8.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 356/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1770

tal-5 ta’ Ottubru 2021

li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għall-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11 tal-GFCM għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Italja u li għandhom tul totali ta’ 12-il metru jew aktar u inqas minn 18-il metru

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/90 (2) jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2021.

(2)

Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, l-isforz tas-sajd massimu permissibbli relatat mal-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11 tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran (GFCM) u applikabbli għal bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Italja jew li huma rreġistrati fiha li għandhom tul totali ta’ 12-il metru jew aktar u inqas minn 18-il metru, jitqies li ntlaħaq għall-2021.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak il-grupp ta’ stokkijiet.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-isforz

L-isforz tas-sajd massimu permissibbli allokat lill-Italja għall-grupp ta’ stokkijiet tal-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11 tal-GFCM għall-2021 imsemmi fl-Anness għandu jitqies li ntlaħaq mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-grupp ta’ stokkijiet imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Italja jew li huma rreġistrati fiha u li għandhom tul totali ta’ 12-il metru jew aktar u inqas minn 18-il metru, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li jinżamm abbord il-ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi rrilokat, ittrażbordat jew li jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ottubru 2021.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/90 tat-28 ta’ Jannar 2021 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed għall-2021 (ĠU L 31, 29.1.2021, p. 1).


ANNESS

Nru

15/TQ90

Stat Membru

L-Italja

Kodiċi tal-grupp tal-isforz tas-sajd

EFF2/MED2_TR2

Grupp ta’ stokkijiet

Il-gamblu aħmar kbir fis-subżoni ġeografiċi 9, 10 u 11

Tul totali tal-bastimenti kkonċernati

≥ 12 m u < 18 m

Data tal-għeluq

15.8.2021