|
13.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 321/16 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1466
tas-6 ta’ Lulju 2021
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1239 fir-rigward tal-ammont ta’ garanzija u tal-perjodu ta’ validità tal-liċenzji tal-esportazzjoni għar-ross
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 178 u l-Artikolu 223(3), il-punti (a), (b) u (c), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1239 (2) jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tas-sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni. |
|
(2) |
L-obbligu ta’ liċenzja għall-esportazzjonijiet tar-“ross (ismar) bla ħliefa” li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1006 20 u “ross nofsu mitħun jew mitħun kollu, kemm jekk illustrat jew igglejżjat jew le” li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1006 30 ġie abolit mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1237 (3) kif emendat bir-Regolament Delegat (UE)2021/1467 (4). |
|
(3) |
Huwa għalhekk meħtieġ li jitħassru d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni dwar l-ammont ta’ garanzija u l-perjodu ta’ validità għal dawk il-liċenzji tal-esportazzjoni kif ukoll ir-rekwiżit ta’ notifika tagħhom. |
|
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1239 jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1239 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
jitħassar il-punt (b) fl-Artikolu 19a; |
|
(2) |
jitħassar il-punt A, fil-Parti II tal-Anness II. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Lulju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1239 tat-18 ta’ Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni (ĠU L 206, 30.7.2016, p. 44).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1237 tat-18 ta’ Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar ir-rilaxx u t-telf ta’ garanziji ppreżentati għal tali liċenzji, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001, (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 2336/2003, (KE) Nru 951/2006, (KE) Nru 341/2007 u (KE) Nru 382/2008 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2390/98, (KE) Nru 1345/2005, (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 507/2008 (ĠU L 206, 30.7.2016, p. 1).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1467 tas-6 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 fir-rigward tal-obbligu tal-liċenzja tal-esportazzjoni għar-ross (ara l-paġna 18 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.).