17.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 329/6


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1528

tat-8 ta’ Ġunju 2021

li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Żvediża tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-tranżitu ta’ oġġetti b’użu doppju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni bil-lingwa Żvediża tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 fiha żbalji fil-Kategorija 1, it-Taqsima 1A005.b; fil-Kategorija 3, it-Taqsima 3B001.a.3, fil-Kategorija 5, il-Parti 2, it-Taqsima 5A002.a, in-Nota 2, il-punt e) u n-Nota 2 j, “Noti Tekniċi”, il-punt 1; fil-Kategorija 5, il-Parti 2, it-Taqsima 5A003.a u fil-Kategorija 9, it-Taqsima 9A010.c, li jaffettwaw id-definizzjonijiet tal-prodotti inkwistjoni.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjoni bil-lingwa Żvediża tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet tal-lingwi l-oħra mhumiex affettwati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1.