal-ajru; fl-Anness I, Taqsima 2, punt 2.1(b) u punt 2.2(b)(iii) fir-rigward tad-definizzjoni tal-“parti en route”; fl-Anness II, punt 3.3(e), Anness IV, punt 2.1(d)(iii), Anness VII, Tabella 1, punti 3 u 3.4, Anness VII, punt 2.1(i) u Anness XI, punt 1.2(f) fir-rigward tal-kalkolu tal-kost tal-kapital; fl-Anness IV, punt 1.3 rigward il-valuri referenzjarji; fl-Anness VI, punt 1.2(d) u punt 2.1(d) fir-rigward tal-iskop tat-tendenza tar-rapportaġġ tal-obbligi; fl-Anness VI, punt 2.1(a), it-tieni paragrafu fir-rigward tat-tip ta’ data koperta mill-eċċezzjoni; fl-Anness XIII, punt 1.1(a) fir-rigward tal-valuri ta’ referenza li jinformaw l-valur talpern; kif ukoll fl-Anness XIII, fl-ewwel subparagrafu tal-punt 2.1(a) u fl-ewwel subparagrafu tal-punt 2.1(b) fir-rigward tal-kundizzjoni tal-kalkulazzjoni tal-vantaġġ u l-żvantaġġ finanzjarju.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjoni tal-lingwa Pollakka tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317 tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ottubru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 tal-11 ta’ Frar 2019 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni u imposti fl-Ajru Uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013 (ĠU L 56, 25.2.2019, p. 1).