|
13.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 291/120 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1355
tat-12 ta’ Awwissu 2021
dwar programmi nazzjonali pluriennali għall-kontroll tar-residwi tal-pestiċidi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 jistabbilixxi regoli għall-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, fost l-oħrajn fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel f’kull stadju tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tad-distribuzzjoni. Dan jipprevedi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali b’rabta ma’ sustanzi li l-użu tagħhom jista’ jwassal għal residwi ta’ dawk is-sustanzi fl-ikel u fl-għalf. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2017/625 iħassar l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li madanakollu jibqa’ applikabbli sal-14 ta’ Diċembru 2022, diment li ma tiġix stabbilita data iżjed bikrija minn att delegat. Dak l-Artikolu 30 jistipula rekwiżiti speċifiċi biex jiġu stabbiliti programmi nazzjonali pluriennali għall-kontroll tar-residwi tal-pestiċida bl-użu doppju li jistmaw l-esponiment tal-konsumaturi u l-konformità mal-leġiżlazzjoni. |
|
(3) |
L-Artikolu 110 tar-Regolament (UE) 2017/625 jipprevedi r-rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-pjanijiet nazzjonali pluriennali ta’ kontroll. Madankollu, dawn ma jqisux l-arranġamenti prattiċi u speċifiċi meħtieġa għall-preparazzjoni ta’ programmi nazzjonali pluriennali għall-kontroll tar-residwi tal-pestiċida. |
|
(4) |
Huwa għalhekk xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi għall-preparazzjoni ta’ programmi nazzjonali pluriennali għall-kontroll tar-residwi tal-pestiċida, li jenħtieġ li jkunu parti mill-pjanijiet nazzjonali pluriennali ta’ kontroll. Huwa partikolarment importanti li niżguraw li r-reġim ta’ kontroll iqis l-użu tal-espożizzjoni tal-konsumaturi u l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(5) |
Minħabba li l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 mhux se japplika iżjed mill-15 ta’ Diċembru 2022, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika minn dik id-data ’l quddiem. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Programmi nazzjonali pluriennali għall-kontroll tar-residwi tal-pestiċida
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programmi nazzjonali pluriennali għall-kontroll tar-residwi tal-pestiċida, bħala parti mill-pjan nazzjonali pluriennali ta’ kontroll rispettiv tagħhom. Huma għandhom jaġġornaw il-programm pluriennali tagħhom kull sena.
2. Dawk il-programmi għandhom ikunu bbażati fuq ir-riskji u jkollhom l-għan li jistmaw l-esponiment tal-konsumaturi u l-konformità mar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Huma għandhom jispeċifikaw mill-inqas dawn li ġejjin:
|
(a) |
il-prodotti li minnhom għandhom jittieħdu kampjuni; |
|
(b) |
in-numru ta’ kampjuni li għandhom jittieħdu u l-analiżijiet li għandhom isiru; |
|
(c) |
il-pestiċidi li għandhom jiġu analizzati; |
|
(d) |
il-kriterji li għandhom jiġu applikati fit-tfassil ta’ dawn il-programmi, inkluż:
|
3. L-Istati Membri għandhom jipparteċipaw fil-programm pluriennali ta’ kontroll tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-15 ta’ Diċembru 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Awwissu 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).