2.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 430/42


Rettifika tar-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali — Ewropa Globali, li jemenda u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE u jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 209 tal-14 ta’ Ġunju 2021 )

(1)

It-titlu fil-Werrej u t-titlu fil-paġna 1:

minflok:

“Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, li jemenda u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE u jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009”;

aqra:

“Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, li jemenda u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009”.

(2)

Fil-paġna 32, Artikolu 25(2), punt (c):

minflok:

“(c)

il-miżuri ta’ assistenza eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 23(4) li għalihom il-finanzjament tal-Unjoni ma jaqbiżx EUR 20 000 000;”,

aqra:

“(c)

il-miżuri ta’ assistenza eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 23(6) li għalihom il-finanzjament tal-Unjoni ma jaqbiżx EUR 20 000 000;”.

(3)

Fil-paġna 46, Artikolu 38, paragrafu 8, l-ewwel sentenza:

minflok:

“8.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-bord strateġiku tal-EFSD+, lill-bordijiet operazzjonali reġjonali, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istrumenti finanzjarji, il-garanziji baġitarji, inkluż dawk implimentati mill-BEI, u l-assistenza finanzjarja f’konformità mal-Artikolu 41 (4) u (5) u l-Artikoli 241 u 250 tar-Regolament Finanzjarju.”,

aqra:

“8.   Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-bord strateġiku tal-EFSD+, lill-bordijiet operazzjonali reġjonali, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istrumenti finanzjarji, il-garanziji baġitarji, inkluż dawk implimentati mill-BEI, u l-assistenza finanzjarja f’konformità mal-Artikolu 41 (4) u (5) ta’ dan ir-Regolament u l-Artikoli 241 u 250 tar-Regolament Finanzjarju.”.