6.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 313/4


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1445

tat-23 ta’ Ġunju 2021

li jemenda l-Annessi II u VII tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (1) u b’mod partikolari l-Artikoli 5(3) u 72(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi u regolatorji, jeħtieġ li jiġu introdotti u aġġornati r-referenzi għall-atti regolatorji elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/858 li fihom ir-rekwiżiti li magħhom iridu jikkonformaw il-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati.

(2)

Sabiex jitqiesu l-iżviluppi teknoloġiċi u regolatorji, jeħtieġ li tiġi aġġornata l-lista ta’ atti regolatorji stabbilita fl-Anness VII tar-Regolament (UE) 2018/858 li għalihom jista’ jinħatar manifattur bħala servizz tekniku u l-kundizzjonijiet speċifiċi li skonthom trid tintuża d-deżinjazzjoni ta’ awtottestjar.

(3)

Għalhekk, l-Annessi II u VII tar-Regolament (UE) 2018/858 jenħtieġ li jiġu emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II u VII tar-Regolament (UE) 2018/858 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1.


ANNESS

Emendi fl-Annessi II u VII tar-Regolament (UE) 2018/858

Ir-Regolament (UE) 2018/858 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Anness II, fil-Parti I, it-tabella hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata li ġejja tiddaħħal qabel l-entrata għall-partita 1 A:

“1

Livell permissibbli ta’ ħoss

Id-Direttiva 70/157/KEE

X

X

X

X

X

X

 

 

 

 

X”;

(b)

l-entrata għall-partita 41 A hija sostitwita b’din li ġejja:

“41 A

Emissjonijiet (Euro VI) minn vetturi heavy-duty

Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009

Ir-Regolament (UE) Nru 582/2011

X(9)

X(9)

X

X(9)

X(9)

X

 

 

 

 

X”;

(c)

l-entrata li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-partita 41 A:

“41B

liċenzja tal-għodda ta’ simulazzjoni tad-CO2 (vetturi tqal)

Ir-Regolament (KE) Nru 595/2009

Ir-Regolament (UE) 2017/2400

 

 

 

 

X(16)

X”;

 

 

 

 

 

(d)

tiżdied in-nota ta’ spjegazzjoni 16 li ġejja:

“(16)

Għall-vetturi b’massa mgħobbija massima teknikament permissibbli li taqbeż 7 500 kg”.

(2)

Fl-Anness II, fil-Parti I, fl-Appendiċi 1, it-Tabella 1 hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata li ġejja tiddaħħal qabel l-entrata għall-partita 1 A:

“1

Livell permissibbli ta’ ħoss

Id-Direttiva 70/157/KEE

 

A”;

(b)

in-nota ta’ spjegazzjoni C hija sostitwita b’din li ġejja:

“C

Applikazzjoni tal-att regolatorju kif ġej:

(a)

ir-rekwiżiti tekniċi tar-regolament biss għandhom jiġu ssodisfati;

(b)

ma għandu jkun meħtieġ l-ebda ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip;

(c)

it-testijiet u l-verifiki għandhom jitwettqu mis-servizz tekniku jew mill-manifattur (ara d-deċiżjonijiet għall-ittra “B”);

(d)

għandu jiġi abbozzat rapport tat-test skont l-Anness III;

(e)

għandha tiġi żgurata s-COP.”

(3)

Fl-Anness II, Parti I, Appendiċi 1, Tabella 2, tiddaħħal l-entrata li ġejja qabel il-partita għall-punt 1 A:

“1

Livell permissibbli ta’ ħoss

Id-Direttiva 70/157/KEE

 

A”;

(4)

Fl-Anness II, Parti I, Appendiċi 2, punt 4., it-tabella taħt it-titlu Parti I: (Vetturi tal-kategorija M1), l-entrata għall-partita 16 A hija sostitwita b’din li ġejja:

“16 A

Regolament tan-NU Nru 26 (Sporġenzi esterni)

(a)

Is-superfiċe esterna tal-karozzerija għandha tikkonforma mar-rekwiżiti ġenerali inklużi fil-paragrafu 5 tar-Regolament Nru 26 tan-NU.

(b)

Bid-diskrezzjoni tas-servizz tekniku, għandhom jiġu vverifikati d-dispożizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 6.1, 6.5, 6.6, 6.7, 6.8 u 6.11 tar-Regolament Nru 26 tan-NU.”

(5)

Fl-Anness II, il-Parti II hija emendata kif ġej:

(a)

l-ewwel paragrafu taħt it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Fejn issir referenza għal Direttiva separata jew għal Regolament separat fit-tabella tal-Parti I, approvazzjoni tat-tip maħruġ skont ir-Regolamenti tan-NU li ġejjin, jew Approvazzjoni Universali Internazzjonali tat-Tip ta’ Vettura Sħiħa maħruġa skont ir-Regolament tan-NU Nru 0 (*1) li tinkludi approvazzjoni tat-tip tal-oġġett rilevanti skont ir-Regolamenti li ġejjin tan-NU li l-Unjoni aderixxiet għalihom bħala Parti Kontraenti għall-‘Ftehim Rivedut tal-1958’ tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti bis-saħħa tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (*2), jew ta’ deċiżjonijiet sussegwenti tal-Kunsill kif imsemmija fl-Artikolu 3(3) ta’ dik id-Deċiżjoni, għandha titqies bħala ekwivalenti għal approvazzjoni tat-tip tal-UE mogħtija skont id-Direttiva separata jew ir-Regolament separat rilevanti.

(*1)   ĠU L 135, 31.5.2018, p. 1."

(*2)   ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78.”;"

(b)

it-tabella hija sostitwita b’dan li ġej:

Suġġett

Regolamenti tan-NU

Serje ta’ emendi

1 (1)

Livell permissibbli ta’ ħoss

51

59

02

01

1a

Livell permissibbli ta’ ħoss (ma jkoprix l-AVAS u s-sajlensers ta’ sostituzzjoni)

51

03

Sistema Akustika ta’ Twissija tal-Vettura (AVAS)

138

01

Sistemi ta’ sajlensers ta’ sostituzzjoni

59

02

58

Ħarsien tal-persuni mexjin (ma jkoprix l-assistenza fl-ibbrejkjar u s-sistemi ta’ protezzjoni frontali)

127

00

 

Sistema ta’ assistenza fl-ibbrejkjar

139

00

59 (2)

Riċiklabbiltà

133

00

62 (3)

Sistemi ta’ ħżin tal-idroġenu

134

00

65

Sistemi avvanzati għal ibbrejkjar f’emerġenza

131

01

66

Sistema ta’ twissija ta’ ħruġ mill-karreġġata

130

00

Nota:

Rekwiżiti ta’ installazzjoni li jinsabu f’direttiva separata jew f’regolament separat għandhom japplikaw ukoll għal komponenti u għal unitajiet tekniċi separati approvati skont ir-Regolamenti tan-NU.

(6)

Fl-Anness II, il-Parti III hija emendata kif ġej:

(a)

il-partita 12 A tal-Appendiċi 1 hija sostitwita b’dan li ġej:

“12 A

Fittings tal-intern

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009

Regolament tan-NU Nru 21

C

G (18) + C”;

 

 

(b)

il-partita 15 A tal-Appendiċi 1 hija sostitwita b’dan li ġej:

“15 A

Sits, l-ankraġġi tagħhom u kull ilqugħ protettiv tar-ras

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009

Regolament tan-NU Nru 17

D

G (18) + D

G + D (4B)

G + D (4B)”;

(c)

Ir-rekwiżiti addizzjonali għall-ambulanzi huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Rekwiżiti addizzjonali għall-ambulanzi

Il-kompartiment tal-pazjenti fl-ambulanzi għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti tal-EN 1789:2007 +A1: 2010 +A2:2014 dwar Vetturi mediċi u t-tagħmir tagħhom – Ambulanzi tat-triq bl-eċċezzjoni tat-taqsima 6.5, lista ta’ tagħmir. Għandha tingħata prova tal-konformità ma’ rapport tat-test tas-servizz tekniku u din tista’ tkun ibbażata fuq valutazzjoni mwettqa minn sottokuntratturi jew sussidjarji tas-servizz tekniku skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 71. Jekk hemm previst spazju għas-siġġu tar-roti, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Appendiċi 3 relatati mal-irbit tas-siġġu tar-roti u s-sistemi ta’ trażżin tal-okkupant.”

(d)

il-partita 12 A tal-Appendiċi 3 hija sostitwita b’dan li ġej:

“12 A

Fittings tal-intern

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009

Regolament tan-NU Nru 21

G (18) + C”;

(e)

il-partita 15 A tal-Appendiċi 3 hija sostitwita b’dan li ġej:

“15 A

Sits, l-ankraġġi tagħhom u kull ilqugħ protettiv tar-ras

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009

Regolament tan-NU Nru 17

G (18) + W3”.

(f)

in-Noti ta’ Spjega huma emendati kif ġej:

(i)

in-nota ta’ spjegazzjoni 1 hija sostitwita b’din li ġejja:

“(1)

Għal vetturi b’massa ta’ referenza ta’ mhux aktar minn 2 610 kg. Fuq talba tal-manifattur, ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 jista’ japplika għal vetturi b’massa ta’ referenza ta’ mhux aktar minn 2 840 kg jew, jekk il-vettura tkun vettura bi skop speċjali bil-kodiċi SB relatat ma’ vetturi blindati wkoll b’massa ta’ referenza ta’ aktar minn 2 840 kg. Fir-rigward tal-aċċess għal informazzjoni, għal partijiet oħrajn (eż. kompartiment fejn joqogħdu n-nies) li mhumiex il-vettura bażi, biżżejjed li l-manifattur jipprovdi aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni b’mod aċċessibbli malajr u fil-ħin.”

(ii)

tiżdied in-nota ta’ spjegazzjoni 18 li ġejja:

“(18)

In-nota G tista’ tiġi applikata għal dawk l-aċċessorji ġewwa l-vettura li mhumiex affettwati b’mod sinifikanti mill-modifika, madankollu, kwalunkwe aċċessorji miżjuda jew modifikati fuq ġewwa għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kif applikabbli għall-kategorija tal-vettura M1.”

(7)

Fl-Anness VII, punt 3., tiddaħħal ir-ringiela li ġejja wara l-entrata għall-partita 46 A:

“46B

Determinazzjoni tar-reżistenza għad-dawrien

Ir-Regolament (UE) 2017/2400, Anness X”.


(*1)   ĠU L 135, 31.5.2018, p. 1.

(*2)   ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78.”;”


(1)  In-numerazzjoni tal-entrati f’din it-tabella tirreferi għan-numerazzjoni użata fit-tabella tal-Parti I.

(2)  Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2005/64/KE.

(3)  L-approvazzjoni tat-tip tal-komponent prevista fir-Regolament tan-NU dwar is-sistemi tal-ħażna tal-idroġenu, il-valvijiet iżolanti awtomatiċi, il-valvijiet ta’ kontroll u unidirezzjonali u l-apparati għat-tnaqqis tal-pressjoni attivat bis-sħana. Barra minn hekk, ir-Regolament tal-UN ma jkoprix il-kwalifika materjali obbligatorja tal-komponenti kollha li huma koperti mill-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 79/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.”