13.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1464

tal-10 ta’ Settembru 2021

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) u (3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

Abbażi ta’ reviżjoni mill-Kunsill, l-informazzjoni dwar 19-il individwu u sitt entitajiet fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 għandha tiġi emendata.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Settembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

G. DOVŽAN


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


ANNESS

Fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014, l-entrati li jikkonċernaw il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:

Persuni

 

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“4.

Denis Valentinovich BEREZOVSKIY

(Денис Валентинович БЕРЕЗОВСКИЙ)

Denys Valentynovych BEREZOVSKYY

(Денис Валентинович БЕРЕЗОВСЬКИЙ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 15.7.1974

Post tat-twelid: Kharkiv, SSR tal-Ukrajna, (issa l-Ukrajna)

Berezovskiy inħatar kmandant tal-Forza Navali tal-Ukrajna fl-1 ta’ Marzu 2014 iżda wara dan ħa l-ġurament quddiem il-forzi armati tal-Krimea, u b’hekk kiser il-ġurament tiegħu lill-Forza Navali tal-Ukrajna.

Kien Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed tal-Federazzjoni Russa sa Ottubru 2015.

Aġent Kmandant tal-Flotta tal-Paċifiku tal-Federazzjoni Russa u Viċi Ammirall.

17.3.2014

17.

Sergei Vladimirovich ZHELEZNYAK

(Сергей Владимирович ЖЕЛЕЗНЯК)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 30.7.1970

Post tat-twelid: San Pietruburgu (qabel kien Leningrad), Federazzjoni Russa

Eks Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa.

Appoġġa b’mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna u l-annessjoni tal-Krimea. Huwa mexxa personalment id-dimostrazzjoni b’appoġġ tal-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna.

Eks Viċi President u attwalment membru tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa.

Membru tal-Presidju tal-Kunsill Ġenerali tal-partit Russja Magħquda.

17.3.2014

37.

Sergei Ivanovich MENYAILO

(Сергей Иванович МЕНЯЙЛО)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 22.8.1960

Post tat-twelid: Alagir, SSR Awtonoma tal-Ossezja tat-Tramuntana, RSFSR (issa l-Federazzjoni Russa)

Eks Gvernatur tal-belt Ukrena annessa ta’ Sevastopol.

Eks Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fid-Distrett Federali tas-Siberja. Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa.

Aġent Kap tal-Ossezja tat-Tramuntana mid-9 ta’ April 2021.

29.4.2014

51.

Vladimir Nikolaevich PLIGIN (Владимир Николаевич ПЛИГИН)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 19.5.1960

Post tat-twelid: Ignatovo, Oblast ta’ Vologodsk, USSR (illum il-Federazzjoni Russa)

Eks membru tad-Duma tal-Istat u eks President tal-Kumitat tal-Liġi Kostituzzjonali tad-Duma. Responsabbli għall-faċilitazzjoni tal-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni dwar l-annessjoni tal-Krimea u Sevastopol mal-Federazzjoni Russa.

Eks Membru tal-Kunsill Suprem tal-partit Russja Magħquda. Konsulent għall-Ispeaker tad-Duma, Volodin. Attwalment riċerkatur fl-Istitut tal-Istat u l-Liġi tal-Akkademja Russa tax-Xjenzi.

Kopresident tal-Assoċjazzjoni Russa tal-Avukati.

12.5.2014

53.

Oleg Grigorievich KOZYURA

(Олег Григорьевич КОЗЮРА)

Oleh Hryhorovych KOZYURA

(Олег Григорович КОЗЮРА)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 30.12.1965 jew 19.12.1962

Post tat-twelid: Simferopol, il-Krimea jew Zaporizhia, l-Ukrajna

Eks Kap tal-uffiċċju tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni għal Sevastopol. Responsabbli għall-ħruġ sistematiku u rapidu ta’ passaporti Russi għar-residenti ta’ Sevastopol.

Eks Kap tal-Persunal tal-Assemblea Leġiżlattiva ta’ Sevastopol.

Konsulent għall-Gvernatur ta’ Sevastopol.

12.5.2014

58.

Roman Viktorovich LYAGIN

(Роман Викторович ЛЯГИН)

Roman Viktorovych LIAHIN

(Роман Вiкторович ЛЯГIН)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 30.5.1980

Post tat-twelid: Donetsk, l-Ukrajna

Eks kap tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Organizza b’mod attiv ir-referendum fil-11 ta’ Mejju 2014 dwar l-awtodeterminazzjoni tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Eks “Ministru għax-Xogħol u l-Politika Soċjali”.

Soġġett għal proċedimenti kriminali fl-Ukrajna.

12.5.2014

79.

Mikhail Vladimirovich DEGTYARYOV/DEGTYAREV (Михаил Владимирович ДЕГТЯРËВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 10.7.1981

Post tat-twelid: Kuibyshev (Samara), Federazzjoni Russa

Eks Membru tad-Duma tal-Istat.

Bħala membru tad-Duma huwa ħabbar l-inawgurazzjoni tal-“ambaxxata de facto” tal-hekk imsejħa u mhux rikonoxxuta “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” f’Moska. Huwa jikkontribwixxi għall-ipperikolar jew it-theddid tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Eks President tal-Kumitat tad-Duma tal-Istat Russu dwar l-Edukazzjoni Fiżika, l-Isport u l-Affarijiet taż-Żgħażagħ.

Mill-20 ta’ Lulju 2020, Aġent Gvernatur ta’ Khabarovsk Krai.

Mis-6 ta’ Frar 2021, Koordinatur tal-fergħa reġjonali tal-Partit Demokratiku Liberali tar-Russja..

25.7.2014

84.

Fyodor Dmitrievich BEREZIN

(Фëдор Дмитриевич БЕРЕЗИН)

Fedir Dmytrovych BEREZIN

(Федiр Дмитрович БЕРЕЗIН)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 7.2.1960

Post tat-twelid: Donetsk, l-Ukrajna

L-hekk imsejjaħ ex “viċi Ministru għad-difiża” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Huwa assoċjat ma’ Igor Strelkov/Girkin li huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità Berezin għalhekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti. President attwali tal-Bord tal-Unjoni tal-Kittieba tad-DNR u Deputat tal-Kunsill tal-Poplu tad-DNR.

25.7.2014

108.

Vladimir Abdualiyevich VASILYEV (Владимир Абдуалиевич ВАСИЛЬЕВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 11.8.1949

Post tat-twelid: Klin, Reġjun ta’ Moska, Federazzjoni Russa

Eks Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta’ Marzu 2014, ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “Dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-“Repubblika tal-Krimea” u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta’ suġġetti federali ġodda – ir-“Repubblika tal-Krimea” u l-Belt ta’ Status Federali Sevastopol”.

Eks kap tar-Repubblika ta’

Dagestan.Mill-5 ta’ Ottubru 2020. Konsulent tal-President tal-Federazzjoni Russa.

12.9.2014

111.

Vladimir Stepanovich NIKITIN

(Владимир Степанович НИКИТИН)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 5.4.1948

Post tat-twelid: Opochka, Federazzjoni Russa

Eks membru tad-Duma tal-Istat u kien l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat għall-Affarijiet tal-Komunità ta’ Stati Indipendenti (KSI), l-Integrazzjoni Ewro-Asjatika u Relazzjonijiet mal-Kompatrijotti tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta’ Marzu 2014, ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “Dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-“Repubblika tal-Krimea” u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta’ suġġetti federali ġodda – ir-“Repubblika tal-Krimea” u l-Belt ta’ Status Federali Sevastopol’.

Membru tal-Presidium tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit Komunista tal-Federazzjoni Russa.

Mexxej tal-moviment pubbliku għalkollox Russu “Konkordju Russu” li jipprova joħloq ċivilizzazzjoni Russa unika u jsaħħaħ il-pożizzjoni tar-Russja f’dak li qabel kien l-ispazju Sovjetiku u l-KSI.

12.9.2014

119.

Alexander Mikhailovich BABAKOV (Aлександр Михайлович БАБАКОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 8.2.1963

Post tat-twelid: Chisinau, SSR Moldovana (issa r-Repubblika tal-Moldova)

Eks membru tad-Duma tal-Istat. Eks Deputat tad-Duma tal-Istat, President tal-Kummissjoni tad-Duma tal-Istat dwar Dispożizzjonijiet Leġiżlattivi għall-Iżvilupp tal-Kumpless Militari-Industrijali tal-Federazzjoni Russa. Huwa membru prominenti tar-“Russja Magħquda” u negozjant b’investimenti importanti fl-Ukrajna u fil-Krimea.

Fl-20 ta’ Marzu 2014, ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “Dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-“Repubblika tal-Krimea” u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta’ suġġetti federali ġodda – fir-“Repubblika tal-Krimea” u l-Belt ta’ status federali ta’ Sevastopol”.

Attwalment membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Membru tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin

Wara l-fużjoni tal-partiti politiċi – “Russja Ġusta”, “Għall-Verità”, u “Patrijotti tar-Russja”, Babakov sar is-Segretarju tal-Presidju tal-Kunsill Ċentrali tal-entità fuża.

12.9.2014

121.

Oleg Konstantinovich AKIMOV (magħruf ukoll bħala Oleh AKIMOV)

(Олег Константинович АКИМОВ)

Oleh Kostiantynovych AKIMOV

(Олег Костянтинович АКIМОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 15.9.1981

Post tat-twelid: Luhansk, Ukrajna

Deputat tal-“Unjoni Ekonomika ta’ Luhansk” fil-“Kunsill Nazzjonali” tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. Ħareġ bħala kandidat fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tat-2 ta’ Novembru 2014 għall-kariga ta’ tal-hekk imsejjaħ “Kap” tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”. Dawn l-“elezzjonijiet” kienu ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Eks “Kap” tal-hekk imsejħa “Federazzjoni tat-Trade Unions”. Eks membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu” tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

Billi assuma u aġixxa f’dawn il-kapaċitajiet, u billi pparteċipa formalment bħala kandidat fl-“elezzjonijiet” illegali, huwa għalhekk appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Jappoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

29.11.2014

130.

Ihor Vladymyrovych KOSTENOK (magħruf ukoll bħala Igor Vladimirovich KOSTENOK)

(Игорь Владимирович КОСТЕНОК)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 15.3.1961

Post tat-twelid: Vodyanske, Dobropillia Rayon, Donetsk oblast, l-Ukrajna

Водянское, Добропольский район Донецкой области, Украина

L-hekk imsejjaħ eks “Ministru għall-Edukazzjoni” tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

Billi assuma u aġixxa f’dawn il-kapaċitajiet, huwa għalhekk appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Attwalment jaħdem għall-Akkademja Maniġerjali ta’ Donetsk u s-Servizz Pubbliku taħt l-hekk imsejjaħ “Kap tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

Minn Settembru 2018, Professur tad-Dipartiment tal-Istat u l-Amministrazzjoni Muniċipali fl-Istituzzjoni Edukattiva Baġitarja tal-Istat Federali tal-Edukazzjoni Ogħla “Università Russa tal-Ekonomija. G.V. Plekhanov”.

29.11.2014

131.

Yevgeniy Vyacheslavovich ORLOV (magħruf ukoll bħala Yevhen Vyacheslavovych ORLOV)

(Евгений Вячеславович ОРЛОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 10.5.1980 jew 21.10.1983

Post tat-twelid: Snezhnoye, Donetsk oblast, l-Ukrajna

г. Снежное, Донецкой области, Украина

Eks membru tal-“Kunsill Nazzjonali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Eks president tal-moviment pubbliku “Donbass Ħieles”.

Billi assuma u aġixxa f’dawn il-kapaċitajiet, huwa għalhekk appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Viċi President tal-Kumitat tal-Assemblea Nazzjonali dwar l-Industrija u l-Kummerċ tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk.

29.11.2014

137.

Eduard Aleksandrovich BASURIN

(Эдуард Александрович БАСУРИН)

Eduard Oleksandrovych BASURIN

(Едуард Олександрович БАСУРIН)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 27.6.1966

Post tat-twelid: Donetsk, l-Ukrajna

Kelliem u Viċi Kap tal-“Milizzja tal-Poplu” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

Billi assuma u aġixxa f’dawn il-kapaċitajiet, huwa għalhekk appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Viċi Kap tad-“Dipartiment tal-Milizzja tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

16.2.2015

138.

Alexandr Vasilievich SHUBIN

(Александр Васильевич ШУБИН)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 20.5.1972 jew 30.5.1972

Post tat-twelid: Luhansk, Ukrajna

L-hekk imsejjaħ eks “Ministru għall-Ġustizzja”, tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk” illegali. Eks President tal-“Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

Billi assuma u aġixxa f’dawn il-kapaċitajiet, huwa għalhekk appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Imkeċċi minn president tal-“Kummissjoni Elettorali Ċentrali” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk” f’Ġunju 2018.

Irreġistrat bħala nutar f’Luhansk.

Ikompli jappoġġa u jilleġittimizza l-politiki separatisti.

16.2.2015

158.

Andrey Vladimirovich CHEREZOV (TSCHERESOW)

(Андрей Владимирович ЧЕРЕЗОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 12.10.1967

Post tat-twelid: Salair, Kemerovskaya oblast, il-Federazzjoni Russa

Eks Viċi Ministru għall-Enerġija tal-Federazzjoni Russa.

Iġorr parti mir-responsabbiltà għad-deċiżjoni li jiġu ttrasferiti turbini tal-gass li kienu ġew ikkonsenjati minn Siemens Gas Turbine Technologies OOO lil OAO VO Technopromexport, biex jiġu installati fil-Krimea. Din id-deċiżjoni tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ provvista tal-enerġija indipendenti għall-Krimea u Sevastopol bħala mezz ta’ appoġġ għas-separazzjoni tagħhom mill-Ukrajna, u tipperikola l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza territorjali tal-Ukrajna.

4.8.2017

160.

Sergey Anatolevich TOPOR-GILKA

(Сергей Анатольевич ТОПОР-ГИЛКА)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 17.2.1970

Post tat-twelid: Repubblika Soċjalista Sovjetika tal-Moldova (issa, ir-Repubblika tal-Moldova)

Nazzjonalità: Russa

Fil-kapaċità tiegħu bħala Direttur Ġenerali ta’ OAO “VO TPE”, huwa mexxa n-negozjati ma’ Siemens Gas Turbine Technologies OOO dwar ix-xiri u l-konsenja tat-turbini tal-gass għal impjant tal-enerġija f’Taman, ir-reġjun ta’ Krasnodar, Federazzjoni Russa. Aktar tard, bħala Direttur Ġenerali ta’ OOO “VO TPE”, kien responsabbli għat-trasferiment tat-turbini tal-gass lejn il-Krimea u għall-implimentazzjoni tal-proġett ta’ kostruzzjoni tal-impjanti tal-enerġija termali Balaklava u Tavricheskaya, fejn ġew installati t-turbini. Dan jikkontribwixxi biex tiġi stabbilita provvista indipendenti ta’ enerġija għall-Krimea u Sevastopol bħala mezz ta’ appoġġ għas-separazzjoni tagħhom mill-Ukrajna, u jipperikola l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

4.8.2017

164.

Aleksandr Yurevich PETUKHOV

Aleksandr Yurievich PETUKHOV

(Александр Юрьевич ПЕТУХОВ)

Oleksandr Yuriyovych PIETUKHOV

(Олександр Юрiйович ПЄТУХОВ)

Sess: raġel

Data tat-twelid: 17.7.1970

Post tat-twelid: Ryazan, il-Federazzjoni Russa

Eks President tal-Kummissjoni Elettorali ta’ Sevastopol. F’din il-kapaċità huwa ħa sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali Russi tat-18 ta’ Marzu 2018 fil-Krimea u Sevastopol, li ġew annessi illegalment, u b’hekk appoġġa b’mod attiv u implimenta politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Kap Spettur Federali tar-reġjun ta’ Moska.

Mis-6 ta’ April 2021, Assistent tar-Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fid-Distrett Federali Ċentrali.

14.5.2018”

Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni għall-identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“7.

Russian community ‘Sobol’ (Komunità Russa “Sobol”)

Русская община ‘Соболь’

Media soċjali:

http://vk.com/sobolipress

http://www.русскоедвижение.рф/

Nru tat-telefon:

(0652) 60-23-93

Indirizz elettroniku: SoboliPress@gmail.com

Indirizz: Ukraine, Crimea, Simferopol, str. Kiev, 4 (area bus station “Central”).

Organizzazzjoni paramilitari radikali, responsabbli għall-appoġġ bla ħabi tal-użu tal-forza biex jintemm il-kontroll tal-Ukrajna fuq il-Krimea, u għaldaqstant tipperikola l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

Responsabbli għat-taħriġ ta’ separatisti biex jiġġieldu kontra l-forzi tal-gvern Ukren fil-Lvant tal-Ukrajna, u għaldaqstant thedded l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna.

25.7.2014

11.

“Vostok Brigade” (“Brigata Vostok”)

“Бригада Восток”

(magħrufa wkoll bħala Vostok Battalion (Battaljun Vostok); “Батальон Восток”)

Media soċjali:

http://vk.com/patriotic_forces_of_donbas

http://patriot-donetsk.ru/

info.patriot.donbassa@gmail.com

Grupp separatista illegali armat li huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-aktar importanti fl-Ukrajna tal-Lvant. Responsabbli għall-ġlied kontra l-forzi tal-Gvern Ukren fl-Ukrajna tal-Lvant, u għaldaqstant jhedded l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Ukrajna.

Ipparteċipa b’mod attiv f’operazzjonijiet militari li wasslu għall-ħtif tal-Ajruport ta’ Donetsk.

Parti mill-hekk imsejjaħ “L-ewwel Korp tal-Armata” tal-forzi armati tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

25.7.2014

18.

Joint-stock company “Production-Agrarian Union ‘Massandra’” (Kumpannija b’ishma konġunti “Unjoni Agrarja tal-Produzzjoni “Massandra”")

Aкционерное общество ‘Производственно-аграрное объединение “Массандра”’

(qabel kienet magħrufa bħala State Unitary Enterprise of the “Republic of Crimea”“Production-Agrarian Union ‘Massandra’” (Intrapriża Unitarja Statali tar-“Repubblika tal-Krimea”“Unjoni Agrarja tal-Produzzjoni “Massandra”")

Государственное унитарное предприятие Республики Крым ‘Производственно-аграрное объединение “Массандра”’

298650, Crimea, Yalta, Massandra, str. Vinodela Egorova 9.

298650, Крым, г. Ялта, пгт. Массандра, ул. Винодела Егорова, д. 9

Sit web: http://massandra.su

+ 7 978 936 75 04

+ 7 3654 23 31 96

+ 7 3654 26 16 83

Numru tar-reġistrazzjoni: 1209100012648

Is-sjieda tal-entità ġiet ittrasferita kontra l-liġi Ukrena. Fid-9 ta’ April 2014 il-“Presidju tal-Parlament tal-Krimea” adotta deċiżjoni Nru 1991-6/14 “Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Krimea” tas-26 ta’ Marzu 2014 Nru 1836-6/14 “Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agroindustrijali, li jinsab fit-territorju tar-“Repubblika tal-Krimea” li tiddikjara l-approprjazzjoni ta’ assi li jappartjenu lill-entità statali “Assoċjazzjoni Nazzjonali ta’ produtturi “Massandra”" f’isem ir-“Repubblika tal-Krimea”. L-intrapriża hija b’hekk effettivament ikkonfiskata mill-“awtoritajiet” tal-Krimea.

25.7.2014

 

Federal State Budgetary Enterprise ‘Production Agrarian Union “Massandra”’ of the Administration of the President of the Russian Federation (Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Unjoni Agrarja tal-Produzzjoni “Massandra”" tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa)

Федеральное государственное унитарное предприятие ‘Производственно-аграрное объединение “Массандра” Управления делами Президента Российской Федерации’

State concern “National Association of producers ‘Massandra’” (Entità statali “Assoċjazzjoni Nazzjonali ta’ produtturi “Massandra”)

Национальное производственно аграрное объединение “Массандра”

Nacionalnoye proizvodstvenno agrarnoye obyedinenye “Massandra”)

 

Reġistrata mill-ġdid fl-1 ta’ Awwissu 2014 bħala l-Intrapriża Baġitarja tal-Istat Federali “Proizvodstvenno agrarnoye obyedinenye “Massandra”" tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (Федеральное государственное унитарное предприятие “Производственно-аграрное объединение “Массандра” Управления делами Президента Российской Федерации”). Fundatur: L-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa (Управление делами Президента Российской Федерации).

Reġistrata mill-ġdid fl-1 ta’ April 2019 bħala Intrapriża Unitarja Statali tar-“Repubblika tal-Krimea”“Unjoni Agrarja tal-Produzzjoni “Massandra”". Reġistrata mill-ġdid fl-1 ta’ Ottubru 2020 bħala kumpannija b’ishma konġunti “Unjoni Agrarja tal-Produzzjoni “Massandra”’.

24.

Public movement ‘Donetsk Republic’ (Moviment pubbliku “Repubblika ta’ Donetsk”)

Общественное движение “Донецкая республика”

Informazzjoni uffiċjali:

http://oddr.info/

orgotdel@oddr.info

Indirizz: Donetsk, Universitetskaya 19

г. Донецк, ул. Университетская, дом 19

“Organizzazzjoni” pubblika li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” fit-2 ta’ Novembru 2014 u l-11 ta’ Novembru 2018. Dawn l-“elezzjonijiet” huma bi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali.

Bil-parteċipazzjoni formali fl-“elezzjonijet” illegali hija għalhekk appoġġat b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukrajna. Imwaqqfa minn Andriy PURGIN u kienet immexxija minn Alexander ZAKHARCHENKO. Fl-2018 innominat lil Denis PUSHYLIN biex ikun “Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

29.11.2014

28.

Luhansk Economic Union (Luganskiy Ekonomicheskiy Soyuz) (L-Unjoni Ekonomika ta’ Luhansk)

Луганский экономический союз

Informazzjoni uffiċjali:

https://vk.com/public97306393

Telegram: https://t.me/s/od_les_lnr

“Organizzazzjoni soċjali” li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa “elezzjonijiet” illegali tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk” fit-2 ta’ Novembru 2014 u l-11 ta’ Novembru 2018. Innominat kandidat, Oleg AKIMOV, biex ikun “Kap” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk” fl-2014 u membru tal-hekk imsejjaħ “Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk” fl-2018. Dawn l-“elezzjonijiet” huma bi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Il-presidenza tal-“Luganskiy Economicheskiy Soyuz” bħalissa hija okkupata minn Zinaida NADION, li hija Deputat tal-“Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

Bil-parteċipazzjoni formali fl-“elezzjonijet” illegali hija għalhekk appoġġat b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukrajna.

29.11.2014

33.

Prizrak brigade (Brigata Prizrak)

Бригада “Призрак”

Indirizz: District 50 Year of the USSR, 18; c. of Kirovsk

https://vk.com/battalionprizrak

http://prizrak.info/

mail@prizrak.info

+ 38 (072) 199-86-39

Grupp separatist armat li appoġġa b’mod attiv azzjonijiet li jipperikolaw l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna.

Parti mill-hekk imsejjaħ “It-tieni Korp tal-Armata" tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Lugansk".

Jissejjaħ ukoll l-14-il Battaljun Motorizzat tal-Azzarini.

Parti mill-hekk imsejjħa Milizzja tal-Poplu tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk".

16.2.2015”