21.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 373/76


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1842

tal-20 ta’ Ottubru 2021

li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għal flupyradifurone u l-aċidu difluworoaċetiku f’ċerti prodotti jew fuqhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-livelli massimi ta’ residwi (MRLs) għall-flupyradifurone u għall-aċidu difluworoaċetiku ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(2)

Fil-kuntest ta’ proċedura għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva flupyradifurone fuq il-frawli, iż-żebbuġ tal-mejda, il-bamja, il-pastard, il-brokkoli, il-kaboċċi ta’Brussell, il-kaboċċi kkapoċċati, il-kales, il-ġdur, “il-ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata”, “l-ispinaċi u weraq simili”, “il-ħxejjex aromatiċi u l-fjuri li jittieklu”, il-fażola, il-piżelli, iż-żerriegħa tal-lift, iż-żerriegħa tal-mustarda u ż-żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt, inbagħtet applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 għall-modifika tal-MRLs eżistenti għall-flupyradifurone u għall-prodott metaboliku ewlieni tiegħu, l-aċidu difluworaċetiku.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 6(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, tressqet applikazzjoni għat-tolleranzi għall-importazzjoni tal-flupyradifurone użat fl-Istati Uniti fuq il-frott taċ-ċitru, il-bajtar tax-xewk, iż-żerriegħa tal-qoton, il-qamħirrum ħelu, ix-xgħir, il-qamħirrum, is-sorgu u l-qamħ, fl-Istati Uniti u fil-Kanada fuq il-ġewż tas-siġar, il-frott taż-żerriegħa, l-għeneb, il-mirtilli, “il-ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi”, it-tadam, il-bżar ħelu, il-brunġiel, il-bettieħ, il-krafes, l-għads, il-karawett, il-fażola tas-sojja u l-ħops, fil-Brażil fuq il-kafena, u fil-Ghana u fil-Kosta tal-Avorju fuq iż-żerriegħa tal-kawkaw. L-applikanti jistqarru li l-użi awtorizzati ta’ dik is-sustanza fuq dawn l-għelejjel f’dawk il-pajjiżi jwasslu għal residwi li jeċċedu l-MRLs li hemm fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għall-flupyradifurone u għall-aċidu difluworoaċetiku u li hemm bżonn ta’ MRLs ogħla biex ma jkunx hemm ostakli għall-kummerċ fl-importazzjoni ta’ dawk l-għelejjel.

(4)

Fil-kuntest ta’ dawn l-applikazzjonijiet, l-applikant issottometta lill-Istat Membru relatur, in-Netherlands, l-istudji addizzjonali fuq il-post tal-għelejjel tan-newba u l-istudji dwar l-għalf tal-bhejjem sad-data ta’ skadenza stabbilita skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/486 (2).

(5)

F’konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, dawk l-applikazzjonijiet ġew evalwati min-Netherlands u r-rapporti ta’ evalwazzjoni ntbagħtu lill-Kummissjoni.

(6)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ivvalutat l-applikazzjonijiet u r-rapporti ta’ evalwazzjoni, u b’mod partikolari eżaminat ir-riskji għall-konsumaturi u, fejn rilevanti, għall-annimali, u tat l-opinjonijiet motivati tagħha dwar l-MRLs proposti (3). L-Awtorità għaddiet dawn l-opinjonijiet lill-applikanti, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u poġġiethom għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(7)

Fir-rigward tal-flupyradifurone fil-bajtar tax-xewk, fil-bettieħ, fit-tadam u fil-ħops, l-Awtorità kkonkludiet li d-data mressqa ma kinitx biżżejjed biex jiġu stabbiliti MRLs ġodda. Fir-rigward tal-flupyradifurone fil-krafes, ma setax jiġi eskluż tħassib dwar il-konsum akut. Fir-rigward tal-applikazzjonijiet kollha l-oħra, l-Awtorità kkonkludiet li r-rekwiżiti kollha fir-rigward tad-data ġew issodisfati, u li abbażi tal-valutazzjoni tal-esponiment tal-konsumaturi għal 27 grupp speċifiku Ewropew tal-konsumaturi, il-modifiki lill-MRLs mitluba mill-applikanti kienu aċċettabbli mil-lat tas-sikurezza tal-konsumaturi. L-Awtorità qieset l-aktar tagħrif riċenti dwar il-karatteristiċi tossikoloġiċi tas-sustanzi. La l-esponiment tul il-ħajja għal dawk is-sustanzi permezz tal-konsum tal-prodotti kollha tal-ikel li jista’ jkun fihom dawn is-sustanzi, u lanqas l-esponiment għal perjodu qasir minħabba konsum kbir tal-prodotti rilevanti ma wrew li hemm riskju li tinqabeż id-doża aċċettabbli ta’ kuljum jew id-doża akuta ta’ referenza.

(8)

Wara l-valutazzjoni tal-istudji addizzjonali fuq il-post tal-għelejjel tan-newba u l-istudji dwar l-għalf tal-bhejjem, l-Awtorità rrakkomandat li l-MRLs eżistenti għall-flupyradifurone u għall-aċidu difluworoaċetiku fl-għelejjel tan-newba u fil-prodotti li joriġinaw mill-annimali jiżdiedu, jitbaxxew jew jibqgħu l-istess. B’mod partikolari, l-Awtorità ssuġġeriet li jitbaxxew l-MRLs għall-flupyradifurone fil-weraq tal-dwieli u għall-aċidu difluworoaċetiku fil-qamħirrum, fiż-żerriegħa tal-kawkaw u fil-fwied tal-ħnieżer. Dawn l-MRLs jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 fil-livelli eżistenti jew fil-livelli identifikati mill-Awtorità.

(9)

Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti tas-suġġett ikkunsidrat, il-modifiki rispettivi tal-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(10)

Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-kummenti tagħhom tqiesu.

(11)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat skont dan.

(12)

Biex ikunu jistgħu jkomplu jsiru l-kummerċjalizzazzjoni, l-ipproċessar u l-konsum normali tal-prodotti, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi miżura tranżizzjonali għall-prodotti li ġew prodotti qabel ma ġew immodifikati l-MRLs u li l-informazzjoni dwarhom turi li nżamm livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi.

(13)

Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs modifikati, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju ruħhom ħalli jkunu jistgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs.

(14)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat b’dan ir-Regolament għandu jibqa’ japplika għall-flupyradifurone fil-weraq tad-dwieli u għall-aċidu difluworoaċetiku fil-qamħirrum, fiż-żerriegħa tal-kawkaw u fil-fwied tal-ħnieżer, għall-prodotti li ġew prodotti fl-Unjoni jew li ġew importati fl-Unjoni qabel l-10 ta’ Mejju 2022.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-10 ta’ Mejju 2022 fir-rigward tal-MRLs għall-flupyradifurone fil-weraq tad-dwieli u għall-aċidu difluworoaċetiku fil-qamħirrum, fiż-żerriegħa tal-kawkaw u fil-fwied tal-ħnieżer.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ottubru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/486 tad-29 ta’ Marzu 2016 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’residwi għaċ-ċjażofammid, għaċ-ċiklossidim, għall-aċidu diflworoaċetiku, għall-fenossikarb, għall-flumetralin, għall-fluwopikolid, għall-flupiradifuron, għall-flussapirossad, għall-kreżoksim-metil, għall-mandestrobin, għall-mepanipirim, għall-metalassil-M, għall-pendimetalin, u għat-teflutrina f’ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU L 90, 6.4.2016, p. 1).

(3)  Ir-rapporti xjentifiċi tal-EFSA disponibbli online: http://www.efsa.europa.eu:

Reasoned opinion on the setting of import tolerances, modification of existing maximum residue levels and evaluation of confirmatory data following the Article 12 MRL review for flupyradifurone and DFA. EFSA Journal 2020;18(6):6133.

Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue levels for flupyradifurone and DFA in rapeseeds/canola seeds and mustard seeds. EFSA Journal 2020;18(11):6298.

Reasoned opinion on the modification of the existing maximum residue levels for flupyradifurone and DFA in okra/lady’s finger. EFSA Journal 2021;19(5):6581.


ANNESS

L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness II, jiżdiedu l-kolonni li ġejjin għall-aċidu difluworoaċetiku u għal flupyradifurone:

"Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tar-residwi (mg/kg)

Numru tal-kodiċi

Gruppi u eżempji tal-prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs  (1)

Aċidu difluworoaċetiku (DFA)

Flupyradifurone

(1)

(2)

(3)

(4)

0100000

FROTT, FRISK jew IFFRIŻAT; ĠEWŻ TAS-SIĠAR

 

 

0110000

Frott taċ-ċitru

 

 

0110010

Grejpfrut

0,05

3

0110020

Larinġ

0,05

3

0110030

Lumi

0,05

1,5

0110040

Xkomp

0,05

1,5

0110050

Mandolin

0,05

1,5

0110990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)

0,01  (*1)

0120000

Ġewż tas-siġar

0,04

0,02

0120010

Lewż

 

 

0120020

Ġewż tal-Brażil

 

 

0120030

Ġewż tal-anakardju

 

 

0120040

Qastan

 

 

0120050

Ġewż tal-Indi

 

 

0120060

Ġellewż

 

 

0120070

Macadamia

 

 

0120080

Ġewż Amerikan

 

 

0120090

Qlub tal-ġewż tal-arżnu

 

 

0120100

Pistaċċi

 

 

0120110

Ġewż

 

 

0120990

Oħrajn (2)

 

 

0130000

Pomu

0,2

0,6

0130010

Tuffieħ

 

 

0130020

Lanġas

 

 

0130030

Sfarġel

 

 

0130040

Naspli

 

 

0130050

Naspli tal-Ġappun

 

 

0130990

Oħrajn (2)

 

 

0140000

Frott tal-għadma

0,02  (*1)

0,01  (*1)

0140010

Berquq

 

 

0140020

Ċiras (ħelu)

 

 

0140030

Ħawħ

 

 

0140040

Għanbaqar

 

 

0140990

Oħrajn (2)

 

 

0150000

Kukku u frott żgħir ieħor

 

 

0151000

(a)

għeneb

0,15

3

0151010

Għeneb tal-mejda

 

 

0151020

Għeneb għall-inbid

 

 

0152000

(b)

frawli

0,3

0,4

0153000

(c)

frott tal-kannamiela

 

 

0153010

Tut

0,07

1,5

0153020

Tut salvaġġ

0,02  (*1)

0,01  (*1)

0153030

Lampun (aħmar u isfar)

0,07

1,5

0153990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)

0,01  (*1)

0154000

(d)

frott żgħir u kukku oħrajn

 

 

0154010

Mirtill

0,05

4

0154020

Cranberries

0,02  (*1)

0,01  (*1)

0154030

Ribes (ħamra, sewda u bajda)

0,02  (*1)

0,01  (*1)

0154040

Ribes bix-xewk (ħodor, ħomor u sofor)

0,02  (*1)

0,01  (*1)

0154050

Warda skoċċiża

0,02  (*1)

0,01  (*1)

0154060

Ċawsli (iswed u abjad)

0,02  (*1)

0,01  (*1)

0154070

Għanżalor/naspli tal-Mediterran

0,02  (*1)

0,01  (*1)

0154080

Frott tas-sebuqa

0,02  (*1)

0,01  (*1)

0154990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)

0,01  (*1)

0160000

Frott ta' diversi tipi bl-affarijiet li ġejjin:

 

 

0161000

(a)

b’qoxra li tittiekel

 

 

0161010

Tamal

0,02  (*1)

0,01  (*1)

0161020

Tin

0,02  (*1)

0,01  (*1)

0161030

Żebbuġ tal-mejda

0,15

5

0161040

Larinġ tal-qsari

0,02  (*1)

0,01  (*1)

0161050

Karambola

0,02  (*1)

0,01  (*1)

0161060

Kaki

0,02  (*1)

0,01  (*1)

0161070

Għanbaqar ta' Ġava

0,02  (*1)

0,01  (*1)

0161990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)

0,01  (*1)

0162000

(b)

b’qoxra li ma tittikilx, u żgħir

0,02  (*1)

0,01  (*1)

0162010

Frott tal-Kiwi (aħdar, aħmar, isfar)

 

 

0162020

Liċċi

 

 

0162030

Frott tal-passjoni

 

 

0162040

Bajtar tax-xewk

 

 

0162050

Tuffieħ stilla

 

 

0162060

Frott tal-kaki tal-Virġinja

 

 

0162990

Oħrajn (2)

 

 

0163000

(c)

b’qoxra li ma tittikilx, u kbir

0,02  (*1)

0,01  (*1)

0163010

Avokado

 

 

0163020

Banana

 

 

0163030

Mango

 

 

0163040

Papaja

 

 

0163050

Rummien

 

 

0163060

Ċerimoja

 

 

0163070

Gwava

 

 

0163080

Ananas

 

 

0163090

Frotta tas-siġra tal-ħobż

 

 

0163100

Durian

 

 

0163110

Il-frotta tal-annona

 

 

0163990

Oħrajn (2)

 

 

0200000

ĦAXIX, FRISK JEW IFFRIŻAT

 

 

0210000

Ħxejjex tal-għeruq u tat-tuberi

 

 

0211000

(a)

patata

0,2

0,05

0212000

(b)

ħxejjex tropikali tal-għeruq u tat-tuberi

0,2

0,05

0212010

Għeruq tal-kassava

 

 

0212020

Patata ħelwa

 

 

0212030

Jammijiet

 

 

0212040

Ararut

 

 

0212990

Oħrajn (2)

 

 

0213000

(c)

ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitravi ħelwa

0,4

0,9

0213010

Pitravi

 

 

0213020

Zunnarija

 

 

0213030

Celeriac/Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi

 

 

0213040

Għeruq tal-mustarda

 

 

0213050

Artiċokks

 

 

0213060

Zunnarija bajda

 

 

0213070

Tursin ta' Hamburg

 

 

0213080

Ravanell

 

 

0213090

Leħjet il-bodbod

 

 

0213100

Swedes

 

 

0213110

Lift

 

 

0213990

Oħrajn (2)

 

 

0220000

Ħxejjex tal-basla

0,15

0,01  (*1)

0220010

Tewm

 

 

0220020

Basal

 

 

0220030

Xalotti

 

 

0220040

Basal tar-Rebbiegħa/basal aħdar u basal ta’ Wales

 

 

0220990

Oħrajn (2)

 

 

0230000

Ħxejjex tal-frott

 

 

0231000

(a)

Ħxejjex tal-frott tal-familja tas-Solanaceae u tal-familja tal-Malvaceae

 

 

0231010

Tadam

0,4

0,7

0231020

Bżar ħelu

0,9

0,9

0231030

Brunġiel

0,9

1

0231040

Bamja

0,4

0,9

0231990

Oħrajn (2)

0,15

0,01  (*1)

0232000

(b)

kukurbiti b'qoxra li tittiekel

0,7

0,6

0232010

Ħjar

 

 

0232020

Ħjar tal-pikles

 

 

0232030

Zukkini

 

 

0232990

Oħrajn (2)

 

 

0233000

(c)

kukurbiti b’qoxra li ma tittikilx

 

 

0233010

Bettieħ

0,3

0,01  (*1)

0233020

Qara’ aħmar

0,3

0,01  (*1)

0233030

Dulliegħ

0,15

0,15

0233990

Oħrajn (2)

0,15

0,01  (*1)

0234000

(d)

qamħirrum ħelu

0,2

0,05

0239000

(e)

ħxejjex tal-frott oħrajn

0,15

0,01  (*1)

0240000

Ħxejjex tal-Brassika (minbarra l-għeruq tal-brassika u l-ħxejjex tal-brassika tal-weraq żgħir)

 

 

0241000

(a)

Brassika li tagħmel il-fjuri

0,7

0,6

0241010

Brokkli

 

 

0241020

Pastard

 

 

0241990

Oħrajn (2)

 

 

0242000

(b)

kaboċċi kkapoċċati

 

 

0242010

Kaboċċi ta' Brussell/kaboċċi taz-zokk

0,4

0,09

0242020

Kaboċċa kkapoċċati

0,4

0,3

0242990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)

0,01  (*1)

0243000

(c)

brassika bil-weraq

 

 

0243010

Kaboċċi Ċiniżi

0,02  (*1)

0,01  (*1)

0243020

Kaboċċi (“kales”)

0,6

5

0243990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)

0,01  (*1)

0244000

(d)

ġdur

0,4

0,09

0250000

Ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

 

 

0251000

(a)

ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata

 

 

0251010

Ħass tal-ħaruf/ Insalata tal-qamħ

0,3

6

0251020

Ħass

0,2

6

0251030

Skalora/indivja bil-weraq wesgħin

0,08

0,07

0251040

Krexxuni u nebbieta u rimi oħrajn

0,3

6

0251050

Krexxuni tal-art

0,3

6

0251060

Aruka

0,3

6

0251070

Mustarda ħamra

0,3

6

0251080

Ħxejjex tal-weraq żgħir (fosthom l-ispeċijiet tal-brassika)

0,3

6

0251990

Oħrajn (2)

0,3

6

0252000

(b)

spinaċi u weraq simili

0,3

6

0252010

Spinaċi

 

 

0252020

Burdlieq

 

 

0252030

Weraq tas-selq

 

 

0252990

Oħrajn (2)

 

 

0253000

(c)

weraq tad-dwieli u speċijiet simili

0,04

0,01  (*1)

0254000

(d)

krexxuni

0,08

0,07

0255000

(e)

ċikwejra

0,08

0,07

0256000

(f)

ħxejjex aromatiċi u fjuri li jittieklu

0,3

6

0256010

Maxxita

 

 

0256020

Kurrat selvaġġ

 

 

0256030

Weraq tal-karfus

 

 

0256040

Tursin

 

 

0256050

Salvja

 

 

0256060

Klin

 

 

0256070

Timu

 

 

0256080

Ħabaq u fjuri li jittieklu

 

 

0256090

Weraq tar-rand

 

 

0256100

Stregun

 

 

0256990

Oħrajn (2)

 

 

0260000

Legumi

 

 

0260010

Fażola (bl-imżiewed)

0,9

0,5

0260020

Fażola (bla mżiewed)

1

0,4

0260030

Piżelli (bl-imżiewed)

0,9

0,5

0260040

Piżelli (bla mżiewed)

1

0,4

0260050

Għads

1

0,4

0260990

Oħrajn (2)

0,4

0,01  (*1)

0270000

Ħxejjex biz-zokk

0,2

0,01  (*1)

0270010

Spraġ

 

 

0270020

Kardun

 

 

0270030

Krafes

 

 

0270040

Bużbież ta' Firenze

 

 

0270050

Qaqoċċ

 

 

0270060

Kurrat

 

 

0270070

Rabarbru

 

 

0270080

Rimi tal-pjanta tal-bambu

 

 

0270090

Qlub tal-palm

 

 

0270990

Oħrajn (2)

 

 

0280000

Faqqiegħ, ħażiż u likeni

0,02  (*1)

0,01  (*1)

0280010

Faqqiegħ ikkultivat

 

 

0280020

Faqqiegħ salvaġġ

 

 

0280990

Ħażiż u likeni

 

 

0290000

Alka u organiżmi prokarjoti

0,02  (*1)

0,01  (*1)

0300000

BUS U ĦEMES

3

3

0300010

Fażola

 

 

0300020

Għads

 

 

0300030

Piżelli

 

 

0300040

Lupini/fażola tal-lupini

 

 

0300990

Oħrajn (2)

 

 

0400000

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

 

 

0401000

Żrieragħ taż-żejt

 

 

0401010

Żerriegħa tal-kittien

0,05

0,01  (*1)

0401020

Karawett

0,06

0,04

0401030

Żerriegħa tal-peprin

0,05

0,01  (*1)

0401040

Ġulġlien

0,05

0,01  (*1)

0401050

Żerriegħa tal-ġirasol

0,05

0,01  (*1)

0401060

Żerriegħa tal-lift

0,3

0,3

0401070

Fażola tas-sojja

0,7

1,5

0401080

Żerriegħa tal-mustarda

0,3

0,3

0401090

Żerriegħa tal-qoton

0,08

0,8

0401100

Żerriegħa tal-qara’ aħmar

0,05

0,01  (*1)

0401110

Żrieragħ tal-għosfor

0,05

0,01  (*1)

0401120

Żerriegħa tal-fiddloqom

0,05

0,01  (*1)

0401130

Żerriegħa tal-camelina sativa

0,05

0,01  (*1)

0401140

Qannebusa

0,05

0,01  (*1)

0401150

Fażola tar-riġnu

0,05

0,01  (*1)

0401990

Oħrajn (2)

0,05

0,01  (*1)

0402000

Frott taż-żejt

 

 

0402010

Żebbuġ maħsub għall-produzzjoni taż-żejt

0,15

5

0402020

Qlub tal-palm taż-żejt

0,02  (*1)

0,01  (*1)

0402030

Il-frott tal-palm taż-żejt

0,02  (*1)

0,01  (*1)

0402040

Kapok

0,02  (*1)

0,01  (*1)

0402990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)

0,01  (*1)

0500000

ĊEREALI

 

 

0500010

Xgħir

0,8

3

0500020

Qamħ saraċin u ċereali foloz oħrajn

0,3

0,01  (*1)

0500030

Qamħirrum

0,1

0,02

0500040

Millieġ komuni

0,3

0,01  (*1)

0500050

Ħafur

0,3

0,01  (*1)

0500060

Ross

0,3

0,01  (*1)

0500070

Segala

0,3

0,01  (*1)

0500080

Sorgu

0,3

3

0500090

Qamħ

1,5

1

0500990

Oħrajn (2)

0,3

0,01  (*1)

0600000

TEJIET, KAFÈ, INFUŻJONIJIET ERBALI, KAWKAW U ĦARRUB

 

 

0610000

Tejiet

0,1  (*1)

0,05  (*1)

0620000

Kafeni

0,2

1

0630000

Infużjonijiet erbali mill-affarijiet li ġejjin:

 

0,05  (*1)

0631000

(a)

mill-fjuri

0,1  (*1)

 

0631010

Kamumella

 

 

0631020

Ibisku

 

 

0631030

Ward

 

 

0631040

Ġiżimin

 

 

0631050

Tilju

 

 

0631990

Oħrajn (2)

 

 

0632000

(b)

mill-weraq u mill-ħxejjex aromatiċi

0,1  (*1)

 

0632010

Frawla

 

 

0632020

Rooibos

 

 

0632030

Matè/Te tal-Paragwaj

 

 

0632990

Oħrajn (2)

 

 

0633000

(c)

mill-għeruq

0,1  (*1)

 

0633010

Valerjana

 

 

0633020

Ġinseng

 

 

0633990

Oħrajn (2)

 

 

0639000

(d)

minn kull parti oħra tal-pjanta

 

 

0640000

Żerriegħa tal-Kawkaw

0,06

0,05  (*1)

0650000

Ħarrub

0,1  (*1)

0,05  (*1)

0700000

ĦOPS

0,3

4

0800000

ĦWAWAR

 

 

0810000

Ħwawar taż-żerriegħa

0,1  (*1)

0,05  (*1)

0810010

Ħlewwa

 

 

0810020

Kemmun iswed

 

 

0810030

Karfus

 

 

0810040

Kosbor

 

 

0810050

Kemmun

 

 

0810060

Xibt

 

 

0810070

Bużbież

 

 

0810080

Fienu

 

 

0810090

Noċemuskata

 

 

0810990

Oħrajn (2)

 

 

0820000

Ħwawar tal-frott

0,1  (*1)

0,05  (*1)

0820010

Bżar tal-Ġamajka/piment

 

 

0820020

Bżar tas-Sichuan

 

 

0820030

Karwija

 

 

0820040

Kardamomu

 

 

0820050

Frott tal-ġnibru

 

 

0820060

Boċċi tal-bżar (suwed, ħodor u bojod)

 

 

0820070

Vanilja

 

 

0820080

Tamar tal-Indja/tamarindi

 

 

0820990

Oħrajn (2)

 

 

0830000

Ħwawar tal-qoxra tas-siġar

0,1  (*1)

0,05  (*1)

0830010

Kannella

 

 

0830990

Oħrajn (2)

 

 

0840000

Ħwawar tal-għeruq u tar-riżomi

 

 

0840010

Għud is-sus

0,1  (*1)

0,05  (*1)

0840020

Ġinġer (10)

 

 

0840030

Żagħfran tal-Indja/kurkuma

0,1  (*1)

0,05  (*1)

0840040

Għerq tal-mustarda (11)

 

 

0840990

Oħrajn (2)

0,1  (*1)

0,05  (*1)

0850000

Ħwawar tal-blanzuni

0,1  (*1)

0,05  (*1)

0850010

Imsiemer tal-qronfol

 

 

0850020

Kappar

 

 

0850990

Oħrajn (2)

 

 

0860000

Il-ħwawar ta' qalb il-fjura

0,1  (*1)

0,05  (*1)

0860010

Żagħfran

 

 

0860990

Oħrajn (2)

 

 

0870000

Ħwawar tal-aril

0,1  (*1)

0,05  (*1)

0870010

Il-qoxra ta’ barra tan-noċemuskata

 

 

0870990

Oħrajn (2)

 

 

0900000

PJANTI TAZ-ZOKKOR

0,02  (*1)

0,01  (*1)

0900010

Pitravi ħelu

 

 

0900020

Kannamieli

 

 

0900030

Għeruq taċ-Ċikwejra

 

 

0900990

Oħrajn (2)

 

 

1000000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ANNIMALI TERRESTRI

 

 

1010000

Prodotti bażiċi mill-affarijiet li ġejjin:

 

 

1011000

(a)

mill-ħnieżer

 

 

1011010

Muskoli

0,15

0,03

1011020

Xaħam

0,1

0,015

1011030

Fwied

0,09

0,08

1011040

Kliewi

0,2

0,09

1011050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,2

0,09

1011990

Oħrajn (2)

0,2

0,09

1012000

(b)

mill-annimali bovini

 

 

1012010

Muskoli

0,4

0,3

1012020

Xaħam

0,5

0,2

1012030

Fwied

0,4

1

1012040

Kliewi

0,5

1

1012050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,5

1

1012990

Oħrajn (2)

0,5

1

1013000

(c)

min-nagħaġ

 

 

1013010

Muskoli

0,2

0,3

1013020

Xaħam

0,15

0,2

1013030

Fwied

0,15

1

1013040

Kliewi

0,3

1

1013050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,3

1

1013990

Oħrajn (2)

0,3

1

1014000

(d)

mill-mogħoż

 

 

1014010

Muskoli

0,2

0,3

1014020

Xaħam

0,15

0,2

1014030

Fwied

0,15

1

1014040

Kliewi

0,3

1

1014050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,3

1

1014990

Oħrajn (2)

0,3

1

1015000

(e)

mill-ekwini

 

 

1015010

Muskoli

0,4

0,3

1015020

Xaħam

0,5

0,2

1015030

Fwied

0,4

1

1015040

Kliewi

0,5

1

1015050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,5

1

1015990

Oħrajn (2)

0,5

1

1016000

(f)

mill-pollam

 

0,01  (*1)

1016010

Muskoli

0,15

 

1016020

Xaħam

0,03

 

1016030

Fwied

0,3

 

1016040

Kliewi

0,02  (*1)

 

1016050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,02  (*1)

 

1016990

Oħrajn (2)

0,02  (*1)

 

1017000

(g)

minn annimali terrestri mrobbijin oħrajn

 

 

1017010

Muskoli

0,4

0,3

1017020

Xaħam

0,5

0,2

1017030

Fwied

0,4

1

1017040

Kliewi

0,5

1

1017050

Ġewwieni li jittiekel (minbarra l-fwied u l-kliewi)

0,5

1

1017990

Oħrajn (2)

0,5

1

1020000

Ħalib

 

 

1020010

Bhejjem tal-ifrat

0,07

0,15

1020020

Nagħaġ

0,03

0,15

1020030

Mogħoż

0,03

0,15

1020040

Żwiemel

0,03

0,01  (*1)

1020990

Oħrajn (2)

0,03

0,01  (*1)

1030000

Bajd tal-għasafar

0,1

0,01  (*1)

1030010

Tiġieġ

 

 

1030020

Papri

 

 

1030030

Wiżż

 

 

1030040

Summien

 

 

1030990

Oħrajn (2)

 

 

1040000

Għasel u prodotti oħrajn tal-apikultura (7)

0,05  (*1)

0,05  (*1)

1050000

Amfibji u Rettili

0,02  (*1)

0,01  (*1)

1060000

Annimali terrestri invertebrati

0,02  (*1)

0,01  (*1)

1070000

Annimali vertebrati terrestri slavaġ

0,02  (*1)

0,01  (*1)

1100000

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ĦUT, PRODOTTI TAL-ĦUT U KULL PRODOTT TAL-IKEL TAL-BAĦAR JEW TAL-ILMA ĦELU IEĦOR (8)

 

 

1200000

PRODOTTI JEW PARTIJIET MILL-PRODOTTI UŻATI BISS GĦALL-PRODUZZJONI TAL-GĦALF (8)

 

 

1300000

PRODOTTI TAL-IKEL IPPROĊESSATI (9)

 

 

(2)

Fil-Parti A tal-Anness III, jitħassru l-kolonni għall-aċidu difluworoaċetiku u għal flupyradifurone.


(*1)  Tindika l-limitu l-aktar baxx tal-kwantifikazzjoni analitika

(1)  Il-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, tinsab fl-Anness I"