8.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 242/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2021/1116

tat-28 ta’ Ġunju 2021

dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd previsti mill-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija għas-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Komunità Ewropea (2021-2026)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Sħubija għas-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Komunità Ewropea (1) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Ftehim”), li ġie approvat skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 450/2007 (2), daħal fis-seħħ fil-11 ta’ Ġunju 2007. Il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontroparti finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Gabon (3), iffirmat fl-24 ta’ Lulju 2013 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Protokoll tal-2013”), skada fit-23 ta’ Lulju 2016.

(2)

Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem l-Unjoni, Protokoll ta’ Implimentazzjoni ġdid tal-Ftehim ta’ Sħubija għas-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Komunità Ewropea (2021-2026) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Protokoll”) għal perijodu ta’ ħames snin.

(3)

B’riżultat ta’ dawk in-negozjati, il-Protokoll ġie inizjalat fl-10 ta’ Frar 2021.

(4)

Fit-28 ta’ Ġunju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2021/1117 (4), rigward l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-protokoll, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar tard.

(5)

Jenħtieġ li l-opportunitajiet tas-sajd previsti fil-Protokoll jiġu allokati fost l-Istati Membri għall-perjodu kollu tal-applikazzjoni tal-Protokoll.

(6)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli, minħabba l-importanza ekonomika tal-attivitajiet tas-sajd tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd tal-Gabon u l-ħtieġa li titnaqqas kemm jista’ jkun l-interruzzjoni ta’ dawn l-attivitajiet.

(7)

Il-Protokoll jenħtieġ li jibda japplika fuq bażi provviżorja mid-data tal-iffirmar tiegħu biex il-bastimenti tal-Unjoni jkunu jistgħu għal darb’oħra jeżerċitaw attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Gabon. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika mill-istess data,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti skont il-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija għas-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Komunità Ewropea (2021-2026) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Protokoll”) għandhom jiġu allokati fost l-Istati Membri kif ġej:

(a)

bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni:

Spanja:

15-il bastiment,

Franza:

12-il bastiment;

(b)

bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief:

Spanja:

5 bastimenti,

Franza:

bastiment 1;

(c)

bastimenti tat-tkarkir:

Spanja:

4 bastimenti.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-data tal-iffirmar tal-Protokoll.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-28 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

M. do C. ANTUNES


(1)   ĠU L 109, 26.4.2007, p. 3.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 450/2007 tas-16 ta’ April 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Komunità Ewropea (ĠU L 109, 26.4.2007, p. 1).

(3)   ĠU L 250, 20.9.2013, p. 2.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1117 tat-28 ta’ Ġunju 2021 dwar l-iffirmat, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija għas-settur tas-sajd bejn ir-Repubblika tal-Gabon u l-Komunità Ewropea (2021-2026) (ara paġna 3 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).