REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/916
tat-12 ta’ Marzu 2021
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) fir-rigward tal-lista predeterminata tal-gruppi ta’ impjiegi użata fil-formola tal-applikazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 17(3) tiegħu,
Billi:
|
(1)
|
Ir-Regolament (UE) 2018/1240 jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (European Travel Information and Authorisation System, “ETIAS”) għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma eżentati mir-rekwiżit li jkollhom viża fil-pussess tagħhom għall-finijiet tad-dħul u s-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri.
|
|
(2)
|
Bħala parti mill-formola ta’ applikazzjoni tal-ETIAS li għandha timtela minn kull applikant, l-applikanti se jkunu meħtieġa jipprovdu data personali relatata mal-okkupazzjoni attwali tagħhom. Biex isir hekk, l-applikanti jenħtieġ li jagħżlu l-okkupazzjoni attwali tagħhom abbażi ta’ lista predeterminata ta’ gruppi ta’ impjiegi.
|
|
(3)
|
Għalhekk jenħtieġ li tiġi stabbilita lista predeterminata ta’ gruppi ta’ impjiegi. Il-lista jenħtieġ li tuża l-Klassifika Internazzjonali Standard tal-Impjiegi (ISCO) adottata mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol. Sabiex jiġi żgurat li d-data dwar l-impjiegi tal-applikanti tkun speċifika biżżejjed, l-applikanti jenħtieġ li jkunu mitluba jagħżlu gruppi ta’ impjiegi għal mill-inqas il-livell 2 (grupp sub maġġuri) tal-Istandard, iżda wkoll għal-livelli 3 (grupp minuri) jew 4 (grupp ta’ unitajiet), fejn disponibbli.
|
|
(4)
|
Sabiex jiġi żgurat li l-formola tkun kemm jista’ jkun faċli għall-utent, jenħtieġ li l-formola elettronika tiżgura li jintwerew biss l-għażliet rilevanti u tassisti b’mod attiv lill-applikant biex isib il-grupp ta’ impjieg rilevanti tiegħu jew tagħha billi jiffiltra l-għażliet abbażi ta’ għażliet li jkunu saru fl-imgħoddi.
|
|
(5)
|
F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma ħaditx sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1240 u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Madankollu, peress li r-Regolament (UE) 2018/1240 jimxi fuq il-passi tal-acquis ta’ Schengen, fil-21 ta’ Diċembru 2018, id-Danimarka, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, innotifikat id-deċiżjoni tagħha li timplimenta r-Regolament (UE) 2018/1240 fil-liġi nazzjonali tagħha.
|
|
(6)
|
Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhix qed tieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (2); Għalhekk l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.
|
|
(7)
|
Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn [tal-aħħar] mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (3), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (4).
|
|
(8)
|
Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (5), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (6).
|
|
(9)
|
Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (7), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (8).
|
|
(10)
|
Fir-rigward ta’ Ċipru, il-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Kroazja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, jew huwa marbut mod ieħor miegħu, fit-tifsira, rispettivament, tal-Artikolu 3(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003, l-Artikolu 4(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005 u l-Artikolu 4(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2011.
|
|
(11)
|
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u ta l-opinjoni tiegħu fl-4 ta’ Settembru 2020,
|
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Impjieg attwali fil-formola tal-applikazzjoni
1. Skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament (UE) 2018/1240, għall-ikkompletar tal-qasam tal-okkupazzjoni attwali fil-formola tal-applikazzjoni, l-applikant għandu jagħżel waħda mill-għażliet li ġejjin:
|
(c)
|
qiegħed/mhux impjegat;
|
2. Meta l-applikant jagħżel il-punt (a) jew il-punt (b) tal-paragrafu 1, huwa għandu jagħżel il-grupp ta’ impjieg tal-livell 1 (grupp maġġuri) u l-livell 2 (grupp sub maġġuri) li jikkorrispondi għall-okkupazzjoni attwali tiegħu mil-lista predeterminata ta’ gruppi ta’ impjiegi stabbilita fl-Anness.
3. Meta l-grupp ta’ impjieg fil-livell magħżul ikun fih għażliet li jippermettu identifikazzjoni aktar speċifika tal-okkupazzjoni tal-applikant taħt gruppi ta’ impjiegi tal-livell 3 (grupp minuri) jew ta’ livell 4 (grupp ta’ unità), l-applikant għandu jkun meħtieġ jagħżel l-aktar livell ta’ grupp ta’ impjieg dettaljat disponibbli.
4. Meta l-applikant ikun minorenni, l-għażliet fil-punti (a), (b), (c) jew (e) tal-Artikolu 1 biss għandhom ikunu viżibbli u disponibbli għall-għażla.
5. Il-formola tal-applikazzjoni għandha tassisti l-applikant biex isib il-grupp tal-impjiegi relevanti tiegħu jew tagħha billi jiffiltra l-għażliet fuq il-bażi tal-għażliet li jkun għażel qabel.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1)
ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(3)
ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).
(5)
ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).
(7)
ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).
(9) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
ANNESS
Lista predeterminata ta’ gruppi ta’ impjiegi użati fil-formola tal-applikazzjoni
L-applikanti, meta japplikaw għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tal-ETIAS, għandhom jagħżlu grupp ta’ impjiegi wieħed mil-lista ta’ gruppi ta’ impjiegi predeterminati hawn taħt. Il-lista li tista’ tintgħażel hija disponibbli biss wara li l-applikanti jindikaw li huma “impjegati” jew “jaħdmu għal rashom”.
Il-lista hija bbażata fuq il-gruppi ewlenin, gruppi submaġġuri, gruppi minuri u gruppi ta’ unitajiet tal-Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-Impjiegi 2008 (ISCO-08):
|
•
|
Livell 1: Gruppi ewlenin
|
|
•
|
Livell 2: Gruppi submaġġuri
|
|
•
|
Livell 3: Gruppi minuri
|
|
•
|
Livell 4: Gruppi ta’ unitajiet
|
1. Maniġer
|
1.1.
|
Kap eżekuttiv, uffiċjal anzjan jew leġiżlatur
|
1.1.1.
|
Leġiżlatur jew uffiċjal anzjan
|
1.1.1.2.
|
Uffiċjal anzjan tal-gvern
|
|
1.1.1.3.
|
Kapijiet tradizzjonali jew kapijiet tal-irħula
|
|
1.1.1.4.
|
Uffiċjal anzjan ta’ organizzazzjonijiet ta’ interess speċjali
|
|
|
1.1.2.
|
Direttur maniġerjali jew kap eżekuttiv
|
|
|
1.2.
|
Maniġer amministrattiv jew kummerċjali
|
1.2.1.
|
Maniġer tas-servizzi tan-negozju jew tal-amministrazzjoni
|
1.2.1.1.
|
Maniġer tal-finanzi
|
|
1.2.1.2.
|
Maniġer tar-riżorsi umani
|
|
1.2.1.3.
|
Maniġer tal-politika jew tal-ippjanar
|
|
1.2.1.4.
|
Maniġer tas-servizzi kummerċjali jew tal-amministrazzjoni mhux ikklassifikat xi mkien ieħor
|
|
|
1.2.2.
|
Maniġer tal-kummercjalizzazzjoni jew l-iżvilupp
|
1.2.2.1.
|
Maniġer tal-bejgħ jew tal-kummerċjalizzazzjoni
|
|
1.2.2.2.
|
Maniġer tar-reklamar jew tar-relazzjonijiet pubbliċi
|
|
1.2.2.3.
|
Maniġer tar-riċerka jew żvilupp
|
|
|
|
1.3.
|
Maniġer tal-produzzjoni jew tas-servizzi speċjalizzati
|
1.3.1.
|
Maniġer ta’ produzzjoni fl-agrikoltura, forestrija jew sajd
|
1.3.1.1.
|
Maniġer tal-produzzjoni agrikola jew tal-forestrija
|
|
1.3.1.2.
|
Maniġer tal-produzzjoni tal-akkwakultura jew tas-sajd
|
|
|
1.3.2.
|
Maniġer tal-manifattura, tal-estrazzjoni, tal-kostruzzjoni jew tad-distribuzzjoni
|
1.3.2.1.
|
Maniġer tal-manifattura
|
|
1.3.2.2.
|
Maniġer tal-estrazzjoni
|
|
1.3.2.3.
|
Maniġer tal-kostruzzjoni
|
|
1.3.2.4.
|
Maniġer tal-provvista, tad-distribuzzjoni jew relatat
|
|
|
1.3.3.
|
Maniġer tas-servizzi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni jew tal-komunikazzjoni
|
|
1.3.4.
|
Maniġer tas-servizzi professjonali
|
1.3.4.1.
|
Maniġer tas-servizzi għall-indukrar tat-tfal
|
|
1.3.4.2.
|
Maniġer tas-servizzi tas-saħħa
|
|
1.3.4.3.
|
Maniġer tas-servizzi għall-indukrar tal-persuni mdaħħla fiż-żmien
|
|
1.3.4.4.
|
Maniġer tal-protezzjoni soċjali
|
|
1.3.4.5.
|
Maniġer tal-edukazzjoni
|
|
1.3.4.6.
|
Maniġer ta’ fergħat tas-servizzi finanzjarji jew tal-assigurazzjoni
|
|
1.3.4.7.
|
Maniġer tas-servizzi professjonali mhux ikklassifikat xi mkien ieħor
|
|
|
|
1.4.
|
Maniġer tas-servizzi tal-ospitalità, dawk fil-livell tal-konsumatur jew servizzi oħra
|
1.4.1.
|
Maniġer tal-lukandi jew ristoranti
|
1.4.1.1.
|
Maniġer tal-lukandi
|
|
1.4.1.2.
|
Maniġer tar-ristoranti
|
|
|
1.4.2.
|
Maniġer tan-negozju fil-livell tal-konsumatur jew tal-kummerċ
|
|
1.4.3.
|
Maniġer ta’ servizzi oħra
|
1.4.3.1.
|
Maniġer ta’ ċentri sportivi, ta’ rikreazzjoni jew kulturali
|
|
1.4.3.2.
|
Maniġer tas-servizzi mhux ikklassifikat xi mkien ieħor
|
|
|
2. Professjonist
|
2.1.
|
Professjonist tax-xjenza jew tal-inġinerija
|
2.1.1.
|
Professjonist tax-xjenza fiżika jew tad-dinja
|
2.1.1.1.
|
Fiżiku jew astronomu
|
|
2.1.1.4.
|
Ġeoloġist jew ġeofiżiku
|
|
|
2.1.2.
|
Matematiku, attwarju jew statistiku
|
|
2.1.3.
|
Professjonist tax-xjenza dwar il-ħajja
|
2.1.3.1.
|
Bijoloġist, botanist, żooloġist jew professjonist relatat
|
|
2.1.3.2.
|
Konsulent tal-biedja, tal-forestrija jew tas-sajd
|
|
2.1.3.3.
|
Professjonist tal-ħarsien tal-ambjent
|
|
|
2.1.4.
|
Professjonist tal-Inġinerija (eżkluża t-teknoloġija elettrika)
|
2.1.4.1.
|
Inġinier industrijali jew tal-produzzjoni
|
|
2.1.4.3.
|
Inġinier ambjentali
|
|
2.1.4.4.
|
Inġinier mekkaniku
|
|
2.1.4.6.
|
Inġinier tal-estrazzjoni, metallurġist jew professjonist relatat
|
|
2.1.4.7.
|
Professjonist tal-inġinerija mhux ikklassifikat xi mkien ieħor
|
|
|
2.1.5.
|
Inġinier tal-elettroteknoloġija
|
2.1.5.1.
|
Inġinier tal-elettriku
|
|
2.1.5.2.
|
Inġinier tal-elettronika
|
|
2.1.5.3.
|
Inġinier tat-telekomunikazzjoni
|
|
|
2.1.6.
|
Arkitett, pjanifikatur, servejer jew disinjatur
|
2.1.6.1.
|
Arkitett tal-bini
|
|
2.1.6.2.
|
Arkitett tal-pajsaġġ
|
|
2.1.6.3.
|
Disinjatur tal-prodotti jew tal-ilbies
|
|
2.1.6.4.
|
Pjanifikatur tal-bliet jew tat-traffiku
|
|
2.1.6.5.
|
Kartografu jew servejer
|
|
2.1.6.6.
|
Disinjatur grafiku jew multimedju
|
|
|
|
2.2.
|
Professjonist tas-saħħa
|
2.2.1.
|
Tabib
|
2.2.1.1.
|
Prattikant mediku ġenerali
|
|
2.2.1.2.
|
Prattikant mediku speċjalista
|
|
|
2.2.2.
|
Professjonist tal-infermerija jew tal-qwiebel
|
2.2.2.1.
|
Professjonist tal-infermerija
|
|
2.2.2.2.
|
Professjonist tal-qwiebel
|
|
|
2.2.3.
|
Professjonist tal-mediċina tradizzjonali jew komplimentari
|
2.2.3.1.
|
Professjonist tal-mediċina tradizzjonali jew komplimentari
|
|
2.2.3.2.
|
Prattikant paramediku
|
|
2.2.3.3.
|
Prattikant paramediku
|
|
|
2.2.5.
|
Professjonist tas-saħħa ieħor
|
2.2.5.3.
|
Professjonist tas-saħħa tal-ambjent jew tal-impjiegi tas-sanità
|
|
2.2.5.5.
|
Djetiku jew nutrizzjonista
|
|
2.2.5.6.
|
Awdjologu jew terapista tad-diskors
|
|
2.2.5.7.
|
Optometrist jew ottiku oftalmiku
|
|
2.2.5.8.
|
Professjonist tas-saħħa mhux ikklassifikat xi mkien ieħor
|
|
|
|
2.3.
|
Professjonist tat-tagħlim
|
2.3.1.
|
Għalliem universitarju jew tal-edukazzjoni għolja
|
|
2.3.2.
|
Għalliem tal-edukazzjoni vokazzjonali
|
|
2.3.3.
|
Għalliem tal-edukazzjoni sekondarja
|
|
2.3.4.
|
Għalliem tal-iskola primarja jew tat-tfulija bikrija
|
2.3.4.1.
|
Għalliema ta’ skola primarja
|
|
2.3.4.2.
|
Edukatur tat-tfulija bikrija
|
|
|
2.3.5.
|
Professjonist ieħor tat-tagħlim
|
2.3.5.1.
|
Speċjalista tal-metodi tal-edukazzjoni
|
|
2.3.5.2.
|
Għalliem tal-bżonnijiet speċjali
|
|
2.3.5.3.
|
Għalliem tal-lingwi oħra
|
|
2.3.5.4.
|
Għalliem tal-mużika ieħor
|
|
2.3.5.5.
|
Għalliem tal-arti ieħor
|
|
2.3.5.6.
|
Ħarrieġ tat-teknoloġija tal-informazzjoni
|
|
2.3.5.7.
|
Professjonist tat-tagħlim mhux ikklassifikat xi mkien ieħor
|
|
|
|
2.4.
|
Professjonist tan-negozju jew tal-amministrazzjoni
|
2.4.1.
|
Professjonist tal-finanzi
|
2.4.1.2.
|
Konsulent finanzjarju jew tal-investiment
|
|
2.4.1.3.
|
Analista finanzjarju
|
|
|
2.4.2.
|
Professjonist tal-amministrazzjoni
|
2.4.2.1.
|
Analista tal-immaniġġjar jew tal-organizzazzjoni
|
|
2.4.2.2.
|
Professjonist tal-amministrazzjoni tal-politika
|
|
2.4.2.3.
|
Professjonist tal-persunal jew tal-karrieri
|
|
2.4.2.4.
|
Professjonist tat-taħriġ jew tal-iżvilupp tal-persunal
|
|
|
2.4.3.
|
Professjonist tal-bejgħ, tqegħid fis-suq jew relazzjonijiet pubbliċi
|
2.4.3.1.
|
Professjonist tar-reklamar jew tal-kummerċjalizzazzjoni
|
|
2.4.3.2.
|
Professjonist tar-relazzjonijiet pubbliċi
|
|
2.4.3.3.
|
Professjonist tal-bejgħ tekniku jew mediku (esklużi l-ICT)
|
|
2.4.3.4.
|
Professjonist tal-bejgħ tat-teknoloġiji tal-informazzjoni jew tal-komunikazzjoni
|
|
|
|
2.5.
|
Professjonist tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni jew tal-Komunikazzjoni
|
2.5.1.
|
Żviluppatur jew analista tas-softwer jew tal-applikazzjonijiet
|
2.5.1.1.
|
Analista tas-sistemi
|
|
2.5.1.2.
|
Żviluppatur tas-softwer
|
|
2.5.1.3.
|
Żviluppatur tal-web jew tal-multimedja
|
|
2.5.1.4.
|
Programmatur tal-applikazzjonijiet
|
|
2.5.1.5.
|
Żviluppatur jew analista tas-softwer jew tal-applikazzjonijiet li mhux ikklassifikat xi mkien ieħor
|
|
|
2.5.2.
|
Professur tal-bażi tad-data jew tan-netwerk
|
2.5.2.1.
|
Disinjatur jew amministratur tal-bażi tad-data
|
|
2.5.2.2.
|
Amministratur tas-sistemi
|
|
2.5.2.3.
|
Professjonist tan-netwerks tal-kompjuters
|
|
2.5.2.4.
|
Professjonist tal-bażijiet tad-data jew tan-netwerks mhux ikklassifikat xi mkien ieħor
|
|
|
|
2.6.
|
Professjonist legali, soċjali jew kulturali
|
2.6.1.
|
Professjonist legali
|
2.6.1.3.
|
Professjonist legali mhux ikklassifikat xi mkien ieħor
|
|
|
2.6.2.
|
Librara, arkivisti jew kuratur
|
2.6.2.1.
|
Arkivisti jew kuratur
|
|
2.6.2.2.
|
Librar jew professjonist tal-informazzjoni relatat
|
|
|
2.6.3.
|
Professjonist soċjali jew reliġjuż
|
2.6.3.2.
|
Soċjologu, antropoloġu jew professjonist relatat
|
|
2.6.3.3.
|
Filosfu, storiku jew xjenzat politiku
|
|
2.6.3.5.
|
Professjonist tal-ħidma soċjali jew tal-konsulenza
|
|
2.6.3.6.
|
Professjonist reliġjuż
|
|
|
2.6.4.
|
Awtur, ġurnalisti jew lingwista
|
2.6.4.1.
|
Awtur jew kittieb relatat
|
|
2.6.4.3.
|
Traduttur, interpretu jew lingwista oħra
|
|
|
2.6.5.
|
Artist kreattiv jew tal-ispettaklu
|
2.6.5.2.
|
Mużiċista, kantant jew kompożitur
|
|
2.6.5.3.
|
Żeffien jew koreografu
|
|
2.6.5.4.
|
Direttur jew produtturi ta’ films, tal-palk jew relatat
|
|
2.6.5.6.
|
Avżat fuq ir-radju, it-televiżjoni jew midja oħra
|
|
2.6.5.7.
|
Artist kreattiv jew tal-ispettaklu li mhuwiex ikklassifikat xi mkien ieħor
|
|
|
3. Tekniku jew professjonist assoċjat
|
3.1.
|
Professjonist assoċjat tax-xjenza jew tal-inġinerija
|
3.1.1.
|
Tekniku tax-xjenza fiżika jew tal-inġinerija
|
3.1.1.1.
|
Tekniku tax-xjenza kimika jew fiżika
|
|
3.1.1.2.
|
Tekniku tal-inġinerija ċivili
|
|
3.1.1.3.
|
Tekniku tal-inġinerija elettrika
|
|
3.1.1.4.
|
Tekniku tal-inġinerija tal-elettronika
|
|
3.1.1.5.
|
Tekniku tal-inġinerija mekkanika
|
|
3.1.1.6.
|
Tekniku tal-inġinerija tal-kimiki
|
|
3.1.1.7.
|
Tekniku tal-minjieri jew tal-metallurġija
|
|
3.1.1.9.
|
Tekniku tax-xjenza fiżika jew tal-inġinerija mhux ikklassifikat xi mkien ieħor
|
|
|
3.1.2.
|
Superviżur tal-minjieri, tal-manifattura jew tal-kostruzzjoni
|
3.1.2.1.
|
Kontrollur tal-minjieri
|
|
3.1.2.2.
|
Superviżur tal-manifattura
|
|
3.1.2.3.
|
Superviżur tal-kostruzzjoni
|
|
|
3.1.3.
|
Tekniku tal-kontroll tal-ipproċessar
|
3.1.3.1.
|
Operatur tal-impjanti tal-produzzjoni tal-enerġija
|
|
3.1.3.2.
|
Operatur tal-impjanti tal-inċinerazzjoni jew tat-trattament tal-ilma
|
|
3.1.3.3.
|
Kontrollur ta’ impjant tal-ipproċessar kimiku
|
|
3.1.3.4.
|
Operatur tal-impjanti tar-raffinar taż-żejt jew tal-gass naturali
|
|
3.1.3.5.
|
Kontrollur tal-proċess tal-produzzjoni tal-metall
|
|
3.1.3.6.
|
Tekniku tal-kontroll tal-proċess mhux ikklassifikat xi mkien ieħor
|
|
|
3.1.4.
|
Tekniku tax-xjenza tal-ħajja jew professjonist assoċjat relatat
|
3.1.4.1.
|
Tekniku tax-xjenza tal-ħajja (eskluż dik medika)
|
|
3.1.4.2.
|
Tekniku agrikolu
|
|
3.1.4.3.
|
Tekniku tal-forestrija
|
|
|
3.1.5.
|
Kontrollur jew tekniku tal-vapur jew tal-inġenji tal-ajru
|
3.1.5.1.
|
Inġinier tal-vapuri
|
|
3.1.5.2.
|
Uffiċjal jew bdot tal-gverta tal-vapuri
|
|
3.1.5.3.
|
Bdot tal-inġenji tal-ajru jew professjonist assoċjat relatat
|
|
3.1.5.4.
|
Kontrollur tat-traffiku tal-ajru
|
|
3.1.5.5.
|
Tekniku tal-elettronika tas-sikurezza tat-traffiku tal-ajru
|
|
|
|
3.2.
|
Professjonist assoċjat tas-saħħa
|
3.2.1.
|
Tekniku mediku jew farmaċewtiku
|
3.2.1.1.
|
Tekniku tat-tagħmir terapewtiku jew tal-immaġnijiet mediċi
|
|
3.2.1.2.
|
Tekniku tal-laboratorju mediku jew tal-patoloġija
|
|
3.2.1.3.
|
Tekniku jew assistenti farmaċewtiċi
|
|
3.2.1.4.
|
Tekniku prostetiku mediku jew dentali
|
|
|
3.2.2.
|
Professjonist assoċjat tal-infermerija jew fix-xogħol tal-qwiebel
|
3.2.2.1.
|
Professjonist assoċjat tal-infermerija
|
|
3.2.2.2.
|
Professjonist assoċjat fix-xogħol tal-qwiebel
|
|
|
3.2.3.
|
Professjonist assoċjat tal-mediċina tradizzjonali jew komplimentari
|
3.2.3.1.
|
Professjonist assoċjat tal-mediċina tradizzjonali jew komplimentari
|
|
|
3.2.4.
|
Tekniku jew assistent veterinarju
|
3.2.4.1.
|
Tekniku jew assistent veterinarju
|
|
|
3.2.5.
|
Professjonist assoċjat tas-saħħa
|
3.2.5.1.
|
Assistent jew terapista dentali
|
|
3.2.5.2.
|
Tekniku tar-rekords mediċi jew tal-informazzjoni dwar is-saħħa
|
|
3.2.5.3.
|
Ħaddiem tas-saħħa tal-komunità
|
|
3.2.5.4.
|
Ottiku tad-distribuzzjoni
|
|
3.2.5.5.
|
Tekniku jew assistent tal-fiżjoterapija
|
|
3.2.5.6.
|
Assistent tas-saħħa
|
|
3.2.5.7.
|
Spettur jew assoċjat tas-saħħa ambjentali jew okkupazzjonali
|
|
3.2.5.8.
|
Ħaddiem tal-ambulanzija
|
|
3.2.5.9.
|
Professjonist assoċjat tas-saħħa mhux ikklassifikat xi mkien ieħor
|
|
|
|
3.3.
|
Professjonist assoċjat tan-negozju jew tal-amministrazzjoni
|
3.3.1.
|
Professjonist assoċjat tal-finanzi jew tal-matematika
|
3.3.1.1.
|
Negozjant jew sensar tat-titoli jew tal-finanzi
|
|
3.3.1.2.
|
Uffiċjal tal-kreditu jew tas-self
|
|
3.3.1.3.
|
Professjonist assoċjat tal-kontabilità
|
|
3.3.1.4.
|
Professjonist statistiku, matematiku jew relatat
|
|
3.3.1.5.
|
Valutatur jew valutatur tat-telf
|
|
|
3.3.2.
|
Aġent tal-bejgħ jew tax-xiri jew sensar
|
3.3.2.1.
|
Rappreżentant tal-assigurazzjoni
|
|
3.3.2.2.
|
Rappreżentant tal-bejgħ kummerċjali
|
|
3.3.2.4.
|
Sensar kummerċjali
|
|
|
3.3.3.
|
Aġent tas-servizzi tan-negozju
|
3.3.3.1.
|
Aġent tal-ikklirjar jew tat-twassil
|
|
3.3.3.2.
|
Pjanifikatur tal-konferenzi jew tal-avvenimenti
|
|
3.3.3.3.
|
Aġent jew kuntrattur tal-impjieg
|
|
3.3.3.4.
|
Aġent tal-proprjetà immobbli jew maniġer tal-proprjetà
|
|
3.3.3.5.
|
Aġent ta’ servizzi tan-negozju li mhux ikklassifikat xi mkien ieħor
|
|
|
3.3.4.
|
Segretarju amministrattiv jew speċjalizzat
|
3.3.4.1.
|
Superviżur tal-uffiċċju
|
|
3.3.4.2.
|
Segretarju ġuridiku
|
|
3.3.4.3.
|
Segretarju amministrattiv jew eżekuttiv
|
|
3.3.4.4.
|
Segretarju mediku
|
|
|
3.3.5.
|
Professjonist assoċjat regolatorju tal-gvern
|
3.3.5.1.
|
Spettur tad-dwana jew tal-fruntieri
|
|
3.3.5.2.
|
Uffiċjal tat-taxxa jew tas-sisa tal-gvern
|
|
3.3.5.3.
|
Uffiċjal tal-benefiċċji soċjali tal-gvern
|
|
3.3.5.4.
|
Uffiċjal tal-ħruġ tal-liċenzji tal-governanza
|
|
3.3.5.5.
|
Spettur tal-pulizija jew ditektiv
|
|
3.3.5.6.
|
Professjonist regolatorju assoċjat tal-gvern mhux ikklassifikat xi mkien ieħor
|
|
|
|
3.4.
|
Professjonist assoċjat legali, soċjali, kulturali jew relatat
|
3.4.1.
|
Professjonist assoċjat legali, soċjali jew reliġjużi
|
3.4.1.1.
|
Professjonist legali jew relatat
|
|
3.4.1.2.
|
Professjonist assoċjat tal-ħidma soċjali
|
|
3.4.1.3.
|
Professjonist assoċjat reliġjuż
|
|
|
3.4.2.
|
Ħaddiem tal-isport jew tal-fitness
|
3.4.2.1.
|
Atleta jew plejer sportiv
|
|
3.4.2.2.
|
Kowċ, għalliem jew uffiċjal sportiv
|
|
3.4.2.3.
|
Għalliem jew mexxej tal-programm tal-fitness jew tar-rikreazzjoni
|
|
|
3.4.3.
|
Professjonist assoċjat tal-arti, kultura jew kċina
|
3.4.3.2.
|
Disinjatur jew dekoratur intern
|
|
3.4.3.3.
|
Tekniku tal-gallerija, tal-mużewijiet jew tal-librerija
|
|
3.4.3.5.
|
Professjonist assoċjat ieħor artistiku jew kulturali
|
|
|
|
3.5.
|
Tekniku tal-informazzjoni jew tal-komunikazzjoni
|
3.5.1.
|
Operazzjonijiet tat-teknoloġija tal-informazzjoni jew tal-komunikazzjoni jew tekniku tal-appoġġ tal-utent
|
3.5.1.1.
|
Tekniku tal-operazzjonijiet tat-teknoloġija tal-informazzjoni jew tal-komunikazzjoni
|
|
3.5.1.2.
|
Tekniku tal-appoġġ għall-utenti tat-teknoloġija tal-informazzjoni jew tal-komunikazzjoni
|
|
3.5.1.3.
|
Tekniku tan-netwerk jew tas-sistemi tal-kompjuter
|
|
|
3.5.2.
|
Tekniku tat-telekomunikazzjoni jew tax-xandir
|
3.5.2.1.
|
Tekniku tax-xandir jew awdjoviżiv
|
|
3.5.2.2.
|
Tekniku tal-inġinerija tat-telekomunikazzjoni
|
|
|
4. Ħaddiem ta’ appoġġ krerikali
|
4.1.
|
Skrivan ġenerali jew bit-tastiera
|
4.1.1.
|
Skrivan ġenerali tal-uffiċċju
|
4.1.1.1.
|
Skrivan ġenerali tal-uffiċċju
|
|
|
4.1.2.
|
Segretarju (ġenerali)
|
4.1.2.1.
|
Segretarju (ġenerali)
|
|
|
4.1.3.
|
Operatur tat-tastijiet
|
4.1.3.1.
|
Operatur tat-tipista jew tal-word processation
|
|
4.1.3.2.
|
Skrivan tad-dħul tad-data
|
|
|
|
4.2.
|
Skrivan tas-servizzi tal-klijenti
|
4.2.1.
|
Skrivan tal-għadd jew tal-ġbir tal-flus jew skrivan relatat
|
4.2.1.1.
|
Kaxxiera tal-bank jew skrivan relatat
|
|
4.2.1.2.
|
Aġent tal-imħatri, krupiera jew ħaddiem tal-logħob relatat
|
|
4.2.1.3.
|
Sensar tar-rahan jew mutwanti tal-flus
|
|
4.2.1.4.
|
Ħaddiem tal-kollettur tad-dejn jew ħaddiem relatat
|
|
|
4.2.2.
|
Ħaddiem tal-informazzjoni għall-klijent
|
4.2.2.1.
|
Konsulent jew skrivan tal-ivvjaġġar
|
|
4.2.2.2.
|
Skrivan tal-informazzjoni taċ-ċentru tal-kuntatt
|
|
4.2.2.3.
|
Operatur tas-swiċċbord tat-telefoni
|
|
4.2.2.4.
|
Receptionist ta’ lukanda
|
|
4.2.2.5.
|
Skrivan tal-inkjesta
|
|
4.2.2.6.
|
Receptionist (ġenerali)
|
|
4.2.2.7.
|
Intervistatur tal-istħarriġ jew tar-riċerka tas-suq
|
|
4.2.2.8.
|
Ħaddiem tal-informazzjoni tal-klijent li mhuwiex ikklassifikat xi mkien ieħor
|
|
|
|
4.3.
|
Skrivan tar-reġistrar numeriku jew tal-materjali
|
4.3.1.
|
Skrivan numeriku
|
4.3.1.1.
|
Skrivan tal-kontabilità jew taż-żamma tal-kotba
|
|
4.3.1.2.
|
Skrivan tal-istatistika, tal-finanzi jew tal-assigurazzjoni
|
|
4.3.1.3.
|
Skrivan tal-pagi
|
|
|
4.3.2.
|
Skrivan tar-reġistrar tal-materjali jew tat-trasport
|
4.3.2.1.
|
Skrivan tal-istokkijiet
|
|
4.3.2.2.
|
Skrivan tal-produzzjoni
|
|
4.3.2.3.
|
Skrivan tat-trasport
|
|
|
|
4.4.
|
Ħaddiem soċjali klerikali oħra
|
4.4.1.
|
Ħaddiem soċjali klerikali oħra
|
4.4.1.1.
|
Skrivan tal-librerija
|
|
4.4.1.2.
|
Trasportatur tal-posta jew skrivan tal-issortjar
|
|
4.4.1.3.
|
Uffiċjal klerikali tal-kodifikazzjoni, tal-qari tal-provi jew relatat
|
|
4.4.1.4.
|
Scribes jew ħaddiem relatat
|
|
4.4.1.5.
|
Skrivan tal-iffajljar jew tal-ikkuppjar
|
|
4.4.1.6.
|
Skrivan tal-persunal
|
|
4.4.1.7.
|
Ħaddiem ta’ appoġġ klerikali li mhuwiex ikklassifikat xi mkien ieħor
|
|
|
5. Ħaddiem tas-servizz jew tal-bejgħ
|
5.1.
|
Ħaddiem tas-servizz personali
|
5.1.1.
|
Ħaddiem, kunduttur jew gwida tal-ivvjaġġar
|
5.1.1.1.
|
Assistenti tal-ivvjaġġar jew stewards tal-ivvjaġġar
|
|
5.1.1.2.
|
Konduttur tat-trasport
|
|
5.1.1.3.
|
Gwida tal-ivvjaġġar
|
|
|
5.1.3.
|
Wejter jew barista
|
|
5.1.4.
|
Parrukkier, estetista jew ħaddiem f’qasam relatat
|
5.1.4.2.
|
Ħaddiem tas-sbuħija jew relatat
|
|
|
5.1.5.
|
Superviżur tal-bini jew tat-tindif tad-dar
|
5.1.5.1.
|
Superviżur tat-tindif jew tat-tindif tad-djar fl-uffiċċji, fil-lukandi jew fi stabbilimenti oħra
|
|
5.1.5.2.
|
Min jieħu ħsieb id-dar domestiku
|
|
5.1.5.3.
|
Persuna li tieħu ħsieb il-bini
|
|
|
5.1.6.
|
Ħaddiem ieħor tas-servizzi personali
|
5.1.6.1.
|
Astrologu, qarrejja tax-xorti jew ħaddiem f’qasam relatat
|
|
5.1.6.2.
|
Akkumpanjatur jew valet
|
|
5.1.6.3.
|
Deffien jew keffien
|
|
5.1.6.4.
|
Groomer tal-annimali domestiċi jew ħaddiem tal-kura tal-annimali
|
|
5.1.6.5.
|
Għalliem tas-sewqan
|
|
5.1.6.6.
|
Ħaddiem tas-servizzi personali li mhuwiex ikklassifikat xi mkien ieħor
|
|
|
|
5.2.
|
Ħaddiem tal-bejgħ
|
5.2.1.
|
Bejjiegħ tat-triq jew tas-suq
|
5.2.1.1.
|
Bejjiegħ tal-waqfien jew tal-kummerċjalizzazzjoni
|
|
5.2.1.2.
|
Bejjiegħ tal-ikel tat-triq
|
|
|
5.2.2.
|
Bejjiegħ fil-ħwienet
|
5.2.2.2.
|
Superviżur tal-ħwienet
|
|
5.2.2.3.
|
Assistent tal-bejgħ fil-ħanut
|
|
|
5.2.3.
|
Kaxxier jew skrivan tal-biljetti
|
5.2.3.1.
|
Kaxxier jew skrivan tal-biljetti
|
|
|
5.2.4.
|
Ħaddiem tal-bejgħ ieħor
|
5.2.4.1.
|
Mudell tal-ħwejjeġ jew affarijiet oħra
|
|
5.2.4.2.
|
Dimostratur tal-bejgħ
|
|
5.2.4.3.
|
Bejjiegħ bieb bieb
|
|
5.2.4.4.
|
Bejjiegħ taċ-ċentru ta’ kuntatt
|
|
5.2.4.5.
|
Inkarigat tal-istazzjonijiet tal-fjuwil
|
|
5.2.4.6.
|
Inkarigat tal-bank tas-servizz tal-ikel
|
|
5.2.4.7.
|
Ħaddiem tal-bejgħ li mhuwiex ikklassifikat xi mkien ieħor
|
|
|
|
5.3.
|
Ħaddiem tal-kura personali
|
5.3.1.
|
Ħaddiem tal-kura tat-tfal jew assistenza għall-għalliema
|
5.3.1.1.
|
Ħaddiem tal-kura tat-tfal
|
|
5.3.1.2.
|
Assistent għall-għalliema
|
|
|
5.3.2.
|
Ħaddiem tal-kura personali fis-servizzi tas-saħħa
|
5.3.2.1.
|
Assistent għall-kura tas-saħħa
|
|
5.3.2.2.
|
Ħaddiem tal-kura personali bbażat id-dar
|
|
5.3.2.3.
|
Ħaddiem tal-kura personali fis-servizzi tas-saħħa li mhuwiex ikklassifikat xi mkien ieħor
|
|
|
|
5.4.
|
Ħaddiem tas-servizzi ta’ protezzjoni
|
5.4.1.
|
Ħaddiem tas-servizzi ta’ protezzjoni
|
5.4.1.1.
|
Ħaddiem tat-tifi tan-nar
|
|
5.4.1.2.
|
Uffiċjal tal-Pulizija
|
|
5.4.1.3.
|
Gwardjan tal-ħabs
|
|
5.4.1.4.
|
Gwardjan tas-sigurtà
|
|
5.4.1.5.
|
Ħaddiem tas-servizzi protettivi li mhuwiex ikklassifikat xi mkien ieħor
|
|
|
6. Ħaddiem tas-sengħa fl-agrikoltura, fil-forestrija jew fis-sajd
|
6.1.
|
Ħaddiem agrikolu tas-sengħa orjentat lejn is-suq
|
6.1.1.
|
Ġardinar tas-suq jew dak li jikkultiva l-għelejjel
|
6.1.1.1.
|
Kultivatur tal-għelejjel jew tal-ħxejjex
|
|
6.1.1.2.
|
Kultivatur tal-għelejjel tas-siġar jew tal-arbuxxelli
|
|
6.1.1.3.
|
Ħardinar, ortikulturist jew kultivatur tal-mixtliet
|
|
6.1.1.4.
|
Kultivatur tal-għelejjel imħallta
|
|
|
6.1.2.
|
Kultivatur tal-annimali
|
6.1.2.1.
|
Kultivatur tal-bhejjem jew produttur tal-ħalib
|
|
6.1.2.2.
|
Kultivatur tal-pollam
|
|
6.1.2.3.
|
Naħħal jew serkulturist
|
|
6.1.2.4.
|
Kultivatur tal-annimali li mhuwiex ikklassifikat xi mkien ieħor
|
|
|
6.1.3.
|
Kultivatur tal-għelejjel imħallta jew tal-annimali
|
|
|
6.2.
|
Ħaddiem tas-sengħa tal-forestrija, tas-sajd jew tal-kaċċa orjentat lejn is-suq
|
6.2.1.
|
Ħaddiem tal-forestrija jew relatat
|
|
6.2.2.
|
Ħaddiem tas-sajd, kaċċatur jew nassab
|
6.2.2.1.
|
Ħaddiem tal-akkwakultura
|
|
6.2.2.2.
|
Ħaddiem tas-sajd fl-ilmijiet interni jew kostali
|
|
6.2.2.3.
|
Ħaddiem tas-sajd fil-baħar fondi
|
|
6.2.2.4.
|
Kaċċatur jew nassab
|
|
|
|
6.3.
|
Bidwi, sajjied, kaċċatur jew ġabbar tas-sussistenza
|
6.3.1.
|
Bidwi tal-għelejjel tas-sussistenza
|
|
6.3.2.
|
Bidwi li jrabbi l-bhejjem ta’ sussistenza
|
|
6.3.3.
|
Bidwi tal-għelejjel imħallta ta’ sussistenza jew bidwi tal-bhejjem
|
|
6.3.4.
|
Sajjied, kaċċatur, nassab jew ġabbar tas-sussistenza
|
|
7. Ħaddiem tal-artiġjanat jew tas-snajja’ relatati
|
7.1.
|
Bennej jew ħaddiem tas-sengħa relatat, esklużi l-elettriċisti
|
7.1.1.
|
Bennej tal-oqfsa tad-djar jew ħaddiem tas-snajja’ relatati
|
7.1.1.2.
|
Bennej jew ħaddiem relatat
|
|
7.1.1.3.
|
Ħaddiem li jifforma, jaqta’, jofroq jew jonqox il-ġebel
|
|
7.1.1.4.
|
Ħaddiem li jqiegħed jew ilesti l-konkrit jew relatat
|
|
7.1.1.5.
|
Mastrudaxxa jew dak li jgħaqqad l-għamara
|
|
7.1.1.6.
|
Bennej tal-oqfsa tal-bini jew tas-snajja’ relatati mhux ikklassifikat xi mkien ieħor
|
|
|
7.1.2.
|
Irfinatur tal-bini jew tas-snajja’ relatati
|
7.1.2.2.
|
Ħaddiem li jwitti l-art jew tal-madum
|
|
7.1.2.4.
|
Ħaddiem tal-iżolazzjoni
|
|
7.1.2.5.
|
Ħaddiem li jwaħħal il-ħġieġ tal-aperturi
|
|
7.1.2.6.
|
Plumber jew fitter tal-pajpijiet
|
|
7.1.2.7.
|
Mekkanik tal-arja kundizzjonata jew refriġeranti
|
|
|
7.1.3.
|
Bajjad, cleaner jew ħaddiem tas-sengħa relatat
|
7.1.3.1.
|
Bajjad jew ħaddiem relatat
|
|
7.1.3.2.
|
Bajjad bl-isprej jew varnitur
|
|
7.1.3.3.
|
Ħaddiem tat-tindif tal-istrutturi tal-bini
|
|
|
|
7.2.
|
Ħaddiem fil-qasam tal-metall, tal-makkinarju jew tas-snajja’ relatati
|
7.2.1.
|
Ħaddiem tal-folji jew tal-metall strutturali, mudellatur jew welder, jew ħaddiem relatat
|
7.2.1.1.
|
Ħaddiem li jifforma jew li jagħmel il-qalba tal-metall
|
|
7.2.1.2.
|
Welder jew flamecutter
|
|
7.2.1.3.
|
Ħaddiem tal-folji tal-metall
|
|
7.2.1.4.
|
Preparatur jew erettur tal-metalli strutturali
|
|
7.2.1.5.
|
Attrezzaturi jew splicers tal-kejbil
|
|
|
7.2.2.
|
Ħaddied, dak li jagħmel l-għodda jew tas-snajja’ relatati
|
7.2.2.1.
|
Ħaddied, ħaddied tal-martell jew ħaddiem tal-morsa tal-ifformar
|
|
7.2.2.2.
|
Ħaddiem li jagħmel l-għodda jew relatat
|
|
7.2.2.3.
|
Setter tal-għodda jew operatur tal-magni li jaħdmu l-metall
|
|
7.2.2.4.
|
Lustratur tal-metall, moli tar-rota jew senniena tal-għodda
|
|
|
7.2.3.
|
Mekkanik jew sewwej tal-makkinarju
|
7.2.3.1.
|
Mekkanik jew sewwej tal-vetturi bil-mutur
|
|
7.2.3.2.
|
Mekkanik jew sewwej tal-magni tal-inġenji tal-ajru
|
|
7.2.3.3.
|
Mekkanik jew sewwej tal-makkinarju agrikolu jew industrijali
|
|
7.2.3.4.
|
Sewwej tar-roti jew sewwej relatat
|
|
|
|
7.3.
|
Ħaddiem tal-artiġjanat jew tal-istampar
|
7.3.1.
|
Ħaddiem tal-artiġjanat
|
7.3.1.1.
|
Produttur jew sewwej tal-istrumenti ta’ preċiżjoni
|
|
7.3.1.2.
|
Produttur jew ħaddiem li jikkorda l-istrumenti mużikali
|
|
7.3.1.3.
|
Ħaddiem tal-ġojjellerija jew metalli prezzjużi
|
|
7.3.1.4.
|
Fuħħari jew ħaddiem relatat
|
|
7.3.1.5.
|
Ħaddiem li jipproduċi, jaqta’, jitħan jew jagħmel il-finitura tal-ħġieġ
|
|
7.3.1.6.
|
Kittieb tas-sinjali, pittur dekorattiv, naqqax jew inċiżur
|
|
7.3.1.7.
|
Ħaddiem tal-artiġġjanat manwali tal-injam, tal-qfief jew ta’ materjal relatat
|
|
7.3.1.8.
|
Ħaddiem tal-artiġġjanat manwali tat-tessut, tal-ġilda jew ta’ materjal relatat
|
|
7.3.1.9.
|
Ħaddiem tal-artiġjanat li mhux ikklassifikat xi mkien ieħor
|
|
|
7.3.2.
|
Ħaddiem tas-sengħa tal-istampar
|
7.3.2.1.
|
Tekniku ta’ qabel l-istampar
|
|
7.3.2.3.
|
Ħaddiem tal-finitura jew tal-legatura tal-istampa
|
|
|
|
7.4.
|
Ħaddiem tas-snajja’ elettriċi jew elettroniċi
|
7.4.1.
|
Installatur jew sewwej tat-tagħmir elettriku
|
7.4.1.1.
|
Elettriċista tal-bini jew relatat
|
|
7.4.1.2.
|
Mekkanik jew fitter elettriku
|
|
7.4.1.3.
|
Installatur jew sewwej tal-linji elettriku
|
|
|
7.4.2.
|
Installatur jew sewwej tal-elettronika jew tat-telekomunikazzjoni
|
7.4.2.1.
|
Mekkanik jew servicer tal-elettronika
|
|
7.4.2.2.
|
Installatur jew servicer tat-teknoloġija tal-informazzjoni jew tal-komunikazzjoni
|
|
|
|
7.5.
|
Ħaddiem tal-ipproċessar tal-ikel, tax-xogħol tal-injam, tal-ilbies jew ta’ artiġjanat ieħor jew tas-snajja’ relatati
|
7.5.1.
|
Ħaddiem fl-ipproċessar tal-ikel jew tas-snajja’ relatati
|
7.5.1.1.
|
Bejjiegħ tal-laħam, tal-ħut jew preparatur relatat tal-ikel
|
|
7.5.1.2.
|
Furnar, kok tal-ħelu jew dulċier
|
|
7.5.1.3.
|
Produttur tal-prodotti tal-ħalib
|
|
7.5.1.4.
|
Preservatur tal-frott, tal-ħaxix jew relatat
|
|
7.5.1.5.
|
Ħaddiem li jduq jew jiggrada l-ikel jew ix-xorb
|
|
7.5.1.6.
|
Preparatur tat-tabakk jew produttur tal-prodotti tat-tabakk
|
|
|
7.5.2.
|
Ħaddiem li jittratta tal-injam, li jaħdem l-għamara jew relatat
|
7.5.2.1.
|
Ħaddiem li jittratta tal-injam
|
|
7.5.2.2.
|
Ħaddiem li jagħmel l-għamara jew relatat
|
|
7.5.2.3.
|
Setter jew tal-għodda tal-magni tal-mastrudaxxa
|
|
|
7.5.3.
|
Ħaddiem tas-sengħa tal-ħwejjeġ jew tas-snajja’ relatati
|
7.5.3.1.
|
Fassal, ħajjat, ħaddiem tal-fer jew ħaddiem li jagħmel il-kpiepel
|
|
7.5.3.2.
|
Ħaddiem li jagħmel il-forom jew jaqta’ d-drapp jew relatat
|
|
7.5.3.3.
|
Ħaddiem li jħit, jirrakkma jew relatat
|
|
7.5.3.4.
|
Ħaddiem tat-tapizzerija jew relatat
|
|
7.5.3.5.
|
Ħaddiem li jlibbes, jikkunza jew jinngeozja l-ġlud
|
|
7.5.3.6.
|
Skarpan jew ħaddiem relatat
|
|
|
7.5.4.
|
Artiġjanat ieħor jew ħaddiem relatat
|
7.5.4.2.
|
Estratturi b’tiri jew bi splużjonijiet
|
|
7.5.4.3.
|
Ħaddiem li jiggrada jew jittestja l-prodotti (minbarra l-ikel jew ix-xorb)
|
|
7.5.4.4.
|
Fumigatur jew kontrollur tal-pesti jew tal-ħaxix ħażin oħra
|
|
7.5.4.5.
|
Ħaddiem tal-artiġġjanat jew relatat mhux ikklassifikat xi mkien ieħor
|
|
|
8. Operatur ta’ impjant jew makkinarju, jew assemblatur
|
8.1.
|
Operatur ta’ impjant jew makkinarju stazzjonarju
|
8.1.1.
|
Operatur tal-impjanti tal-ipproċessar tal-minjieri jew tal-minerali
|
8.1.1.1.
|
Estratturi jew ħaddiem tal-barriera
|
|
8.1.1.2.
|
Operatur tal-impjanti tal-ipproċessar tal-minerali jew tal-ġebel
|
|
8.1.1.3.
|
Ħaddiem li jħaffer il-bjar jew il-ħofor għall-estrazzjoni tal-ilma jew relatat
|
|
8.1.1.4.
|
Operatur tal-magni tas-siment, tal-ġebel jew ta’ prodotti minerali oħrajn
|
|
|
8.1.2.
|
Operatur tal-impjanti tal-ipproċessar jew tal-irfinar
|
8.1.2.1.
|
Operatur tal-impjanti tal-ipproċessar tal-metall
|
|
8.1.2.2.
|
Operatur tal-magni tat-tlestija, tal-kisi jew tal-kisi tal-metall
|
|
|
8.1.3.
|
Operatur tal-impjanti jew tal-magni tal-prodotti kimiċi jew fotografiċi
|
8.1.3.1.
|
Operatur tal-impjanti jew tal-magni tal-prodotti kimiċi
|
|
8.1.3.2.
|
Operatur tal-magni tal-prodotti fotografiċi
|
|
|
8.1.4.
|
Operatur tal-magni tal-lastku, tal-plastik jew tal-prodotti tal-karta
|
8.1.4.1.
|
Operatur tal-magni tal-prodotti tal-lastku
|
|
8.1.4.2.
|
Operatur tal-magni tal-prodotti tal-plastik
|
|
8.1.4.3.
|
Operatur tal-magni tal-prodotti tal-karta
|
|
|
8.1.5.
|
Operatur tal-magni tat-tessuti, tal-fer jew tal-prodotti tal-ġilda
|
8.1.5.1.
|
Operatur tal-magni tat-tħejjija, tal-għażil jew tat-tkebbib tal-fibra
|
|
8.1.5.2.
|
Operatur tal-magni tal-insiġ jew tal-innittjar
|
|
8.1.5.3.
|
Operatur tal-magni tal-ħjata
|
|
8.1.5.4.
|
Operatur tal-magni tal-ibbliċjar, tal-għoti tal-kulur jew tat-tindif tad-drapp
|
|
8.1.5.5.
|
Operatur tal-magni tal-preparazzjoni tal-fer jew tal-ġilda
|
|
8.1.5.6.
|
Operatur tal-magni tal-iskarpan jew maġni relatati
|
|
8.1.5.7.
|
Operatur tal-magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ
|
|
8.1.5.8.
|
Operatur ta’ magni ta’ prodotti tat-tessut, tal-fer jew tal-ġilda mhux ikklassifikat xi mkien ieħor
|
|
|
8.1.6.
|
Operatur tal-magni tal-prodotti tal-ikel jew relatat
|
8.1.6.1.
|
Operatur tal-magni tal-prodotti tal-ikel jew relatat
|
|
|
8.1.7.
|
Operatur tal-impjanti tal-ipproċessar tal-injam jew tal-manifattura tal-karta
|
8.1.7.1.
|
Operatur tal-impjanti tal-manifattura tal-polpa jew tal-karta
|
|
8.1.7.2.
|
Operatur tal-impjanti tal-ipproċessar tal-injam
|
|
|
8.1.8.
|
Operatur ta’ impjant jew makkinarju stazzjonarju ieħor
|
8.1.8.1.
|
Operatur tal-impjanti tal-ħġieġ jew taċ-ċeramika
|
|
8.1.8.2.
|
Operatur tal-magni tal-fwar jew tal-bojler
|
|
8.1.8.3.
|
Operatur tal-magni tal-ippakkjar, tal-ibbottiljar jew tat-tikkettar
|
|
8.1.8.4.
|
Operatur ta’ impjant stazzjonarju jew makkinarju mhux klassifikat xi mkien ieħor
|
|
|
|
8.2.
|
Muntatur
|
8.2.1.
|
Muntatur
|
8.2.1.1.
|
Muntatur ta’ makkinarju mekkaniku
|
|
8.2.1.2.
|
Muntatur tat-tagħmir elettriku jew elettroniku
|
|
8.2.1.3.
|
Muntatur mhux klassifikat xi mkien ieħor
|
|
|
|
8.3.
|
Operatur tas-sewwieqa jew tal-impjanti mobbli
|
8.3.1.
|
Sewwieq tal-ferrovija jew ħaddiem relatat
|
8.3.1.1.
|
Sewwieq tal-magni lokomottivi
|
|
8.3.1.2.
|
Operatur tal-brejk tal-ferrovija, tas-sinjal jew tas-switch
|
|
|
8.3.2.
|
Sewwieq tal-karozzi, tal-vannijiet jew tal-muturi
|
8.3.2.1.
|
Sewwieq tal-muturi
|
|
8.3.2.2.
|
Sewwieq tal-karozzi, tat-taksi jew tal-vannijiet
|
|
|
8.3.3.
|
Sewwieq ta’ trakkijiet tqal jew xarabanks
|
8.3.3.1.
|
Sewwieq tal-karozzi tal-linja jew tat-tramm
|
|
8.3.3.2.
|
Sewwieq tat-trakkijiet jew tat-trakkijiet tqal
|
|
|
8.3.4.
|
Operatur tal-impjanti mobbli
|
8.3.4.1.
|
Operatur tal-farms jew tal-impjanti tal-forestrija mobbli
|
|
8.3.4.2.
|
Operatur tal-impjant taċ-ċaqliq tat-terrapien jew relatat
|
|
8.3.4.3.
|
Operatur ta’ impjanti tal-krejnijiet, tal-parank jew relatat
|
|
8.3.4.4.
|
Operatur tat-trakijiet tal-irfigħ
|
|
|
8.3.5.
|
Ekwipaġġ abbord bastimenti jew ħaddiem relatat
|
|
9. Impjieg elementari
|
9.1.
|
Ħaddiem li jnaddaf jew dak li jagħti servizz ta’ għajnuna
|
9.1.1.
|
Ħaddiem li jnaddaf jew dak li jagħti servizz ta’ għajnuna domestika, fil-lukandi jew fl-uffiċini
|
9.1.1.1.
|
Ħaddiem li jnaddaf jew dak li jagħti servizz ta’ għajnuna domestika
|
|
9.1.1.2.
|
Ħaddiem li jnaddaf jew jagħti servizz ta’ għajnuna fl-uffiċini, lukandi jew stabbilimenti oħra
|
|
|
9.1.2.
|
Ħaddiem li jnaddaf il-vetturi, it-twieqi, il-ħwejjeġ jew ta’ xi ħaġa oħra tal-idejn
|
9.1.2.1.
|
Ħaddiem li jaħsel jew jgħaddi manwalment
|
|
9.1.2.2.
|
Ħaddiem li jnaddaf tal-vetturi
|
|
9.1.2.3.
|
Ħaddiem li jnaddaf tat-twieqi
|
|
9.1.2.4.
|
Ħaddiem li jnaddaf affarijiet oħra
|
|
|
|
9.2.
|
Ħaddiem fl-agrikoltura, fil-forestrija jew fis-sajd
|
9.2.1.
|
Ħaddiem fl-agrikoltura, fil-forestrija jew fis-sajd
|
9.2.1.1.
|
Ħaddiem tal-azjendi tal-għelejjel tal-kultivazzjoni
|
|
9.2.1.2.
|
Ħaddiem tal-farms tal-bhejjem
|
|
9.2.1.3.
|
Ħaddiem tal-farms tal-għelejjel imħallta jew tal-bhejjem
|
|
9.2.1.4.
|
Ħaddiem tal-ġonna jew ortikulturali
|
|
9.2.1.5.
|
Ħaddiem tal-forestrija
|
|
9.2.1.6.
|
Ħaddiem tas-sajd jew tal-akkwakultura
|
|
|
|
9.3.
|
Ħaddiem tax-xogħol fil-minjieri, fil-kostruzzjoni, fil-manifattura jew fit-trasport
|
9.3.1.
|
Ħaddiem tax-xogħol tal-minjieri jew tal-kostruzzjoni
|
9.3.1.1.
|
Ħaddiem tax-xogħol fil-minjieri jew fil-barrieri
|
|
9.3.1.2.
|
Ħaddiem tal-inġinerija ċivili
|
|
9.3.1.3.
|
Ħaddiem tal-kostruzzjoni tal-bini
|
|
|
9.3.2.
|
Ħaddiem tal-manifattura
|
9.3.2.1.
|
Ħaddiem tal-ippakkjar bl-idejn
|
|
9.3.2.2.
|
Ħaddiem tal-manifattura li mhuwiex ikklassifikat xi mkien ieħor
|
|
|
9.3.3.
|
Ħaddiem tat-trasport jew tal-ħażna
|
9.3.3.1.
|
Sewwieq tal-vetturi bl-idejn jew bil-pedali
|
|
9.3.3.2.
|
Sewwieq ta’ vetturi jew makkinarju miġbud mill-annimali
|
|
9.3.3.3.
|
Maniġer tal-merkanzija
|
|
9.3.3.4.
|
Ħaddiem tal-mili tal-ixkafef
|
|
|
|
9.4.
|
Assistent tat-tħejjija tal-ikel
|
9.4.1.
|
Assistent tat-tħejjija tal-ikel
|
9.4.1.1.
|
Preparatur tal-fast food
|
|
9.4.1.2.
|
Assistent tal-kċina
|
|
|
|
9.5.
|
Ħaddiem li jbigħ jew jagħti servizz fit-triq jew relatat
|
9.5.1.
|
Ħaddiem tas-servizzi fit-triq jew relatat
|
|
9.5.2.
|
Bejjiegħ tat-triq (eskluż l-ikel)
|
|
|
9.6.
|
Ħaddiem li jiġbor l-iskart jew ħaddiem elementari ieħor
|
9.6.1.
|
Ħaddiem li jiġbor l-iskart
|
9.6.1.1.
|
Kollettur li jiġbor iż-żibel jew materjal għar-riċiklaġġ
|
|
9.6.1.2.
|
Ħaddiem li jifred l-iskart
|
|
9.6.1.3.
|
Kennies jew ħaddiem relatat
|
|
|
9.6.2.
|
Ħaddiem elementari ieħor
|
9.6.2.1.
|
Messaġġier, pustier tal-pakketti, jew porter tal-bagalji
|
|
9.6.2.2.
|
Persuna b’impjieg okkażjonali
|
|
9.6.2.3.
|
Qarrej tal-miter jew kollettur tal-magni tal-bejgħ awtomatiċi
|
|
9.6.2.4.
|
Kollettur tal-ilma jew tal-injam għan-nar
|
|
9.6.2.5.
|
Ħaddiem elementari li mhuwiex ikklassifikat xi mkien ieħor
|
|
|
10. Impjieg tal-forzi armati
|
10.1.
|
Uffiċjal kkummissjonat tal-forzi armati
|
|
10.2.
|
Uffiċjal tal-forzi armati mhux kummissjonat
|
|
10.3.
|
Impjieg tal-forzi armati, gradi oħra
|