21.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 219/55


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/999

tal-21 ta' Ġunju 2021

li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta' Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 8a(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja.

(2)

Fl-24 u l-25 ta' Mejju 2021, il-Kunsill Ewropew adotta konklużjonijiet li fihom ikkundanna b'mod qawwi l-inżul furzat ta' titjira tar-Ryanair f'Minsk, il-Belarussja, fit-23 ta' Mejju 2021 fejn ġiet ipperikolata s-sikurezza tal-avjazzjoni, u d-detenzjoni mill-awtoritajiet Belarussi tal-ġurnalist Raman Pratasevich u ta' Sofia Sapega. Appella lill-Kunsill biex jadotta elenkar addizzjonali ta’ persuni u entitajiet mill-aktar fis possibbli abbażi tal-qafas ta’ sanzjonijiet rilevanti.

(3)

Fid-dawl tal-gravità ta’ dak l-inċident, jenħtieġ li entità oħra tiġi inkluża fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi stabbilita fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat f'konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entità li ġejja tiżdied mat-tabella "B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2(1)":

 

Ismijiet

Traskrizzjoni tal-ortografija Belarussa

Traskrizzjoni tal-ortografija Russa

Ismijiet

(ortografija Belarussa)

(ortografija Russa)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-elenkar

Data tal-elenkar

"15.

Belaeronavigatsia

intrapriża tal-istat

Belarussu: Белаэронавiгация

Дзяржаўнае прадпрыемства

Indirizz: 19 Korotkevich Str., Minsk, 220039, Repubblika tal-Belarussja

Tel.: +375 (17) 215-40-51

L-intrapriża tal-Istat BELAERONAVIGATSIA hija responsabbli għall-kontroll tat-traffiku tal-ajru tal-Belarussja. Għalhekk hija responsabbli għad-devjazzjoni tat-titjira tal-passiġġieri FR4978 lejn l-ajruport ta' Minsk mingħajr ġustifikazzjoni xierqa fit-23 ta' Mejju 2021. Din id-deċiżjoni politikament motivata kienet immirata lejn l-arrest u d-detenzjoni tal-ġurnalista tal-oppożizzjoni Raman Pratasevich u Sofia Sapega u hija forma ta' repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarus.

21.6.2021”

 

 

Russu: Белаэронавигация

Государственное предприятие

Faks: +375 (17) 213-41-63

Sit web: http://www.ban.by/

Email: office@ban.by

Data tar-reġistrazzjoni: 1996

L-intrapriża tal-Istat BELAERONAVIGATSIA hija għalhekk responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.