|
20.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 297/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1374
tat-12 ta’ April 2021
li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali għall-operaturi tan-negozju fl-ikel. |
|
(2) |
It-tames huwa kumpless ta’ enzimi li jintużaw għall-produzzjoni ta’ ċerti ġobnijiet. Dan jinġabar mill-istonkijiet tal-frieħ tar-ruminanti. Abbażi tal-esperjenza miksuba mill-operaturi tan-negozju fl-ikel, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-iġjene fuq l-istonkijiet għall-produzzjoni tat-tames, stipulati fil-punt 18(a) tal-Kapitolu IV tas-Sezzjoni I tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, jenħtieġ li jiġu emendati sabiex isir l-aħjar użu mill-ġbir tat-tames minn nagħaġ u minn mogħoż ta’ età żgħira. B’mod partikolari, huwa xieraq li tali stonkijiet jitħallew jitilqu mill-biċċerija mingħajr ma jitbattlu jew jitnaddfu. |
|
(3) |
L-iżviluppi teknoloġiċi rriżultaw f’domanda biex l-irjus u s-saqajn tal-ungulati domestiċi jitħallew jinstelħu jew jinstamtu u jitneħħilhom ix-xagħar barra l-biċċerija fi stabbilimenti approvati speċjalizzati għall-ipproċessar ulterjuri tal-ikel. Għalhekk, bħala konsegwenza prattika, jenħtieġ li l-irjus u s-saqajn tal-ungulati domestiċi jitħallew jiġu ttrasportati lejn dawn l-istabbilimenti f’ċerti kundizzjonijiet li jiżguraw is-sikurezza alimentari. Għalhekk, jenħtieġ li l-punt 18(c) tal-Kapitolu IV tas-Sezzjoni I tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jiġi emendat. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 (2), il-veterinarju uffiċjali jista’ jwettaq spezzjoni ante-mortem barra mill-biċċerija fil-każ ta’ qtil b’emerġenza ta’ ungulati domestiċi. Il-punt 2 tal-Kapitolu VI tas-Sezzjoni I tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jirrikjedi li veterinarju jwettaq spezzjoni ante-mortem fil-każ ta’ qtil b’emerġenza. Jenħtieġ li dak ir-rekwiżit jiġi emendat sabiex ikun konsistenti ma’ dak l-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/624 u minflok jirreferi għall-veterinarju uffiċjali. |
|
(5) |
It-titjib tat-trattament xieraq tal-annimali huwa waħda mill-azzjonijiet proposti fl-Istrateġija tal-Kummissjoni “Mill-Għalqa sal-Platt” (3) għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent, bħala parti mill-Patt Ekoloġiku Ewropew. B’mod partikolari, hemm bidla fix-xejriet tal-konsum tal-laħam b’domanda dejjem tikber mill-Parlament Ewropew, mill-bdiewa u mill-konsumaturi, li jiġi awtorizzat il-qtil ta’ ċerti ungulati domestiċi fl-azjenda li minnha jkunu ġejjin sabiex jiġi evitat tħassib possibbli dwar it-trattament xieraq tal-annimali waqt il-ġbir u t-trasport tagħhom. |
|
(6) |
Minbarra l-qtil b’emerġenza, l-ungulati domestiċi huma meħtieġa li jinqatlu f’biċċerija approvata skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tal-iġjene stipulati fil-Kapitoli II u IV tas-Sezzjoni I tal-Anness III ta’ dak ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu japprovaw biċċeriji mobbli skont dak l-Artikolu. Dawn il-faċilitajiet mobbli jistgħu jitqiegħdu fil-postijiet xierqa kollha, inklużi l-azjendi agrikoli, fejn jistgħu jinqatlu gruppi ta’ annimali b’saħħithom. F’ċirkostanzi oħrajn, it-trasport ta’ ċerti annimali jista’ joħloq riskju għal min jimmaniġġahom jew għat-trattament xieraq tal-annimali. Għalhekk, jenħtieġ li l-qtil u l-iżvinar ikunu permessi fl-azjenda li minnha jkunu ġejjin għal għadd limitat ta’ annimali bovini u porċini domestiċi u solipedi domestiċi. Tali prattika jenħtieġ li tkun soġġetta għal kundizzjonijiet stretti biex jinżamm livell għoli ta’ sikurezza alimentari tal-laħam derivat minn tali annimal. |
|
(7) |
Jenħtieġ li l-annimali bovini u porċini domestiċi u s-solipedi domestiċi maqtula fl-azjenda li minnha jkunu ġejjin jkunu akkumpanjati minn ċertifikat uffiċjali, li jiddikjara li r-rekwiżiti tal-iġjene għall-qtil jkunu ġew imħarsa. Tali ċertifikat uffiċjali huwa previst fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 (4). |
|
(8) |
Fis-27 ta’ Settembru 2018, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adottat it-tieni opinjoni xjentifika dwar l-approċċi tal-analiżi tal-perikli għal ċerti stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut żgħar u donazzjonijiet tal-ikel (5). Dik l-Opinjoni tirrakkomanda l-iffriżar fil-livell tal-bejgħ bl-imnut bħala għodda addizzjonali biex tiġi ggarantita r-ridistribuzzjoni sikura tal-ikel lil dawk fil-bżonn. Il-faċilitazzjoni ta’ prattiki ta’ donazzjoni tal-ikel mingħajr periklu tipprevjeni l-ħela tal-ikel u tikkontribwixxi għas-sigurtà alimentari, skont l-objettivi stipulati fl-istrateġija tal-Kummissjoni “Mill-Għalqa sal-Platt” u l-għan ġenerali tagħha li tistabbilixxi sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent, bħala parti mill-Patt Ekoloġiku Ewropew. L-iffriżar tal-ikel jista’ jkun mezz importanti biex tiġi żgurata r-ridistribuzzjoni sikura tiegħu mill-banek tal-ikel u minn organizzazzjonijiet tal-karità oħrajn. L-iffriżar tal-laħam bħalissa mhuwiex permess fil-każ ta’ attività bejn il-bejjiegħa bl-imnut, minħabba li l-laħam maħsub għall-friża huwa meħtieġ li jiġi ffriżat mingħajr dewmien żejjed wara l-qtil jew it-tqattigħ f’konformità mal-punt 4 tal-Kapitolu VII tas-Sezzjoni I tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, fir-rigward tal-annimali domestiċi u mal-punt 5 tal-Kapitolu V tas-Sezzjoni II ta’ dak l-Anness fir-rigward tal-pollam u l-lagomorfi. Għalhekk, jenħtieġ li l-iffriżar tal-laħam ikun permess fil-każ ta’ attività bejn il-bejjiegħa bl-imnut f’ċerti kundizzjonijiet biex tkun żgurata d-distribuzzjoni sikura għad-donazzjonijiet tal-ikel. |
|
(9) |
Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) iddefinixxa “veterinarju approvat”. Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) ħassar ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 u ddefinixxa “veterinarju uffiċjali”. Billi d-definizzjoni ta’ “veterinarju uffiċjali” fir-Regolament (UE) 2017/625 tinkludi “veterinarju approvat”, jenħtieġ li r-referenzi għal “veterinarju approvat” fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jiġu emendati biex jirreferu minflok għal “veterinarju uffiċjali” |
|
(10) |
Ir-rekwiżiti speċifiċi tal-iġjene għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ laħam minn mammali tal-kaċċa taż-żewġ imrobbija stipulati fis-Sezzjoni III tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 japplikaw biss għal-laħam minn Cervidae jew Suidae. Jenħtieġ li japplikaw ukoll rekwiżiti simili għal-laħam minn mammali tal-kaċċa taż-żewġ imrobbija, bħal-lama, sabiex jiġi evitat riskju possibbli għas-sikurezza alimentari minn bidliet fix-xejriet tal-konsum minħabba żieda fil-konsum ta’ tali laħam. |
|
(11) |
L-iġsma u l-vixxri tal-kaċċa selvaġġa kkaċċjata jistgħu jiġu ttrasportati lejn ċentru tal-ġbir u maħżuna fih qabel ma jiġu ttrasportati lejn stabbiliment li jipproċessa l-kaċċa. Jenħtieġ li jiġu introdotti regoli speċifiċi tal-iġjene dwar l-immaniġġjar u l-ħażna ta’ dawn l-iġsma u l-vixxri f’tali ċentri tal-ġbir sabiex tiġi żgurata s-sikurezza alimentari ta’ dak il-laħam billi jiġu emendati r-rekwiżiti tal-iġjene għall-kaċċa selvaġġa stipulati fis-Sezzjoni IV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. |
|
(12) |
Il-kaċċa selvaġġa jeħtieġ li tiġi ttrasportata mill-aktar fis possibbli lejn stabbiliment li jipproċessa l-kaċċa wara eżami minn persuna mħarrġa f’konformità mal-punt 3 tal-Kapitolu II tas-Sezzjoni IV tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 fir-rigward ta’ kaċċa selvaġġa kbira u mal-punt 3 tal-Kapitolu III ta’ dik is-Sezzjoni fir-rigward ta’ kaċċa selvaġġa żgħira sabiex it-tkessiħ ikun jista’ jsir fi żmien raġonevoli wara l-qtil. Jenħtieġ li dak ir-rekwiżit japplika wkoll għall-kaċċa selvaġġa fejn ma jkun sar l-ebda eżami. |
|
(13) |
Il-punt 3 tal-Kapitolu I tas-Sezzjoni VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jistabbilixxi li kull meta operatur tan-negozju fl-ikel jittrasporta lott ta’ molluski bivalvi ħajjin minn stabbiliment għall-ieħor, il-lott jeħtieġ li jkun akkumpanjat minn dokument ta’ reġistrazzjoni. Sabiex tiġi armonizzata l-informazzjoni meħtieġa mill-punt 4 tal-Kapitolu I tas-Sezzjoni VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, jenħtieġ li jiġi stabbilit mudell komuni tad-dokument ta’ reġistrazzjoni għall-moviment tal-molluski bivalvi ħajjin minn stabbilimenti għall-ieħor. Barra minn hekk, hija prattika komuni li l-lottijiet tal-molluski bivalvi jistgħu jintbagħtu wkoll lill-operaturi intermedjarji, għalhekk, jenħtieġ li d-dokument ta’ reġistrazzjoni jinkludi wkoll din il-possibbiltà. |
|
(14) |
F’konformità mal-punt 1 tal-Parti A tal-Kapitolu IV tas-Sezzjoni VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, il-molluski bivalvi ħajjin għandhom jinħaslu b’ilma nadif, biex jitnaddfu mit-tajn u fdalijiet akkumulati qabel ma tibda t-tisfija. Madankollu, sabiex jiġi ffrankat l-ilma, jenħtieġ li l-ħasil ta’ molluski bivalvi nodfa ma jkunx obbligatorju. Jenħtieġ li l-punt 1 tal-Parti A tal-Kapitolu IV tas-Sezzjoni VII jiġi mmodifikat kif xieraq. |
|
(15) |
Molluski bivalvi ħajjin imqiegħda fis-suq ma jistax ikun fihom bijotossini marini li jeċċedu l-limiti stabbiliti fil-punt 2 tal-Kapitolu V tas-Sezzjoni VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. L-EFSA kkonkludiet fl-Opinjoni tagħha “Marine biotoxins in shellfish – Pectenotoxin group” (8) li ma hemmx rapporti ta’ effetti avversi fil-bnedmin assoċjati ma’ tossini tal-grupp ta’ Pektenotossini (PTX). Barra minn hekk, il-PTX fil-frott tal-baħar bil-qoxra dejjem ikunu akkumpanjati minn tossini mill-grupp tal-aċidu Okadajku. Għalhekk, huwa xieraq li titħassar ir-referenza għal PTX mill-punt 2(c) tal-Kapitolu V tas-Sezzjoni VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. |
|
(16) |
L-Artikolu 11 tar-Regolament Delegat 2019/624 jistabbilixxi li l-klassifikazzjoni taż-żoni ta’ produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski mhix meħtieġa b’rabta mal-ġbir ta’ holothuroidea meta l-awtoritajiet kompetenti jwettqu kontrolli uffiċjali fuq tali annimali fi rkanti tal-ħut, ċentri ta’ spedizzjoni u stabbilimenti tal-ipproċessar. Jenħtieġ li l-Kapitolu IX tas-Sezzjoni VII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jiġi emendat sabiex jippermetti l-ġbir ta’ Holothuroidea barra l-arji ta’ produzzjoni u ta’ riposizzjoni kklassifikati. |
|
(17) |
Jenħtieġ li l-bastimenti jiġu ddisinjati u mibnija b’tali mod li ma jikkawżawx kontaminazzjoni tal-prodotti tas-sajd b’ilma tas-sentina, drenaġġ, duħħan, karburant, żejt, grass jew sustanzi oħrajn ta’ ħsara. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-istivi, it-tankijiet jew il-kontenituri użati għall-ħażna, għat-tkessiħ jew għall-iffriżar tal-prodotti tas-sajd ma jintużawx għal skopijiet oħrajn għajr għall-ħażna tal-prodotti tas-sajd. Jenħtieġ li l-bastimenti friża u l-bastimenti reefer ikunu mgħammra b’tagħmir ta’ ffriżar b’kapaċità suffiċjenti biex jiffriżaw kemm jista’ jkun malajr fi proċess kontinwu u b’perjodu ta’ waqfien termali kemm jista’ jkun qasir, sabiex tinkiseb temperatura tal-qalba ta’ mhux aktar minn -18 °C. Jenħtieġ li l-istivi tal-ħażna ma jintużawx għall-iffriżar tal-prodotti. Jenħtieġ li l-istess rekwiżiti għat-tagħmir tal-iffriżar u tal-ħażna japplikaw ukoll għall-imħażen tal-friża fuq l-art. Għalhekk, jenħtieġ li l-parti I tal-Kapitolu I u l-parti B tal-Kapitolu III tas-Sezzjoni VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jiġu emendati kif xieraq. |
|
(18) |
Wara frodi reċenti fir-rigward ta’ tonn inizjalment iffriżat fis-salmura f’temperatura ta’ -9 °C u destinat għall-industrija tal-ikel ippreżervat fil-laned, iżda ddevjat biex jiġi kkonsmat bħala prodotti tas-sajd friski, huwa xieraq li jiġi ċċarat fil-punt 7 tal-Parti II tal-Kapitolu I tas-Sezzjoni VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 li prodotti tas-sajd sħaħ inizjalment iffriżati fis-salmura f’temperatura ta’ -9 °C u destinati għall-industrija tal-ikel ippreżervat fil-laned, anki jekk iffriżati ulterjorment f’temperatura ta’ -18 °C, ma għandux ikollhom destinazzjoni differenti mill-industrija tal-ikel ippreżervat fil-laned. |
|
(19) |
Il-fwied u l-bajd ta’ prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem iridu jiġu ppreservati fis-silġ, f’temperatura qrib dik tas-silġ li qed idub, jew jiġu ffriżati. Huwa xieraq li jkun permess li l-fwied u l-bajd jinżammu wkoll fil-friġġ f’kundizzjonijiet differenti minn dawk fis-silġ, f’temperatura qrib dik tas-silġ li qed idub. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-punt 6 tal-Parti II tal-Kapitolu I tas-Sezzjoni VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jiġi emendat sabiex jippermetti li l-fwied u l-bajd tal-prodotti tas-sajd maħsuba għall-konsum mill-bniedem ikunu jistgħu jitkessħu wkoll mhux biss fis-silġ, iżda f’kundizzjonijiet differenti ta’ tkessiħ. |
|
(20) |
Huwa xieraq li f’kontenituri użati għall-ispedizzjoni jew għall-ħażna ta’ prodotti tas-sajd friski mħejjija u mhux ippakkjati maħżuna fis-silġ, jenħtieġ li l-ilma li jinħall ma jibqax f’kuntatt ma’ kwalunkwe prodott tas-sajd. Huwa importanti, għal raġunijiet ta’ iġjene, li jiġi ċċarat li l-ilma li jinħall mhux biss jenħtieġ li ma jibqax f’kuntatt ma’ prodotti tas-sajd, iżda jenħtieġ li jitbattal. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-punt 4 tal-Parti A tal-Kapitolu III tas-Sezzjoni VIII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jiġi emendat sabiex jiġi ċċarat li l-ilma li jinħall mhux biss jenħtieġ li ma jibqax f’kuntatt ma’ prodotti tas-sajd, iżda jenħtieġ li jitbattal. |
|
(21) |
Ir-regoli speċifiċi tal-iġjene dwar il-koxox taż-żrinġijiet stipulati fis-Sezzjoni XI tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 japplikaw biss għall-koxox taż-żrinġijiet tal-ispeċi RNA (il-familja Ranidae) f’konformità mad-definizzjoni tal-koxox taż-żrinġijiet stipulata fil-punt 6.1 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament. Ir-regoli speċifiċi tal-iġjene għall-bebbux f’dik is-Sezzjoni japplikaw biss għall-gasteropodi terrestri tal-ispeċijiet Helix pomatia Linné, Helix aspersa Muller, Helix lucorum u tal-ispeċijiet tal-familja Achatinidae f’konformità mad-definizzjoni tal-bebbux stipulata fil-punt 6.2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Minħabba l-bidliet fid-drawwiet tal-ikel, il-koxox taż-żrinġijiet u l-bebbux ta’ speċijiet oħrajn huma wkoll prodotti u mqiegħda fis-suq għall-konsum mill-bniedem. Għalhekk, jenħtieġ li r-regoli speċifiċi tal-iġjene jiġu estiżi biex ikopru dawk l-ispeċijiet biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-ikel idderivat minn dawn l-ispeċijiet. |
|
(22) |
Is-Sezzjoni XII tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tistabbilixxi r-rekwiżiti speċifiċi tat-temperatura għall-ħażna tal-qrieqeċ maħsuba għall-konsum mill-bniedem. L-iżviluppi teknoloġiċi ppermettew ċerti tekniki tal-imballaġġ, bħall-imballaġġ fil-vakwu, li għalihom, ir-rekwiżiti speċifiċi tat-temperatura mhumiex meħtieġa biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-ikel idderivat mill-qrieqeċ. Għalhekk, jenħtieġ li dawk il-kundizzjonijiet tat-temperatura jitħassru, filwaqt li jenħtieġ li l-operatur tan-negozju fl-ikel jiżgura s-sikurezza tal-ikel idderivat mill-qrieqeċ permezz ta’ prattiki u proċeduri tal-iġjene tajba bbażati fuq il-prinċipji tal-Analiżi tal-Perikli u Punti Kritiċi ta’ Kontroll (HACCP) f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). |
|
(23) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ April 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/624 tat-8 ta’ Frar 2019 rigward ir-regoli speċifiċi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq il-produzzjoni tal-laħam u għaż-żoni ta’ produzzjoni u fejn jinżammu l-molluski bivalvi ħajjin skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 1)
(3) https://ec.europa.eu/food/sites/food/files/safety/docs/f2f_action-plan_2020_strategy-info_en.pdf
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, ċertifikazzjoni uffiċjali dwar dawn iċ-ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE(ĠU L 442, 30.12.2020 p. 1)
(5) EFSA Journal 2018; 16(11):5432
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206)
(7) Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).
(8) https://doi.org/10.2903/j.efsa.2009.1109
(9) Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).
ANNESS
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Is-Sezzjoni I hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
Is-Sezzjoni II hija emendata kif ġej:
|
|
(3) |
Is-Sezzjoni III hija emendata kif ġej:
|
|
(4) |
Is-Sezzjoni IV hija emendata kif ġej:
|
|
(5) |
Is-Sezzjoni VII hija emendata kif ġej:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(6) |
Is-Sezzjoni VIII hija emendata kif ġej:
|
|
(7) |
Fis-Sezzjoni XI, jiżdiedu l-punti 7 u 8 li ġejjin:
|
|
(8) |
Fis-Sezzjoni XII, fil-Kapitolu II, jitħassar il-punt 5. |
(*) Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).
(**) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerta enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).”
(*) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, ċertifikazzjoni uffiċjali dwar dawn iċ-ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE (ĠU L 442, 30.12.2020 p. 1).”
(*) Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).”
(*) Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).” ”