22.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 222/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1016

tal-21 ta’ Ġunju 2021

li jemenda għat-321 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da'esh) u Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fis-17 ta’ Ġunju 2021, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid annotazzjoni waħda mal-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan.

(4)

Biex ikun żgurat li l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li dan jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali


(1)   ĠU L 139 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, tiddaħħal l-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:

1. “Mohammad Ali Al Habbo (kitba oriġinali: محمد علي الحبو) (psewdonomu affidabbli: (a) Mohamad Abdulkarim; (b) Muhammad Abd-al-Karim; Psewdonimu inqas affidabbli: (a) Al-Hebo; (b) Al-Habu; (c) Alhobo; (d) Habo; (e) Hebbo; (f) Habu). Id-data tat-twelid: (a) 1.10.1983; (b) 15.3.1983; (c) 1.1.1980. Il-post tat-twelid: Raqqa, ir-Repubblika Għarbija Sirjana. Nazzjonalità: Sirjan Nru tal-Passport 00814L001424 (passaport Sirjan). Nru tal-Identità Nazzjonali: (a) 10716775 (il-karta tal-identità nazzjonali Sirjana); (b) 2020316097 (il-karta tal-identità nazzjonali Sirjana); (c) 2020409266 (il-karta tal-identità nazzjonali Sirjana). L-indirizz: (a) Gaziantep, it-Turkija (mill-2016); (b) Raqqa, ir-Repubblika Għarbija Sirjana. Informazzjoni oħra: Il-faċilitatur ibbażat fit-Turkija li jipprovdi servizzi finanzjarji lill-Istat Islamiku fl-Iraq u fil-Levant, jew b’appoġġ għaliha, huwa kkwotat bħala Al-Qaida fl-Iraq. Id-data tad-deskrizzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 17.6.2021.”