|
25.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/5 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/823
tal-20 ta’ Mejju 2021
li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti troti qawsalla li joriġinaw mit-Turkija wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1) (minn hawn ’il quddiem issir referenza għalih bħala “ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. L-investigazzjonijiet preċedenti u l-miżuri fis-seħħ
|
(1) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/309 (2), il-Kummissjoni imponiet dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti troti qawsalla li joriġinaw mit-Turkija (“l-investigazzjoni oriġinali”). |
|
(2) |
Fl-4 ta’ Ġunju 2018, wara rieżami interim parzjali dwar is-sussidjar tal-produtturi esportaturi kollha, il-Kummissjoni ddeċidiet li żżomm il-miżuri kif stabbilit oriġinarjament (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/823) (3). Din sabet li l-bidla leġiżlattiva fil-leġiżlazzjoni Torka dwar is-sussidji għall-produtturi tat-trota, li kienet soġġetta għar-rieżami, ma kinitx tiġġustifika r-reviżjoni tad-dazji kompensatorji għall-produtturi kollha tat-trota fit-Turkija. Madankollu, ġie osservat li l-impatt tal-bidla leġiżlattiva kien differenti fil-livell ta’ kumpaniji individwali u kien jiddependi fuq is-sitwazzjoni speċifika ta’ kull waħda mill-kumpaniji (4). |
|
(3) |
Fil-15 ta’ Mejju 2020, wara rieżami interim parzjali, il-Kummissjoni emendat il-livell tad-dazju kompensatorju fir-rigward ta’ produttur esportatur wieħed (ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/658) (5). |
|
(4) |
Id-dazji kompensatorji definittivi li huma fis-seħħ bħalissa jvarjaw minn 1,5 % sa 9,5 %. |
1.2. Talba għal rieżami ta’ skadenza
|
(5) |
Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż dwar l-iskadenza (6), il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(6) |
It-talba tressqet fil-25 ta’ Novembru 2019 mill-Organizzazzjoni Daniża tal-Akkwakultura (“TDAO” jew “l-applikant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 40 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti troti qawsalla. It-talba kienet imsejsa fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għall-kontinwazzjoni ta’ sussidjar u għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni. |
|
(7) |
Qabel il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza, u f’konformità mal-Artikoli 22(1) u 10(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għarrfet lill-Gvern tat-Turkija (“GOT”) li hija kienet irċeviet talba ddokumentata kif xieraq għal rieżami u stiednet lill-GOT għal konsultazzjonijiet bil-għan li tkun iċċarata s-sitwazzjoni dwar il-kontenut tat-talba ta’ rieżami u li tinstab soluzzjoni bi ftehim reċiproku. Il-konsultazzjonijiet saru fl-20 ta’ Frar 2020. |
|
(8) |
Matul il-konsultazzjonijiet ta’ qabel, il-GOT indika li kien hemm bidla sostanzjali fis-sistemi ta’ appoġġ tat-Turkija li dehret għax l-ammont totali tal-pagament ta’ appoġġ u tal-produzzjoni li għandu jiġi appoġġat naqas b’mod sinifikanti mill-2013. Għalhekk, il-GOT kien tal-fehma li ma kienx hemm bżonn li jinbeda rieżami ta’ skadenza. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni qieset li l-evidenza ppreżentata fit-talba għal rieżami kienet tikkostitwixxi l-informazzjoni raġonevolment disponibbli għall-applikant f’dak l-istadju. Kif muri fil-memorandum dwar is-suffiċjenza tal-evidenza, li fih il-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-evidenza kollha għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni dwar l-allegati sussidji u li abbażi tagħha l-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni, fl-istadju tal-bidu kien hemm biżżejjed evidenza li l-allegati sussidji kienu kompensabbli f’termini tal-eżistenza, l-ammont u n-natura tagħhom. |
1.3. Il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza
|
(10) |
Billi ddeterminat, wara li kkonsultat il-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) fl-applikazzjoni tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament bażiku, li kien hemm raġuni suffiċjenti biex jingħata bidu għal rieżami ta' skadenza, il-Kummissjoni ħabbret il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku skont l-avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (8) fis-27 ta' Frar 2020 ("in-Notifika ta' bidu"). Fid-dawl tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ħejjiet memorandum dwar is-suffiċjenza tal-evidenza li fih il-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-evidenza kollha għad-dispożizzjoni tagħha u li abbażi tagħha l-Kummissjoni bdiet din l-investigazzjoni. |
1.4. Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu kkunsidrat
|
(11) |
L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ sussidjar kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2019 (“perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami” jew “PIR”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-aħħar tal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”) (9). |
1.5. Il-partijiet interessati
|
(12) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna biex jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni informat speċifikament lill-applikant, lil produtturi tal-Unjoni oħrajn magħrufa, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-GOT, lill-importaturi u lill-utenti magħrufa dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw. |
|
(13) |
Il-partijiet kollha ġew mistiedna jressqu l-fehmiet tagħhom, jissottomettu l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fi żmien l-iskadenzi stabbiliti fin-Notifika ta’ Bidu. Il-partijiet interessati kellhom ukoll l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. |
1.6. Il-kampjunar
|
(14) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ħabbret li kien hemm il-possibbiltà li tagħżel kampjun minn fost il-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku. |
1.6.1. Il-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(15) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ħabbret li hija kienet għażlet provviżorjament kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 27(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun provviżorju abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv tal-produzzjoni u tal-bejgħ li raġonevolment seta’ jiġi investigat fiż-żmien disponibbli, waqt li qieset ukoll il-firxa ġeografika. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn tmien produtturi tal-Unjoni li kollha kemm huma kienu Intrapriżi Żgħar u Medji (“SMEs”). Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun b’mod provviżorju kienu jirrappreżentaw 14 % tal-produzzjoni tal-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju. |
|
(16) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand it-TDAO. Fuq din il-bażi u bil-ħsieb li tkopri l-akbar volum rappreżentattiv tal-produzzjoni, il-Kummissjoni ddeċidiet li żżid produttur ta’ trota ffriżata mal-kampjun finali u li tissostitwixxi wieħed mill-produtturi magħżula b’mod provviżorju b’ieħor. Ma waslux aktar kummenti. |
|
(17) |
Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa (24), wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inkluż fil-kampjun ma pprovdiex tweġiba għall-kwestjonarju u għalhekk ġie eskluż mill-kampjun. Il-kampjun li jifdal tal-produtturi tal-Unjoni xorta kien jirrappreżenta 13 % tal-produzzjoni tal-Unjoni u kien rappreżentattiv għall-industrija tal-Unjoni, minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni. |
1.6.2. Il-kampjunar tal-importaturi
|
(18) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni stiednet lill-importaturi mhux relatati biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. |
|
(19) |
Peress li l-ebda importatur mhux relatat ma ppreżenta ruħu, ma kien hemm l-ebda bżonn ta’ kampjunar. |
1.6.3. Il-kampjunar ta’ produtturi esportaturi fit-Turkija
|
(20) |
Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fit-Turkija biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tat-Turkija għall-Unjoni Ewropea biex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(21) |
Ħmistax-il produttur esportatur / grupp ta’ produtturi esportaturi fit-Turkija pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Il-volum totali tal-esportazzjonijiet iddikjarat lejn l-Unjoni minn dawn il-kumpaniji ta’ ċerti trota qawsalla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien jammonta għal 100 % tal-esportazzjonijiet mit-Turkija lejn l-Unjoni. |
|
(22) |
F’konformità mal-Artikolu 27(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ tliet produtturi esportaturi / gruppi ta’ produtturi esportaturi abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li raġonevolment seta’ jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. Il-kampjun kien jammonta għal aktar minn 70 % tal-bejgħ tal-esportazzjoni ddikjarat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(23) |
F’konformità mal-Artikolu 27(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi kkonċernati magħrufa kollha u l-awtoritajiet Torok ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma wasal l-ebda kumment. |
1.6.4. It-tweġibiet għall-kwestjonarji u n-nuqqas ta’ kooperazzjoni
|
(24) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni meqjusa neċessarja għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lid-disa’ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, lit-tliet produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u lill-GOT. Wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inkluż fil-kampjun informa lill-Kummissjoni li ma kienx f’pożizzjoni li jimla tweġiba għall-kwestjonarju. Barra minn hekk, produttur esportatur wieħed inkluż fil-kampjun ma pprovdiex tweġiba għall-kwestjonarju. B’riżultat ta’ dan, waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand tmien produtturi tal-Unjoni, żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u l-GOT. |
|
(25) |
Fir-rigward tal-produttur esportatur inkluż fil-kampjun li ma kkooperax, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku. Il-produttur esportatur ikkonċernat ġie infurmat kif xieraq. Ma wasal l-ebda kumment. Iż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li pprovdew tweġibiet sħaħ għall-kwestjonarju xorta koprew aktar minn 60 % tal-bejgħ tal-esportazzjoni ddikjarat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
1.6.5. Il-verifika
|
(26) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa bħala meħtieġa għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ sussidjar u dannu u tal-interess tal-Unjoni. Minħabba t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri konsegwenti li ttieħdu biex tiġi indirizzata t-tifqigħa (10), il-Kummissjoni madankollu ma setgħetx twettaq żjarat ta’ verifika fil-bini tal-kumpaniji kollha skont l-Artikolu 26 tar-Regolament bażiku. Minflok, il-Kummissjoni wettqet kontroverifiki mill-bogħod (“RCCs”) tal-informazzjoni pprovduta mill-kumpaniji li ġejjin: Il-produtturi tal-Unjoni:
Il-produtturi esportaturi:
GOT:
|
1.6.6. Il-proċedura sussegwenti
|
(27) |
Fis-26 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni żvelat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien beħsiebha żżomm id-dazji kompensatorji fis-seħħ. Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni. |
|
(28) |
Fl-14 ta’ April 2021, il-Kummissjoni, waqt li qieset ċerti pretensjonijiet li waslu wara l-iżvelar finali li kellu impatt fuq l-eżitu tal-investigazzjoni, żvelat dawk il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet addizzjonali li wasslu biex il-Kummissjoni timmodifika s-sejbiet finali bħala preċedentament żvelati. Il-partijiet interessati ngħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara din ir-rivelazzjoni addizzjonali. |
|
(29) |
Il-kummenti li għamlu l-partijiet interessati ġew ikkunsidrati mill-Kummissjoni u kienu kkunsidrati fejn xieraq. Il-partijiet li talbu dan ingħataw seduta ta’ smigħ. |
2. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
|
(30) |
Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess bħal fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri t-trota qawsalla (Oncorhynchus mykiss) (“trota”):
|
|
(31) |
Bħal fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni sabet li l-prodott manifatturat fit-Turkija u li jiġi esportat lejn l-Unjoni u l-prodott manifatturat u li jinbiegħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi, u l-istess użi finali bażiċi. Għalhekk dawn tqiesu bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku. |
3. IL-PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW TA’ RIKORRENZA TA’ SUSSIDJAR
|
(32) |
Fuq il-bażi tas-sussidji investigati fl-investigazzjoni oriġinali u fir-rieżamijiet interim parzjali msemmija fil-premessi (2) u (3) fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, l-informazzjoni inkluża fit-talba għal rieżami u l-informazzjoni sottomessa mill-GOT u l-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun, ġew investigati l-miżuri li ġejjin, li allegatament jinvolvu l-għoti ta’ programmi ta’ sussidju: It-trasferiment dirett tal-fondi — għotjiet:
Id-dħul mitluf:
It-trasferiment dirett tal-fondi — finanzjament preferenzjali:
|
3.1. It-trasferiment dirett tal-fondi — għotjiet
3.1.1. L-appoġġ għall-produzzjoni tat-trota li tiżen inqas minn 1 kg
3.1.1.1.
|
(33) |
Matul l-PIR, ingħata appoġġ dirett lill-produtturi tat-trota li tiżen inqas minn 1 kg abbażi tad-Digriet Presidenzjali 2019/1691 (“id-Digriet 1691”) (11). Il-proċeduri u l-prinċipji dwar l-implimentazzjoni tad-Digriet ġew ipprovduti mill-Communiqué 2019/56 (“Communiqué 56”) maħruġa mill-Ministeru tal-Ikel, l-Agrikoltura u l-Bhejjem (12). L-ammont ta’ appoġġ ġie stabbilit għal 0,75 TL/kg għall-produzzjoni sa limitu ta’ 350 000 kg fis-sena. |
|
(34) |
Dan l-appoġġ jiġi rivedut kull sena bħala parti mir-rieżami annwali tal-appoġġ agrikolu. Il-Kummissjoni nnotat li l-appoġġ kompla mingħajr ebda bidla notevoli wara l-PIR abbażi tad-Digriet Nru 2020/3190 (13), bil-Communiqué korrispondenti li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal tali appoġġ (14). |
3.1.1.2.
|
(35) |
Kif ikkonfermat fl-investigazzjoni oriġinali (15), dawk il-miżuri jammontaw għal sussidji kompensabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri trasferiment ta’ fondi mill-GOT fil-forma ta’ sussidju dirett lill-produtturi tat-trota. |
|
(36) |
Is-sussidji diretti huma speċifiċi u kompensabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku bħala l-awtorità awtorizzanti, u l-leġiżlazzjoni li skontha topera l-awtorità awtorizzanti, tillimita b’mod espliċitu l-aċċess għal dawn l-għotjiet lil intrapriżi li joperaw fis-settur tal-akkwakultura. L-intrapriżi involuti fl-akkwakultura huma msemmija b’mod espliċitu u t-trota hija indikata b’mod ċar bħala waħda mill-ispeċijiet, li jibbenefikaw minn din l-iskema ta’ sussidju. |
3.1.1.3.
|
(37) |
Il-Kummissjoni stabbiliet li ż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ibbenefikaw minn din l-iskema matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(38) |
Il-benefiċċju għal kull kumpanija kien l-ammont ta’ appoġġ medju dirett riċevut matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għall-ħut ħaj imrobbi proprju. Fiż-żewġ każijiet, il-kumpaniji pprovdew informazzjoni dwar l-ammont tal-appoġġ, u mingħand min ġie riċevut. Il-kumpaniji rreġistraw ukoll fil-biċċa l-kbira dan l-introjtu taħt l-intestatura “introjtu mis-sussidju” fil-kontijiet tagħhom u sar awditu ta’ dawn il-kontijiet b’mod indipendenti. Din ittieħdet bħala evidenza pożittiva ta’ sussidju li ta benefiċċju. |
|
(39) |
Kif ikkonfermat fl-investigazzjoni oriġinali (16), il-benefiċċju ta’ dawn is-sussidji kien japplika wkoll għal kumpaniji li mhux biss kienu jrabbu iżda xtraw ukoll xi trota minn kumpaniji mhux relatati għall-ipproċessar, peress li l-prodott ikkonċernat ikopri kemm il-materja prima ssussidjata direttament, jiġifieri t-trota ħajja, kif ukoll il-prodotti downstream, bħal ħut sħiħ frisk jew iffriżat, flettijiet, ħut affumikat. F’konformità mal-metodoloġija tal-investigazzjoni oriġinali, għall-ħut mixtri, il-benefiċċju ġie kkalkolat fuq il-bażi tas-sussidji totali mogħtija mill-awtoritajiet Torok diviżi bl-ammont totali tal-produzzjoni tat-trota ssussidjata fit-Turkija. |
3.1.2. L-appoġġ għall-produzzjoni tat-trota li tiżen aktar minn 1 kg iżda mhux aktar minn 1,2 kg
3.1.2.1.
|
(40) |
Matul l-PIR, l-appoġġ għall-produzzjoni tat-trota li tiżen aktar minn 1 kg lill-produtturi tat-trota ngħata abbażi tad-Digriet 1691 u l-Communiqué 56. L-ammont ta’ sussidju ġie stabbilit għal 1,50 TL/kg għall-produzzjoni sa limitu ta’ 350 000 kg fis-sena. |
3.1.2.2.
|
(41) |
Kif ikkonfermat fl-aħħar investigazzjoni tar-rieżami interim (17), is-sussidju għat-trota ta’ aktar minn 1 kg kien fil-fatt maħsub biex jibbenefika lit-troti ta’ aktar minn 1,2 kg, jiġifieri t-trota li ma taqax taħt id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li tali appoġġ ma setax jitqies bħala sussidju kompensabbli għall-produtturi tal-prodott ikkonċernat. |
3.1.3. Appoġġ għat-tnissil tat-trota fl-imfaqas protetti mill-mard
3.1.3.1.
|
(42) |
Matul l-PIR, l-appoġġ għat-tnissil tat-trota fl-imfaqas protetti mill-mard lill-produtturi tat-trota ngħata abbażi tad-Digriet 1691 u l-Communiqué 56. L-ammont ta’ sussidju ġie stabbilit għal 1,50 TL/kg għall-produzzjoni ta’ 350 000 kg fis-sena. |
3.1.3.2.
|
(43) |
Kif ikkonfermat fl-aħħar investigazzjoni tar-rieżami interim (18), il-Kummissjoni qieset li tali appoġġ (fil-forma ta’ għotja diretta) kien jikkostitwixxi sussidji għall-produzzjoni tat-trota simili għal sussidji diretti, jiġifieri kontribuzzjoni finanzjarja li tagħti benefiċċju skont l-Artikoli 3 (1)(a)(i) u 3(2) tar-Regolament bażiku. Peress li l-appoġġ ingħata esklussivament lill-produtturi tat-trota, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-iskema kienet speċifika skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku. Il-benefiċċju kien jikkonsisti f’għotjiet diretti lill-produtturi tat-trota li jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-appoġġ seta’ jitqies bħala sussidju kompensabbli. |
3.1.3.3.
|
(44) |
Madankollu, il-Kummissjoni stabbiliet li ż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun ma bbenefikawx mill-appoġġ għat-trobbija tat-troti fl-imfaqas protetti mill-mard matul l-PIR. |
3.1.4. Produzzjoni ta’ sistema magħluqa
3.1.4.1.
|
(45) |
Matul l-PIR, ingħata appoġġ għat-trobbija tal-ħut fi produzzjoni tas-sistema magħluqa (19) abbażi tad-Digriet 1691 u l-Communiqué 56, fejn it-trota kienet waħda mill-ispeċi koperti. L-ammont ta’ sussidju ġie stabbilit għal 1,50 TL/kg għall-produzzjoni sa limitu ta’ 350 000 kg fis-sena. |
3.1.4.2.
|
(46) |
Il-Kummissjoni qieset li tali appoġġ (fil-forma ta’ għotja diretta) kien jikkostitwixxi sussidji għall-produzzjoni tat-trota simili għal sussidji diretti, jiġifieri kontribuzzjoni finanzjarja li tagħti benefiċċju skont l-Artikoli 3 (1)(a)(i) u 3(2) tar-Regolament bażiku. Peress li l-appoġġ ingħata lill-produtturi tat-trota (waħda mill-ispeċi koperti), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-iskema kienet speċifika skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku. Il-benefiċċju kien jikkonsisti f’għotjiet diretti lill-produtturi tat-trota li jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-appoġġ seta’ jitqies bħala sussidju kompensabbli. |
3.1.4.3.
|
(47) |
Il-Kummissjoni stabbiliet li ż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ukoll ma bbenefikawx mill-appoġġ meta użaw produzzjoni tas-sistema magħluqa matul l-PIR. |
3.1.5. It-trobbija tal-ħut f’għadajjar tal-ħamrija
3.1.5.1.
|
(48) |
Matul l-PIR, ingħata appoġġ għat-trobbija tal-ħut f’għadajjar tal-ħamrija abbażi tad-Digriet 1691 u l-Communiqué 56. L-ammont ta’ sussidju ġie stabbilit għal 1,50 TL/kg għall-produzzjoni sa limitu ta’ 300 000 kg fis-sena. Tali appoġġ jingħata lill-produtturi li jużaw l-ilma ta’ taħt l-art miksub mill-elettriku jew ilma tan-nixxiegħa miksub mingħajr ma jużaw l-enerġija biex jagħmlu attivitajiet ta’ tnissil f’għadajjar tal-ħamrija l-aktar għall-konsum domestiku. Dawn il-produtturi jistgħu ma jibbenefikawx mill-iskemi msemmija fil-punti 3.1.1 u 3.1.4 hawn fuq. |
3.1.5.2.
|
(49) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet li tali appoġġ seta’ eventwalment jitqies bħala sussidju kompensabbli għall-produtturi tal-prodott ikkonċernat, iżda fi kwalunkwe każ ma kienx disponibbli għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, peress li diġà rċevew appoġġ għall-produzzjoni tat-trota skont il-punt 3.1.1 hawn fuq. |
3.1.6. Il-pagamenti ta’ appoġġ għal servizzi ta’ pubblikazzjoni u ta’ konsultazzjoni agrikoli
3.1.6.1.
|
(50) |
Matul l-PIR, il-pagamenti ta’ appoġġ għal servizzi ta’ pubblikazzjoni u ta’ konsultazzjoni agrikoli ngħataw abbażi tad-Digriet 1691 u l-Communiqué 56. Skont l-Artikolu 6(7) tad-Digriet 1691, l-appoġġ ingħata direttament lill-intrapriżi li jipprovdu servizzi ta’ konsultazzjoni u mhux lill-produtturi tal-akkwakultura. |
3.1.6.2.
|
(51) |
Matul l-investigazzjoni oriġinali, l-appoġġ għal pagamenti għal servizzi ta’ pubblikazzjoni u ta’ konsultazzjoni agrikoli (20) ngħata direttament lill-produtturi tat-trota. Madankollu, l-investigazzjoni attwali sabet li tali appoġġ issa huwa pprovdut direttament lill-intrapriżi li jipprovdu servizzi ta’ konsultazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-iskema ma tat l-ebda benefiċċju lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u għalhekk ma kinitx kompensatorja. |
3.1.7. L-appoġġ għar-rimi tal-bastimenti tas-sajd
|
(52) |
L-investigazzjoni stabbiliet li l-pagamenti ta’ appoġġ għar-rimi tal-bastimenti tas-sajd intemmu fl-2018. |
3.1.8. Kummenti wara l-iżvelar
|
(53) |
Wara d-divulgazzjoni, il-GOT u ż-żewġ produtturi esportaturi fil-kampjun ikkummentaw li, fir-rigward tal-kalkolu tas-sussidju indirett, il-metodoloġija applikata mill-Kummissjoni fir-rieżami attwali ma kinitx konformi mal-metodoloġija applikata fl-investigazzjoni oriġinali. Jiġifieri, fl-investigazzjoni oriġinali l-benefiċċju għat-troti mixtrija ġie kkalkulat billi s-sussidji totali mogħtija mill-awtoritajiet Torok ġew diviżi bl-ammont tal-produzzjoni totali tat-troti fit-Turkija u mhux bl-ammont ta’ produzzjoni ta’ troti sussidjata fit-Turkija. |
|
(54) |
Għalhekk, il-Kummissjoni rrieżaminat il-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju indirett ikkalkulat fir-rigward tat-trota mixtrija miż-żewġ produtturi esportaturi fil-kampjun minn fornituri mhux relatati biex tallinjah mal-metodoloġija użata fl-investigazzjoni oriġinali. Barra minn hekk, wara d-divulgazzjoni addizzjonali, il-produtturi esportaturi fil-kampjun enfasizzaw żball fir-rata għat-tnaqqis tat-tariffi mħallsa lill-assoċjazzjonijiet tal-impriżi. Madankollu, filwaqt li l-Kummissjoni qablet mal-pretensjoni, il-korrezzjoni ma kellha l-ebda impatt materjali fuq l-ammonti totali ta’ sussidju. |
|
(55) |
Iż-żewġ produtturi esportaturi fil-kampjun ikkummentaw ukoll dwar il-metodoloġija tal-kalkolu tas-sussidju dirett. Huma sostnew li mhux it-troti kollha li għalihom ġew riċevuti sussidji diretti fil-fatt inbiegħu matul il-PIR. Fil-fehma tagħha, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis il-livelli tal-istokk tal-kumpaniji, u tillimita l-benefiċċju għall-kwantità tal-bejgħ esportata lejn l-Unjoni minn dawn il-produtturi esportaturi fil-PIR. |
|
(56) |
Ta’ min jinnota li l-ammonti ta’ sussidju ġew riċevuti abbażi tal-volumi tal-produzzjoni tat-troti, irrispettivament minn jekk din il-produzzjoni hijiex sussegwentement mibjugħa jew le matul il-PIR. It-talbiet tal-produtturi esportaturi ġew għalhekk rifjutati. |
|
(57) |
Meta jitqiesu l-kummenti li saru mill-partijiet interessati, l-ammonti ta’ sussidju dirett u indirett stabbiliti matul il-PIR għaż-żewġ produtturi esportaturi fil-kampjun kienu 2,38 % għal Özpekler u 2,84 % għal GMS. |
3.1.9. Konklużjoni dwar l-għotjiet
|
(58) |
L-ammonti totali ta’ sussidju stabbiliti fir-rigward tal-għotjiet kollha riċevuti matul l-PIR għaż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kienu kif ġej: Tabella 1 Għotjiet
|
3.2. Id-dħul mitluf
3.2.1. Ir-ribass fuq it-taxxa fuq il-konsum tal-fjuwil tal-bastimenti
3.2.1.1.
|
(59) |
Il-Communiqué Ġenerali dwar il-Lista tat-Taxxa fuq il-Konsum Speċjali Nru 1 (21) jidentifika l-prinċipji u l-kundizzjonijiet ewlenin għar-ribass tat-taxxa fuq il-konsum tal-fjuwil tal-bastimenti. Il-bastimenti tas-sajd li huma rreġistrati mar-Reġistru Internazzjonali tal-Bastimenti tat-Turkija jew mar-Reġistru Nazzjonali tal-Bastimenti jistgħu jibbenefikaw miż-żejt diżil għal użu marittimu speċjali bla taxxa fuq il-konsum. |
3.2.1.2.
|
(60) |
L-investigazzjoni kkonfermat li l-appoġġ għall-bastimenti tas-sajd għax-xiri tal-fjuwil x’aktarx ma jkunx ta’ benefiċċju għall-produtturi tal-prodott ikkonċernat u, tabilħaqq, ma kienx ta’ benefiċċju għaż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun fir-rigward tal-produzzjoni tagħhom tat-trota. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li tali appoġġ ma setax jitqies bħala sussidju kompensabbli għall-produtturi tal-prodott ikkonċernat. |
3.2.2. L-appoġġ għall-investimenti li jsiru fis-settur tal-akkwakultura
3.2.2.1.
|
(61) |
Id-Digriet Nru 2012/3305 (22) u l-Communiqué ta’ implimentazzjoni Nru 2012/1 (23) jipprovdu l-bażi għall-appoġġ mill-Istat għall-investimenti fis-settur tal-akkwakultura (24) u jikkostitwixxu l-bażi tal-Programm ta’ Inċentivi għall-Investiment tat-Turkija. Dan jinkludi żewġ skemi ta’ inċentivi:
|
|
(62) |
Il-kumpaniji li ma jistgħux jissodisfaw il-kriterji tal-ammont minimu ta’ investiment skont l-iskema ta’ inċentivi għall-investiment reġjonali jistgħu jibbenefikaw mill-iskema ta’ inċentivi għall-investimenti ġenerali, li hija disponibbli għas-sitt reġjuni kollha definiti fid-digriet 2012/3305. Abbażi tal-livell ta’ żvilupp ekonomiku tas-sitt reġjuni l-intensità tal-għajnuna tista’ tvarja. Kemm id-Digriet kif ukoll il-Communiqué għadhom validi, u s-sitt reġjuni ma nbidlux mill-investigazzjoni oriġinali. |
3.2.2.2.
|
(63) |
Matul l-PIR, GMS ibbenefikat minn tnaqqis fit-taxxa fuq l-introjtu u Özpekler minn eżenzjonijiet mill-VAT u mid-dazju doganali skont l-inċentivi ta’ investiment reġjonali. Kif ikkonfermat fl-investigazzjoni oriġinali (25), l-appoġġ għall-investimenti jitqies bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, meta l-appoġġ jieħu l-forma ta’ inċentiv fiskali, jiġifieri meta d-dħul tal-gvern ikun dovut mod ieħor iżda fil-fatt ikun mitluf jew ma jinġabarx. |
|
(64) |
Is-sussidju huwa speċifiku u kompensabbli peress li l-benefiċċju tas-sussidju huwa speċifikament limitat għal lista ta’ reġjuni. L-aċċess għas-sussidju huwa limitat aktar għal ċerti intrapriżi li joperaw f’ċerti setturi. Barra minn hekk, is-sussidju ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ nuqqas ta’ speċifiċità tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku, minħabba n-numru u l-kwalità tar-restrizzjonijiet applikabbli għal ċerti setturi, b’mod partikolari dawk li jirrestrinġu l-aċċess għas-sussidju għal ċerti tipi ta’ intrapriżi jew jeskludu kompletament ċerti setturi. |
|
(65) |
L-akkwakultura hija espressament indikata fl-Anness 2A tad-Digriet 2012/3305 bħala waħda mill-attivitajiet li jistgħu jibbenefikaw minn dan it-tip ta’ eżenzjonijiet mit-taxxa. L-Anness 4 tad-Digriet jelenka s-setturi li jistgħu ma jibbenefikawx minn xi wieħed mill-inċentiv taħt din l-iskema. |
3.2.2.3.
|
(66) |
Sabiex jiġi stabbilit l-ammont tas-sussidju kompensabbli, il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ġie kkalkolat bħala d-differenza bejn it-taxxa totali pagabbli skont ir-rata normali tat-taxxa u t-taxxa totali pagabbli skont ir-rata mnaqqsa tat-taxxa. Madankollu, instab li l-benefiċċju għal Özpekler kien negliġibbli. L-ammont ta’ sussidju stabbilit matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għal GMS kien ta’ 0,7 %. |
3.2.2.4.
|
(67) |
Iż-żewġ produtturi esportaturi fil-kampjun ikkummentaw ukoll dwar l-appoġġ għall-investimenti li saru. Huma sostnew li l-Kummissjoni ma kellhiex tikkalkula l-benefiċċju għall-eżenzjoni mill-VAT, peress li l-kumpaniji kollha jpaċu l-VAT tagħhom fl-istess xahar jew fix-xhur li ġejjin skont il-VAT pagabbli u l-bilanċ riċevibbli tal-kumpanija. L-uniku benefiċċju għall-kumpanija kien l-abbiltà li tevita l-ħlas bil-quddiem tal-VAT. |
|
(68) |
Il-fatt li minn perspettiva kontabilistika, l-ammonti pagabbli tal-VAT jiġu paċuti ma’ ammonti riċevuti, ma jneħħix il-benefiċċju f’termini ta’ fluss ta’ flus, li jirriżulta mill-fatt li l-produtturi esportaturi ma jkollhomx għalfejn iħallsu flus bil-quddiem, u mbagħad jistennew li jirċievu rifużjoni mill-awtoritajiet tat-taxxa abbażi tal-ipproċessar tad-dikjarazzjonijiet tal-VAT tagħhom ta’ kull xahar, kif inhu l-każ għall-kumpaniji li ma jibbenefikawx mill-iskema. Tabilħaqq, kif ikkonfermat mill-produtturi esportaturi nfushom, “l-uniku benefiċċju li l-parteċipanti għandhom mill-iskema huwa l-kapaċità li jiġi evitat (il-) pagament tal-VAT... li kumpaniji oħra li ma għandhomx Ċertifikat ta’ Inċentiv tal-Investiment għandhom inizjalment jagħmlu u aktar tard jiġu kkreditati” (26). It-talbiet tal-produtturi esportaturi ġew għalhekk rifjutati. |
3.3. It-trasferiment dirett ta’ fondi — finanzjament preferenzjali
3.3.1. Assigurazzjoni appoġġata għas-settur tal-akkwakultura
3.3.1.1.
|
(69) |
Skont il-Liġi dwar l-Assigurazzjoni Agrikola Nru 5363 (27) u d-Digriet Nru 2018/380 (28) dwar ir-riskji, l-għelejjel u r-reġjuni li għandhom jiġu koperti mill-Grupp tal-Assigurazzjoni Agrikola u r-Rati ta’ Appoġġ tal-Primjum għas-sena 2019, il-produtturi tal-prodotti tal-akkwakultura jistgħu jibbenefikaw minn primjum tal-assigurazzjoni mnaqqas li jkopri t-telf tal-istokk ta’ ħut u l-ħsad tat-trota minħabba mard numeruż possibbli, diżastri naturali, inċidenti, eċċ. L-appoġġ tal-ammonti GOT jammonta għal 50 % tal-primjum tal-assigurazzjoni. |
3.3.1.2.
|
(70) |
Kif ikkonfermat fl-investigazzjoni oriġinali (29), il-benefiċċju mogħti minn din l-iskema jieħu l-forma ta’ tnaqqis fil-kostijiet finanzjarji mġarrba fil-kopertura tal-assigurazzjoni tal-ħajja tal-produzzjoni tal-akkwakultura. Din l-iskema tikkostitwixxi sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku fil-forma ta’ għotja diretta mill-GOT lill-produtturi tat-trota u kontribuzzjoni finanzjarja minħabba li r-riċevituri tas-sussidju jibbenefikaw minn primjum tal-assigurazzjoni favorevoli, li huwa ferm inqas mil-livell ta’ primjums tal-assigurazzjoni disponibbli fis-suq għall-kopertura ta’ riskji komparabbli. Din l-iskema tikkostitwixxi benefiċċju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Il-benefiċċju huwa ugwali għad-differenza bejn il-primjums offruti fil-kuntest ta’ polza tal-assigurazzjoni kummerċjali u l-primjum issussidjat. |
|
(71) |
L-appoġġ huwa speċifiku peress li l-awtorità awtorizzanti u l-leġiżlazzjoni li skontha topera l-awtorità awtorizzanti jillimitaw b’mod espliċitu l-aċċess għal dan il-primjum imnaqqas għall-intrapriżi li joperaw fis-settur agrikolu u saħansitra jimmiraw b’mod espliċitu r-riskji mġarrba mill-produtturi tal-akkwakultura. |
3.3.1.3.
|
(72) |
Il-Kummissjoni stabbiliet li wieħed mill-produtturi inklużi fil-kampjun, Özpekler, ibbenefika minn din l-iskema. L-ammont ta’ sussidju matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien ta’ 0,1 %. |
3.3.2. Is-self preferenzjali
|
(73) |
Matul l-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni sabet li l-produtturi tat-trota Torok kienu qed jibbenefikaw minn self preferenzjali, bħal:
|
3.3.2.1.
3.3.2.2.
|
(74) |
L-ewwel, id-Digriet Nru 2018/1188 jipprovdi li Ziraat Bankasi A.S. u l-Kooperattivi tal-Kreditu Agrikolu (“ACCs”) jistgħu jagħtu self b’imgħax baxx u self kummerċjali lill-produtturi tas-settur tal-akkwakultura. Il-produtturi tat-trota jistgħu jirċievu skontijiet fuq ir-rati tal-imgħax applikabbli li jvarjaw bejn 50 % u 100 %. Il-limitu massimu tal-kreditu huwa ta’ 5 000 000 TL. Id-Digriet ikopri perjodu ta’ applikazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Diċembru 2019 (inklużi dawn il-jiem). |
|
(75) |
L-ACCs elenkati fid-Digriet huma entitajiet tal-liġi privata stabbiliti minn produtturi agrikoli (jiġifieri persuni fiżiċi jew entitajiet ġuridiċi li huma involuti fil-produzzjoni agrikola) fit-Turkija sabiex jappoġġaw il-ħtiġijiet finanzjarji tan-negozju tagħhom. |
|
(76) |
Ziraat Bankasi A.S. huwa l-Bank Agrikolu tar-Repubblika tat-Turkija, bank kompletament tal-Istat. Matul l-investigazzjoni oriġinali, l-ishma tiegħu kienu proprjetà tas-Sottosegretarjat tat-Teżor. Madankollu, mill-2018, il-kapital tiegħu ġie ttrasferit lill-Fond ta’ Ġid Tork. F’konformità mal-Artikolu 2 tal-liġi nru 6741 dwar l-Istabbiliment ta’ Kumpanija għall-Ġestjoni tal-Fond ta’ Ġid tat-Turkija u Emendi f’Ċerti Liġijiet, il-Fond ta’ Ġid tat-Turkija huwa istituzzjoni affiljata mal-Presidenza. Il-President tal-Bord tad-Diretturi tal-Fond huwa l-President tar-Repubblika. Wieħed mill-Membri tal-Bord jista’ jiġi assenjat bħala d-Deputat President mill-President tar-Repubblika. Għalhekk Ziraat Bankasi A.S. għadu vestit b’awtorità governattiva u għalhekk jitqies bħala korp pubbliku, minkejja l-bidla formali fis-sjieda tal-kapital tiegħu. |
|
(77) |
It-tieni, id-Digriet Nru 2010/27612 (30) jipprovdi li jista’ jingħata self b’rati tal-imgħax żero fil-mija lill-SMEs. |
3.3.2.3.
|
(78) |
Matul l-PIR, il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li kkooperaw kellhom biss self b’imgħax baxx pendenti minn Ziraat Bankasi A.S., iżda ma użawx self b’imgħax baxx mill-ACCs jew self b’imgħax żero għall-SMEs. |
3.3.2.4.
3.3.2.5.
|
(79) |
Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, Türkiye İhracat Kredi Bankası A.Ş (“Eximbank”) inkera mill-GOT fil-21 ta’ Awwissu 1987 bid-Digriet Nru 87/11914, b’segwitu tad-digriet tal-Liġi Nru 3332 (31) dwar il-krediti għall-esportazzjoni, u huwa bank kompletament tal-Istat li jaġixxi bħala l-istrument ta’ inċentiv għall-esportazzjoni tal-GOT fl-istrateġija għall-esportazzjoni tat-Turkija. Eximbank ingħata l-mandat mill-gvern biex jappoġġa l-kummerċ barrani u l-kuntratturi/l-investituri Torok li joperaw barra mill-pajjiż (32), sabiex jiżdiedu l-esportazzjonijiet tan-negozji Torok u tissaħħaħ il-kompetittività internazzjonali tagħhom. Għalhekk, huwa kkunsidrat li Eximbank jingħata awtorità governattiva u għalhekk jitqies bħala korp pubbliku. |
|
(80) |
Il-Liġi Nru 3332, kif ukoll ir-Riżoluzzjoni Nru 2013/4286 (33) dwar l-istabbiliment ta’ Eximbank jikkostitwixxu l-bażi ġuridika għall-krediti għall-esportazzjoni pprovduti permezz ta’ Eximbank. Eximbank jipprovdi appoġġ finanzjarju (jew direttament jew permezz ta’ banek tal-aġenti li jaħdmu fuq bażi ta’ kummissjoni), bħal krediti għall-esportazzjoni kontinġenti qabel jew wara l-konsenja u krediti tal-investiment orjentati lejn l-esportazzjoni lill-esportaturi, bl-intenzjoni li tiżdied il-kompetittività tal-esportaturi Torok fi swieq barranin. |
|
(81) |
Barra minn hekk, l-hekk imsejħa “krediti ta’ riskontar” jintużaw biex jipprovdu avvanzi ta’ flus lill-esportaturi abbażi tal-iskontar tal-kontijiet u tad-dokumenti relatati mal-bejgħ tal-esportazzjoni. Il-bażi ġuridika għal dawn il-krediti hija l-“Implementation Instructions for Rediscount Credit for Exports and Foreign Exchange Earning Services” (34) . Il-krediti ta’ riskontar huma ffinanzjati mill-Bank Ċentrali tat-Turkija (“CBRT”), iżda jgħaddu mill-istituzzjonijiet finanzjarji Torok (banek pubbliċi kif ukoll privati) li jaġixxu bħala aġenti tas-CBRT. Ir-rati tal-imgħax huma stabbiliti mis-CBRT, u l-banek tal-aġenti jiġu remunerati permezz ta’ kummissjoni imposta fuq ir-riċevituri. |
3.3.2.6.
|
(82) |
Matul l-PIR, il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li kkooperaw kellhom krediti għall-esportazzjoni b’imgħax baxx pendenti pprovduti jew direttament minn Eximbank jew permezz ta’ banek pubbliċi jew privati oħrajn li jaġixxu bħala aġenti ta' Eximbank. Il-kumpaniji bbenefikaw ukoll minn krediti ta’ riskontar ipprovduti permezz ta’ Eximbank jew permezz ta’ banek pubbliċi jew privati oħrajn. |
3.3.2.7.
|
(83) |
Kif ikkonfermat fl-investigazzjoni oriġinali (35), il-finanzjament preferenzjali msemmi hawn fuq (selfiet agrikoli u krediti għall-esportazzjoni) jitqies bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. |
|
(84) |
Abbażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni attwali, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-iskemi ta’ finanzjament preferenzjali msemmija hawn fuq jagħtu benefiċċji lir-riċevituri, peress li tali finanzjament jingħata taħt ir-rati tas-suq, jiġifieri b'kundizzjonijiet li ma jirriflettux il-kundizzjonijiet tas-suq għall-finanzjament b’maturità komparabbli. |
|
(85) |
Dawn l-iskemi ta’ finanzjament preferenzjali huma speċifiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku f’dak li għandu x’jaqsam mas-self agrikolu, peress li l-awtoritajiet awtorizzanti jew il-leġiżlazzjoni li skontha joperaw l-awtoritajiet awtorizzanti tillimita b’mod espliċitu l-aċċess għal ċerti intrapriżi. Il-krediti relatati mal-esportazzjonijiet huma speċifiċi skont l-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku peress li huma kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni. |
|
(86) |
Għalhekk, l-iskemi ta’ finanzjament preferenzjali kollha msemmija hawn fuq jitqiesu bħala sussidji kompensabbli. |
3.3.2.8.
|
(87) |
Wara l-iżvelar, iż-żewġ produtturi esportaturi fil-kampjun ikkummentaw dwar il-metodoloġija tal-kalkolu tas-sussidji kumpensabbli għas-self preferenzjali, filwaqt li sostnew li s-self riċevut minn Eximbank biss kien preferenzjali, filwaqt li s-self riċevut minn banek kummerċjali oħra kien fiil-kundizzjonijiet tas-suq, anki jekk ir-rata tal-imgħax reali kienet aktar baxxa mill-punt ta’ riferiment użat mill-Kummissjoni. B’konsegwenza ta’ dan, skont il-produtturi esportaturi, ir-rata tal-imgħax aktar baxxa riċevuta ma għamlitx dan is-self kompensabbli. |
|
(88) |
Kif spjegat fil-premessa (80), din l-investigazzjoni kkonfermat li l-krediti għall-esportazzjoni ġew ipprovduti mhux biss direttament minn Eximbank, iżda wkoll permezz ta’ banek pubbliċi jew privati oħra li jaġixxu bħala aġenti ta’ Eximbank. Barra minn hekk, is-sett ta’ kundizzjonijiet stabbiliti fil-premessi minn (83) sa (85) ikkonferma li dan is-self huwa kompensabbli. Addizzjonalment, kif spjegat fil-premessa (81), il-krediti ta’ riskontar kienu ffinanzjati mis-CBRT, iżda għaddew mill-istituzzjonijiet finanzjarji Torok (banek pubbliċi kif ukoll privati) li jaġixxu bħala aġenti tas-CBRT. |
|
(89) |
Il-Kummissjoni rrieżaminat fid-dettall is-self iddikjarat bħala mhux preferenzjali mill-kumpaniji fil-kampjun. Madankollu, l-informazzjoni pprovduta ma kinitx biżżejjed biex jiġi konkluż li dan is-self ma kienx relatat mal-iskemi preferenzjali. Fil-fatt, id-dokumentazzjoni ta’ sostenn ipprovduta għal dan is-self matul l-investigazzjoni indikat b’mod ċar il-fatt li l-finanzjament ipprovdut kien marbut ma’ impenji ta’ esportazzjoni. Barra minn hekk, f’ħafna każijiet, ġiet ipprovduta biss ittra bit-Tork mill-kumpanija li talbet fondi mill-banek. Barra minn hekk, il-ftehimiet qafas ġenerali tal-banek dejjem kienu jinkludu artikoli li jorbtu l-krediti għall-esportazzjoni pprovduti mal-prattiki ta’ inċentiv tal-Eximbank u tas-CBRT. It-talbiet tal-produtturi esportaturi ġew għalhekk rifjutati. |
|
(90) |
Il-produtturi esportaturi fil-kampjun sostnew ukoll li xi self ma kienx kontinġenti fuq l-esportazzjoni u għalhekk ma kienx kompensabbli. Wara r-rieżami, abbażi tad-dokumentazzjoni ta’ sostenn il-Kummissjoni qablet li xi selfiet la kienu relatati mal-bejgħ tal-esportazzjoni, u lanqas ma kienu jaqgħu taħt is-self agrikolu sussidjat, u għalhekk ma kienux koperti minn ebda skema ta’ sussidju. Il-Kummissjoni għalhekk neħħiet dan is-self mill-kalkolu tal-benefiċċju. |
|
(91) |
Wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun ipprovda informazzjoni li waħda mis-selfiet riċevuti tiegħu ma kinitx relatata mal-prodott ikkonċernat u li għalhekk ma seta’ jiġi kkalkulat l-ebda benefiċċju għaliha. Il-Kummissjoni rrevediet l-informazzjoni li rċeviet iżda ma setgħetx tikkonferma li l-ambitu tas-selfa kien limitat għal prodotti oħra għajr il-prodott ikkonċernat. It-talbiet tal-produtturi esportaturi ġew għalhekk rifjutati. |
|
(92) |
Wara l-iżvelar, kif ukoll wara l-iżvelar addizzjonali, l-istess produttur esportatur fil-kampjun iddikjara li xi selfiet kontinġenti fuq l-esportazzjoni ma kienux relatati biss mal-prodott ikkonċernat, iżda wkoll ma’ ħut ieħor esportat. Il-Kummissjoni rrieżaminat dawn is-selfiet u, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-kumpanija, setgħet tikkonferma li għal xi wħud mis-selfiet il-kontinġenti fuq l-esportazzjoni ddikjarat kien relatat ma’ tipi differenti ta’ ħut esportat. Għalhekk, il-kalkoli ġew adattati skont dan. |
|
(93) |
Barra minn hekk, il-produtturi esportaturi fil-kampjun argumentaw li l-Kummissjoni jenħtieġ li tqis ir-rata normattiva tal-imgħax fl-eqreb data qabel jew wara d-data tal-bidu tas-selfa. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat li d-data tal-parametri referenzjarji pprovduta minn ċerta data titqies bħala valida minn dik id-data sal-pubblikazzjoni ta’ data ġdida. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset b’mod sistematiku l-parametri referenzjjari dwar l-eqreb data qabel id-data tal-bidu tas-self. Għaldaqstant din it-talba ġiet irrifjutata. |
|
(94) |
Iż-żewġ produtturi esportaturi fil-kampjun enfasizzaw ukoll għadd ta’ żbalji klerikali fil-kalkolu tas-sussidji kompensabbli għas-self preferenzjali fir-rigward tar-ripagamenti kapitali fil-PIR, l-għadd ta’ jiem li għandhom jitqiesu għall-kalkolu tal-imgħax fil-PIR u r-rati tnormatitivi tal-imgħax magħżula f’dati żbaljati. Dawn l-iżbalji klerikali ġew ikkoreġuti. Wara d-iżvelar addizzjonali, produttur esportatur wieħed fil-kampjun talab li jagħmel bidliet minuri addizzjonali fi tliet selfiet. Selfa waħda ġiet ikkoreġuta. Madankollu, peress li l-benefiċċju fuq iż-żewġ selfiet l-oħra kien diġà tneħħa abbażi ta’ korrezzjonijiet preċedenti, l-ebda bidla ulterjuri ma tqieset neċessarja. |
|
(95) |
Meta jitqiesu l-kummenti li saru mill-partijiet interessati, l-ammonti ta’ sussidju fir-rigward tal-iskemi ta’ finanzjament preferenzjali stabbiliti matul il-PIR għaż-żewġ produtturi esportaturi fil-kampjun kienu 0,75 % għal Özpekler u 0,72 % għal GMS. |
3.3.2.9.
|
(96) |
F’konformità mal-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju fuq il-finanzjament preferenzjali ġie kkalkolat bħala d-differenza bejn l-ammont tal-imgħax imħallas u l-ammont li jkollu jitħallas għal self kummerċjali komparabbli. Bħala parametru referenzjarju, il-Kummissjoni applikat ir-rata medja ponderata tal-imgħax tas-self kummerċjali fis-suq domestiku Tork, abbażi ta’ data miksuba mis-CBRT (36). Il-Kummissjoni allokat il-benefiċċju relatat mal-krediti għall-esportazzjoni fuq il-bejgħ tal-esportazzjoni filwaqt li s-self agrikolu ġie allokat fuq il-bejgħ totali. |
|
(97) |
L-ammonti tas-sussidju kkalkolati għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ibbażati fuq din il-metodoloġija huma kif ġej: Tabella 2 Finanzjament preferenzjali
|
3.4. L-ammont finali ta’ sussidji kompensabbli
|
(98) |
Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni sabet li l-ammont aggregat ta’ sussidji kompensabbli f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, espress ad valorem, għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kien ta’ 4,2 % u 3,2 % rispettivament, u b’hekk juri kontinwazzjoni ta’ sussidjar matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Tabella 3 Rati għas-sussidji kompensabbli individwali
|
3.5. Il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ sussidjar
|
(99) |
F’konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ hijiex probabbli li twassal għal kontinwazzjoni ta’ sussidjar. |
|
(100) |
Kif stabbilit fil-premessi minn (33) sa (97), ġie stabbilit li matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, il-prodotturi esportaturi Torok tal-prodott ikkonċernat komplew jiksbu benefiċċju mis-sussidjar kompensabbli mill-awtoritajiet Torok. |
|
(101) |
Il-programmi ta’ sussidju jagħtu benefiċċji rikorrenti u ma hemm l-ebda indikazzjoni li dawn il-benefiċċji se jiġu eliminati b’mod gradwali fil-futur prevedibbli. Barra minn hekk, l-esportaturi tipikament huma eliġibbli għal diversi sussidji. |
|
(102) |
Ġie eżaminat ukoll jekk l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni jsirux f’volumi sinifikanti jekk jitneħħew il-miżuri. |
|
(103) |
It-Turkija hija produttur kbir tal-prodott ikkonċernat. Abbażi tad-data miġbura matul l-investigazzjoni, u kif deskritt fil-premessa (165), it-Turkija pproduċiet 95 000 tunnellata ta’ trota matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (37). Kif imsemmi fil-premessa (112), il-volumi tal-importazzjonijiet tat-trota mit-Turkija lejn l-Unjoni kienu sostanzjali, b’madwar 20 500 tunnellata ekwivalenti ta’ ħut sħiħ fl-istess perjodu, li jirrappreżentaw madwar 14 % tas-suq tal-Unjoni. Ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li dawn il-volumi se jonqsu jekk jitneħħew il-miżuri. |
|
(104) |
F’dawn iċ-ċirkostanzi, hemm probabbiltà kbira li l-volumi tal-esportazzjonijiet issussidjati tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni, li kienu diġà sinifikanti matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami, ikomplu f’volumi sostanzjali jekk il-miżuri jitħassru. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ sussidjar. |
4. DANNU
4.1. Id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(105) |
Il-prodott simili kien manifatturat minn aktar minn 700 produttur fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(106) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ġiet stmata għal madwar 129 miljun kg “ekwivalenti ta’ ħut sħiħ”, abbażi tad-data pprovduta mill-applikant u mill-kumpaniji individwali inklużi fil-kampjun. It-tmien produtturi tal-Unjoni li kkoopperaw magħżula fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 13 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. |
4.2. Il-konsum tal-Unjoni
|
(107) |
Il-konsum tal-Unjoni ġie stabbilit billi żdied il-volum totali stmat tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni (ara l-premessa (118)) u l-volum totali tal-importazzjonijiet kif identifikat mill-Eurostat (ara l-premessa (91) u t-Tabelli 6 u 8). |
|
(108) |
Il-volum tal-importazzjonijiet fil-Eurostat huwa rrapportat f’piżijiet netti għal sitt kodiċijiet NM differenti, jiġifieri ħaj, frisk, imkessaħ, iffriżat u/jew affumikat fil-forma ta’ ħut sħiħ u/jew imsewwi jew flettijiet. Il-piż nett irreġistrat fil-Eurostat ġie kkonvertit f’“ekwivalenti ta’ ħut sħiħ” għal finijiet ta’ tqabbil, peress li d-data dwar il-produzzjoni u l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ġiet irrapportata f’WFE. Dan sar billi l-volum tal-importazzjonijiet irreġistrat fl-Eurostat ġie diviż bil-fatturi ta’ konverżjoni ta’ hawn taħt. Il-fatturi ta’ konverżjoni użati kienu dawk ipprovduti mill-applikant u użati fl-investigazzjoni oriġinali: Tabella 4 Fatturi ta’ konverżjoni (f’tunnellati ta’ WFE)
|
|
(109) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 5 Konsum tal-Unjoni (tunnellati metriċi)
|
||||||||||||||||||||
|
(110) |
Il-konsum tal-Unjoni varja ftit matul il-perjodu kkunsidrat. B’mod ġenerali, il-konsum tal-Unjoni naqas bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat, u b’hekk għadda minn 150 175 tunnellata ta’ WFE fl-2016 għal 147 603 tunnellata ta’ WFE fil-PIR. |
4.3. L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
4.3.1. Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
|
(111) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet abbażi tal-Eurostat espressi f’tunnellati ta’ WFE kif indikat fil-premessa (92). Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tal-volum tal-importazzjonijiet u l-konsum totali tal-Unjoni. |
|
(112) |
Abbażi ta’ dan, l-importazzjonijiet fl-Unjoni mit-Turkija u s-sehem mis-suq tagħhom żviluppaw kif ġej: Tabella 6 Volum ta' importazzjoni (f'tunnellati metriċi) u s-sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(113) |
Il-volum tal-importazzjonijiet mit-Turkija naqas b’mod stabbli bejn l-2016 u l-2018 u reġa’ żdied fil-PIR. Kumplessivament, il-volum tal-importazzjonijiet naqas b’6 % matul il-perjodu kkunsidrat, b’rata ferm aktar baxxa mill-importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn li naqsu bi 13 % matul l-istess perjodu (ara l-premessa (106)). Il-volumi tal-importazzjonijiet tat-trota mit-Turkija kienu għadhom sostanzjali għal 20 446 tunnellata ta’ WFE fil-PIR. |
|
(114) |
Is-sehem mis-suq segwa l-istess xejra bħall-volum tal-importazzjonijiet, jiġifieri naqas bejn l-2016 u l-2018 minn 14,4 % għal 11,4 %, jiġifieri bi 3 punti perċentwali, u mbagħad reġa’ żdied fil-PIR għal 13,9 %. L-importazzjonijiet Torok żammew sehem mis-suq pjuttost stabbli b’mod ġenerali matul il-perjodu kkunsidrat, bl-eċċezzjoni tal-2018 fejn naqsu b’1,9 punt perċentwali meta mqabbel mal-2017. |
4.3.2. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u t-twaqqigħ tal-prezz
|
(115) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet abbażi tal-Eurostat billi ddividiet il-volum totali tal-importazzjonijiet Torok espressi f’tunnellata ta’ WFE bil-valur totali ta’ dawk l-importazzjonijiet. |
|
(116) |
Abbażi ta’ dan, il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mit-Turkija żviluppa kif ġej: Tabella 7 Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata ta' WFE)
|
||||||||||||||||||||
|
(117) |
Il-prezz tal-importazzjonijiet mit-Turkija naqas bejn l-2016 u l-2018 b’5 % u mbagħad żdied bi 3,5 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Kumplessivament, il-prezz tal-importazzjonijiet mit-Turkija naqas bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat. Meta mqabbel mal-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni, kif imsemmija fit-Tabella 12, il-prezz tal-importazzjonijiet mit-Turkija kien ferm inqas mill-prezzijiet tal-Unjoni matul il-perjodu kollu kkonċernat. |
|
(118) |
Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami billi qabblet:
|
|
(119) |
It-tqabbil tal-prezzijiet sar abbażi tat-tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, b’aġġustament dovut fejn meħtieġ, u wara tnaqqis tar-rifużjonijiet u tal-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dan wera marġni medju ponderat tat-twaqqigħ tal-prezz ta’ bejn 13,7 % u 32,2 % mill-importazzjonijiet mit-Turkija fis-suq tal-Unjoni. |
|
(120) |
Matul il-PIR, il-marġni medju ponderat tat-twaqqigħ tal-prezz kien ta’ 14,5 % (bid-dazji kompensatorji inklużi). |
4.3.3. L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr it-Turkija
|
(121) |
L-importazzjonijiet tat-trota minn pajjiżi terzi għajr it-Turkija kienu prinċipalment min-Norveġja u mill-Bożnija-Ħerzegovina. |
|
(122) |
Kif deskritt fil-premessa (108), il-volum tal-importazzjonijiet fl-Unjoni minn pajjiżi terzi oħrajn kif irrapportat fil-Eurostat ġie espress f’tunnellati ta’ WFE. Abbażi ta’ dan, il-volum tal-importazzjonijiet kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet tal-prezzijiet għall-importazzjonijiet tat-trota minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppaw kif ġej: Tabella 8 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(123) |
Il-volumi tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn kienu baxxi matul il-perjodu kkunsidrat u b’mod ġenerali naqsu bi ftit minn 2 432 tunnellata fl-2016 għal 2 118-il tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, jiġifieri tnaqqis ta’ 13 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq korrispondenti baqa’ taħt it-2 % matul il-perjodu kollu kkunsidrat u b’mod ġenerali naqas minn 1,6 % għal 1,4 %. B’mod ġenerali, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet tal-pajjiżi terzi żdiedu bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat u bħala medja kienu ogħla b’mod konsiderevoli mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat (15 % ogħla fil-PIR). |
4.4. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.4.1. Kummenti ġenerali
|
(124) |
Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(125) |
Kif imsemmi fil-premessa (15), il-kampjunar intuża għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(126) |
Biex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data pprovduta mill-applikant u l-kumpaniji individwali inklużi fil-kampjun, li kienu relatati mal-produtturi tal-Unjoni kollha relatati. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi fuq il-bażi tad-data li tinsab fit-tweġibiet mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, li kienet elatata mal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(127) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni ta’ sussidju u l-irkupru minn sussidju preċedenti. |
|
(128) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet unitarji medji, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
4.4.2. L-indikaturi makroekonomiċi
4.4.2.1.
|
(129) |
Il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni nkiseb mill-applikant abbażi tad-data tar-Rapport tal-Federazzjoni tal-Produtturi Ewropej tal-Akkwakultura (Federation of European Aquaculture Producers, “FEAP”). (38) Id-data tal-FEAP tinġabar fuq bażi ex-farm u tirreferi għal ħut ħaj imrobbi f’kull Stat Membru. Id-data għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienet koperta wkoll mir-rapport tal-FEAP. |
|
(130) |
Abbażi ta’ dan, il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 9 Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(131) |
Il-volum tal-produzzjoni varja matul il-perjodu kkunsidrat. Filwaqt li naqas bejn l-2016 u l-2017 b’1 %, dan żdied bejn l-2017 u l-2018 bi 8 %, u mbagħad reġa’ naqas fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami b’10 %. B’mod ġenerali, il-volum tal-produzzjoni naqas bi 3 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(132) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni (39) segwiet xejra simili għall-volum tal-produzzjoni; din naqset b’4 % mill-2016 sal-2017, żdiedet fl-2018 bi 8 % u reġgħet naqset fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami b’7 %. B’mod ġenerali, din żdiedet bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(133) |
L-użu tal-kapaċità baqa’ relattivament stabbli u b’mod ġenerali naqas bi 2 % fil-perjodu kkunsidrat. |
4.4.2.2.
|
(134) |
Il-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ġie stabbilit abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-applikant billi tnaqqas il-volum ta’ bejgħ għall-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-volum totali tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, kif deskritt fil-premessi minn (129) sa (130). |
|
(135) |
Abbażi ta’ dan, il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 10 Volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(136) |
Il-volum ta’ bejgħ naqas ftit b’1 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-ewwel baqa’ stabbli bejn l-2016 u l-2017 u mbagħad żdied b’9 % bejn l-2017 u l-2018, filwaqt li naqas b’10 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, u laħaq livelli aktar baxxi mill-2016. It-tnaqqis parallel fil-konsum deskritt fil-premessa (110), wassal għal żieda żgħira fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni minn 84 % fl-2016 għal 85 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, jiġifieri żieda ta’ 1 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.4.2.3.
|
(137) |
Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni żdied bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’1 % li sarraf f’żieda fis-sehem mis-suq ta’ 1 %. |
4.4.2.4.
|
(138) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 11 Impjiegi u produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(139) |
L-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni varjaw matul il-perjodu kkunsidrat, u naqsu bejn l-2016 u l-2017 bi 8 %, u mbagħad reġgħu żdiedu bi 8 % fl-2018 u finalment naqsu bi 2 % bejn l-2018 u l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. B’mod ġenerali naqsu bi 2 %. |
|
(140) |
Il-produttività naqset bi ftit minħabba l-kombinazzjoni ta’ tnaqqis fl-impjiegi u tnaqqis saħansitra aktar mgħaġġel fil-volum tal-produzzjoni kif spjegat fil-premessa (115). |
4.4.2.5.
|
(141) |
Il-marġnijiet tas-sussidju stabbiliti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kienu ferm ogħla mil-livell de minimis kif iddikjarat fil-premessa (98). L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet rewali tas-sussidju fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, fid-dawl tal-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mit-Turkija. |
|
(142) |
L-ipprezzar inġust kontinwu mill-produtturi esportaturi mit-Turkija ma ppermettiex lill-industrija tal-Unjoni tirkupra bis-sħiħ mill-prattiki ta’ sussidjar tal-passat. |
4.4.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.4.3.1.
|
(143) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 12 Prezzijiet u kostijiet tal-bejgħ fl-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(144) |
Il-prezz medju tal-bejgħ ta' unita tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żdied ftit bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat, u laħaq EUR 3 621/ tunnellata ta’ WFE fil-PIR. Dan żdied bi 8 % bejn l-2016 u l-2017 u mbagħad naqas gradwalment sal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
|
(145) |
Il-kost unitarju tal-produzzjoni kien ogħla mill-prezz medju tal-bejgħ matul il-perjodu kkunsidrat, bl-eċċezzjoni tal-2018. Kumplessivament, il-kost unitarju tal-produzzjoni żdied b’1 % matul il-perjodu kkunsidrat, u laħaq EUR 3 650/ tunnellata ta’ WFE fil-PIR, ogħla mill-prezz medju tal-bejgħ ta' unità. |
4.4.3.2.
|
(146) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 13 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||
|
(147) |
Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat urew żieda gradwali matul il-perjodu kkunsidrat. B’mod ġenerali, dawn żdiedu b’7 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.4.3.3.
|
(148) |
Il-livelli tal-istokkijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 14 Inventarji
|
||||||||||||||||||||
|
(149) |
Kumplessivament, l-istokkijiet tal-għeluq żdiedu b’47 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(150) |
It-trota hija prodott li jitħassar malajr, li sakemm ma jiġix iffriżat ikollu ħajja fuq l-ixkaffa ta’ inqas minn ġimagħtejn. Bl-eċċezzjoni ta’ kumpanija waħda, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ma jżommux stokkijiet tat-trota wara t-trobbija u ma jiffriżawx il-produzzjoni tagħhom, sa ċertu punt sinifikanti . Bħala konklużjoni, il-livelli tal-istokkijiet mhumiex meqjusa bħala indikatur sinifikanti ta’ dannu f’din l-investigazzjoni. |
4.4.3.4.
|
(151) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 15 Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(152) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Il-profittabbiltà kienet negattiva matul il-perjodu kkunsidrat, bl-eċċezzjoni tal-2018 meta kienet kemxejn pożittiva (0,5 %). Kumplesivament, fil-perjodu kkunsidrat, il-profittabbiltà bdiet madwar – 2,1 % fl-2016 u gradwalment tjiebet sas-sena 2018, meta reġgħet naqset bi ftit għal – 0,8 % fil-PIR. |
|
(153) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiffinanzja hija stess l-attivitajiet tagħha. Il-fluss tal-flus kien qed isegwi xejra simili bħall-profittabbiltà, jiġifieri żdied mll-2016 għall-2018 u naqas fil-PIR. |
|
(154) |
L-investimenti naqsu mill-2016 għall-2017, iżda reġgħu żdiedu fl-2018 u komplew jiżdiedu fil-PIR. Kumplessivament urew żieda ta’ 27 % matul il-perjodu kkunsidrat. Minkejja din iż-żieda, id-daqs tal-investimenti baqa’ baxx matul il-perjodu kkunsidrat (medja ta’ EUR 1,7 miljun fis-sena, għat-tmien kumpaniji kollha inklużi fil-kampjun) u kienu fil-biċċa l-kbira relatati mal-konformità. |
|
(155) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Bħal fil-każ tal-indikaturi finanzjarji l-oħrajn, ir-redditu fuq l-investiment żdied mill-2016 għall-2018 u naqas fil-PIR. |
4.5. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(156) |
Minkejja l-miżuri kompensatorji fis-seħħ, l-importazzjonijiet Torok tat-trota baqgħu sostanzjali b’ishma mis-suq stabbli bejn madwar 11 % u aktar minn 14 % matul il-perjodu kkunsidrat. Matul l-PIR, is-sehem mis-suq kien ta’ 13,9 %. Fl-istess ħin, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet urew xejra ta’ tnaqqis u waqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni b’medja ta’ 14,5 % matul l-PIR, minkejja l-eżistenza tal-miżuri kompensatorji. |
|
(157) |
L-iżvilupp tal-indikaturi makroekonomiċi, b’mod partikolari l-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ, l-impjiegi u l-produttività wrew xejriet stabbli jew kemxejn li qed jonqsu. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied bi ftit matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li naqas fil-PIR u laħaq livell simili għal dak fl-2016. Iż-żieda fis-sehem mis-suq fl-2017 u fl-2018 minkejja l-volum ta’ bejgħ relattivament stabbli hija dovuta għat-tnaqqis fil-konsum matul l-istess perjodu. Għalkemm l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżomm fil-biċċa l-kbira l-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tagħha, dan kien għad-detriment tal-profittabbiltà tagħha u ta’ indikaturi finanzjarji oħrajn kif spjegat fil-premessa li ġejja. |
|
(158) |
Minkejja li l-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni żdied bi ftit matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni ma rnexxilhiex tikseb marġni ta’ profitt sostenibbli. Minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Torok, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha lanqas biex tilħaq il-kost medju tal-produzzjoni u għalhekk, kienet qed tagħmel telf matul il-perjodu kkunsidrat (bl-eċċezzjoni tal-2018 fejn kienet kważi f'ekwilibriju). Għalhekk, l-importazzjonijiet Torok eżerċitaw ukoll trażżin sinifikanti tal-prezzijiet fuq il-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni matul il-PIR. Indikaturi finanzjarji oħrajn (fluss tal-flus, redditu fuq l-investiment) segwew xejra simili għall-profittabbiltà, u wrew valuri negattivi jew baxxi matul il-perjodu kollu kkunsidrat. L-investimenti, għalkemm żdiedu fl-2017 u fl-2018, kienu ta’ daqs ġeneralment baxx u kienu relatati mal-konformità. L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tirkupra mis-sitwazzjoni dannuża tagħha u ġarrbet telf kważi matul il-perjodu kollu kkunsidrat. |
|
(159) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali, li b’mod partikolari jidher mis-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. |
5. IL-KAWŻALITÀ
|
(160) |
F’konformità mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet isssussidjati mit-Turkija kkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 8(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi oħrajn magħrufa setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħrajn għajr l-importazzjonijiet issussidjati mill-pajjiż ikkonċernat ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet issussidjati. |
|
(161) |
L-importazzjonijiet Torok tat-trota baqgħu sostanzjali b’ishma mis-suq ta’ aktar minn 10 % matul il-perjodu kollu kkunsidrat u f’livelli tal-prezzijiet baxxi matul l-PIR, minkejja l-miżuri kontra s-sussidji fis-seħħ. Minħabba l-pressjoni sostanzjali fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet Torok, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha f’konformità maż-żieda fil-kost li wasslet għal telf matul kważi l-perjodu kollu kkunsidrat. |
|
(162) |
Ma seta’ jiġi identifikat l-ebda fattur ieħor li seta’ kkawża d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Tabilħaqq, il-volum importat minn pajjiżi terzi oħrajn minbarra t-Turkija (2 188 tunnellata ta’ WFE fil-PIR) kien jirrappreżenta biss 1,4 % tas-sehem mis-suq fil-PIR (meta mqabbel mal-20 446 tunnellata ta’ WFE mit-Turkija, li jirrappreżentaw 13,9 % tas-sehem mis-suq). Barra minn hekk, matul l-PIR, il-prezz medju tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn minbarra t-Turkija (EUR 3 336/Tunnellata ta’ WFE) kien 16 % ogħla mill-prezz medju tal-importazzjonijiet mit-Turkija (EUR 2 884/Tunnellata ta’ WFE). |
6. IL-PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI TA’ DANNU
6.1. Il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dannu mit-Turkija
|
(163) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet ta’ hawn fuq, li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet mit-Turkija, f’konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni vvalutat jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dannu kkawżat mill-importazzjonijiet issussidjati mit-Turkija jekk il-miżuri jkunu tħallew jiskadu. |
|
(164) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni analizzat l-elementi segwenti: il-volum tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fit-Turkija, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi esportaturi Torok, il-livelli tal-prezzijiet probabbli tal-importazzjonijiet mit-Turkija fin-nuqqas ta’ miżuri kontra s-sussidji, u l-impatt tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni. |
6.1.1. Il-kapaċità tal-produzzjoni, il-kapaċità ta’ riżerva fit-Turkija u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni
|
(165) |
Il-produzzjoni totali tat-trota fit-Turkija matul l-PIR kienet ta’ 95 000 tunnellata (40). Minn dan, parti kbira ġiet esportata peress li l-konsum tal-ħut per capita fit-Turkija (madwar 6 kg) huwa baxx ħafna meta mqabbel mal-Unjoni (madwar 24 kg) (41). |
|
(166) |
Barra minn hekk, il-volum kurrenti tal-produzzjoni fit-Turkija ma jirriflettix il-kapaċità reali tal-produzzjoni li tista’ tiġi attivata jekk il-miżuri jittħassru. Tabilħaqq, il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u l-produtturi esportaturi li pprovdew tweġiba sħiħa għall-formoli tal-kampjunar mal-bidu, irrapportaw użu medju tal-kapaċità ta’ 48 % u 47 % rispettivament. Meta wieħed ikun jaf li l-produzzjoni totali Torka tat-trota hija ta’ 95 000 tunnellata fil-PIR, il-kapaċità kumplessiva tista’ tkun bejn 197 000 u 202 000 tunnellata bl-estrapolazzjoni. |
|
(167) |
Abbażi tal-kapaċità medja tal-użu ddikjarata rrappurtata mill-produtturi esportaturi li kkooperaw, il-kapaċità medja ta’ riżerva tvarja bejn 101 000 u 102 000 tunnellata. Dan jammonta għal 70 % tal-konsum totali fl-Unjoni. Jekk anki parzjalment jiġu diretti lejn is-suq tal-Unjoni, dan ikun ifisser li jistgħu jiġu esportati volumi sinifikanti, u, kif spjegat fil-premessi minn (115) sa (120), bi prezzijiet li jwaqqgħu b’mod sostanzjali dawk tal-industrija tal-Unjoni li jkollhom effett negattiv sinifikanti fuq l-industrija tal-Unjoni. |
6.1.2. L-attraenza tas-suq tal-Unjoni
|
(168) |
Is-suq tal-Unjoni huwa attraenti fir-rigward tad-daqs u l-prezzijiet tiegħu. Huwa bil-bosta l-aktar suq importanti tal-esportazzjoni għall-produtturi tat-trota fit-Turkija, li jammonta għal 55 % tal-esportazzjonijiet totali tagħhom tat-trota. L-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni huma 59 % ogħla mill-esportazzjonijiet lejn it-tieni l-akbar suq tal-esportazzjoni tagħha, li hija r-Russja, li tammonta għal 33 % tal-esportazzjonijiet Torok tat-trota (42). Is-suq tal-Unjoni u r-Russja kienu jirrappreżentaw madwar 85 % tal-esportazzjonijiet Torok kollha tat-trota. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Torok lejn is-suq tal-Unjoni kienu ftit ogħla minn dawk lejn ir-Russja matul l-PIR, li għamlu s-suq tal-Unjoni ftit aktar profittabbli mis-suq Russu. Fl-ewwel 10 destinazzjonijiet tal-esportazzjoni tat-trota Torka, żewġ swieq biss — il-Vjetnam u l-Ġappun — joffru prezzijiet li huma ogħla minn dawk tal-Unjoni. Madankollu, dawn iż-żewġ swieq kienu relattivament insinifikanti u jirrappreżentaw, 5 % u 2 % tal-esportazzjonijiet tat-Turkija, rispettivament. |
|
(169) |
L-attraenza tas-suq tal-Unjoni hija ġġustifikata wkoll mill-prossimità ġeografika. B’mod partikolari, it-trota mhijiex adattata għal vjaġġi ’l bogħod u twal. Tabilħaqq, l-esportaturi Torok diġà għandhom kanali ta’ distribuzzjoni stabbiliti sew fl-Unjoni, li jiffaċilitaw loġistikament l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. |
|
(170) |
Minkejja l-miżuri eżistenti, it-Turkija biegħet lill-Unjoni volum sostanzjali ta’ trota matul il-perjodu kkunsidrat u xorta kellha sehem mis-suq konsiderevoli matul l-PIR (qrib l-14 %). Dawn inbiegħu bi prezz li, anki bid-dazji kompensatorji, waqqa’ b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. |
|
(171) |
Għalhekk, is-suq tal-Unjoni huwa meqjus attraenti għall-produtturi Torok u jista’ jiġi konkluż li l-kapaċitajiet ta’ riżerva disponibbli fit-Turkija se jkunu tal-inqas parzjalment diretti lejn is-suq tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, ta’ min ifakkar li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Torok kien jammonta għal 17 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri qabel l-impożizzjoni tad-dazji kompensatorji. |
6.1.3. L-impatt tal-importazzjonijiet mit-Turkija fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu
|
(172) |
Fir-rigward tal-effett probabbli ta’ tali importazzjonijiet, il-Kummissjoni eżaminat il-livelli tal-prezzijiet probabbli tagħhom jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni qieset il-livelli tal-prezzijiet tal-importazzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami mingħajr dazju kompensatorju bħala approċċ raġonevoli u konservattiv. Il-marġni medju tat-twaqqigħ tal-prezz instab li kien sostanzjali u ammonta għal 19,8 %. |
|
(173) |
Filwaqt li l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżid il-prezzijiet medji tal-unità matul il-perjodu kkunsidrat mingħajr ma tilfet is-sehem mis-suq, dan sar għad-detriment tal-profittabbiltà tagħha. Għalhekk, tali strateġija ma tistax titqies bħala għażla jekk il-miżuri jittħassru, b’mod partikolari minħabba li f’dan il-każ il-pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni tiżdied b’mod konsiderevoli. Għalhekk, mingħajr restrizzjonijiet biex jaċċessaw is-suq tal-Unjoni, l-esportazzjonijiet Torok, x’aktarx li jiżdiedu fil-volum bi prezzijiet saħansitra aktar baxxi minn dawk matul l-PIR. Meta tiġi ffaċċjata b’tali pressjoni fuq il-prezzijiet f’volumi kbar, l-industrija tal-Unjoni se tkun imġiegħla tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha f’tentattiv biex iżżomm il-volum ta’ bejgħ. B’konsegwenza ta’ dan, il-profittabbiltà tagħha, li diġà qed tagħmel it-telf, x’aktarx li tiddeterjora saħansitra aktar. Tabilħaqq, huwa possibbli li wieħed jara korrelazzjoni bejn il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni u l-iżvilupp tal-volum tal-importazzjonijiet mit-Turkija. Meta l-volumi tal-importazzjonijiet naqsu mill-2016 sal-2018, l-industrija tal-Unjoni setgħet ittejjeb il-profittabbiltà tagħha, filwaqt li matul il-PIR, meta l-volumi tal-importazzjonijiet reġgħu żdiedu, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni naqset. |
|
(174) |
Fl-alternattiva, jekk l-industrija tal-Unjoni tipprova iżżomm il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha fil-livelli kurrenti, huwa ferm probabbli li l-produtturi esportaturi Torok se jiksbu volumi tal-bejgħ u sehem mis-suq mill-industrija tal-Unjoni, għal-livelli ta’ qabel l-impożizzjoni tal-miżuri. Tali sitwazzjoni, ikollha wkoll impatt negattiv fuq il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni peress li ma tkunx tista’ tkopri aktar il-kostijiet fissi tagħha. |
|
(175) |
B’konsegwenza ta’ dan, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni u s-sitwazzjoni ekonomika ġenerali tagħha jiġu affettwati b’mod negattiv u jmorru għall-agħar. B’mod parallel, l-industrija tal-Unjoni tiġi prekluża milli tagħmel l-investimenti meħtieġa biex tissodisfa l-istandards tal-ambjent u tas-saħħa. |
|
(176) |
Meta titqies is-sitwazzjoni dannuża li l-industrija tal-Unjoni bħalissa tinsab fiha, l-impatt li l-miżuri jitħallew jiskadu jkun devastanti. |
6.1.4. Konklużjoni
|
(177) |
Fid-dawl tas-sejbiet ta’ hawn fuq, jiġifieri l-kapaċità ta’ riżerva enormi fit-Turkija, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, il-livelli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mit-Turkija u l-impatt probabbli tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dannu jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
7. INTERESS TAL-UNJONI
|
(178) |
F’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri kompensatorji eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni. |
7.1. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(179) |
L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni kienet f’sitwazzjoni dannuża u li t-tneħħija tal-miżuri x’aktarx twassal għal kompetizzjoni inġusta akbar minn importazzjonijiet sussidjati mit-Turkija. |
|
(180) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li ż-żamma tal-miżuri kompensatorji kienet tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
7.2. L-interess tal-utenti u tal-importaturi mhux relatati
|
(181) |
L-ebda wieħed mill-importaturi jew l-utenti mhux relatati ma ppreżenta ruħu jew wieġeb għall-kwestjonarju fir-rieżami preżenti. |
|
(182) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe evidenza li tissuġġerixxi li l-miżuri fis-seħħ affettwaw lill-importaturi jew lill-utenti b’mod konsiderevoli, ġie konkluż li t-tkomplija tal-miżuri mhijiex se taffettwahom sa punt sinifikanti. |
7.3. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(183) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti tal-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet tat-trota li toriġina fil-pajjiż ikkonċernat. |
8. MIŻURI KOMPENSATORJI
|
(184) |
Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ sussidju, il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dannu kif ukoll l-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jinżammu l-miżuri antisussidji fuq l-importazzjonijiet tat-trota li toriġina mit-Turkija. |
|
(185) |
Ir-rati tad-dazju kompensatorju tal-kumpanija individwali speċifikati f’dan ir-Regolament huma applikabbli esklussivament għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mit-Turkija u li jiġi manifatturat mill-entitajiet ġuridiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fid-dispożittiv ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jiġu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Dawn jenħtieġ li ma jiġux soġġetti għal xi rati individwali ta’ dazju kompensatorju. |
|
(186) |
Kumpanija tista’ titlob li jiġu applikati dawn ir-rati ta’ dazju kompensatorju individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni. It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li jintwera li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, sl-bidla tal-isem tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(187) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (43), meta ammont għandu jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li għandu jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikat fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
|
(188) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju kompensatorju definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ trota qawsalla (Oncorhynchus mykiss):
|
— |
ħajja li tiżen 1,2 kg jew inqas kull waħda, jew |
|
— |
friska, imkessħa, iffriżata u/jew affumikata: |
|
— |
fil-forma ta’ ħuta sħiħa (bir-ras), imnaddfa mill-garġi jew le, imnaddfa mill-organi jew le, li tiżen 1,2 kg jew inqas kull waħda, jew |
|
— |
bir-ras maqtugħa, imnaddfa mill-garġi jew le, imnaddfa mill-organi jew le, li jiżnu 1 kg jew inqas kull waħda, jew |
|
— |
fil-forma ta’ flettijiet li jiżnu 400 g jew inqas kull wieħed, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 0301 91 90, ex 0302 11 80, ex 0303 14 90, ex 0304 42 90, ex 0304 82 90 u ex 0305 43 00 (il-kodiċijiet TARIC 0301919011, 0302118011, 0303149011, 0304429010, 0304829010 u 0305430011) u li joriġina mit-Turkija. |
2. Ir-rati tad-dazju kompensatorju definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:
|
Il-kumpanija |
Dazju kompensatorju (%) |
Il-kodiċi addizzjonali TARIC |
||||||||||||||||||
|
BAFA Su Ürünleri Yavru Üretim Merkezi Saniyi Ticaret |
1,5 % |
B965 |
||||||||||||||||||
|
6,9 % |
B964 |
||||||||||||||||||
|
Özpekler İnşaat Taahhüd Dayanıklı Tüketim Malları Su Ürünleri Sanayi ve Ticaret Limited Şirketi |
6,7 % |
B966 |
||||||||||||||||||
|
Ternaeben Gida ve Su Ürünleri Italat ve Ihrarat Saniyi Ticaret |
8,0 % |
B967 |
||||||||||||||||||
|
Il-kumpaniji elenkati fl-Anness |
7,6 % |
|
||||||||||||||||||
|
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
9,5 % |
B999 |
3. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/309 tas-26 ta’ Frar 2015 li jimponi dazju kompensatorju definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti troti qawsalla li joriġinaw mit-Turkija (ĠU L 56, 27.2.2015, p. 12).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/823 tal-4 ta’ Ġunju 2018 li jtemm ir-rieżami interim parzjali tal-miżuri kompensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti troti qawsalla li joriġinaw mir-Repubblika tat-Turkija (ĠU L 139, 5.6.2018, p. 14).
(4) Il-Premessa (49) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/823.
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/658 tal-15 ta’ Mejju 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/309 li jimponi dazju kompensatorju definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti troti qawsalla li joriġinaw mit-Turkija wara rieżami interim skont l-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 155, 18.5.2020, p. 3).
(6) Avviż tal-iskadenza ta’ ċerti miżuri antisussidji (ĠU C 209, 20.6.2019, p. 34).
(7) Ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21).
(8) Notifika ta’ bidu ta’ rieżami tal-iskadenza tal-miżuri kontra s-sussidji applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti troti qawsalla li joriġinaw mir-Repubblika tat-Turkija (ĠU C 64, 27.2.2020, p. 22).
(9) Fil-31 ta’ Jannar 2020, ir-Renju Unit irtira mill-Unjoni. L-Unjoni u r-Renju Unit qablu b’mod konġunt dwar perjodu ta’ tranżizzjoni li matulu r-Renju Unit baqa’ soġġett għad-dritt tal-Unjoni, li ntemm fil-31 ta’ Diċembru 2020. Ir-Renju Unit ma għadux Stat Membru tal-Unjoni u għalhekk iċ-ċifri, is-sejbiet u l-konklużjonijiet f’dan ir-Regolament jittrattaw lir-Renju Unit bħala pajjiż terz.
(10) Avviż Dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa ta’ COVID-19 fuq investigazzjonijiet antidumping u antisussidji (ĠU C 86, 16.3.2020, p. 6).
(11) Id-Digriet Presidenzjali 2019/1691 dwar is-sussidji agrikoli fl-2019, datat it-23 ta’ Ottubru 2019 (implimentat b’mod retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2019), ippubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali Nru 30928/24.10.2019.
(12) Communiqué 2019/56, ippubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali Nru 30956/22.11.2019.
(13) Id-Digriet Presidenzjali 2020/3190 dwar l-appoġġ agrikolu fl-2019, datat il-5 ta’ Novembru 2020.
(14) Communiqué 2020/39, ippubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali Nru 31321/1.12.2020.
(15) Il-Premessi minn (61) sa (62) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1195/2014 tad-29 ta’ Ottubru 2014 li jimponi dazju kompensatorju provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti troti qawsalla li joriġinaw mit-Turkija (ĠU L 319, 6.11.2014, p. 1).
(16) Il-Premessi minn (61) sa (62) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1195/2014 tad-29 ta’ Ottubru 2014 li jimponi dazju kompensatorju provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti troti qawsalla li joriġinaw mit-Turkija (ĠU L 319, 6.11.2014, p. 1).
(17) Il-Premessa (67) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2020/658 tal-15 ta’ Mejju 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/309 li jimponi dazju kompensatorju definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti troti qawsalla li joriġinaw mit-Turkija wara rieżami interim skont l-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 155, 18.5.2020, p. 3).
(18) Il-Premessi minn (40) sa (43) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2020/658 tal-15 ta’ Mejju 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/309 li jimponi dazju kompensatorju definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti troti qawsalla li joriġinaw mit-Turkija wara rieżami interim skont l-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 155, 18.5.2020, p. 3).
(19) Il-produzzjoni tas-sistema magħluqa tissepara l-ħut imrobbi mill-ambjent u tippermetti l-kontroll tal-input u tal-output, filwaqt li telimina l-ħsara lill-ekosistemi u lill-istokkijiet selvaġġi.
(20) Il-Premessa (91) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1195/2014 tad-29 ta’ Ottubru 2014 li jimponi dazju kompensatorju provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti troti qawsalla li joriġinaw mit-Turkija (ĠU L 319, 6.11.2014, p. 1).
(21) Ippubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali Nru 29286, il-5 ta’ Marzu 2015.
(22) Ippubblikat fid-19 ta’ Ġunju 2012, il-Gazzetti Uffiċjali Nru 28328.
(23) Ippubblikat fl-20 ta’ Ġunju 2012, il-Gazzetti Uffiċjali Nru 28329.
(24) Il-produzzjoni tal-akkwakultura hija elenkata b’mod espliċitu fl-Anness 2/A tad-Digriet Nru 2012/3305 fost is-setturi li jistgħu jibbenefikaw minn inċentivi bħall-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), l-eżenzjoni mid-dazju doganali, it-tnaqqis tat-taxxa, il-kontribuzzjonijiet għall-investiment, l-appoġġ għall-primjum tas-sigurtà soċjali (il-kontribuzzjoni tal-impjegaturi, l-allokazzjoni tal-art, l-appoġġ għar-rata tal-imgħax, l-appoġġ għat-taxxa fuq l-introjtu u l-appoġġ għall-primjum tas-sigurtà soċjali (il-kontribuzzjoni tal-impjegati).
(25) Il-Premessi minn (45) sa (48) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1195/2014 tad-29 ta’ Ottubru 2014 li jimponi dazju kompensatorju provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti troti qawsalla li joriġinaw mit-Turkija (ĠU L 319, 6.11.2014, p. 1).
(26) Il-paragrafu 103 tal-kummenti tal-GMS dwar l-iżvelar finali
(27) L-Artikoli 12 u 13, Gazzetta Uffiċjali Nru 25852 tal-21 ta’ Ġunju 2005.
(28) Gazzetta Uffiċjali Nru 30608 tas-27 ta’ Novembru 2018.
(29) Il-Premessi minn (88) sa (89) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1195/2014 tad-29 ta’ Ottubru 2014 li jimponi dazju kompensatorju provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti troti qawsalla li joriġinaw mit-Turkija (ĠU L 319, 6.11.2014, p. 1).
(30) Ippubblikat fil-15 ta’ Ġunju 2010 fil-Gazzetta Uffiċjali.
(31) Ippubblikat fil-31 ta’ Marzu 1987 fil-Gazzetta Uffiċjali Nru 19417(a).
(32) Maħruġ mill-Bank Ċentrali tat-Turkija, l-20 ta’ Lulju 2018
(33) Ippubblikat fit-23 ta’ Frar 2013 fil-Gazzetta Uffiċjali Nru 28568.
(34) Maħruġa fl-20 ta’ Lulju 2018 mid-Direttorat Ġenerali tal-Istituzzjonijiet Bankarji u Finanzjarji, u d-Direttorat tal-Leġiżlazzjoni dwar il-Munita Barranija tas-CBRT.
(35) Il-Premessi minn (75) sa (78) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1195/2014 tad-29 ta’ Ottubru 2014 li jimponi dazju kompensatorju provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti troti qawsalla li joriġinaw mit-Turkija (ĠU L 319, 6.11.2014, p. 1).
(36) Ir-rata tal-imgħax għal self kummerċjali fit-TL (Minbarra l-Kont ta’ Overdraft Korporattiv u l-Karti ta’ Kreditu Korporattivi) għas-self riċevut fit-TL u r-rata tal-imgħax għal self kummerċjali f’EUR għas-self riċevut f’EUR.
(37) Rapport dwar il-Produzzjoni tal-Akkwakultura Ewropea 2014-2019, is-Segretarjat tal-FEAP, Settembru 2020. Rapport dwar il-Produzzjoni tal-Akkwakultura Ewropea 2014-2019, imħejji mill-FEAP- il-Federazzjoni tal-Produtturi Ewropej tal-Akkwakultura. Disponibbli għall-pubbliku fuq l-indirizz: http://feap.info/wp-content/uploads/2020/12/20201218_feap-production-report-2020.pdf
(38) Rapport dwar il-Produzzjoni tal-Akkwakultura Ewropea 2014-2019, imħejji mis-Segretarjat tal-Federazzjoni tal-Produtturi Ewropej tal-Akkwakultura (Settembru 2019). Disponibbli fuq is-sit web: http://feap.info/wp-content/uploads/2020/10/20201007_feap-production-report-2020.pdf
(39) Il-kapaċità tal-produzzjoni hija bbażata fuq il-proporzjon medju ta’ użu rrapportat mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fit-tweġiba tagħhom għall-kwestjonarju, ikkonvertita f’WFE, applikata għall-produzzjoni totali tal-Unjoni matul l-PIR kif indikat fir-rapport ta’ produzzjoni tal-FEAP (http://feap.info/wp-content/uploads/2020/10/20201007_feap-production-report-2020.pdf).
(40) Rapport dwar il-Produzzjoni tal-Akkwakultura Ewropea 2014-2019, imħejji mill-FEAP- il-Federazzjoni tal-Produtturi Ewropej tal-Akkwakultura. Disponibbli għall-pubbliku fuq l-indirizz: http://feap.info/wp-content/uploads/2020/12/20201218_feap-production-report-2020.pdf
(41) EUMOFA, The EU Fish Market, edizzjoni tal-2018, p. 23; L-artikolu tal-Euronews dwar l-akkwakultura Torka (disponibbli fuq: https://tr.euronews.com/2018/08/31/balik-tuketmeyen-turkiye-avrupanin-8-inci-buyuk-deniz-urunleri-ureticisi).
(42) Sors: Bażi tad-data ta’ Global Trade Atlas: https://www.worldtradestatistics.com/gta/
(43) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
ANNESS
Produtturi esportaturi Torok li kkooperaw li ma kinux fil-kampjun u li ma kinux eżaminati individwalment fl-investigazzjoni oriġinali:
|
Isem |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Lezita Balik A.Ş. |
B968 |
|
Ada Su Ürünleri Turizm İnşaat ve Ticaret Ltd. Şti. |
B969 |
|
Ahmet Aydeniz Gıda San. ve Tic. A.Ş. |
B970 |
|
Alba Lojistik İhracat İthalat Ltd. Şti. |
B971 |
|
Alba Su Ürünleri A.Ş. |
B972 |
|
Alfam Su Ürünleri A.Ş. |
B973 |
|
Alima Su Ürünleri ve Gida San. Tic. A.Ş. |
B974 |
|
Alka Su Ürünleri A.Ş. |
B975 |
|
Azer Altin Su Ürünleri |
B976 |
|
Bağcı Balık Gıda ve Enerji Üretimi San ve Tic. A.Ş. |
B977 |
|
Çamlı Yem Besicilik Sanayii ve Ticaret A.Ş |
B978 |
|
Çirçir Su Ürünleri Ltd. Şti. |
B979 |
|
Ipaş Su Ürünleri A.Ş. |
B980 |
|
Kemal Balıkçılık Ihr. Ltd. Şti. |
B981 |
|
Liman Entegre Balıkçılık San ve Tic. Ltd. Şti. |
B982 |
|
Miray Su Ürünleri |
B983 |
|
Önder Su Ürünleri San. ve Tic. Ltd. Şti. |
B984 |
|
Fishark Su Ürünleri Üretim Sanayi ve Ticaret A.Ş. |
B985 |
|
Tai Su Ürünleri Ltd. Şti. |
B986 |
|
TSM Deniz Ürünleri San. Tic. A.Ş. |
B987 |
|
Ugurlu Balık A.Ş. |
B988 |
|
Yaşar Dış Tic. A.Ş. |
B989 |