|
2.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 194/10 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/881
tat-23 ta’ Marzu 2021
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/689 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja u l-punti (a) u (d) tal-Artikolu 29, il-frażi introduttorja u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 31(5), il-frażi introduttorja u l-punt (c) tal-Artikolu 32(2), il-frażi introduttorja u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 41(3), u l-Artikolu 42(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-annimali trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin, inklużi r-regoli għal metodi dijanjostiċi, regoli għall-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni u regoli għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (2) jissupplimenta r-regoli dwar is-sorveljanza, il-programmi ta’ eradikazzjoni u l-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti ta’ annimali terrestri, akkwatiċi u oħrajn kif previst fir-Regolament (UE) 2016/429. |
|
(3) |
L-Artikolu 83 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 jipprevedi deroga mir-rekwiżit biex tinkiseb approvazzjoni mill-Kummissjoni għal ċerti stati ta’ ħelsien mill-mard għal mard tal-annimali akkwatiċi. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, jenħtieġ li din id-deroga tiġi estiża biex tinkludi dispożizzjoni simili għall-approvazzjoni ta’ ċerti programmi ta’ eradikazzjoni għall-mard ta’ annimali akkwatiċi. |
|
(4) |
Meta Stat Membru jkun jixtieq jikseb l-approvazzjoni ta’ programm ta’ eradikazzjoni għall-mard tal-annimali akkwatiċi għat-territorju sħiħ tiegħu jew għal żona jew kompartiment tiegħu li jirrappreżentaw aktar minn 75 % tat-territorju tiegħu, jew li hija maqsuma ma’ Stat Membru ieħor jew ma’ pajjiż terz, huwa meħtieġ li dan japplika għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni. Fil-każijiet l-oħra kollha, għandha tiġi segwita sistema ta’ awtodikjarazzjoni. |
|
(5) |
Is-sistema tal-awtodikjarazzjoni ta’ programm ta’ eradikazzjoni għall-mard tal-annimali akkwatiċi għaż-żoni u għall-kompartimenti li mhumiex dawk li huma approvati mill-Kummissjoni hija mfassla biex tagħti trasparenza lill-proċess u biex tagħmilha eħfef u potenzjalment aktar veloċi għall-Istati Membri biex ikollhom il-programm ta’ eradikazzjoni approvat. Jenħtieġ li l-proċess kollu jitwettaq elettronikament dment li l-Kummissjoni jew Stati Membri oħra ma jqajmux tħassib li ma jistax jiġi solvut b’mod sodisfaċenti. Jekk ikun hemm tħassib li ma jkunx jista’ jiġi solvut b’mod sodisfaċenti, id-dikjarazzjoni għandha sottomessa lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/367/UE (3) tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-programmi ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur fit-tjur domestiku u t-tjur selvaġġ u tistabbilixxi linji gwida tekniċi fl-annessi tagħha. Dawk ir-rekwiżiti issa huma stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689. Għall-finijiet ta’ ċarezza u trasparenza, id-Deċiżjoni 2010/367/UE jenħtieġ li tiġi inkluża fil-lista ta’ atti mħassra permezz tal-Artikolu 86 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689. |
|
(7) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689, ġew innutati kontroreferenzi skorretti fl-Anness IV ta’ dak ir-Regolament. Jenħtieġ li dawk il-kontroreferenzi jiġu kkoreġuti. |
|
(8) |
L-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 jistabbilixxi r-rekwiżiti speċifiċi fir-rigward ta’ mard tal-annimali akkwatiċi. Dawn jinkludu r-rekwiżiti ġenerali għaż-żjarat tas-saħħa u kampjunar għall-programmi ta’ eradikazzjoni. Ir-rekwiżiti ġenerali jistgħu jintużaw ukoll biex jintwera u jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-mard. |
|
(9) |
It-Taqsima 5 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness VI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 tistabbilixxi l-metodi dijanjostiċi u ta’ kampjunar għad-detezzjoni tal-infezzjoni bil-virus tal-anemija infettiva tas-salamun bi tħassir fl-HPR. Abbażi tal-aħħar informazzjoni disponibbli stabbilita fil-Manwal għat-testijiet dijanjostiċi għal annimali akkwatiċi tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) (4), jenħtieġ li l-metodi dijanjostiċi u ta’ kampjunar jiġu aġġornati. |
|
(10) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ġew innutati ċerti żbalji fil-Parti II tal-Anness IV u fil-Parti III tal-Anness VI ta’ dak ir-Regolament. Jenħtieġ li dawn l-iżbalji jiġu kkoreġuti. |
|
(11) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2020/689 jiġi emendat skont dan. |
|
(12) |
Minħabba li r-Regolament Delegat (UE) 2020/689 japplika mill-21 ta’ April 2021, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika wkoll minn dik id-data, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
L-Artikolu 83 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 83 Derogi mill-approvazzjoni mill-Kummissjoni għal ċerti stati ta’ ħelsien mill-mard u ċerti programmi ta’ eradikazzjoni għall-annimali akkwatiċi 1. Permezz ta’ deroga mir-rekwiżit li jiġu sottomessi programmi ta’ eradikazzjoni lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni kif previst fl-Artikolu 31(1)(b) u fl-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) 2016/429 jew mir-rekwiżiti għall-kisba ta’ approvazzjoni mill-Kummissjoni għall-istat ta’ ħelsien mill-mard, stabbiliti fl-Artikolu 36(4) u 37(4) ta’ dak ir-Regolament, għal mard tal-annimali akkwatiċi, it-tali approvazzjoni għal żoni jew għal kompartimenti li jkopru anqas minn 75 % mit-territorju ta’ Stat Membru, u fejn il-magħqad tal-ilma li jforni ż-żona jew il-kompartiment ma jkunx maqsum ma’ Stat Membru jew ma’ pajjiż terz ieħor, għandha tinkiseb f’konformità mal-proċedura li ġejja:
2. Fi ħdan il-perjodu ta’ 60 jum imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni jew l-Istati Membri jistgħu jfittxu kjarifika jew informazzjoni addizzjonali b’rabta mal-evidenza ta’ sostenn ipprovduta mill-Istat Membru li jagħmel id-dikjarazzjoni proviżorja. 3. Meta jsiru kummenti bil-miktub minn tal-anqas Stat Membru wieħed, jew mill-Kummissjoni, fi ħdan il-perjodu msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 li jindikaw tħassib relatat mal-evidenza li ssostni d-dikjarazzjoni, il-Kummissjoni, l-Istat Membru li għamel id-dikjarazzjoni u, fejn rilevanti, l-Istat Membru li jkun fittex kjarifika jew informazzjoni addizzjonali, flimkien għandhom jeżaminaw l-evidenza sottomessa sabiex isibu soluzzjoni għat-tħassib. F’każijiet bħal dawn, il-perjodu msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandu jiġi estiż b’mod awtomatiku għal 60 jum mid-data li fiha jitqajjem l-ewwel tħassib. Ma għandux ikun hemm estensjoni ulterjuri ta’ dan il-perjodu. 4. Meta l-proċess imsemmi fil-paragrafu 3 ma jirnexxix, għandhom ikunu japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 31(3), 36(4) u 37(4) tar-Regolament (UE) 2016/429.” |
|
2. |
Fl-Artikolu 86, jiddaħħal l-inċiż li ġej wara s-sitt inċiż:
|
|
3. |
L-Annessi IV u VI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-21 ta’ April 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/367/UE tal-25 ta’ Ġunju 2010 dwar l-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta’ programmi ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur fit-tjur domestiku u t-tjur selvaġġ (ĠU L 166, 1.7.2010, p. 22).
(4) https://www.oie.int/standard-setting/aquatic-manual/access-online/
ANNESS
L-Annessi IV u VI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689 huma emendati kif ġej:
|
1. |
L-Anness IV huwa emendat kif ġej:
|
|
2. |
L-Anness VI huwa emendat kif ġej:
|