4.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 197/71


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/900

tat-3 ta’ Ġunju 2021

li jawtorizza bidla fil-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid “galatto-oligosakkarid” skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li biss l-ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni jista’ jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ġie adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) li jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat.

(3)

Fl-20 ta’ Jannar 2014, il-kumpanija Yakult Pharmaceutical Industry Co., Ltd. infurmat lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), bl-intenzjoni tagħha li tqiegħed fis-suq il-“galatto-oligosakkarid” bħala ikel ġdid biex jintuża f’għadd ta’ tipi ta’ ikel, inklużi l-formula tat-trabi u l-formula tal-prosegwiment kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Għalhekk, il-galatto-oligosakkarid ġie inkluż fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid.

(4)

Fit-3 ta’ Marzu 2020, il-kumpanija Yakult Pharmaceutical Industry Co., Ltd. (“l-applikant”) ressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283 biex jinbidlu l-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid, “galatto-oligosakkarid”. L-applikant talab li jiżdied il-livell massimu tal-użu tal-ikel ġdid galatto-oligosakkarid fis-supplimenti tal-ikel minn 0,333 kg GOS/kg ta’ suppliment tal-ikel (33,3 %) għal 0,450 kg GOS/kg ta’ suppliment tal-ikel (45,0 %) għall-popolazzjoni ġenerali. Matul il-proċess tal-applikazzjoni, l-applikant qabel li jeskludi mit-talba t-trabi u t-tfal żgħar.

(5)

F’konformità mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283, fit-18 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), u talbitha tagħti opinjoni xjentifika abbażi ta’ valutazzjoni għall-bidla fil-kundizzjonijiet tal-użu tal-galatto-oligosakkarid bħala ikel ġdid.

(6)

Fis-17 ta’ Diċembru 2020, l-Awtorità adottat l-opinjonijiet xjentifiċi tagħha dwar “Safety of a change in the conditions of use of galacto-oligosaccharides as a novel food ingredient in food supplements pursuant to Regulation (EU) 2015/2283” (5). Din l-opinjoni hija konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(7)

Fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li ż-żieda proposta fil-livell tal-użu massimu tal-galatto-oligosakkarid bħala ikel ġdid fis-supplimenti tal-ikel hija sikura bil-bidliet proposti lill-kundizzjonijiet tal-użu.

(8)

L-opinjoni tal-Awtorità tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-galatto-oligosakkarid, fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti għall-popolazzjoni ġenerali, minbarra t-trabi u t-tfal żgħar, jikkonforma mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(9)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-entrata fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat, kif previst fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2015/2283, u inkluża fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470, li tirreferi għall-ikel ġdid galatto-oligosakkarid, għandha tiġi emendata kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-kundizzjonijiet tal-użu u r-rekwiżiti tat-tikkettar stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35).

(5)  EFSA Journal 2021;19(1):6384.


ANNESS

Fit-Tabella 1 (L-ikel il-ġdid awtorizzat) tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470, l-entrata għall-ikel ġdid “Galatto-oligosakkarid” hija sostitwita b’dan li ġej:

Ikel ġdid awtorizzat

Kundizzjonijiet li fihom jista’ jintuża l-ikel ġdid

Rekwiżiti tat-tikkettar speċifiċi oħrajn

Rekwiżiti oħra

“Galatto-oligosakkarid

Kategorija tal-ikel speċifikat

Livelli massimi (espressi bħala proporzjon f’kull kilogramma ta’ galatto-oligosakkarid/kg tal-prodott tal-ikel finali)

 

 

Supplimenti tal-Ikel kif iddefiniti fid-Direttiva 2002/46/KE

0,333

Supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE, minbarra t-trabi u t-tfal żgħar

0,450 (li jikkorrispondi għal 5,4 g galatto-oligosakkarid/porzjon; massimu ta’ 3 porzjonijiet/kuljum sa massimu ta’ 16,2 g/kuljum)

Ħalib

0,020

Xarbiet magħmulin mill-ħalib

0,030

Sostitut ta’ ikla għall-kontroll tal-piż (fl-għamla ta’ xarbiet)

0,020

Xarbiet analogi għal dawk magħmulin mill-ħalib

0,020

Jogurt

0,033

Deżerti magħmulin mill-ħalib

0,043

Deżerti magħmulin mill-ħalib iffriżati

0,043

Xarbiet magħmulin mill-frott u xarbiet li jagħtu l-enerġija

0,021

Xarbiet li jissostitwixxu l-ikel għat-trabi

0,012

Meraq għat-trabi

0,025

Xarbiet tal-jogurt għat-trabi

0,024

Deżerti għat-trabi

0,027

Snacks għat-trabi

0,143

Ċereali għat-trabi

0,027

Xarbiet maħsubin biex jagħmlu tajjeb għall-użu ta’ sforz muskolari qawwi magħmulin b’mod speċjali għall-isportivi

0,013

Meraq

0,021

Mili tat-torti tal-frott

0,059

Preparazzjonijiet bil-frott

0,125

Bars

0,125

Ċereali

0,125

Formula tat-trabi u formula tal-prosegwiment kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013

0,008”