2.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 234/67 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1079
tal-24 ta’ Ġunju 2021
li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2019/880 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni u l-importazzjoni ta’ beni kulturali
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/880 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-introduzzjoni u l-importazzjoni ta’ beni kulturali (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 3(6), 4(12), 5(3) u 8(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex jiġi implimentat kif xieraq ir-Regolament (UE) 2019/880, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għall-istabbiliment ta’ sistema ta’ liċenzjar tal-importazzjoni għal ċerti kategoriji ta’ beni kulturali elenkati fil-Parti B tal-Anness ta’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Jeħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti regoli rigward sistema ta’ dikjarazzjoni tal-importatur għall-kategoriji elenkati fil-Parti C tal-Anness tar-Regolament (UE) 2019/880. |
(3) |
Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli rigward l-eċċezzjonijiet għar-rekwiżiti biex tinkiseb liċenzja tal-importazzjoni jew biex tiġi sottomessa dikjarazzjoni tal-importatur skont ċerti kundizzjonijiet. |
(4) |
Jenħtieġ li s-salvagwardja ta’ beni kulturali li huma f’riskju imminenti ta’ qerda jew telf f’pajjiż terz issir f’rifuġji fl-Unjoni sabiex jiġu ggarantiti s-sikurezza, iż-żamma f’kundizzjoni tajba u r-ritorn sikur tagħhom meta s-sitwazzjoni tkun tippermetti dan. Sabiex jiġi żgurat li l-beni kulturali fdati għas-salvagwardja ma jiġux iddevjati fl-Unjoni u jitqiegħdu fis-suq, jenħtieġ li r-rifuġji jiġu ssorveljati jew operati minn entitajiet pubbliċi u jenħtieġ li l-beni kulturali jibqgħu taħt is-superviżjoni diretta tagħhom f’kull ħin. |
(5) |
Jenħtieġ li l-beni kulturali fdati għas-salvagwardja f’rifuġju fi Stat Membru jitqiegħdu taħt proċeduri doganali xierqa, li jiggarantixxu l-ħażna tagħhom għal perjodu ta’ żmien indeterminat, u jentħieġ li jsiru arranġamenti f’każ li s-sitwazzjoni tar-riskju fil-pajjiż terz tkun mistennija li tippersisti lil hinn mill-futur prevedibbli. Sabiex il-pubbliku ġenerali jkun jista’ jibbenefika mill-preżenza temporanja ta’ dawn il-beni kulturali fit-territorju tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun permess il-wiri tagħhom f’bini operat mill-istess entità li topera r-rifuġju rilevanti, soġġett għall-kunsens minn qabel tal-pajjiż terz u, meta l-beni jkunu tqiegħdu f’ħażna doganali, għal awtorizzazzjoni minn qabel mid-dwana f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Jenħtieġ li t-trasferiment tal-beni lejn il-bini tal-wiri jkun permess biss jekk ikunu jistgħu jiġu żgurati s-sikurezza u ż-żamma tagħhom f’kundizzjoni tajba. |
(6) |
L-eżenzjoni mill-ħtieġa li tinkiseb liċenzja tal-importazzjoni jew li tiġi sottomessa dikjarazzjoni tal-importatur lid-dwana fil-każ ta’ ammissjoni temporanja ta’ beni kulturali għall-finijiet tal-edukazzjoni, ix-xjenza, il-konservazzjoni, ir-restawr, il-wiri, id-diġitalizzazzjoni, l-arti tal-ispettaklu, ir-riċerka mwettqa minn istituzzjonijiet akkademiċi jew il-kooperazzjoni bejn mużewijiet jew istituzzjonijiet simili jenħtieġ li tiġi organizzata b’tali mod li jiġi żgurat li l-beni kulturali jintużaw għal dawk il-finijiet biss. L-istabbilimenti u l-istituzzjonijiet tas-settur pubbliku jitqiesu affidabbli fir-rigward tal-użu tal-beni kulturali importati temporanjament; għalhekk, jenħtieġ li dawn jintalbu jirreġistraw fis-sistema elettronika biss. L-istituzzjonijiet jew l-istabbilimenti regolati mil-liġi privata jew kemm mil-liġi privata kif ukoll mil-liġi pubblika jenħtieġ li jitħallew jibbenefikaw mill-eżenzjoni, dment li r-reġistrazzjoni tagħhom fis-sistema elettronika tiġi sussegwentement ikkonfermata mill-awtorità kompetenti. Jenħtieġ li din l-eżenzjoni tiġi implimentata wkoll b’mod li jiġi żgurat li l-istess beni ammessi temporanjament ikunu dawk li jiġu riesportati fi tmiem il-proċedura u li d-dwana tkun tista’ tidentifika faċilment l-istabbilimenti benefiċjarji permezz tas-sistema elettronika ċentralizzata. |
(7) |
Sabiex tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-beni kulturali ammessi temporanjament f’eżenzjoni mir-rekwiżit ta’ liċenzja tal-importazzjoni jew dikjarazzjoni tal-importatur skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) 2019/880, huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli rigward id-deskrizzjoni ta’ dawk il-beni li jenħtieġ li jittellgħu fis-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament. |
(8) |
Għall-applikazzjoni korretta tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) 2019/880 u sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni uniformi u jiġi evitat l-użu ħażin tal-eżenzjoni minn postijiet tal-bejgħ permanenti bħal djar tal-irkant, ħwienet u galleriji tal-antikità, fieri tal-arti kummerċjali, jenħtieġ li dawn jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet fir-rigward tat-tul ta’ żmien, l-iskop u l-aċċessibbiltà tagħhom għall-pubbliku ġenerali, kif ukoll il-pubbliċità mogħtija lilhom. |
(9) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2019/880 dwar il-liċenzji tal-importazzjoni, huma meħtieġa regoli li jirregolaw it-tfassil, is-sottomissjoni u l-eżami tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ u l-validità tal-liċenzji rilevanti permezz tas-sistema elettronika ċentralizzata. |
(10) |
Sabiex jiġi evitat l-użu irregolari ta’ liċenzja tal-importazzjoni li tkun ġiet revokata minn awtorità kompetenti, jenħtieġ li tiġi skattata twissija fis-sistema elettronika għall-importazzjoni ta’ beni kulturali msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2019/880, li tiġbed l-attenzjoni tal-awtoritajiet doganali u kompetenti ta’ Stati Membri oħra. |
(11) |
Il-provenjenza leċita ta’ ben kulturali li jkun ġie importat fil-passat fl-Unjoni skont liċenzja tal-importazzjoni diġà ġiet eżaminata minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ma’ dik il-valutazzjoni u biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ, jenħtieġ li applikazzjoni ġdida għar-riimportazzjoni tal-istess ben kulturali tkun soġġetta għal rekwiżiti simplifikati. |
(12) |
F’konformità mar-Regolament (UE) 2019/880, il-perjodu ta’ 90 jum għal awtorità kompetenti biex tiddeċiedi dwar applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni jibda minn meta dik l-awtorità tirċievi applikazzjoni kompluta. Sabiex jiġu żgurati t-trattament ugwali u l-ipproċessar espedjenti tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji, fejn informazzjoni addizzjonali għal dik sottomessa mill-applikant mal-applikazzjoni elettronika tiegħu titqies li hija meħtieġa biex tintwera esportazzjoni legali, jenħtieġ li l-perjodu ta’ 90 jum jibda biss minn meta l-applikant ikun issottometta l-informazzjoni addizzjonali mitluba billi jtellagħha fis-sistema elettronika. Peress li l-applikant għandu l-oneru tal-provi biex juri esportazzjoni legali, meta l-informazzjoni addizzjonali mitluba ma tkunx ġiet sottomessa lill-awtorità kompetenti fi żmien l-iskadenza stabbilita, jenħtieġ li l-applikazzjoni tiġi miċħuda bħala mhux kompluta. |
(13) |
Sabiex tiġi evitata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ beni kulturali esportati illegalment minn pajjiż terz, ċerti dokumenti jew informazzjoni li tiċċertifika l-esportazzjoni legali mill-awtoritajiet tal-pajjiż terz, li tidentifika b’mod adegwat il-ben kulturali u li tinvolvi r-responsabbiltà tal-importatur, jenħtieġ li dejjem jiġu sottomessi ma’ applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni jew tkun fil-pussess tad-dikjarant li jissottometti dikjarazzjoni tal-importatur, f’każ li l-awtoritajiet doganali jitolbu l-preżentazzjoni tagħha. |
(14) |
Sabiex l-applikanti jkunu jistgħu jagħtu prova tal-provenjenza legali fil-każ fejn il-pajjiż li fih ikun inħoloq jew ġie skopert il-ben ma kellux sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-esportazzjoni fil-mument tal-esportazzjoni, jenħtieġ li, b’sostenn għall-applikazzjoni tagħhom għal liċenzja tal-importazzjoni jew ikollhom fil-pussess tagħhom, l-operaturi jitħallew jissottomettu taħlita ta’ forom oħra ta’ evidenza, f’każ li dawn id-dokumenti jintalbu mid-dwana. F’dak il-każ, jenħtieġ li l-Istati Membri jitolbu lill-operatur jipprovdi kemm jista’ jkun tipi differenti ta’ evidenza, inklużi l-istorja u s-sjieda tal-beni li permezz tagħhom ikunu jistgħu jiġu ddeterminati l-awtentiċità u s-sjieda tiegħu. |
(15) |
Sabiex jiġi żgurat li d-dikjarazzjonijiet tal-importatur, kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2019/880, ikunu uniformi, huma meħtieġa regoli li jirregolaw it-tfassil tad-dikjarazzjoni ffirmata fis-sistema elettronika ċentralizzata u l-kontenut tad-deskrizzjoni standardizzata tal-ben kulturali. |
(16) |
Minbarra kontrolli każwali, id-dwana għandha twettaq kontrolli ibbażati primarjament fuq analiżi tar-riskju. Sabiex jiġi żgurat li l-oġġett ippreżentat lid-dwana jkun dak li għalih tkun inkisbet il-liċenzja tal-importazzjoni jew li tkun tfasslet id-dikjarazzjoni tal-importatur, jenħtieġ li d-dwana twettaq kontrolli billi tapplika l-kriterji tal-ġestjoni tar-riskju f’konformità mal-Artikoli 46 sa 49 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. |
(17) |
Ir-Regolament (UE) 2019/880 jipprevedi l-istabbiliment mill-Kummissjoni ta’ sistema elettronika ċentralizzata għall-ġestjoni tal-importazzjoni ta’ beni kulturali minn pajjiżi terzi fit-territorju doganali tal-Unjoni. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti arranġamenti dettaljati dwar l-operazzjoni, l-użu, l-aċċess, id-dispożizzjonijiet ta’ kontinġenza u s-sigurtà ta’ dik is-sistema u tal-informazzjoni maħżuna jew skambjata permezz tas-sistema. |
(18) |
Sabiex jiġi żgurat livell adegwat ta’ sigurtà ta’ mezzi elettroniċi ta’ identifikazzjoni u ċertifikazzjoni elettronika u sabiex il-proċessi jiġu ddiġitalizzati u armonizzati, jenħtieġ li l-liċenzji tal-importazzjoni u d-dikjarazzjonijiet tal-importatur jissodisfaw l-istandards għall-firem elettroniċi, is-siġilli elettroniċi u l-kronogrammi elettroniċi fil-livelli differenti ta’ assigurazzjoni tal-identità tagħhom stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1506 (4). |
(19) |
L-aċċess għall-kontenut tal-liċenzji tal-importazzjoni, l-applikazzjonijiet tagħhom, id-dikjarazzjonijiet tal-importatur u kwalunkwe informazzjoni jew dokument sottomess insostenn tagħhom jenħtieġ li jiġi riżervat biss għall-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/880 u għall-applikanti u d-dikjaranti nfushom. Madankollu, sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ, bħal fil-każ ta’ trasferiment tas-sjieda ta’ ben kulturali importat, jenħtieġ li d-detenturi tal-liċenzji tal-importazzjoni jew l-inizjaturi tad-dikjarazzjonijiet tal-importatur jitħallew jagħtu aċċess lil partijiet terzi għal-liċenzji jew għad-dikjarazzjonijiet tagħhom stess. |
(20) |
L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu l-għadd ta’ uffiċċji doganali li jistgħu jipproċessaw il-formalitajiet tal-importazzjoni tal-beni kulturali. Sabiex l-importaturi jkunu jafu liema huma l-uffiċċji doganali adegwati biex iwettqu l-formalitajiet tal-importazzjoni, jenħtieġ li din l-informazzjoni ssir disponibbli għalihom u tiġi aġġornata regolarment fis-sistema elettronika ċentralizzata. |
(21) |
Ir-Regolament (UE) 2019/880 jipprevedi li l-Artikoli 3(2) sa (5), (7) u (8), l-Artikolu 4(1) sa (10), l-Artikolu 5(1) u (2) u l-Artikolu 8(1) tiegħu għandhom japplikaw mid-data li fiha s-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 8 tiegħu ssir operazzjonali jew sa mhux aktar tard mit-28 ta’ Ġunju 2025. Għalhekk, id-data minn meta jenħtieġ li jibda japplika dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi ddifferita kif xieraq. |
(22) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u ta l-opinjoni tiegħu fit-23 ta’ April 2021. |
(23) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Oġġetti Kulturali (6), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“rifuġju” tfisser faċilità ta’ ħażna sikura fit-territorju doganali tal-Unjoni, li tinħatar minn Stat Membru għas-salvagwardja ta’ beni kulturali li huma ta’ importanza arkeoloġika, preistorika, storika, letterarja, artistika jew xjentifika u li huma taħt theddida serja u imminenti ta’ qerda jew telf kieku kellhom jibqgħu fil-post attwali tagħhom; |
(2) |
“pajjiż terz” tfisser pajjiż jew territorju barra mit-territorju doganali tal-Unjoni, kif definit fl-Artikolu 1(11) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 (7); |
(3) |
“pajjiż ta’ interess” tfisser il-pajjiż terz fejn il-ben kulturali li għandu jiġi importat inħoloq jew ġie skopert jew l-aħħar pajjiż fejn il-ben kulturali kien jinsab għal perjodu ta’ aktar minn ħames snin għal finijiet oħra minbarra użu temporanju, tranżitu, riesportazzjoni jew trażbord, f’konformità mal-Artikoli 4(4) u 5(2) tar-Regolament (UE) 2019/880; |
(4) |
“sistema ICG” tfisser is-sistema elettronika għall-importazzjoni ta’ beni kulturali msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2019/880; |
(5) |
“TRACES” tfisser is-sistema msemmija fl-Artikolu 133(4) tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8); |
(6) |
“firma elettronika” tfisser firma elettronika kif definita fl-Artikolu 3(10) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014; |
(7) |
“siġill elettroniku avvanzat” tfisser siġill elettroniku li jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stipulati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1506; |
(8) |
“siġill elettroniku kwalifikat” tfisser siġill elettroniku kif definit fl-Artikolu 3(27) tar-Regolament (UE) 910/2014; |
(9) |
“kronogramma elettronika kwalifikata” tfisser kronogramma elettronika kif definita fl-Artikolu 3(34) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014; |
(10) |
“numru EORI” tfisser in-numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi, kif definit fl-Artikolu 1(18) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/2446. |
KAPITOLU II
ARRANĠAMENTI DETTALJATI GĦAL EŻENZJONI MIR-REKWIŻITI DOKUMENTARJI
Artikolu 2
Salvagwardja
1. L-Istati Membri li jimportaw beni kulturali għall-fini ta’ salvagwardja għandhom joħolqu rifuġji għall-ħażna tagħhom. Dawk il-faċilitajiet ta’ ħażna għandhom ikunu mgħammra speċifikament biex jirċievu beni kulturali u jiżguraw is-sikurezza u ż-żamma tagħhom f’kundizzjoni tajba. Iż-żoni ħielsa kif imsemmija fl-Artikolu 243 tar-Regolament (UE) 952/2013 ma jistgħux jiġu nnominati bħala rifuġju.
2. Meta Stat Membru joħloq rifuġju, dan għandu jinnomina awtorità pubblika biex toperah jew tissorvelja l-operazzjoni tiegħu u għandu jtella’ d-dettalji ta’ kuntatt ta’ dik l-awtorità fis-sistema ICG. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli fuq l-internet.
3. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw biss awtoritajiet jew korpi statali, reġjonali jew lokali regolati mil-liġi pubblika peress li dawk huma definiti fl-Artikolu 2(1) u (4) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), bħala awtoritajiet pubbliċi biex joperaw jew jissorveljaw l-operazzjoni ta’ rifuġju.
4. Beni kulturali li jappartjenu għall-kategoriji elenkati fil-Partijiet B u C tal-Anness tar-Regolament (UE) 2019/880, li huma ta’ importanza arkeoloġika, preistorika, storika, letterarja, artistika jew xjentifika jistgħu jitqiegħdu temporanjament f’rifuġju fit-territorju doganali tal-Unjoni biex tiġi evitata l-qerda jew it-telf tagħhom minħabba kunflitt armat, diżastru naturali jew sitwazzjonijiet oħra ta’ emerġenza li jaffettwaw lill-pajjiż terz inkwistjoni.
5. L-importazzjoni tal-beni kulturali għall-iskop imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) 2019/880 tirrikjedi l-aċċettazzjoni minn qabel ta’ talba uffiċjali għas-salvagwardja sottomessa minn awtorità pubblika tal-pajjiż terz, li jkollu jew iżomm il-beni kulturali, lill-awtorità pubblika fl-Unjoni li ġiet maħtura biex topera jew tagħmel superviżjoni tal-operazzjoni tar-rifuġju li fih għandhom jitqiegħdu l-oġġetti kulturali.
6. Fin-nuqqas ta’ arranġament speċifiku bejn il-partijiet, il-kostijiet tal-ħażna u ż-żamma tal-beni kulturali mqiegħda f’rifuġju għandhom jitħallsu mill-Istat Membru li jospita dak ir-rifuġju.
7. Dan li ġej għandu japplika fir-rigward tal-proċedura doganali li permezz tagħha l-beni kulturali jistgħu jitqiegħdu waqt li jinħażnu f’rifuġju:
(a) |
L-entità li topera r-rifuġju għandha tiddikjara l-beni kulturali għat-tqegħid skont il-proċedura ta’ ħażna doganali privata f’konformità mal-Artikolu 240 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, dment li dik l-entità jkollha awtorizzazzjoni biex topera maħżen doganali privat fil-bini ta’ dak ir-rifuġju. |
(b) |
Inkella, l-entità li topera r-rifuġju tista’ tiddikjara l-beni kulturali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera b’eżenzjoni mid-dazju tal-importazzjoni, f’konformità mal-Artikoli 42 sa 44 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1186/2009 (10). |
(c) |
L-entità li topera r-rifuġju tista’ inizjalment tqiegħed il-beni kulturali taħt il-proċedura ta’ ammissjoni temporanja. Meta tintgħażel din il-proċedura doganali, għandhom isiru arranġamenti biex il-beni jitqiegħdu sussegwentement taħt waħda mill-proċeduri skont il-punt (a) jew (b), f’każ li jiskadi l-perjodu massimu ta’ dħul temporanju allokat skont l-Artikolu 251 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u l-estensjoni tiegħu ma tingħatax, filwaqt li r-ritorn sikur tal-beni lejn il-pajjiż terz ikun għadu mhux possibbli. |
8. Il-beni kulturali jistgħu jiġu mċaqalqa temporanjament mill-bini tar-rifuġju sabiex jintwerew lill-pubbliku, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-pajjiż terz li minnu jkunu ġew importati l-beni kulturali jkun ta l-kunsens tiegħu; |
(b) |
l-awtoritajiet doganali jkunu awtorizzaw iċ-ċaqliq f’konformità mal-Artikolu 240(3) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013; |
(c) |
il-bini magħżul għall-iskop ta’ wiri joffri l-kundizzjonijiet xierqa biex jiġu żgurati l-protezzjoni, il-konservazzjoni u ż-żamma tal-beni. |
Artikolu 3
Ammissjoni temporanja għall-edukazzjoni, ix-xjenza jew ir-riċerka
1. L-ammissjoni temporanja ta’ beni kulturali skont l-Artikolu 3(4)(c) tar-Regolament (UE) 2019/880 għandha tkun permessa mingħajr liċenzja tal-importazzjoni jew dikjarazzjoni tal-importatur għall-finijiet li ġejjin:
(a) |
l-użu esklużiv tal-beni kulturali minn stabbilimenti pubbliċi xjentifiċi, tat-tagħlim jew tat-taħriġ vokazzjonali fit-tagħlim, fit-taħriġ vokazzjonali jew fir-riċerka xjentifika u taħt ir-responsabbiltà tagħhom; |
(b) |
is-self temporanju minn mużewijiet u istituzzjonijiet simili f’pajjiżi terzi, ta’ beni kulturali li jappartjenu għall-kollezzjonijiet permanenti tagħhom lil mużew pubbliku jew istituzzjoni simili fit-territorju doganali tal-Unjoni bil-għan li dawk il-beni kulturali jintwerew lill-pubbliku minn din tal-aħħar jew li jintużaw f’wirjiet artistiċi; |
(c) |
id-diġitalizzazzjoni, jiġifieri l-preservazzjoni tal-immaġnijiet jew tal-ħsejjes tagħhom f’forma xierqa għat-trażmissjoni u għall-ipproċessar tal-kompjuter, permezz ta’ stabbiliment mgħammar b’mod xieraq għal dan il-għan u taħt ir-responsabbiltà u s-superviżjoni ta’ mużew pubbliku jew istituzzjoni simili; |
(d) |
ir-restawr jew il-konservazzjoni minn esperti professjonali taħt ir-responsabbiltà ta’ mużew pubbliku jew istituzzjoni simili, dment li tali trattament jew immaniġġjar ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jissewwew il-beni kulturali, jiġu rrestawrati f’kundizzjoni tajba jew biex jiġu ppreservati f’kundizzjoni tajba. |
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-istabbiliment jew l-istituzzjoni kkonċernata għandha toffri l-garanziji kollha meqjusa meħtieġa biex il-ben kulturali jiġi rritornat fl-istess kundizzjoni lill-pajjiż terz u li l-ben kulturali jista’ jiġi deskritt jew immarkat b’tali mod li ma jkun hemm l-ebda dubju, fil-mument tad-dħul temporanju, li l-ben li qed jiġi importat huwa l-istess wieħed li se jiġi riesportat fi tmiem il-proċedura.
3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjoni lil stabbilimenti jew istituzzjonijiet privati jew semiprivati fit-territorju tagħhom skont l-Artikolu 3(4)(c) tar-Regolament (UE) 2019/880 għall-finijiet speċifikati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dment li joffru l-garanziji meħtieġa li l-ben kulturali se jiġi ritornat f’kundizzjoni tajba lill-pajjiż terz fi tmiem il-proċedura ta’ ammissjoni temporanja.
4. Sabiex jibbenefikaw minn eżenzjoni skont il-paragrafu 1, l-istabbilimenti u l-istituzzjonijiet pubbliċi u l-istabbilimenti jew l-istituzzjonijiet privati jew semiprivati awtorizzati għandhom jirreġistraw fis-sistema ICG. Din l-informazzjoni għandha ssir disponibbli għad-dwana fl-Unjoni permezz tas-sistema ICG.
Artikolu 4
Traċċabbiltà
Id-detenturi ta’ beni kulturali eżentati mir-rekwiżiti dokumentarji stabbiliti fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) 2019/880 għandhom jipprovdu deskrizzjoni ġenerali standardizzata tal-beni fis-sistema ICG qabel ma jressqu d-dikjarazzjoni doganali korrispondenti.
Id-deskrizzjoni ġenerali għandha timtela skont id-dizzjunarju tad-data stabbilit fl-Anness I f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn il-beni għandhom jiġu importati.
Artikolu 5
Dħul temporanju ta’ beni kulturali offruti għall-bejgħ fil-fieri tal-arti kummerċjali
1. Sabiex tiġi applikata l-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) 2019/880, il-fiera tal-arti kummerċjali li fiha l-beni għandhom jiġu ppreżentati għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) |
tkun avveniment ta’ negozju b’ħin limitat, għajr irkant pubbliku, fejn il-beni kulturali jintwerew bil-ħsieb ta’ bejgħ possibbli; |
(b) |
tkun aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali, irrispettivament minn jekk dak il-pubbliku jkollux l-intenzjoni li jixtri jew le; |
(c) |
tkun ġiet irreklamata qabel permezz ta’ midja elettronika jew konvenzjonali ta’ ċirkolazzjoni mifruxa, bħal gazzetti, perjodiċi jew katalogi tal-wiri. |
2. Sabiex jibbenefikaw mill-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament (UE) 2019/880, ben kulturali għandu jiġi deskritt jew immarkat b’tali mod li fil-mument tad-dħul temporanju ma jistax ikun hemm dubju li l-ben li jkun qed jiġi importat huwa l-istess wieħed li se jiġi riesportat jew imqiegħed taħt proċedura doganali oħra msemmija fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) 2019/880 fit-tmiem il-proċedura ta’ ammissjoni temporanja.
3. Għall-finijiet tat-tieni sentenza tal-Artikolu 251(1) tar-Regolament (UE) 952/2013, il-perjodu li matulu l-beni kulturali jistgħu jibqgħu taħt il-proċedura ta’ ammissjoni temporanja għandu jiġi ddeterminat mill-awtoritajiet doganali filwaqt li jitqies iż-żmien meħtieġ għall-finijiet tal-wiri u l-ħruġ ta’ liċenzja tal-importazzjoni, fil-każ li l-beni għandhom jibqgħu fit-territorju doganali tal-Unjoni wara t-tmiem tal-fiera tal-arti kummerċjali.
4. F’konformità mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/880, l-applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni għandha tiġi sottomessa lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-ben kulturali kien importat għall-ewwel darba u tqiegħed taħt ammissjoni temporanja.
KAPITOLU III
ARRANĠAMENTI DETTALJATI GĦAL-LIĊENZJA TAL-IMPORTAZZJONI
Artikolu 6
Prinċipji ġenerali
1. Il-validità ta’ liċenzja tal-importazzjoni għandha tiskadi fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
(a) |
il-ben kulturali jiġi rilaxxat għaċ-ċirkolazzjoni libera; |
(b) |
il-liċenzja tal-importazzjoni ntużat biss biex il-ben kulturali jitqiegħed taħt waħda jew aktar mill-proċeduri doganali msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) 2019/880 u l-ben kulturali sussegwentement jiġi riesportat mit-territorju doganali tal-Unjoni. |
2. Għandha tinħareġ liċenzja tal-importazzjoni separata għal kull ben kulturali.
Madankollu, meta konsenja tkun tikkonsisti minn diversi beni kulturali, l-awtorità kompetenti tista’ tiddetermina jekk liċenzja waħda tal-importazzjoni għandhiex tkopri ben kulturali wieħed jew aktar f’dik il-konsenja.
3. Qabel ma toħroġ liċenzja tal-importazzjoni, l-awtorità kompetenti tista’ titlob li l-beni kulturali li għandhom jiġu importati jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha għal spezzjoni fiżika fl-uffiċċju doganali jew f’bini ieħor fil-ġurisdizzjoni tagħha, fejn il-beni jinżammu f’ħażna temporanja. Fid-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti u jekk jitqies meħtieġ, l-ispezzjoni fiżika tista’ ssir permezz ta’ konnessjoni bil-vidjow mill-bogħod.
4. Kwalunkwe kost relatat ma’ applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni għandu jitħallas mill-applikant.
5. Awtorità kompetenti tista’ tirrevoka liċenzja tal-importazzjoni li tkun ħarġet, jekk il-kundizzjonijiet li permezz tagħhom tkun ingħatat ma jibqgħux issodisfati. Id-deċiżjoni amministrattiva li tirrevoka l-liċenzja tal-importazzjoni, flimkien ma’ dikjarazzjoni tar-raġunijiet u informazzjoni dwar il-proċedura ta’ appell, għandha tiġi kkomunikata lid-detentur tal-liċenzja tal-importazzjoni permezz tas-sistema ICG. Ir-revoka ta’ liċenzja tal-importazzjoni għandha tiskatta twissija fis-sistema ICG, li tinforma lill-awtoritajiet doganali u kompetenti tal-Istati Membri l-oħra.
6. L-użu ta’ liċenzji tal-importazzjoni ma għandux jaffettwa l-obbligi relatati mal-formalitajiet doganali tal-importazzjoni jew dokumenti relatati.
Artikolu 7
Konsistenza tal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa
1. Id-detentur ta’ ben kulturali li għalih tkun inħarġet liċenzja tal-importazzjoni qabel l-esportazzjoni jew ir-riesportazzjoni tiegħu mill-Unjoni jista’ jirreferi għal dik il-liċenzja fi kwalunkwe applikazzjoni ġdida għall-importazzjoni.
2. L-applikant għandu juri li l-beni kulturali jkun ġie esportat jew riesportat mit-territorju doganali tal-Unjoni, u li l-beni kulturali li għalih tkun saret applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni huwa l-istess bħal dak liċenzjat qabel. L-awtorità kompetenti għandha tivverifika jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex issodisfati u għandha toħroġ liċenzja tal-importazzjoni ġdida, ibbażata fuq l-elementi ta’ dik preċedenti, dment li ma jkollhiex dubji raġonevoli dwar l-esportazzjoni legali tal-ben kulturali mill-pajjiż ta’ interess, abbażi ta’ informazzjoni ġdida.
Artikolu 8
Lista ta’ dokumenti ta’ sostenn biex tingħata prova tal-provenjenza leċita f’applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni
1. L-applikant għandu jipprovdi evidenza lill-awtorità kompetenti li l-ben kulturali inkwistjoni jkun ġie esportat mill-pajjiż ta’ interess f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tiegħu jew għandu jipprovdi evidenza tan-nuqqas ta’ tali liġijiet u regolamenti fiż-żmien meta l-ben kulturali jkun ittieħed barra mit-territorju tiegħu. B’mod partikolari:
(a) |
L-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni għandha tinkludi dikjarazzjoni ffirmata li biha l-applikant jassumi b’mod espliċitu r-responsabbiltà għall-veraċità tad-dikjarazzjonijiet kollha li jsiru fl-applikazzjoni u jiddikjara li huwa eżerċita d-diliġenza dovuta kollha biex jiżgura li l-ben kulturali li jkun beħsiebu jimporta jkun ġie esportat legalment mill-pajjiż ta’ interess. |
(b) |
Meta l-liġijiet u r-regolamenti tal-pajjiż ta’ interess jissuġġettaw l-esportazzjoni ta’ beni kulturali mit-territorju tiegħu għall-obbligu li tinkiseb awtorizzazzjoni minn qabel, l-applikant għandu jtella’ fis-sistema ICG kopji taċ-ċertifikati tal-esportazzjoni jew tal-liċenzji tal-esportazzjoni rilevanti maħruġa mill-awtorità pubblika kompetenti tal-pajjiż ta’ interess, li jiċċertifikaw li l-esportazzjoni tal-ben kulturali inkwistjoni kienet awtorizzata kif xieraq minnhom. |
(c) |
L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn ritratti bil-kulur tal-ben fuq sfond newtrali, skont l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness II. |
(d) |
Tipi oħra ta’ dokumenti li għandhom jiġu sottomessi insostenn ta’ applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni jistgħu jkunu, iżda mhumiex limitati għal dawn li ġejjin:
|
2. Id-dokumenti u r-rekords l-oħra ta’ informazzjoni elenkati taħt il-punt (d) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu vvalutati liberament mill-awtorità kompetenti, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi u r-riskju perċepit ta’ kummerċ illeċitu f’kull każ.
3. L-awtorità kompetenti tista’ titlob lill-applikant itella’ traduzzjonijiet uffiċjali tad-dokumenti msemmija fil-punti (b) u (d) tal-paragrafu 1 f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru rilevanti.
Artikolu 9
Regoli proċedurali dwar l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni
1. L-awtorità kompetenti tista’ tagħmel diversi talbiet għal informazzjoni addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 4(6) tar-Regolament (UE) 2019/880 fil-limitu ta’ żmien ta’ 21 jum stabbilit f’dik id-dispożizzjoni.
2. L-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali mitluba fi żmien 40 jum, u fin-nuqqas ta’ dan, l-applikazzjoni għandha tiġi miċħuda. Ladarba l-applikant ikun issottometta l-informazzjoni mitluba, l-awtorità kompetenti għandha teżaminaha u tieħu deċiżjoni fi żmien 90 jum. Jekk l-awtorità kompetenti tkun għamlet diversi talbiet għal informazzjoni, il-perjodu ta’ 90 jum għandu jibda mis-sottomissjoni tal-aħħar biċċa informazzjoni mill-applikant.
3. Meta applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni tiġi sottomessa lil Stat Membru differenti minn dak li fih ikun stabbilit l-applikant, is-sistema ICG għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-applikant.
4. Meta l-awtorità kompetenti li tirċievi n-notifika jkollha fil-pussess tagħha kwalunkwe informazzjoni li tqis rilevanti għall-ipproċessar tal-applikazzjoni, din għandha tibgħat din l-informazzjoni permezz tas-sistema ICG lill-awtorità kompetenti li lilha tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni.
5. F’każ li l-applikazzjoni ma tiġix sottomessa lill-awtorità li hija kompetenti biex toħroġ il-liċenzja tal-importazzjoni skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2019/880, l-awtorità li tkun irċeviet l-applikazzjoni għandha tibgħatha lill-awtorità kompetenti xierqa mingħajr dewmien.
Artikolu 10
Kontrolli tal-liċenzji tal-importazzjoni
1. Meta jwettaq kontrolli doganali f’konformità mal-Artikoli 46 sa 49 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, l-uffiċċju doganali li lilu titressaq id-dikjarazzjoni doganali għall-importazzjoni tal-beni kulturali għandu jiżgura li l-beni ppreżentati jikkorrispondu għal dawk deskritti fil-liċenzja tal-importazzjoni u li ssir referenza għal dik il-liċenzja fid-dikjarazzjoni doganali.
2. Meta l-beni kulturali jitqiegħdu taħt il-proċedura ta’ ħażna doganali msemmija fl-Artikolu 240 tar-Regolament (UE) 952/2013, in-numru tal-klassifikazzjoni tariffarja tal-beni fit-TARIC għandu jiġi ddikjarat fid-dikjarazzjoni doganali.
3. Meta l-beni kulturali jitqiegħdu taħt il-proċedura ta’ żona ħielsa, il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu mill-uffiċċju doganali kompetenti li lilu tiġi ppreżentata l-liċenzja tal-importazzjoni f’konformità mal-Artikolu 245(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Id-detentur tal-beni għandu jindika n-numru tal-klassifikazzjoni tariffarja tal-beni fit-TARIC mal-preżentazzjoni tagħhom lid-dwana.
KAPITOLU IV
ARRANĠAMENTI DETTALJATI GĦAD-DIKJARAZZJONI TAL-IMPORTATUR
Artikolu 11
Prinċipji ġenerali
1. Id-dikjarazzjonijiet tal-importatur għandhom jitfasslu permezz tal-formola prevista għal dan l-iskop fis-sistema ICG, f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn il-ben kulturali għandu jiġi importat u sottomess lid-dwana.
2. Bl-eċċezzjoni tal-muniti tal-kategorija (e) tal-Parti C tal-Anness tar-Regolament (UE) 2019/880, għandha titfassal dikjarazzjoni separata tal-importatur għal kull ben kulturali li għandu jiġi importat. Aktar minn munita waħda tal-istess denominazzjoni, kompożizzjoni materjali u oriġini tista’ tkun koperta taħt l-istess dikjarazzjoni tal-importatur, skont l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
3. Dikjarazzjoni tal-importatur għandha titfassal u tiġi sottomessa għal kull riimportazzjoni sussegwenti tal-istess beni kulturali, dment li ma tkunx tapplika eżenzjoni stabbilita fil-punti (a), (b) jew (c) tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) 2019/880.
Artikolu 12
Lista ta’ dokumenti ta’ sostenn biex tingħata prova tal-provenjenza leċita li jenħtieġ li jkunu fil-pussess tad-dikjarant
1. Id-dikjarazzjoni tal-importatur għandha tinkludi dikjarazzjoni ffirmata li biha l-importatur jassumi r-responsabbiltà u jiddikjara b’mod espliċitu li jkun eżerċita d-diliġenza dovuta kollha biex jiżgura li l-ben kulturali li jkun beħsiebu jimporta jkun ġie esportat legalment mill-pajjiż ta’ interess.
2. Id-dikjarazzjoni tal-importatur għandha tkun akkumpanjata minn informazzjoni standardizzata li tiddeskrivi l-ben kulturali f’biżżejjed dettall biex jiġi identifikat mid-dwana, inklużi ritratti bil-kulur tal-beni kulturali fuq sfond newtrali, skont l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.
3. Meta l-liġijiet u r-regolamenti tal-pajjiż ta’ interess jissuġġettaw l-esportazzjoni ta’ beni kulturali mit-territorju tiegħu għall-kisba ta’ awtorizzazzjoni minn qabel, l-importatur għandu jkollu fil-pussess tiegħu d-dokumenti tal-permess rilevanti maħruġa mill-awtorità pubblika kompetenti tal-pajjiż ta’ interess, li jiċċertifikaw li l-esportazzjoni tal-ben kulturali inkwistjoni kienet awtorizzata kif xieraq minnha. Fuq talba, dik id-dokumentazzjoni għandha tiġi ppreżentata lid-dwana.
4. Tipi oħra ta’ dokumenti li d-detentur tal-beni jista’ jkollu fil-pussess tiegħu biex jappoġġa, jekk jintalab jagħmel dan, id-dikjarazzjoni tal-importazzjoni tiegħu jistgħu jkunu, iżda mhumiex limitati għal, dawn li ġejjin:
(a) |
dokumentazzjoni doganali li tipprovdi evidenza dwar movimenti preċedenti tal-ben kulturali; |
(b) |
fatturi tax-xiri; |
(c) |
dokumenti tal-assigurazzjoni; |
(d) |
dokumenti tat-trasport; |
(e) |
rapporti dwar il-kundizzjoni; |
(f) |
titoli ta’ proprjetà, inklużi testmenti notarili jew testmenti miktuba bl-idejn iddikjarati validi skont il-liġijiet tal-pajjiż fejn kienu ġew stabbiliti; |
(g) |
dikjarazzjonijiet taħt ġurament tal-esportatur, tal-bejjiegħ jew ta’ parti terza oħra, li jkunu saru f’pajjiż terz u f’konformità mal-liġijiet tiegħu, li jixhdu d-data li fiha l-beni kulturali jkun telaq mill-pajjiż terz fejn ikun inħoloq jew ġie skopert jew avvenimenti oħra li jappoġġaw il-provenjenza leċita tiegħu; |
(h) |
valutazzjonijiet tal-esperti; |
(i) |
pubblikazzjonijiet ta’ mużewijiet, katalogi tal-wiri; artikli f’perjodiċi relatati; |
(j) |
katalogi tal-irkant, reklamar u materjal promozzjonali ieħor tal-bejgħ; |
(k) |
evidenza fotografika jew ċinematografika, li tappoġġa l-legalità tal-esportazzjoni tal-ben kulturali mill-pajjiż ta’ interess jew tippermetti li jiġi ddeterminat meta kien jinsab hemmhekk jew meta ħareġ mit-territorju tiegħu. |
5. Id-dokumenti u rekords oħra tal-informazzjoni elenkati fil-paragrafu 4 għandhom jiġu vvalutati liberament, abbażi taċ-ċirkostanzi u billi jitqies ir-riskju perċepit ta’ kummerċ illeċitu f’kull każ.
6. L-awtorità doganali tista’ titlob mid-detentur tal-beni li jtella’ traduzzjonijiet uffiċjali tad-dokumenti msemmija fil-paragrafi 3 u 4 f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru rilevanti.
Artikolu 13
Kontrolli tad-dikjarazzjonijiet tal-importatur
1. Meta jwettaq kontrolli doganali f’konformità mal-Artikoli minn 46 sa 49 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, l-uffiċċju doganali li lilu titressaq id-dikjarazzjoni doganali għall-importazzjoni tal-beni kulturali għandu jiżgura li l-beni ddikjarati jikkorrispondu ma’ dawk deskritti fid-dikjarazzjoni tal-importatur u li ssir referenza għal dik id-dikjarazzjoni fid-dikjarazzjoni doganali.
2. Meta l-beni kulturali jitqiegħdu taħt il-proċedura ta’ ħażna doganali, in-numru tal-klassifikazzjoni tariffarja tal-beni fit-TARIC għandu jiġi ddikjarat fid-dikjarazzjoni doganali.
3. Meta l-beni kulturali jitqiegħdu taħt il-proċedura ta’ żona ħielsa, il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu mill-uffiċċju doganali li lilu tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni tal-importatur f’konformità mal-Artikolu 245(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Id-detentur tal-beni għandu jindika n-numru tal-klassifikazzjoni tariffarja tal-beni fit-TARIC mal-preżentazzjoni tagħhom lid-dwana.
KAPITOLU V
ARRANĠAMENTI U REGOLI DETTALJATI GĦAS-SISTEMA ELETTRONIKA GĦALL-IMPORTAZZJONI TA’ BENI KULTURALI
Artikolu 14
Varar tal-ICG
Il-Kummissjoni għandha:
(a) |
tiżviluppa s-sistema ICG bħala modulu indipendenti ta’ TRACES; |
(b) |
tiżgura l-funzjonament, il-manutenzjoni, l-appoġġ u kwalunkwe aġġornament jew żvilupp meħtieġ tas-sistema ICG; |
(c) |
ikollha aċċess għad-data, għall-informazzjoni u għad-dokumenti kollha fis-sistema ICG bil-għan li tipproduċi rapporti annwali u għall-iżvilupp, għall-funzjonament u għall-manutenzjoni tas-sistema; |
(d) |
tiżgura l-interkonnessjoni bejn is-sistema ICG u s-sistemi doganali nazzjonali, permezz tal-Ambjent ta' Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana. |
Artikolu 15
Punti ta' Kuntatt
1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jaħtru punti ta’ kuntatt għall-finijiet tal-ġestjoni, it-tmexxija tal-iżvilupp tal-operazzjoni korretta tas-sistema ICG, l-identifikazzjoni tal-prijoritajiet għaliha u l-monitoraġġ tagħha.
2. Il-punt ta’ kuntatt tal-Kummissjoni għandu jżomm u jaġġorna lista tal-punti ta’ kuntatt kollha u jagħmilha disponibbli għall-punti ta’ kuntatt l-oħra.
Artikolu 16
Użu tan-numru EORI
Id-detenturi ta’ beni kulturali li japplikaw għal liċenzja tal-importazzjoni jew jissottomettu dikjarazzjoni tal-importatur għandhom jużaw numru EORI biex jidentifikaw lilhom infushom.
Artikolu 17
Liċenzji elettroniċi tal-importazzjoni
1. L-applikazzjonijiet elettroniċi għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jimtlew skont id-dizzjunarju tad-data fl-Anness I u għandhom jiġu ffirmati mid-detentur tal-beni bil-firma elettronika tiegħu.
2. Il-liċenzji elettroniċi tal-importazzjoni għandhom jiġu ffirmati mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni tal-awtorità kompetenti bil-firma elettronika tiegħu, issiġillati b’siġill elettroniku avvanzat jew kwalifikat tal-awtorità kompetenti emittenti, u mbagħad jiġu ssiġillati mis-sistema ICG b’siġill elettroniku avvanzat jew kwalifikat.
3. Il-passi li ġejjin fil-proċess tal-ħruġ ta’ liċenzja elettronika tal-importazzjoni għandhom jiġu mmarkati bi kronogramma elettronika kwalifikata:
(a) |
is-sottomissjoni tal-applikazzjoni mid-detentur tal-beni; |
(b) |
kwalunkwe talba mill-awtorità kompetenti għal informazzjoni nieqsa jew addizzjonali mill-applikant f’konformità mal-Artikolu 4(6) tar-Regolament (UE) 2019/880; |
(c) |
kwalunkwe sottomissjoni ta’ informazzjoni jew dokument addizzjonali mill-applikant, wara talba mill-awtorità kompetenti; |
(d) |
kwalunkwe deċiżjoni meħuda dwar l-applikazzjoni mill-awtorità kompetenti; |
(e) |
l-iskadenza ta’ perjodu ta’ 90 jum wara li tasal l-applikazzjoni kompluta, mingħajr deċiżjoni mill-awtorità kompetenti. |
Artikolu 18
Dikjarazzjonijiet elettroniċi tal-importatur
1. Id-dikjarazzjonijiet elettroniċi tal-importatur għandhom jitfasslu permezz tas-sistema ICG f’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn il-beni jitqiegħdu għall-ewwel darba taħt waħda mill-proċeduri doganali msemmija fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) 2019/880. Dawn għandhom jimtlew wara d-dizzjunarju tad-data fl-Anness I.
2. Id-dikjarazzjonijiet elettroniċi tal-importatur għandhom jiġu ffirmati mid-detentur tal-beni bil-firma elettronika tiegħu u għandhom jiġu ssiġillati permezz ta’ Traces b’siġill elettroniku avvanzat jew kwalifikat.
Artikolu 19
Aċċess għal-liċenzji tal-importazzjoni, id-dikjarazzjonijiet tal-importatur u d-deskrizzjonijiet ġenerali fis-sistema ICG
1. Kull detentur tal-beni għandu jkollu aċċess għal-liċenzji tal-importazzjoni tiegħu stess, għad-dikjarazzjonijiet tal-importatur u għad-deskrizzjonijiet ġenerali msemmija fl-Artikolu 4, fis-sistema ICG.
2. L-awtoritajiet doganali u kompetenti għandu jkollhom aċċess għal-liċenzji tal-importazzjoni li dwarhom tkun ittieħdet deċiżjoni, għad-dikjarazzjonijiet tal-importatur u għad-deskrizzjonijiet ġenerali msemmija fl-Artikolu 4.
3. Mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ aċċess tal-Kummissjoni skont il-punt (c) tal-Artikolu 14, awtoritajiet li ma kinux involuti fl-immaniġġjar, fil-produzzjoni jew fit-trażmissjoni ta’ data, informazzjoni jew dokumenti fis-sistema ICG, jew persuni li ma kinux involuti fl-operazzjonijiet ta’ importazzjoni rilevanti, ma għandux ikollhom aċċess għal tali data, informazzjoni jew dokumenti.
4. B’deroga mill-paragrafu 3, id-detenturi tal-beni jistgħu jipprovdu aċċess għal-liċenzji tal-importazzjoni tagħhom, għad-dikjarazzjonijiet tal-importatur jew għad-deskrizzjonijiet ġenerali msemmija fl-Artikolu 4 lil detentur sussegwenti tal-beni permezz tas-sistema ICG.
Artikolu 20
Kontroll konġunt
1. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jitqiesu bħala kontrolluri tal-ipproċessar tad-data personali neċessarja għall-istabbiliment, għall-operazzjoni u għall-manutenzjoni tas-sistema ICG.
2. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli li:
(a) |
tiddetermina u timplimenta l-mezzi tekniċi tas-sistema ICG biex tinforma lis-suġġetti tad-data u tabilitahom jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom; |
(b) |
tiżgura is-sigurtà tal-ipproċessar; |
(c) |
tiddetermina l-kategoriji tal-persunal u l-fornituri esterni tagħha li lilhom jista’ jingħata aċċess għas-sistema; |
(d) |
tinnotifika u tikkomunika kwalunkwe vjolazzjoni ta’ data personali tas-sistema ICG lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u lis-suġġetti tad-data skont l-Artikolu 35 tar-Regolament rispettivament; |
(e) |
tiżgura li l-persunal u l-fornituri esterni tagħha huwa mħarrġa b’mod adegwat biex jwettqu l-kompiti tagħhom fis-sistema ICG f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725; |
3. L-awtoritajiet doganali u kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli li:
(a) |
jiżguraw li d-drittijiet tas-suġġetti tad-data jkunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u ma’ dan ir-Regolament; |
(b) |
jiżguraw is-sigurtà u l-kunfidenzjalità tad-data personali skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2016/679; |
(c) |
jiddeżinjaw il-persunal u l-esperti li għandu jkollhom aċċess għas-sistema ICG; |
(d) |
jiżguraw li l-persunal u l-fornituri esterni li jkollhom aċċess għas-sistema ICG ikunu mħarrġa b’mod adegwat biex jwettqu l-kompiti tagħhom f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679, u meta rilevanti, mad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). |
4. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jidħlu f’arranġament ta’ kontrollur konġunt f’forma ta’ ftehim sa mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 21
Aġġornament tal-listi tal-uffiċċji doganali deżinjati
L-Istati Membri għandhom iżommu s-sistema ICG aġġornata b’listi tal-uffiċċji doganali kompetenti biex jimmaniġġjaw l-importazzjoni ta’ beni kulturali, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/880.
Artikolu 22
Disponibbiltà tas-sistemi elettroniċi
1. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkonkludu ftehimiet operazzjonali li jistabbilixxu r-rekwiżiti prattiċi għad-disponibbiltà u għall-prestazzjoni tas-sistema ICG kif ukoll għall-kontinwità tan-negozju.
2. Is-sistema ICG għandha tinżamm disponibbli b’mod permanenti, ħlief fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
f’każijiet speċifiċi relatati mal-użu tas-sistema elettronika stabbilit fil-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew fil-livell nazzjonali, fin-nuqqas ta’ dawk il-ftehimiet; |
(b) |
fil-każ ta’ force majeure. |
Artikolu 23
Arranġamenti ta’ kontinġenza
1. Il-punti ta’ kuntatt tas-sistema ICG għandhom iżommu repożitorju pubbliku online li jkun fih mudell elettroniku li jkun jista’ jiġi editjat tad-dokumenti kollha li jistgħu jinħarġu fis-sistema ICG.
2. Meta s-sistema ICG, jew waħda mill-funzjonalitajiet tagħha ma tkunx disponibbli għal aktar minn tmien sigħat, l-utenti jistgħu jużaw il-mudell elettroniku li jista’ jiġi editjat imsemmi fil-paragrafu 1.
3. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw id-dettalji operazzjonali nazzjonali tagħhom għas-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-importatur u l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni matul kwalunkwe nuqqas ta’ disponibbiltà tas-sistema ICG.
4. Ladarba s-sistema ICG jew il-funzjonalità mhux disponibbli jerġgħu jsiru disponibbli, l-operaturi għandhom jużaw id-dokumenti maħluqa f’konformità mal-paragrafu 2, biex jirreġistraw l-istess informazzjoni fis-sistema.
Artikolu 24
Sigurtà tas-sistema ICG
1. Meta jiżviluppaw, iżommu u jużaw is-sistema ICG, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jistabbilixxu u jżommu arranġamenti ta’ sigurtà adegwati għall-operazzjoni effettiva, affidabbli u sikura tagħha. Dawn għandhom jiżguraw ukoll li jkun hemm fis-seħħ miżuri biex jiġi vverifikat is-sors tad-data u biex id-data tiġi protetta kontra r-riskju ta’ aċċess mhux awtorizzat, telf, tibdil jew qerda.
2. Kull input, modifikazzjoni u tħassir tad-data għandu jiġi rreġistrat flimkien ma’ informazzjoni li tagħti r-raġuni u l-ħin eżatt ta’ tali pproċessar u li tidentifika l-persuna li tkun wettqet dan.
3. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin, lill-Kummissjoni u, fejn ikun xieraq, lill-operatur ikkonċernat dwar il-ksur kollu reali jew issuspettat tas-sigurtà tas-sistema ICG.
KAPITOLU VI
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 25
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mid-data msemmija fl-Artikolu 16(2)(b) tar-Regolament (UE) 2019/880.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1506 tat-8 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi speċifikazzjonijiet marbutin mal-formati tal-firem elettroniċi avvanzati u tas-siġilli avvanzati li għandhom jiġu rrikonoxxuti mill-entitajiet tas-settur pubbliku skont l-Artikoli 27(5) u 37(5) tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern (ĠU L 235, 9.9.2015, p. 37).
(5) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(6) L-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar l-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali (ĠU L 39 tal-10.02.2009, p. 1).
(7) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 1).
(8) Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (ĠU L 95, 07.04.2017, p. 1).
(9) Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94 tat-28.3.2014, p. 65).
(10) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali (ĠU L 324, 10.12.2009, p. 23).
(11) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(12) Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).
ANNESS I
Dizzjunarju tad-data u speċifikazzjonijiet għat-tfassil ta’ deskrizzjonijiet ġenerali, liċenzji tal-importazzjoni u dikjarazzjonijiet tal-importatur
L-entrati speċifikati f’din it-taqsima għandhom jikkostitwixxu d-dizzjunarju tad-data għat-tlestija tad-deskrizzjoni ġenerali msemmija fl-Artikolu 4, il-liċenzja tal-importazzjoni msemmija fil-Kapitolu III u d-dikjarazzjoni tal-importatur imsemmija fil-Kapitolu IV.
Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor jew stabbilit mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-entrati u l-kaxxi kollha japplikaw għad-deskrizzjonijiet ġenerali, il-liċenzji tal-importazzjoni u d-dikjarazzjonijiet tal-importatur elettroniċi.
Il-kaxxi kollha huma obbligatorji, ħlief dawk indikati b’asterisk (*).
Kaxxa |
Deskrizzjoni |
||||||||||||||||||||||||||
PARTI I Detentur tal-beni |
|||||||||||||||||||||||||||
|
Tip ta’ dokument |
||||||||||||||||||||||||||
|
Agħżel it-tip ta’ dokument: deskrizzjoni ġenerali, liċenzja tal-importazzjoni, dikjarazzjoni tal-importatur |
||||||||||||||||||||||||||
I.1 |
Numru ta’ referenza |
||||||||||||||||||||||||||
|
Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku assenjat lid-dokument mis-sistema ICG. |
||||||||||||||||||||||||||
I.2 |
Status |
||||||||||||||||||||||||||
|
Dan huwa l-istatus tad-dokument fis-sistema ICG. |
||||||||||||||||||||||||||
I.3 |
Kodiċi QR |
||||||||||||||||||||||||||
|
Din hija t-tikketta ottika unika li tinqara minn magna assenjata mis-sistema ICG, li hija iperlink għall-verżjoni elettronika tad-dokument. |
||||||||||||||||||||||||||
I.4 |
Referenza Nazzjonali (*) |
||||||||||||||||||||||||||
|
L-awtorità kompetenti tista’ tuża din il-kaxxa biex tindika l-kodiċi alfanumeriku nazzjonali uniku assenjat lid-dokument. |
||||||||||||||||||||||||||
I.5 |
Referenza Lokali (*) |
||||||||||||||||||||||||||
|
Id-detentur tal-ben jista’ juża din il-kaxxa biex jindika l-kodiċi alfanumeriku uniku assenjat lid-dokument għall-użu intern tad-detentur. |
||||||||||||||||||||||||||
I.6 |
Pajjiż tal-importazzjoni u l-awtorità kompetenti jew l-uffiċċju doganali |
||||||||||||||||||||||||||
|
Agħżel l-Istat Membru tal-importazzjoni, jiġifieri l-Istat Membru fejn il-ben kulturali għandu jiġi importat għall-ewwel darba, u Għal liċenzja tal-importazzjoni: Agħżel l-awtorità kompetenti xierqa fl-Istat Membru tal-importazzjoni Għal dikjarazzjoni tal-importatur: Agħżel Uffiċċju Doganali |
||||||||||||||||||||||||||
I.7 |
Derogi (*) |
||||||||||||||||||||||||||
|
Għal dikjarazzjoni tal-importatur biss Uża din il-kaxxa f’każ li l-beni kulturali jkunu soġġetti għad-deroga li ġejja:
|
||||||||||||||||||||||||||
I.8 |
Destinazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||
|
Għal dikjarazzjoni tal-importatur biss Agħżel l-Istat Membru fejn il-beni kulturali għandhom ikunu ammessi temporanjament meta tiġi applikata d-deroga. Indika l-isem tal-fiera tal-arti u l-indirizz tal-post tal-fiera tal-arti. |
||||||||||||||||||||||||||
I.9 |
Tul tal-proċedura ta’ ammissjoni temporanja mogħtija (*) |
||||||||||||||||||||||||||
|
Għad-dikjarazzjoni tal-importatur biss. Din il-kaxxa timtela awtomatikament mis-sistema ICG abbażi tal-proċedura ta’ ammissjoni temporanja mogħtija mill-awtoritajiet doganali fis-sistemi doganali nazzjonali. |
||||||||||||||||||||||||||
I.10 |
Links għal dokumenti oħra (*) |
||||||||||||||||||||||||||
|
Din il-kaxxa tista’ timtela awtomatikament mis-sistema ICG fuq il-bażi ta’ dokumenti oħra marbuta ma’ dan (eż. beni kulturali soġġetti għal liċenzja tal-importazzjoni, importati fl-Unjoni skont deroga għal fiera tal-arti kummerċjali b’dikjarazzjoni tal-importatur, u li għandhom jiġu sottomessi biss għal proċedura ta’ liċenzjar fi stadju aktar tard). |
||||||||||||||||||||||||||
I.11 |
Pajjiż ta’ interess |
||||||||||||||||||||||||||
|
Indika l-pajjiż ta’ interess, kif definit fl-Artikolu 1(3). Indika wkoll jekk:
|
||||||||||||||||||||||||||
I.12 |
Kategorija tal-oġġett |
||||||||||||||||||||||||||
|
Indika l-kategorija tal-ben kulturali skont il-Parti B jew C tal-Anness tar-Regolament (UE) 2019/880. |
||||||||||||||||||||||||||
Deskrizzjoni tal-beni kulturali (Taqsima) |
|||||||||||||||||||||||||||
|
Din it-taqsima tinkludi l-kaxxi I.13 sa I.16. Għal-liċenzja tal-importazzjoni: Din it-taqsima għandha tiġi ripetuta u timtela separatament għal kull oġġett f’kunsinna. Għal dikjarazzjoni tal-importatur: Kull dikjarazzjoni tal-importatur għandha tikkonsisti f’taqsima waħda biss għad-deskrizzjoni tal-ben kulturali. Bl-eċċezzjoni tal-muniti tal-kategorija (e) tal-Parti C tal-Anness tar-Regolament (UE) 2019/880 li huma tal-istess denominazzjoni, kompożizzjoni tal-materjal u oriġini, meta kunsinna tikkonsisti f’aktar minn ben kulturali wieħed, għandhom jitfasslu dikjarazzjonijiet separati tal-importatur għal kull wieħed minnhom. |
||||||||||||||||||||||||||
I.13 |
ID unika tal-ben kulturali |
||||||||||||||||||||||||||
|
Dan huwa l-kodiċi alfanumeriku uniku assenjat mis-sistema ICG lil kull ben kulturali individwali. |
||||||||||||||||||||||||||
I.14 |
Kodiċi tat-TARIC |
||||||||||||||||||||||||||
|
Indika l-kodiċi ta’ klassifikazzjoni TARIC xieraq għall-ben kulturali importat. |
||||||||||||||||||||||||||
I.15 |
Deskrizzjoni tal-ben kulturali |
||||||||||||||||||||||||||
|
Indika l-informazzjoni segwenti dwar il-ben kulturali:
|
||||||||||||||||||||||||||
I.16 |
Ritratti u kejl |
||||||||||||||||||||||||||
|
Ipprovdi ritratti tal-ben kulturali fi:
Għall-beni kulturali li jippreżentaw karatteristiċi distintivi, ipprovdi ritratt tal-karatteristika distintiva u deskrizzjoni testwali. Għall-beni kulturali li jippreżentaw marki, ipprovdi ritratt u deskrizzjoni testwali tal-marka. Għall-beni kulturali li jippreżentaw skrizzjonijiet, ipprovdi ritratt tal-iskrizzjoni, u t-test tal-iskrizzjoni bil-lingwa oriġinali tagħha u, jekk possibbli, traduzzjoni. Qisien: Indika l-piż, il-forma u l-kejl tal-ben kulturali. Fil-każ ta’ muniti, indika wkoll l-għadd ta’ biċċiet li jistgħu jkunu koperti minn dikjarazzjoni tal-importatur waħda. |
||||||||||||||||||||||||||
I.17 |
Dokumenti ta’ prova (*) |
||||||||||||||||||||||||||
|
Uża din il-kaxxa biex ittella’ dokumenti ta’ prova fis-sistema ICG. |
||||||||||||||||||||||||||
I.18 |
Detentur tal-beni |
||||||||||||||||||||||||||
|
Indika l-isem u l-indirizz, il-pajjiż, il-kodiċi tal-pajjiż ISO alfa-2 u n-numru EORI tad-detentur tal-beni. |
||||||||||||||||||||||||||
I.19 |
Sid il-beni kulturali (*) |
||||||||||||||||||||||||||
|
Indika l-isem u l-indirizz, il-pajjiż, il-kodiċi tal-pajjiż ISO alfa-2 tas-sid tal-beni kulturali. |
||||||||||||||||||||||||||
I.20 |
Dikjarazzjoni tad-detentur tal-beni |
||||||||||||||||||||||||||
|
Għal-liċenzja tal-importazzjoni u d-dikjarazzjoni tal-importatur. B’dan niddikjara taħt piena għal ksur tal-liġi li l-informazzjoni kollha sottomessa hija korretta, kompluta u veritiera u li, sa fejn naf jien, il-beni kulturali li biħsiebni nimporta fl-Unjoni Ewropea ġie esportat skont il-liġijiet u r-regolamenti ta’ < pajjiż ta’ interess kif indikat fil-kaxxa I.11 >”. Għal dikjarazzjoni tal-importatur: Indika jekk il-pajjiż ta’ interess jeħtieġx liċenzja, awtorizzazzjoni jew tip ieħor ta’ permess għall-ben kulturali inkwistjoni biex jiġi esportat legalment mit-territorju tiegħu u, jekk iva, indika jekk tali dokument huwiex fil-pussess tiegħek. Għal-liċenzja tal-importazzjoni: Indika jekk il-pajjiż ta’ interess jeħtieġx liċenzja, awtorizzazzjoni jew tip ieħor ta’ permess għall-ben kulturali inkwistjoni biex jiġi esportat legalment mit-territorju tiegħu u, jekk iva, tella’ d-dokument inkwistjoni. Id-dikjarazzjoni għandha tiġi ffirmata bil-firma elettronika tad-detentur tal-beni, ittimbrata bid-data u ssiġillata elettronikament b’siġill elettroniku avvanzat jew kwalifikat tas-sistema ICG. |
||||||||||||||||||||||||||
I.21 |
Tweġiba għal talba (talbiet) għal informazzjoni addizzjonali (*) |
||||||||||||||||||||||||||
|
Għal-liċenzja tal-importazzjoni biss, obbligatorja f’każ li l-awtorità kompetenti titlob informazzjoni addizzjonali fil-kaxxa II.1. Indika liema informazzjoni ġiet ipprovduta bi tweġiba għal talba għal informazzjoni addizzjonali mill-awtorità kompetenti. Wara li timtela din il-kaxxa, il-liċenzja trid terġa’ tiġi ffirmata. |
||||||||||||||||||||||||||
PARTI II Awtorità Kompetenti |
|||||||||||||||||||||||||||
II.1 |
Talba għal informazzjoni addizzjonali (*) |
||||||||||||||||||||||||||
|
Għal-liċenzja tal-importazzjoni biss. Din il-kaxxa tista’ tintuża mill-awtorità kompetenti biex titlob informazzjoni addizzjonali mingħand id-detentur tal-beni -applikant. |
||||||||||||||||||||||||||
II.2 |
Deċiżjoni dwar applikazzjoni għal liċenzja tal-importazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||
|
Għal-liċenzja tal-importazzjoni biss. Indika jekk il-liċenzja tal-importazzjoni ngħatatx jew le. Jekk l-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni tkun irrifjutata, indika r-raġunijiet għar-rifjut, kif previst fl-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE)Nru2019/880. |
||||||||||||||||||||||||||
II.3 |
Firma elettronika u siġill elettroniku |
||||||||||||||||||||||||||
|
Għal-liċenzja tal-importazzjoni biss. Firma elettronika tal-uffiċjal awtorizzanti tal-awtorità kompetenti magħżula fil-kaxxa I.6. Siġill elettroniku avvanzat jew kwalifikat tal-awtorità kompetenti magħżula fil-kaxxa I.6. Siġill elettroniku avvanzat jew kwalifikat tas-sistema ICG. Kronogramma elettronika. |
NOTI SPJEGATTIVI
(1) |
Waqt il-verifika tal-provenjenza ta’ ben kulturali, għandu jitqies l-aspett ta’ mġiba debitament diliġenti tal-applikant, jiġifieri jekk l-applikant eżerċitax l-attenzjoni u d-diliġenza dovuta fil-kisba tal-oġġetti. Minbarra d-disponibbiltà ta’ ċertifikazzjoni jew dokumentazzjoni xierqa, aspetti oħra li għandhom jitqiesu huma n-natura tal-partijiet fi tranżazzjoni, il-prezz imħallas jew iddikjarat, ir-riskju assoċjat mal-pajjiż tal-esportazzjoni jew il-kategorija partikolari tal-oġġetti u jekk l-applikant ikkonsultax kwalunkwe reġistru aċċessibbli ta’ oġġetti kulturali misruqa u kwalunkwe informazzjoni rilevanti li setgħet raġonevolment tinkiseb, jew ħax kwalunkwe pass ieħor li persuna raġonevoli kienet tieħu fiċ-ċirkostanzi tal-każ. |
(2) |
Evalwazzjonijiet ta’ esperti fil-forma ta’ determinazzjoni sostanzjata ta’ provenjenza minn espert rikonoxxut u indipendenti, bħal individwu affiljat ma’ università jew istituzzjoni ta’ riċerka, konsulent għall-proċedimenti tal-qorti jew approvat bi proċess ġudizzjarju, jew espert approvat u rikonoxxut jistgħu jitqiesu bħala evidenza sodisfaċenti tal-oriġini jew l-istorja tal-ben kulturali, dment li ma jkun hemm l-ebda kunflitt ta’ interess perċepit. Dikjarazzjoni taħt ġurament jew dikjarazzjoni ffirmata simili magħmula minn partijiet terzi, bħall-esportatur jew il-bejjiegħ, skont il-liġi ta’ pajjiż terz tista’ tiġi kkunsidrata sakemm tkun ikkorroborata minn forom oħra ta’ evidenza u sakemm is-sottoskritt ikun konxju tal-konsegwenzi ta’ dikjarazzjoni falza. Fi kwalunkwe każ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japprezzaw liberament u jużaw il-ġudizzju tagħhom meta jiżnu l-evidenza ppreżentata, skont iċ-ċirkostanzi partikolari u r-riskju perċepit ta’ kummerċ illeċitu f’kull każ. |
ANNESS II
Mudelli għal-liċenzja tal-importazzjoni u d-dikjarazzjoni tal-importatur
Nota: |
Is-sekwenza tal-kaxxi fil-mudell kif ukoll id-daqs u l-forma tagħhom huma indikattivi.
|