|
(1)
|
l-entrati li ġejjin jiżdiedu fil-lista intitolata “A. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 4a”:
|
|
Isem
|
Informazzjoni ta' identifikazzjoni
|
Raġunijiet
|
Data tal-inklużjoni fil-lista
|
|
“36.
|
Soe Htut
|
Data tat-twelid: 29 ta' Marzu 1960;
Post tat-twelid: Mandalay, Myanmar;
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Ġeneru: Raġel
|
Il-Logutenent Ġeneral Soe Htut hu membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Huwa wkoll membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing.
Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta' stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta' Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta' stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta' Aġent President, iddikjara stat ta' emerġenza fl-1 ta' Frar u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta' Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b'hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.
Soe Htut inħatar Ministru għall-Affarijiet Interni fl-1 ta' Frar 2021.
|
21.6.2021
|
|
|
|
|
Il-Ministru għall-Affarijiet Interni huwa responsabbli mill-Forza tal-Pulizija, is-Servizz tat-Tifi tan-Nar u s-Servizz tal-Ħabs tal-Myanmar. Il-funzjonijiet tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni jinkludu s-Sigurtà tal-Istat u l-Liġi u l-Ordni. F'dik il-kapaċità, il-Logutenent Ġeneral Soe Htut huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-Pulizija tal-Myanmar sa mill-kolp ta' stat militari tal-1 ta' Frar 2021, inkluż il-qtil ta' ċivili u dimostranti mhux armati, ksur tal-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda paċifika, arresti arbitrarji u detenzjoni ta' mexxejja tal-oppożizzjoni u dimostranti paċifiċi u ksur tal-libertà ta' espressjoni.
Barra minn hekk, bħala membru tal-SAC, il-Logutenent Ġeneral Soe Htut kien direttament involut fi u responsabbli għat-teħid ta' deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma. Huwa wkoll direttament responsabbli għad-deċiżjonijiet repressivi meħuda mill-SAC, inkluż leġiżlazzjoni li tikser id-drittijiet tal-bniedem u tillimita l-libertajiet taċ-ċittadini tal-Myanmar, u għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-forzi tas-sigurtà tal-Myanmar
|
|
|
37.
|
Tun Tun, Naung
(magħruf ukoll bħala Tun Tun Naing; magħruf ukoll bħala Htun Htun Naung)
|
Data tat-twelid: 30 ta' April 1963;
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Ġeneru: Raġel
|
Il-Logutenent Ġeneral Tun Tun Naung huwa membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u qabel kien Kmandant. Huwa l-Ministru għall-Affarijiet tal-Fruntieri u membru tal-Kunsill Nazzjonali għad-Difiża u s-Sigurtà.
Fl-2013, Tun Tun Naung kien il-Kmandant tat-Tramuntana li kien qed jissorvelja l-kunflitt tal-forzi militari ta' Burma mal-Armata tal-Indipendenza ta' Kachin. F'dan il-kunflitt, it-truppi tal-Myanmar taħt il-kmand ta' Tun Tun Naung wettqu abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem u ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali.
Fl-2017, Tun Tun Naung kien uffiċjal kmandant tal-"Ewwel Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali". Taħt il-kmand tiegħu, it-truppi wettqu atroċitajiet u ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem kontra minoranzi etniċi fl-istat ta' Rakhine matul l-"operazzjonijiet ta' tneħħija tar-Rohingya". Dawn l-operazzjonijiet bdew fil-25 ta' Awwissu 2017 u involvew qtil arbitrarju, abbuż fiżiku, tortura, vjolenza sesswali, u detenzjoni ta' persuni Rohingya. Bħala Kmandant fl-2013 u l-2017, Tun Tun Naung huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq fil-Myanmar/Burma.
|
21.6.2021
|
|
|
|
|
Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta' stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta' Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta' stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta' Aġent President, iddikjara stat ta' emerġenza u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Matul dawn l-avvenimenti, fl-1 ta' Frar 2021 Tun Tun Naung aċċetta ħatra bħala Ministru għall-Affarijiet tal-Fruntieri fil-Gvern tal-Unjoni u b'hekk ħa siġġu fil-Kunsill tad-Difiża u s-Sigurtà Nazzjonali.
Bħala membru tal-Gvern tal-Unjoni u Ministru għall-Affarijiet tal-Fruntieri, Tun Tun Naung huwa responsabbli għal attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar u azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-pajjiż.
|
|
|
38.
|
Win Shein
(magħruf ukoll bħala U Win Shein)
|
Data tat-twelid: 31 ta' Lulju 1957;
Post tat-twelid: Mandalay, Myanmar;
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Ġeneru: Raġel
Indirizz: Myananyadanar, Naypyitaw, Myanmar/Burma;
|
Win Shein huwa l-Ministru għall-Ippjanar, il-Finanzi u l-Industrija fil-Gvern tal-Unjoni, maħtur mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing fl-1 ta' Frar 2021.
Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta' stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta' Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta' stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta' Aġent President, iddikjara stat ta' emerġenza u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing.
|
21.6.2021
|
|
|
|
Numru tal-passaport: DM001478 (Myanmar/Burma) maħruġ fl-10 ta' Settembru 2012, jiskadi fid-09 ta' Settembru 2022;
Karta tal-Identità Nazzjonali: 12DAGANA011336
|
Billi aċċetta n-nomina tiegħu bħala Ministru għall-Ippjanar, il-Finanzi u l-Industrija tal-Gvern tal-Unjoni, u permezz tar-rwol importanti tiegħu fil-politika ekonomika tar-reġim, Win Shein huwa responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
|
|
|
39.
|
Khin Maung Yi (magħruf ukoll bħala Khin Maung Yee; Magħruf ukoll bħala U Khin Maung Yi)
|
Data tat-twelid: 15 ta' Frar 1965;
Post tat-twelid: Rangoon, Myanmar;
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Ġeneru: Raġel
|
Il-Kurunell Khin Maung Yi huwa l-Ministru attwali għar-Riżorsi Naturali u l-Konservazzjoni tal-Ambjent (MONREC). Huwa kien Segretarju Permanenti f'dan id-dipartiment taħt il-gvern elett demokratikament.
Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta' stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta' Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta' stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta' Aġent President, iddikjara stat ta' emerġenza u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta' Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b'hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.
Il-Kurunell Khin Maung Yi nħatar Ministru għar-Riżorsi Naturali u l-Konservazzjoni tal-Ambjent (MONREC) fit-2 ta' Frar 2021 mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing.
|
21.6.2021
|
|
|
|
|
Skont il-liġi tal-Myanmar, il-MONREC huwa unikament responsabbli għall-ġestjoni tal-isfruttament tar-riżorsi naturali tal-Myanmar, u għandu rwol kruċjali fl-isfruttament u l-kummerċ ta', fost l-oħrajn, riżorsi bħall-ġemmi, il-perli u riżorsi minerali oħra kif ukoll il-forestrija. Taħt it-tmexxija tiegħu, il-MONREC jikkontrolla lil Myanmar Pearl Enterprise (MPE), lil Myanmar Gems Enterprise (MGE) u lil Myanmar Timber Enterprise (MTE), li għandhom drittijiet esklużivi fuq il-produzzjoni u l-kummerċ ta' riżorsi fl-oqsma ta' kompetenza tagħhom.
Billi aċċetta n-nomina tiegħu għall-Ministru għar-Riżorsi Naturali u l-Konservazzjoni tal-Ambjent u permezz tar-rwol tiegħu fl-isfruttament tar-riżorsi naturali tal-Myanmar, Khin Maung Yi jikkontribwixxi għall-finanzjament tar-reġim militari, u għalhekk huwa responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
|
|
|
40.
|
Tin Aung San
|
Data tat-twelid: 16 ta' Ottubru 1960;
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Ġeneru: Raġel
Karta tal-Identità Nazzjonali: 12/La Ma Na (N) 089 489
|
L-Ammirall Tin Aung San huwa l-Kap Kmandant tal-Flotta Navali tal-Myanmar u jservi bħala l-Ministru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni. Huwa wkoll membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC).
Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta' stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta' Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta' stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta' Aġent President, iddikjara stat ta' emerġenza fl-1 ta' Frar u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta' Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b'hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.
|
21.6.2021
|
|
|
|
|
L-Ammirall Tin Aung San inħatar Ministru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni fit-3 ta' Frar 2021 mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC), immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing.
Bħala Ministru tal-Gvern, huwa responsabbli għall-komunikazzjoni u n-networks u b'hekk jieħu deċiżjonijiet u jimplimenta politiki li jiddefinixxu l-libertà tal-aċċess għad-data online. Minn meta ħa f'idejh il-ministeru, kien hemm għadd kbir ta' waqfien u tnaqqis intenzjonali tal-internet, kif ukoll ordnijiet għall-fornituri biex jipprevjenu li Facebook, Twitter u Instagram ikunu online. Għalhekk huwa direttament responsabbli għal-limitazzjoni tal-libertà tal-istampa u l-aċċess għall-informazzjoni online u b'hekk qed idgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.
Bħala membru tal-SAC, Tin Aung San kien direttament involut fi u responsabbli għat-teħid ta' deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma. Huwa wkoll direttament responsabbli għad-deċiżjonijiet repressivi meħuda mill-SAC, inkluż leġiżlazzjoni li tikser id-drittijiet tal-bniedem u tillimita l-libertajiet taċ-ċittadini tal-Myanmar, u għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-forzi tas-sigurtà tal-Myanmar.
|
|
|
41.
|
Thida Oo
magħrufa ukoll bħala Daw Thida Oo
|
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Ġeneru: Mara
|
Thida Oo ilha l-Avukat Ġenerali tal-Unjoni tal-Myanmar mit-2 ta' Frar 2021, meta nħatret mill-Kap Kmandant tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) Min Aung Hlaing. Hija membru tal-Kummissjoni tal-Investiment tal-Myanmar (MIC).
Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta' stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta' Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta' stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta' Aġent President, iddikjara stat ta' emerġenza fl-1 ta' Frar billi ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta' Frar, ġie stabbilit il-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b'hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.
|
21.6.2021
|
|
|
|
|
Thida Oo ilha parti mill-gvern li rriżulta mill-kolp ta' stat mill-ewwel jum tiegħu, fejn użat is-setgħa mogħtija permezz tal-liġi tal-2010 rigward l-Avukat Ġenerali tal-Unjoni biex tipproċedi bi proċessi politikament motivati u d-detenzjoni arbitrarja sussegwenti u biex taġixxi bħala forza li tippermetti l-abbużi mwettqa mir-reġim militari. Għaldaqstant hija impenjata f'azzjonijiet u politiki li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.
|
21.6.2021
|
|
42.
|
Aung Lin Tun
|
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Ġeneru: Raġel
|
Il-Maġġur Ġeneral Aung Lin Tun huwa membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u jservi bħala Viċi Ministru għad-Difiża.
Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta' stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta' Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta' stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta' Aġent President, iddikjara stat ta' emerġenza fl-1 ta' Frar u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta' Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b'hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.
|
21.6.2021
|
|
|
|
|
Il-Maġġur Ġeneral Aung Lin Tun inħatar Viċi Ministru għad-Difiża fil-11 ta' Mejju 2021 mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC), immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing. Qabel il-promozzjoni tiegħu, kien parti mill-Uffiċċju tal-Kap Kmandant tal-Armata u kien involut fl-azzjonijiet repressivi kollha meħuda mill-SAC u t-Tatmadaw sa mill-kolp ta' stat.
Bħala Viċi Ministru għad-Difiża, il-Maġġur Ġeneral Aung Lin Tun huwa impenjat f'politiki u attivitajiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-pajjiż. Barra minn hekk, bħala membru tar-reġim militari, il-Maġġur Ġeneral Aung Lin Tun huwa direttament responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-forzi tas-sigurtà kontra dimostranti paċifiċi.
|
|
|
43.
|
Zaw Min Tun
|
Post tat-twelid: Yenanchaung, Myanmar;
Nazzjonalità: Myanmar/Burma;
Ġeneru: Raġel
|
Il-Brigadier Ġeneral Zaw Min Tun huwa l-Mexxej tat-Tim tal-Istampa tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat u l-Viċi Ministru għall-Informazzjoni. Huwa kien l-eks Kap tat-Tim tal-Informazzjoni tat-True News tat-Tatmadaw.
Fl-1 ta' Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta' stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta' Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta' stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta' Aġent President, iddikjara stat ta' emerġenza fl-1 ta' Frar u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta' Frar, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b'hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.
Inħatar Mexxej tat-Tim tal-Istampa tal-SAC fil-5 ta' Frar 2021 u Viċi Ministru għall-Informazzjoni fis-7 ta' Frar 2021 mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing.
Bħala kelliem tal-Kunsill tal-Amministrazzjoni tal-Istat, il-Brigadier Ġenerali Zaw Min Tun ippresieda l-konferenzi stampa kollha tal-SAC, li għandhom l-għan li jwasslu u jiġġustifikaw in-narrattivi tal-SAC dwar il-kolp ta' stat u l-azzjonijiet tal-ġunta minn dak iż-żmien 'l hawn.
|
21.6.2021”;
|
|
|
|
|
Bħala Viċi Ministru tal-Gvern għall-Informazzjoni, huwa għandu responsabbiltà diretta għall-media tal-istat u għaldaqstant għax-xandir u l-pubblikazzjoni ta' aħbarijiet uffiċjali. Minn mindu nħatru Chit Naing bħala Ministru għall-Informazzjoni u Zaw Min Tung bħala viċi tiegħu, il-gazzetti mtlew b'artikli favur il-forzi militari. Għalhekk, Zaw Min Tun iġorr ir-responsabbiltà għall-propaganda tal-ġunta u t-tixrid tad-diżinformazzjoni permezz tal-media tal-istat li mhumiex qed jirrappurtaw b'mod preċiż. Huwa jġorr ir-responsabbiltà wkoll għad-deċiżjonijiet li wasslu għar-repressjoni tal-media tal-Myanmar. Dawn jinkludu direttivi, li ordnaw lill-media indipendenti biex ma jużawx "kolp ta' stat", "reġim militari" u "ġunta", u li wasslu għall-projbizzjoni ta' aġenziji tal-aħbarijiet lokali fil-pajjiż u għall-arrest ta' ġurnalisti domestiċi u barranin. Fid-dikjarazzjonijiet tiegħu, huwa jappoġġa pubblikament il-kolp ta' stat militari. Għaldaqstant huwa responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija fil-Myanmar/Burma billi llimita l-libertà tal-istampa u l-aċċess għall-informazzjoni kemm online kif ukoll offline.
Bħala membru kemm tal-SAC kif ukoll tal-gvern tal-ġunta, il-Brigadier Ġeneral Zaw Min Tun huwa impenjat fi u jipprovdi appoġġ lil azzjonijiet u politiki li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.
|
|
|