|
12.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 167/81 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (Euratom) 2021/765
tal-10 ta’ Mejju 2021
li jistabbilixxi l-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perijodu 2021-2025 li jikkumplimenta Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li jħassar ir-Regolament (Euratom) 2018/1563
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkonsulta lill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku,
Billi:
|
(1) |
Wieħed mill-għanijiet tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-"Komunità") huwa li tikkontribwixxi għaż-żieda fl-istandard tal-għajxien fl-Istati Membri, inkluż billi tippromwovi u tiffaċilita r-riċerka nukleari fl-Istati Membri u tikkumplimentaha billi twettaq programm ta' riċerka u taħriġ tal-Komunità. |
|
(2) |
Ir-riċerka nukleari tista' tikkontribwixxi għall-benesseri soċjali, il-prosperità ekonomika u s-sostenibbiltà ambjentali billi ttejjeb is-sikurezza u s-sigurtà nukleari u l-protezzjoni mir-radjazzjoni. Ir-riċerka dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni wasslet għal titjib fit-teknoloġiji mediċi li minnhom jibbenefikaw bosta ċittadini, u dik ir-riċerka tista' twassal għal titjib f'setturi oħra bħall-industrija, l-agrikoltura, l-ambjent u s-sigurtà. |
|
(3) |
B'rispett sħiħ għad-dritt tal-Istati Membri li jiddeċiedu dwar it-taħlita tal-enerġija tagħhom, ir-riżultati tar-riċerka tal-programm stabbilit minn dan ir-Regolament jistgħu potenzjalment jikkontribwixxu lejn sistema ta' enerġija newtrali għall-klima b'mod effiċjenti, sikur u mingħajr periklu. |
|
(4) |
Sabiex tkun żgurata l-kontinwità tar-riċerka nukleari fil-livell tal-Komunità, hemm bżonn li jiġi stabbilit il-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2025 (il-"Programm Euratom"). Il-Programm Euratom jenħtieġ li jkompli jwettaq l-attivitajiet ta' riċerka ewlenin tal-programmi preċedenti, filwaqt li jintroduċi objettivi speċifiċi ġodda u juża l-istess mod ta' implimentazzjoni. |
|
(5) |
Ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni interim tal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Euratom għall-2014-18 fih sett ta' prinċipji gwida għall-Programm Euratom. Dawn jinkludu: it-tkomplija tal-appoġġ għar-riċerka nukleari ffokata fuq is-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari, il-ġestjoni tal-iskart, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-iżvilupp tal-fużjoni; flimkien mal-benefiċjarji, it-titjib ulterjuri tal-organizzazzjoni u l-ġestjoni tal-Programmi Konġunti Ewropej fil-qasam nukleari; it-tkomplija u t-tisħiħ tal-azzjonijiet ta' edukazzjoni u taħriġ tal-Euratom sabiex jiġu żviluppati l-kompetenzi rilevanti li fuqhom huma msejsa l-aspetti kollha tas-sikurezza u s-sigurtà nukleari u l-protezzjoni mir-radjazzjoni; l-isfruttament ulterjuri tas-sinerġiji bejn il-programmi Euratom u l-oqsma tematiċi l-oħra tal-Programm Qafas tal-Unjoni; u l-isfruttament ulterjuri tas-sinerġiji bejn l-azzjonijiet diretti u indiretti tal-Programm Euratom. |
|
(6) |
Il-Programm Euratom kien maħsub u mfassal fuq il-ħtieġa li tiġi stabbilita massa kritika ta' attivitajiet appoġġati. Din għandha tinkiseb bl-istabbiliment ta' għadd limitat ta' objettivi speċifiċi ffukati fuq l-użu sikur tal-fissjoni nukleari għal applikazzjonijiet tal-enerġija u mhux tal-enerġija, iż-żamma u l-iżvilupp tal-għarfien espert meħtieġ, il-promozzjoni tal-enerġija mill-fużjoni u l-appoġġ tal-politiki tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha dwar is-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari. |
|
(7) |
Il-Programm Euratom huwa parti kruċjali mill-isforzi tal-Unjoni biex tkompli tiżviluppa t-tmexxija teknoloġika u tippromwovi l-eċċellenza fir-riċerka u l-innovazzjoni nukleari, b'mod partikolari biex jiżgura l-ogħla standards tas-sikurezza, tas-sigurtà, tas-salvagwardji, tal-protezzjoni mir-radjazzjoni, tal-ġestjoni sikura tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, u d-dekummissjonar fil-qasam nukleari, skont l-objettivi tal-programm stabbiliti f'dan ir-Regolament. |
|
(8) |
Peress li l-Istati Membri kollha jagħmlu użu minn materjali radjuattivi, pereżempju għal finijiet mediċi, jew għandhom installazzjonijiet nukleari, huwa importanti li tiġi żgurata l-ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv, kif meħtieġ mid-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom (1), sabiex tiġi evitata l-impożizzjoni ta' piżijiet żejda fuq ġenerazzjonijiet futuri. Il-Programm Euratom jenħtieġ li jkompli jtejjeb u jappoġġa r-riċerka u l-iżvilupp dwar teknoloġiji u kompetenzi fil-qasam tal-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv. |
|
(9) |
Fil-kuntest ta' dan ir-Regolament, ir-riċerka dwar l-enerġija mill-fużjoni qed tiġi implimentata skont il-Pjan Direzzjonali Ewropew dwar il-Fużjoni, li jiddeskrivi r-riċerka u l-iżviluppi meħtieġa biex tingħata l-bażi għal impjant tal-enerġija mill-fużjoni li jiġġenera l-elettriku, u skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom (2). Fuq żmien qasir għal dak medju, il-pass ewlieni huwa t-tlestija tal-bini u tal-operazzjoni inizjali tal-ITER u programm ta' riċerka vigoruż dwar il-fużjoni jenħtieġ li jikkomplementa l-attivitajiet Ewropej dwar l-ITER sabiex ikunu appoġġati l-operazzjonijiet futuri tal-ITER u t-tħejjija tal-impjant dimostrattiv DEMO. |
|
(10) |
Permezz tal-appoġġ għar-riċerka nukleari, il-Programm Euratom jenħtieġ li jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi ta' Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni ("Orizzont Ewropa") stabbilit mir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u jenħtieġ li jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2030 u t-tisħiħ taż-żona Ewropea tar-riċerka. |
|
(11) |
Jenħtieġ li l-Programm Euratom ifittex sinerġiji ma' Orizzont Ewropa u programmi oħra tal-Unjoni, mid-disinn u l-ippjanar strateġiku tagħhom, għall-għażla, il-ġestjoni, il-komunikazzjoni, id-disseminazzjoni u l-isfruttament tar-riżultati tal-proġett, għall-monitoraġġ, l-awditjar u l-governanza. |
|
(12) |
L-azzjonijiet tal-Programm Euratom jenħtieġ li jkunu proporzjonati, mingħajr ma jiġu dduplikati jew esklużi l-finanzjamenti privati, u jenħtieġ li jkollhom valur miżjud Ewropew ċar. Dan jiżgura konsistenza bejn l-azzjonijiet tal-Programm Euratom u r-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, filwaqt li jiġu evitati distorsjonijiet mhux xierqa tal-kompetizzjoni fis-suq intern. |
|
(13) |
Filwaqt li hija l-għażla individwali ta' kull Stat Membru jekk għandux jagħmel użu mill-enerġija nukleari jew le, huwa rikonoxxut ukoll li l-enerġija nukleari taqdi rwoli differenti fi Stati Membri differenti. Il-Programm Euratom ser jikkontribwixxi wkoll permezz tal-attivitajiet ta' riċerka tiegħu biex irawwem diskussjoni wiesgħa fost il-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha dwar l-opportunitajiet u r-riskji tal-enerġija nukleari. |
|
(14) |
Sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet għall-edukazzjoni u t-taħriġ, jenħtieġ li l-Programm Euratom joffri appoġġ permezz ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji sabiex ir-riċerkaturi fil-qasam nukleari jsiru eliġibbli biex jibbenefikaw mill-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie (MSCA) daqs riċerkaturi f'oqsma oħra. |
|
(15) |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għad-durata kollha tal-Programm Euratom li għandu jkun l-ammont ta' referenza primarja, fit-tifsira tal-punt 18 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprja ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprja ġodda (4), għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali. |
|
(16) |
Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) (ir-"Regolament Finanzjarju") japplika għall-Programm Euratom. Ir-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist, ġestjoni indiretta, strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji, assistenza finanzjarja u r-rimborż ta' esperti esterni. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jinkludu wkoll reġim ġenerali ta' kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni. |
|
(17) |
It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu abbażi tal-adegwatezza tagħhom li jilħqu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u jrendu riżultati, filwaqt li jqisu b'mod partikolari, l-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni min-nuqqas ta' konformità. Għall-għotjiet, dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, rati fissi u l-kostijiet ta' unità. |
|
(18) |
Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari biex tkun żgurata l-parteċipazzjoni adegwata tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u tas-settur privat b'mod ġenerali. Jenħtieġ li jitwettqu valutazzjonijiet kwantitattivi u kwalitattivi tal-parteċipazzjoni tal-SMEs bħala parti mill-arranġamenti tal-evalwazzjoni u l-monitoraġġ. |
|
(19) |
L-attivitajiet żviluppati skont il-Programm Euratom jenħtieġ li jimmiraw lejn l-eliminazzjoni tal-inugwaljanzi bejn is-sessi u jippromwovu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fir-riċerka u l-innovazzjoni, f'konformità mal-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 8 tat-TFUE. Id-dimensjoni tal-ġeneru jenħtieġ li tiġi integrata fir-riċerka u l-innovazzjoni u implimentata fl-istadji kollha taċ-ċiklu tar-riċerka. |
|
(20) |
Bil-għan li tiġi approfondita r-relazzjoni bejn ix-xjenza u s-soċjetà u tissaħħaħ il-fiduċja tal-pubbliku fix-xjenza, il-Programm Euratom jenħtieġ li jiffavorixxi involviment infurmat taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili dwar kwistjonijiet ta' riċerka u innovazzjoni billi jippromwovi l-edukazzjoni tax-xjenza, jagħmel l-għarfien xjentifiku aktar aċċessibbli, jiżviluppa aġendi ta' riċerka u innovazzjoni responsabbli li jkopru t-tħassib u l-aspettattivi taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili, u jiffaċilita l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u tas-soċjetà ċivili fl-attivitajiet taħt il-Programm Euratom. |
|
(21) |
Jenħtieġ li l-azzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Programm Euratom jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u josservaw il-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(22) |
Huwa importanti li jkompli jiġi ffaċilitat l-isfruttar tal-proprjetà intellettwali żviluppata mill-parteċipanti waqt li jiġu protetti l-interessi leġittimi ta' parteċipanti oħra u tal-Komunità f'konformità mat-Titolu II, Kapitolu 2 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (it-"Trattat Euratom"). |
|
(23) |
Sabiex jiġi żgurat l-akbar impatt possibbli tal-finanzjament Euratom, il-Komunità tista', fejn xieraq, tikkunsidra Sħubiji Ewropej ma' sħab fis-settur pubbliku jew privat dment li l-impatt mixtieq jista' jinkiseb b'mod aktar effettiv permezz ta' sħubija pjuttost milli mill-Komunità waħedha, meta mqabbla ma' forom oħra ta' appoġġ tal-Programm Euratom. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiżgura li tali sħubiji ikollhom approċċ ċar taċ-ċiklu tal-ħajja tas-Sħubiji Ewropej u jsegwu proċess trasparenti ta' għażla u teħid ta' deċiżjonijiet skont l-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/695. |
|
(24) |
Jenħtieġ li jkun possibbli li l-objettivi tal-Programm Euratom jiġu indirizzati wkoll permezz ta' strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji taħt programmi bbażati fuq it-TFUE, dment li l-azzjonijiet jikkonformaw mal-objettivi u r-regoli ta' tali programmi. |
|
(25) |
Sabiex tiġi żgurata l-aktar implimentazzjoni effiċjenti possibbli u jinkiseb qafas koerenti, komprensiv u trasparenti għall-benefiċjarji, jenħtieġ li l-parteċipazzjoni fil-Programm Euratom u d-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka jkunu soġġetti għar-regoli rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/695, b'ċerti adattamenti jew eċċezzjonijiet. Id-definizzjonijiet rilevanti u t-tipi ewlenin ta' azzjoni stabbiliti f'dak ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw għall-Programm Euratom. |
|
(26) |
Il-fond ta' garanzija tal-parteċipanti stabbilit taħt Orizzont 2020 stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u ġestit mill-Kummissjoni ta prova li huwa mekkaniżmu ta' salvagwardja importanti li jtaffi r-riskji assoċjati mal-ammonti dovuti u li ma jiġux rimborżati mill-parteċipanti inadempjenti. Għalhekk jenħtieġ li dan il-mekkaniżmu ta' salvagwardja jkompli. Il-mekkaniżmu ta' assigurazzjoni reċiproka stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2021/695 jenħtieġ li jkopri l-azzjonijiet taħt dan ir-Regolament. |
|
(27) |
Jenħtieġ li ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (il-"JRC", Joint Research Centre) jibqa' jipprovdi, kif xieraq, lill-Unjoni u lill-Istati Membri, b'evidenza xjentifika indipendenti mmexxija mill-klijenti u b'appoġġ tekniku matul iċ-ċiklu ta' politika kollu. Jenħtieġ li l-azzjonijiet diretti tal-JRC jiġu implimentati f'mod flessibbli, effiċjenti u trasparenti, waqt li jitqiesu l-ħtiġijiet rilevanti tal-utenti tal-JRC u l-ħtiġijiet tal-politiki tal-Unjoni, b'mod partikolari fil-qasam tas-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari, u jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' April 1994 dwar ir-rwol tal-JRC, il-JRC jenħtieġ li jkompli jiġġenera riżorsi addizzjonali permezz ta' attivitajiet kompetittivi ta' appoġġ għall-politiki tal-Unjoni jew f'isem partijiet terzi. Jenħtieġ li l-JRC ikun jista' jipparteċipa f'azzjonijiet indiretti, fejn il-programm ta' ħidma rilevanti jipprevedi hekk. |
|
(28) |
F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (8), (Euratom, KE) Nru 2185/96 (9) u (UE) 2017/1939 (10), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inkluż miżuri relatati mal-prevenzjoni, is-sejbien, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet, inkluż frodi, mal-irkupru ta' fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett, u, fejn xieraq, mal-impożizzjoni ta' penali amministrattivi. B'mod partikolari, f'konformità mar-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2185/96 u (UE, Euratom) Nru 883/2013, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-"UPPE") għandu s-setgħa, skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, li jinvestiga u jressaq għall-prosekuzzjoni reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). F'konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi mill-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, fir-rigward ta' dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, lill-UPPE, u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni ta' fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. |
|
(29) |
Il-pajjiżi terzi jistgħu jieħdu sehem abbażi tal-istrumenti legali rispettivi tagħhom. F'dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika li tirrikjedi li pajjiżi terzi jagħtu d-drittijiet u l-aċċess neċessarji meħtieġa biex l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b'mod komprensiv. |
|
(30) |
Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet skont il-Programm Euratom u l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tagħhom, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). |
|
(31) |
Skont il-paragrafu 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (13), jenħtieġ li l-Programm Euratom jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni miġbura f'konformità ma' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġi evitat piż amministrattiv, b'mod partikolari fuq l-Istati Membri, kif ukoll ir-regolamentazzjoni żejda. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fuq il-post. |
|
(32) |
Il-Bord tal-Gvernaturi tal-JRC, stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/282/Euratom (14), ġie kkonsultat dwar il-kontenut xjentifiku u teknoloġiku tal-azzjonijiet diretti tal-JRC. |
|
(33) |
Il-Parlament Ewropew ġie kkonsultat fuq bażi volontarja u ta opinjoni (15). Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ġie wkoll ikkonsultat fuq bażi volontarja u ta opinjoni (16). |
|
(34) |
Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2018/1563 (17) jenħtieġ li jitħassar. |
|
(35) |
Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fl-għoti ta' appoġġ fil-qasam ta' politika rilevanti u sabiex l-implimentazzjoni tkun tista’ tibda mill-bidu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b'urġenza u jenħtieġ li japplika, b'effett retroattiv, mill-1 ta' Jannar 2021, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2025 (il-"Programm Euratom") u r-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f'azzjonijiet indiretti taħt il-Programm Euratom, li jikkomplementa l-Orizzont Ewropa.
Huwa jistabbilixxi l-objettivi tal-Programm Euratom, il-baġit għall-perijodu 2021-2025, il-forom ta' finanzjament u r-regoli għall-għoti ta' tali finanzjament.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet rilevanti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/695. Ir-referenzi f'dawk id-definizzjonijiet għall-Unjoni u għal Orizzont Ewropa għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-"Komunità") u l-Programm Euratom, rispettivament. Madankollu, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, "programm ta' ħidma" tfisser id-dokument adottat mill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-Programm Euratom skont l-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament.
Ir-referenzi kollha f'dan ir-Regolament għar-Regolament (UE) 2021/695 huma għall-verżjoni fis-seħħ fit-12 ta’ Mejju 2021.
Artikolu 3
Objettivi tal-programm
1. L-objettiv ġenerali tal-Programm Euratom huwa li jwettaq attivitajiet ta' riċerka u taħriġ nukleari, b'enfasi fuq it-titjib kontinwu tas-sikurezza, is-sigurtà u l-protezzjoni mir-radjazzjoni nukleari, kif ukoll li jikkomplementa l-kisba tal-objettivi ta' Orizzont Ewropa, fost l-oħrajn, fil-kuntest tat-tranżizzjoni tal-enerġija.
2. Il-Programm Euratom għandu l-objettivi speċifiċi li ġejjin:
|
(a) |
itejjeb u jappoġġa s-sikurezza, is-sigurtà u s-salvagwardji nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, il-ġestjoni sikura tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, u d-dekummissjonar, inkluż l-użu sigur u mingħajr periklu tal-enerġija nukleari u ta' applikazzjonijiet tar-radjazzjoni jonizzanti mhux għall-produzzjoni tal-enerġija; |
|
(b) |
iżomm u jiżviluppa aktar l-għarfien espert u l-kompetenza fil-qasam nukleari fil-Komunità; |
|
(c) |
irawwem l-iżvilupp tal-enerġija mill-fużjoni bħala sors ta' enerġija potenzjali għall-futur għall-produzzjoni tal-elettriku u jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali Ewropew dwar il-fużjoni; |
|
(d) |
jappoġġa l-politika tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha dwar it-titjib kontinwu tas-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari. |
3. L-objettivi elenkati fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu implimentati skont l-Anness I. L-implimentazzjoni ta' dawk l-objettivi tista', jekk debitament iġġustifikat, tinkludi rispons għal opportunitajiet, kriżijiet u theddid emerġenti.
Artikolu 4
Baġit
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm Euratom għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2025 għandu jkun ta' EUR 1 382 000 000 bi prezzijiet attwali.
2. Id-distribuzzjoni indikattiva tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun:
|
(a) |
EUR 583 273 000 għall-azzjonijiet indiretti fir-riċerka u l-iżvilupp tal-fużjoni; |
|
(b) |
EUR 266 399 000 għall-azzjonijiet indiretti fil-fissjoni nukleari, is-sikurezza u l-protezzjoni mir-radjazzjoni; |
|
(c) |
EUR 532 328 000 għall-azzjonijiet diretti mwettqa miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka. |
Il-Kummissjoni ma tistax tiddevja mill-ammont imsemmi fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu.
3. L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jintuża wkoll biex ikopri l-ispejjeż għat-tħejjija, il-monitoraġġ, il-kontroll, l-awditu, l-evalwazzjoni u attivitajiet u nfiq ieħor neċessarji għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-Programm Euratom, inkluż in-nefqa amministrattiva kollha, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-kisba tal-objettivi tiegħu. L-ispejjeż amministrattivi relatati mal-azzjonijiet indiretti m'għandhomx jaqbżu 6 % tal-ammont distribwit lil azzjonijiet indiretti tal-Programm Euratom imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2. Barra minn hekk, l-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' jkopri wkoll:
|
(a) |
sa fejn dawn ikunu relatati mal-objettivi tal-Programm Euratom, l-ispejjeż relatati mal-istudji, il-laqgħat tal-esperti, l-azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni; |
|
(b) |
l-ispejjeż marbuta ma' netwerks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta' informazzjoni, inkluż għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva u assistenza teknika u amministrattiva oħra meħtieġa b'rabta mal-ġestjoni tal-Programm Euratom. |
4. Jekk meħtieġ, biex tkun tista' ssir il-ġestjoni tal-azzjonijiet li ma jkunux tlestew sal-31 ta' Diċembru 2025, jistgħu jiddaħħlu approprjazzjonijiet fil-baġit lil hinn mill-2025 biex ikopru l-ispejjeż previsti fil-paragrafu 3.
5. L-impenji baġitarji għal azzjonijiet li jkunu ta' aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fi ħlasijiet parzjali annwali fuq diversi snin.
6. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament Finanzjarju, in-nefqa għall-azzjonijiet li jirriżultaw minn proġetti inklużi fl-ewwel programm ta' ħidma tista' tkun eliġibbli mill-1 ta' Jannar 2021.
7. Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, jiġu ttrasferiti għall-Programm Euratom soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Politika dwar il-Viżi (ir-"Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni għall-2021-2027"). Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi direttament skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont il-punt (c) ta' dak is-subparagrafu. Dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 5
Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm Euratom
1. Il-Programm Euratom għandu jkun miftuħ għall-assoċjazzjoni tal-pajjiżi terzi li ġejjin:
|
(a) |
pajjiżi fil-proċess tal-adeżjoni mal-Unjoni, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, f'konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Komunità stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew ftehimiet simili, u skont il-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fil-ftehimiet bejn il-Komunità u dawk il-pajjiżi; |
|
(b) |
pajjiżi tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, f'konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Komunità stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jew fi ftehimiet simili, u skont il-kondizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn il-Komunità u dawk il-pajjiżi; |
|
(c) |
pajjiżi terzi u territorji li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:
|
(2) L-assoċjazzjoni mal-Programm Euratom ta' kull pajjiż terz taħt il-punt (c) tal-paragrafu 1 għandha tkun skont il-kondizzjonijiet stipulati fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Komunità jew tal-Unjoni, dment li dak il-ftehim:
|
(a) |
jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji tal-pajjiż terz li jkun qed jipparteċipa fil-programmi tal-Komunità jew tal-Unjoni; |
|
(b) |
jistabbilixxi l-kondizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi tal-Komunità jew tal-Unjoni, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-programmi individwali u l-ispejjeż amministrattivi tagħhom; |
|
(c) |
ma jagħtix lill-pajjiż terz setgħa ta' deċiżjoni fir-rigward tal-Programm Euratom; |
|
(d) |
jiggarantixxu d-drittijiet tal-Unjoni sabiex tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. |
Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat f’konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.
3. L-għan tal-assoċjazzjoni ta' kull pajjiż terz fil-Programm Euratom għandu jqis l-objettiv li t-tkabbir ekonomiku fl-Unjoni jitmexxa 'l quddiem permezz tal-innovazzjoni. Għaldaqstant, għal pajjiż speċifiku, bl-eċċezzjoni tal-pajjiżi fil-proċess tal-adeżjoni mal-Unjoni, il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali, partijiet tal-Programm Euratom jistgħu jiġu esklużi minn ftehim ta' assoċjazzjoni.
4. Il-ftehim ta' assoċjazzjoni għandu, fejn xieraq, jipprevedi l-parteċipazzjoni reċiproka tal-entitajiet legali stabbiliti fl-Unjoni fi programmi ekwivalenti tal-pajjiżi assoċjati skont il-kondizzjonijiet stipulati f'dawk il-programmi.
5. Fejn xieraq, il-kondizzjonijiet li jiddeterminaw il-livell tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandhom jiżguraw korrezzjoni awtomatika ta' kwalunkwe żbilanċ sinifikanti meta mqabbel mal-ammont li l-entitajiet stabbiliti fil-pajjiż assoċjat jirċievu permezz tal-parteċipazzjoni fil-Programm Euratom, b'kont meħud tal-ispejjeż fil-ġestjoni, l-eżekuzzjoni u l-operat tal-Programm Euratom.
Artikolu 6
Implimentazzjoni u forom ta' finanzjament
1. Il-Programm Euratom għandu jiġi implimentat permezz ta' ġestjoni diretta f'konformità mar-Regolament Finanzjarju jew permezz ta' ġestjoni indiretta mill-korpi ta' finanzjament imsemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju.
2. Il-finanzjament taħt il-Programm Euratom jista' jiġi pprovdut fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, iżda, l-għotjiet għandhom ikunu l-forma ewlenija ta' appoġġ għal azzjonijiet indiretti taħt il-Programm Euratom. Il-finanzjament taħt il-Programm Euratom jista' jiġi wkoll ipprovdut permezz ta' premjijiet, akkwisti u strumenti finanzjarji fi ħdan operazzjonijiet ta' taħlit.
3. It-tipi ewlenin ta' azzjoni li għandhom jintużaw skont il-Programm Euratom huma stabbiliti u definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/695, bħall-azzjonijiet ta' riċerka u innovazzjoni, l-azzjonijiet ta' innovazzjoni, l-azzjonijiet ta' innovazzjoni u tqegħid fis-suq, l-azzjonijiet ta' taħriġ u mobbiltà, l-azzjonijiet ta' kofinanzjament tal-programm, l-azzjonijiet ta' akkwist prekummerċjali, l-azzjonijiet ta' akkwist pubbliku ta' soluzzjonijiet innovattivi, l-azzjonijiet ta' koordinazzjoni u appoġġ, il-premjijiet ta' inċentiv u l-premjijiet ta' rikonoxximent.
Il-forom ta' finanzjament imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jintużaw b'mod flessibbli fl-objettivi kollha tal-Programm Euratom bl-użu tagħhom jiġi ddeterminat abbażi tal-ħtiġijiet u l-karatteristiċi tal-objettivi partikolari.
4. Il-Programm Euratom għandu jappoġġa wkoll azzjonijiet diretti mwettqa mill-JRC.
Artikolu 7
Sħubiji Ewropej
1. Partijiet mill-Programm Euratom jistgħu jiġu implimentati permezz ta' Sħubiji Ewropej.
2. L-involviment tal-Komunità fis-Sħubiji Ewropej jista' jkollu kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin:
|
(a) |
il-parteċipazzjoni fi sħubiji stabbiliti abbażi ta' memoranda ta' ftehim jew arranġamenti kuntrattwali bejn il-Kummissjoni u sħab pubbliċi jew privati li jispeċifikaw l-objettivi tas-Sħubija Ewropea, l-impenji relatati tan-naħat kollha involuti rigward il-kontribuzzjonijiet finanzjarji jew in natura tagħhom, l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u tal-impatt, ir-riżultati li għandhom jinkisbu u l-arranġamenti ta' rappurtar; dawn jinkludu l-identifikazzjoni tal-attivitajiet komplementari ta' riċerka u innovazzjoni li jkunu implimentati mis-sħab u mill-Programm Euratom (Sħubiji Ewropej Koprogrammati); |
|
(b) |
il-parteċipazzjoni fi programm ta' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni, u l-kontribuzzjoni finanzjarja għalih, li tispeċifika l-objettivi, l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u tal-impatt, u r-riżultati li għandhom jinkisbu, abbażi tal-impenn tas-sħab rigward il-kontribuzzjonijiet finanzjarji jew in natura tagħhom u l-integrazzjoni tal-attivitajiet rilevanti tagħhom permezz tal-użu ta' azzjoni tal-Programm Euratom ta' kofinanzjament (Sħubiji Ewropej Kofinanzjati). |
3. Is-Sħubiji Ewropej għandhom:
|
(a) |
jiġu stabbiliti f'każijiet fejn l-objettivi tal-Programm Euratom jinkisbu b'mod aktar effettiv milli mill-Komunità waħedha meta mqabbla ma' forom oħra ta' appoġġ taħt il-Programm Euratom; sehem xieraq mill-baġit tal-Programm Euratom għandu jiġi allokat għal dawk il-partijiet; |
|
(b) |
jaderixxu mal-prinċipji tal-valur miżjud tal-Unjoni, it-trasparenza u l-ftuħ, u li jkollhom impatt fl-Ewropa u għaliha, l-effett ta' ingranaġġ qawwi fuq skala suffiċjenti, l-impenji finanzjarji fit-tul tal-partijiet kollha involuti, il-flessibbiltà fl-implimentazzjoni, il-koerenza, il-koordinazzjoni u l-komplementarjetà mal-inizjattivi tal-Unjoni u dawk lokali, reġjonali u nazzjonali u, fejn rilevanti, ma' inizjattivi internazzjonali u Sħubijiet Ewropej oħra; |
|
(c) |
ikollhom approċċ ċar taċ-ċiklu tal-ħajja, ikunu limitati fiż-żmien u jinkludu l-kondizzjonijiet għat-tneħħija gradwali tal-finanzjament mill-Programm Euratom. |
4. Id-dispożizzjonijiet u l-kriterji għall-għażla, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u t-tneħħija gradwali tas-Sħubiji Ewropej huma stabbiliti fl-Anness III għar-Regolament (UE) 2021/695.
Artikolu 8
Xjenza Miftuħa
Id-dispożizzjonijiet dwar x-xjenza miftuħa stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/695 japplikaw għall-Programm Euratom.
Artikolu 9
Azzjonijiet tal-eliġibbiltà u regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka
1. Huma biss l-azzjonijiet li jimplimentaw l-objettivi msemmija fl-Artikolu 3 li huma eliġibbli għall-finanzjament.
2. Soġġett għall-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, it-Titolu II dwar ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/695 japplika għal azzjonijiet appoġġati taħt il-Programm Euratom. Ir-referenzi li hemm fir-Regolament (UE) 2021/695 għall-Unjoni u għal Orizzont Ewropa għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-Komunità u l-Programm Euratom, fejn adatt. Ir-referenzi fir-Regolament (UE) 2021/695 għar-"regoli tas-sigurtà" għandhom jinftiehmu li jinkludu l-interessi tad-difiża tal-Istati Membri skont it-tifsira tal-Artikolu 24 tat-Trattat Euratom.
3. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 40(4) tar-Regolament (UE) 2021/695, id-dritt għal oġġezzjoni għat-trasferimenti tas-sjieda tar-riżultati, jew ta' għotjiet ta' liċenzja esklussiva rigward ir-riżultati, jista' jiġi estiż għal għotjiet ta' liċenzji mhux esklużivi.
4. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 41(9) tar-Regolament (UE) 2021/695, benefiċjarju li jkun irċieva finanzjament tal-Komunità għandu jagħti aċċess għar-riżultati tiegħu abbażi ta' mingħajr royalty lill-istituzzjonijiet tal-Komunità, lill-korpi ta' finanzjament jew lill-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u lill-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (Fużjoni għall-Enerġija) stabbilita bid-Deċiżjoni 2007/198/Euratom ("l-Impriża Konġunta tal-Enerġija mill-Fużjoni"), għall-iskop tal-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki u l-programmi tal-Komunità jew l-obbligi skont il-kooperazzjoni internazzjonali ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Drittijiet ta' aċċess bħal dawn għandhom jinkludu d-dritt biex partijiet terzi jiġu awtorizzati jużaw ir-riżultati fl-akkwist pubbliku u d-dritt ta' sottoliċenzjar. Id-drittijiet ta' aċċess għandhom ikunu limitati għal użu mhux kummerċjali u mhux kompetittiv.
5. Il-mekkaniżmu ta' assigurazzjoni reċiproka stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2021/695 għandu jkopri r-riskju assoċjat man-nuqqas ta' rkupru tas-somom dovuti mill-benefiċjarji lill-Kummissjoni jew lill-korpi ta' finanzjament taħt dan ir-Regolament.
Artikolu 10
Finanzjament kumulattiv, alternattiv u kkombinat
1. Il-Programm Euratom għandu jiġi implimentat f'sinerġija ma' Orizzont Ewropa u ma' programmi oħra tal-Unjoni.
2. Sabiex jinkisbu l-objettivi tal-Programm Euratom u jiġu indirizzati l-isfidi komuni għall-Programm Euratom u għal Orizzont Ewropa, l-attivitajiet li jolqtu aktar minn objettiv wieħed minn fost dawk stabbiliti fil-Programm Euratom jew dawk li jimplimentaw Orizzont Ewropa, jew it-tnejn, jistgħu jibbenefikaw mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità, soġġetti għall-Artikolu 9. B'mod partikolari, il-Programm Euratom jista' jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja lill-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie (MSCA) sabiex jappoġġa attivitajiet rilevanti għar-riċerka nukleari.
3. Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni minn programm tal-Unjoni ieħor tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni taħt il-Programm Euratom, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess spejjeż. Ir-regoli tal-programm rilevanti għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni korrispondenti għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv m'għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni. L-appoġġ mill-programmi differenti jista' jiġi kkalkolat fuq bażi pro rata f'konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-appoġġ.
4. L-azzjonijiet jistgħu jirċievu appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali jew mill-Fond Soċjali Ewropew Plus f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni għall-2021-2027, fejn dawn ingħataw tabella b'Siġill ta' Eċċellenza taħt il-Programm Euratom billi kkonformaw mal-kondizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
|
(a) |
ikunu ġew ivvalutati f'sejħa għal proposti taħt il-Programm Euratom; |
|
(b) |
ikunu konformi mar-rekwiżiti minimi ta' kwalità ta' din is-sejħa għal proposti; |
|
(c) |
ma jistgħux jiġu ffinanzjati fil-qafas ta' dik is-sejħa għal proposti minħabba limitazzjonijiet baġitarji. |
KAPITOLU II
Programmazzjoni, monitoraġġ, evalwazzjoni u kontroll
Artikolu 11
Programmi ta' ħidma
1. L-azzjonijiet indiretti tal-Programm Euratom għandhom jiġu implimentati minn programmi ta' ħidma kif imsemmi fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. Il-programmi ta' ħidma għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta' taħlit. Il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta' ħidma permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(4).
2. Minbarra r-rekwiżiti fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju, il-programmi ta' ħidma għandhom jinkludu dawn li ġejjin, skont kif adatt:
|
(a) |
indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u skeda indikattiva tal-implimentazzjoni; |
|
(b) |
għall-għotjiet, il-prijoritajiet, il-kriterji tal-għażla u tal-għotja, il-piż relattiv tal-kriterji differenti tal-għotja u r-rata massima ta' finanzjament tal-kostijiet totali eliġibbli; |
|
(c) |
kwalunkwe obbligu addizzjonali fuq il-benefiċjarji, f'konformità mal-Artikoli 39 u 41 tar-Regolament (UE) 2021/695; |
|
(d) |
approċċ pluriennali u orjentazzjonijiet strateġiċi għas-snin ta' implimentazzjoni li ġejjin. |
3. Il-Kummissjoni għandha tfassal programm ta' ħidma pluriennali dwar azzjonijiet diretti mwettqa mill-JRC skont id-Deċiżjoni 96/282/Euratom.
Artikolu 12
Monitoraġġ u rapportar
1. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja b'mod kontinwu l-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-Programm Euratom. Sabiex tiżdied it-trasparenza, dik id-data għandha ssir disponibbli għall-pubbliku b'mod aċċessibbli fuq il-paġna web tal-Kummissjoni f'konformità mal-aħħar aġġornament ta' dik id-data.
Indikaturi biex isir rapportar fuq bażi annwali dwar il-progress tal-Programm Euratom lejn il-kisba tal-objettivi stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness II fil-mogħdijiet ta' impatt.
2. Sabiex tiżgura l-valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Programm Euratom lejn il-kisba tal-objettivi tiegħu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni, b'mod partikolari billi tistabbilixxi linji bażi u miri skont l-Anness II. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva skont l-Artikolu 16(3).
3. Is-sistema ta' rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u r-riżultati tal-Programm Euratom jinġabru b'mod effiċjenti, effettiv u f'waqtu mingħajr ma jiżdied il-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji. Għal dak il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta' rapportar proporzjonati fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-Komunità u, fejn ikun xieraq, fuq l-Istati Membri.
Artikolu 13
Informazzjoni, komunikazzjoni, pubbliċità u disseminazzjoni u sfruttament
1. Dawk li jirċievu l-finanzjament tal-Programm Euratom għandhom jirrikonoxxu l-oriġini ta' dawk il-fondi u jiżguraw il-viżibilità tal-finanzjament tal-Komunità, b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inklużi l-media u l-pubbliku.
2. Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm Euratom, ma' azzjonijiet taħt il-Programm Euratom u mar-riżultati miksuba. Barra minn hekk, għandha tipprovdi informazzjoni dettaljata u f'waqtha lill-Istati Membri u lill-benefiċjarji. Għandhom jiġu pprovduti servizzi ta' tlaqqigħ ibbażati fuq l-evidenza li jkunu informati mill-analitika u affinitajiet tan-netwerks lill-entitajiet interessati sabiex jgħaqqdu konsorzji għal proġetti kollaborattivi, b'attenzjoni partikolari għall-identifikazzjoni ta' opportunitajiet ta' netwerking għal entitajiet legali minn Stati Membri bi prestazzjoni baxxa fir-riċerka u l-iżvilupp. Fuq il-bażi ta' tali analiżi, jistgħu jiġu organizzati avvenimenti mmirati ta' tlaqqigħ li jservu ta' sejħiet speċifiċi għall-proposti.
3. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi wkoll strateġija ta' disseminazzjoni u sfruttament li żżid id-disponibbiltà u t-tixrid tar-riżultati u l-għarfien tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Programm Euratom biex jiġi aċċellerat l-isfruttament lejn l-użu mis-suq u tagħti spinta lill-impatt tal-Programm Euratom.
4. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm Euratom għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Komunità kif ukoll għall-attivitajiet ta' informazzjoni, komunikazzjoni, pubbliċità, disseminazzjoni u sfruttar sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 3.
Artikolu 14
Evalwazzjoni
1. L-evalwazzjonijiet tal-Programm Euratom għandhom jitwettqu b'mod f'waqtu sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-Programm Euratom, is-suċċessur tiegħu u inizjattivi oħrajn rilevanti għar-riċerka u l-innovazzjoni.
2. L-evalwazzjoni interim tal-Programm Euratom għandha titwettaq, bl-assistenza ta' esperti indipendenti magħżulin abbażi ta' proċess trasparenti, ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm Euratom, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm. Din għandha tinkludi valutazzjoni tal-impatt fit-tul ta' Programmi ta' Riċerka u Taħriġ tal-Euratom preċedenti u għandha tifforma l-bażi għall-aġġustament tal-implimentazzjoni tal-Programm Euratom jew ir-reviżjoni tal-Programm Euratom, kif xieraq. Għandha tivvaluta l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud Komunitarju tal-Programm Euratom.
3. Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm Euratom, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara tmiem il-perijodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm Euratom mill-Kummissjoni. Din għandha tinkludi valutazzjoni tal-impatt fit-tul tal-Programmi ta' Riċerka u Taħriġ tal-Euratom preċedenti.
4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika u tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.
Artikolu 15
Awditi
1. Is-sistema ta' kontroll għall-Programm Euratom għandha tiżgura bilanċ xieraq bejn il-fiduċja u l-kontroll, filwaqt li jitqiesu l-kostijiet amministrattivi u kostijiet oħrajn tal-kontrolli fil-livelli kollha, speċjalment għall-benefiċjarji. Ir-regoli tal-awditjar għandhom ikunu ċari, konsistenti u koerenti tul il-Programm Euratom.
2. L-azzjonijiet li jirċievu finanzjament konġunt minn programmi differenti tal-Unjoni għandhom jiġu awditjati darba biss, u jkopru l-programmi kollha involuti u r-regoli applikabbli rispettivi tagħhom.
3. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament rilevanti jistgħu joqgħodu fuq reviżjonijiet kombinati tas-sistemi fil-livell tal-benefiċjarju. Dawk ir-reviżjonijiet kombinati għandhom ikunu fakultattivi għal ċerti tipi ta' benefiċjarji u għandhom jikkonsistu f'awditu tas-sistemi u tal-proċess, ikkomplementat minn awditu tat-tranżazzjonijiet. Tali awditi tat-tranżazzjonijiet għandhom jitwettqu minn awditur indipendenti kompetenti kwalifikat sabiex iwettaq awditi statutorji tad-dokumenti kontabilistiċi f'konformità mad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18). L-awditi tas-sistema u tal-proċessi jistgħu jintużaw mill-Kummissjoni jew mill-korp ta' finanzjament rilevanti sabiex jiddeterminaw l-assigurazzjoni ġenerali dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba tan-nefqa u għall-konsiderazzjoni mill-ġdid tal-livell tal-awditi u ċ-ċertifikati ex post dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji.
4. F'konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament jistgħu joqogħdu fuq l-awditi dwar l-użu tal-kontribuzzjonijiet tal-Komunità mwettqa minn persuni jew entitajiet indipendenti u kompetenti oħra, inkluż minn oħrajn għajr dawk b'mandat mill-istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni.
5. L-awditi jistgħu jitwettqu sa sentejn wara l-pagament tal-bilanċ.
6. Il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida dwar l-awditjar, bil-għan li tiżgura applikazzjoni u interpretazzjoni affidabbli u uniformi tal-proċeduri u r-regoli tal-awditjar matul il-perijodu kollu tal-Programm Euratom.
Artikolu 16
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Il-Kumitat għandu jiltaqa' f'żewġ konfigurazzjonijiet differenti, li jittrattaw rispettivament aspetti relatati mal-fissjoni u aspetti relatati mal-fużjoni tal-Programm Euratom.
Bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-Programm Euratom, għal kull laqgħa tal-Kumitat kif definit fl-aġenda, il-Kummissjoni ser tirrimborża, l-ispejjeż ta' rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru, kif ukoll għal espert jew konsulent wieħed għal kull Stat Membru għal dawk il-punti tal-aġenda fejn Stat Membru jeħtieġ għarfien espert speċifiku, f'konformità mal-linji gwida stabbiliti tal-Kummissjoni.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
4. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
5. Fejn l-opinjoni tal-Kumitat tkun trid tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tiġi terminata mingħajr riżultat fejn jiġi deċiż hekk mill-president tal-Kumitat, jew maġġoranza sempliċi tal-membri tal-Kumitat titlob hekk fil-limitu ta' żmien għall-għoti tal-opinjoni.
6. Il-Kummissjoni għandha tinforma b'mod regolari lill-Kumitat dwar il-progress ġenerali tal-implimentazzjoni tal-Programm Euratom u għandha tipprovdi lill-Kumitat informazzjoni f'waqtha dwar l-azzjonijiet kollha proposti jew iffinanzjati taħt il-Programm Euratom.
Artikolu 17
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni
Fejn pajjiż terz jieħu sehem fil-Programm Euratom permezz ta' deċiżjoni adottata skont ftehim internazzjonali jew abbażi ta' kwalunkwe strument ġuridiku ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji meħtieġa biex l-uffiċjal ta' awtorizzazzjoni responsabbli, l-OLAF u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b'mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF, dawn id-drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jwettaq investigazzjonijiet, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, kif previst fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.
KAPITOLU III
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u finali
Artikolu 18
Tħassir
Ir-Regolament (Euratom) 2018/1563 huwa mħassar.
Artikolu 19
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
1. Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet mibdija skont ir-Regolament (Euratom) 2018/1563 , li għandu jkompli japplika għal dawk l-azzjonijiet sal-għeluq tagħhom.
2. Fejn ikun meħtieġ, kwalunkwe kompitu li jifdal tal-Kumitat stabbilit permezz tar-Regolament (Euratom) 2018/1563 għandu jitwettaq mill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament.
3. Il-pakkett finanzjarju għall-Programm Euratom jista' jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm Euratom u l-miżuri adottati skont ir-Regolament (Euratom) 2018/1563.
Artikolu 20
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Mejju 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta' Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta' fjuwil użat u skart radjuattiv (ĠU L 199, 2.8.2011, p. 48).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxilha l-vantaġġi (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58).
(3) Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni fih u t-tixrid tiegħu, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).
(4) ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 28.
(5) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).
(7) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(10) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (''l-UPPE'') (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(11) Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(12) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(13) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(14) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/282/Euratom tal-10 ta' April 1996 dwar l-organizzazzjoni mill-ġdid taċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunt (ĠU L 107, 30.4.1996, p. 12).
(15) Opinjoni tas-16.1.2019 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(16) Opinjoni tat-12.12.2018 (ĠU C 110, 22.3.2019, p. 132).
(17) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2018/1563 tal-15 ta’ Ottubru 2018 dwar il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2019–2020) li jikkumplimenta l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Orizzont 2020, u li jħassar ir-Regolament (Euratom) Nru 1314/2013 (ĠU L 262, 19.10.2018, p. 1).
(18) Id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87).
ANNESS I
ATTIVITAJIET
L-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2) għandhom jiġu eżerċitati fil-Programm Euratom kollu, f'konformità mal-linji wiesgħa tal-attività deskritta f'dan l-Anness. Billi jimplimenta dawk l-objettivi speċifiċi, il-Programm Euratom jappoġġa lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Euratom (1) u jirrinforza l-isforzi tar-riċerka tagħhom u dawk tas-settur privat. Dawk l-objettivi speċifiċi għandhom jagħtu kontribut biex tinżamm u tkompli tiġi żviluppata l-pożizzjoni ta' tmexxija teknoloġika fil-qasam nukleari.
Sabiex jinkisbu l-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3(2), il-Programm Euratom ser jappoġġa attivitajiet trasversali li jiżguraw sinerġija bejn l-isforzi tar-riċerka biex jissolvew sfidi komuni. Ir-rabtiet u l-interfaċċi xierqa, bħas-sejħiet konġunti ma' Orizzont Ewropa, ser jiġu żgurati. L-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni relatati jistgħu jibbenefikaw ukoll minn appoġġ finanzjarju mogħti mill-fondi skont ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni għall-2021-2027 sa fejn ikun konformi mal-objettivi u r-regolamenti ta' dawk il-fondi.
L-attivitajiet elenkati f'dan l-Anness jinkludu kooperazzjoni internazzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni nukleari għal użi paċifiċi, ibbażati fuq miri kondiviżi u fiduċja reċiproka bil-għan li jiġu pprovduti benefiċċji ċari u sinifikanti għall-Unjoni, iċ-ċittadini tagħha u l-ambjent. Dan jinkludi kooperazzjoni internazzjonali permezz ta' oqfsa multilaterali. Il-JRC bħala l-Aġent Implimentattiv tal-Euratom għall-Forum Internazzjonali Ġenerazzjoni IV (GIF) (2) rikonoxxut formalment ser ikompli jiffaċilita u jikkoordina l-kontribuzzjoni u s-sehem tal-Komunità Euratom fl-attivitajiet ta' riċerka u taħriġ tal-GIF. Il-kontribuzzjoni għall-attivitajiet tal-GIF fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Programm Euratom hija ffukata fuq is-sikurezza, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, is-salvagwardji u l-attivitajiet ta' riċerka u taħriġ dwar in-nonproliferazzjoni speċifiċi għal sistemi tal-Ġenerazzjoni IV.
Kwalunkwe attività ġdida assenjata lill-JRC għandha tiġi analizzata mill-Bord tal-Gvernaturi tal-JRC biex tiġi vverifikata l-konsistenza tagħha ma' attivitajiet eżistenti fl-Istati Membri u biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tar-riċerka u l-iżvilupp nukleari fl-Unjoni.
Il-prijoritajiet tal-programmi ta' ħidma għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni abbażi ta' kontributi minn awtoritajiet pubbliċi, partijiet ikkonċernati tar-riċerka nukleari u kwalunkwe organizzazzjoni jew forum rilevanti ta' partijiet ikkonċernati nukleari.
Ir-riċerka u t-taħriġ fl-oqsma li ġejjin ser ikunu eliġibbli għall-finanzjament mill-Programm Euratom:
|
(a) |
itejjeb u jappoġġa s-sikurezza, is-sigurtà, u s-salvagwardji nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, il-ġestjoni sikura tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, u d-dekummissjonar, inkluż l-użu sigur u mingħajr periklu tal-enerġija nukleari u l-użu sigur u mingħajr periklu ta' applikazzjonijiet mhux għall-produzzjoni tal-enerġija tar-radjazzjoni jonizzanti (3):
|
|
(b) |
jinżamm u jitkompla l-iżvilupp ta' għarfien espert u kompetenza fil-qasam nukleari fil-Komunità:
|
|
(c) |
trawwim tal-iżvilupp tal-enerġija mill-fużjoni u kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali Ewropew dwar il-fużjoni: Sħubija Ewropea Kofinanzjata fir-riċerka dwar il-fużjoni ser timplimenta l-pjan direzzjonali lejn il-mira tal-produzzjoni tal-elettriku mill-fużjoni sat-tieni nofs ta' dan is-seklu. Dan jista' jinkludi, fost l-oħrajn:
is-Sħubija Ewropea Kofinanzjata fil-fużjoni ser tiġi implimentata permezz ta' għotja li ser tingħata lill-entitajiet legali stabbiliti jew maħtura mill-Istati Membri u kwalunkwe pajjiż terz assoċjat mal-Programm Euratom. L-għotja tista' tinkludi riżorsi in natura mill-Komunità, jew l-issekondar ta' persunal tal-Kummissjoni; |
|
(d) |
appoġġ għall-politika tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha dwar is-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari: l-azzjonijiet diretti ser jappoġġaw lill-politika dwar is-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti billi jipprovdu evidenza u għarfien espert xjentifiċi u tekniċi indipendenti. |
(1) B'mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 2006/117/Euratom tal-20 ta’ Novembru 2006 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta’ vjeġġi ta’ skart radjuattiv u ta’ kombustibbli nukleari eżawrit (ĠU L 337, 5.12.2006, p. 21); id-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta' Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari (ĠU L 172, 2.7.2009, p. 18); id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom; id-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom tat-22 ta’ Ottubru 2013 li tistabbilixxi rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 296, 7.11.2013, p.12); id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti, u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom (ĠU L 13, 17.1.2014, p. 1) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) 2016/52 tal-15 ta' Jannar 2016 li jistabbilixxi l-livelli massimi permissibbli ta' kontaminazzjoni radjuattiva ta' ikel u għalf wara inċident nukleari jew kwalunkwe każ ieħor ta' emerġenza radjoloġika, u li jħassar ir-Regolament (Euratom) Nru 3954/87 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 944/89 u (Euratom) Nru 770/90 (ĠU L 13, 20.1.2016, p. 2).
(2) Skont l-Artikolu III.2 tal-Ftehim Qafas għall-Kollaborazzjoni Internazzjonali fir-Riċerka u l-Iżvilupp ta' Sistemi ta' Enerġija Nukleari tal-Ġenerazzjoni IV.
(3) Minbarra s-sigurtà, is-salvagwardji u n-nonproliferazzjoni nukleari, dawn l-attivitajiet jistgħu jiġu implimentati permezz ta' azzjonijiet diretti u indiretti.
(4) L-Artikoli 35, 36, 38 tat-Trattat Euratom; id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/600/Euratom tal-14 ta’ Diċembru 1987 dwar arranġamenti tal-Komunita għal skambju kmieni ta’ informazzjoni fil-każ ta’ emerġenza radjoloġika (ĠU L 371, 30.12.1987, p. 76).
(5) Abbażi tal-pjan ta' investiment rikorrenti għall-infrastrutturi tal-JRC.
ANNESS II
INDIKATURI EWLENIN TAL-MOGĦDIJIET TA' IMPATT
Il-mogħdijiet ta' impatt, u indikaturi ewlenin tal-mogħdijiet ta' impatt relatati, għandhom jirristrutturaw il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-Programm Euratom lejn l-objettivi speċifiċi tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 3(2). Il-mogħdijiet tal-impatt għandhom ikunu sensittivi għaż-żmien: dawn jiddistingwu bejn dak li hu fuq perijodu ta' żmien qasir, medju u twil. L-indikaturi tal-mogħdijiet ta' impatt iservu ta' indikaturi li jirrapportaw dwar il-progress li sar lejn il-kisba ta' objettivi speċifiċi. Il-mikro-data fl-isfond tal-indikaturi ewlenin tal-mogħdijiet ta' impatt, li hija kondiviża ma' Orizzont Ewropa, hija miġbura b'mod ġestit u armonizzat ċentralment, b'piż ta' rapportar minimu fuq il-benefiċjarji.
Indikaturi xjentifiċi tal-mogħdijiet ta' impatt
Il-Programm Euratom huwa mistenni li jagħmel progress fir-rigward tal-għarfien għar-rinforz tas-sikurezza u s-sigurtà nukleari; l-applikazzjonijiet sikuri tar-radjazzjoni jonizzanti; il-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv; il-protezzjoni mir-radjazzjoni; u l-iżvilupp tal-enerġija mill-fużjoni. Il-progress f'dan il-qasam ser jitkejjel permezz ta' indikaturi li jikkonċernaw il-pubblikazzjonijiet xjentifiċi, il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali dwar il-fużjoni, l-iżvilupp tal-għarfien espert u l-ħiliet, u l-aċċess għall-infrastrutturi tar-riċerka.
|
Lejn impatti xjentifiċi |
Fuq perijodu ta' żmien qasir |
Fuq perijodu ta' żmien medju |
Fuq perijodu ta' żmien itwal |
|
Titjib tal-użu sigur u mingħajr periklu tal-enerġija nukleari u l-applikazzjonijiet mhux ta' enerġija elettrika tar-radjazzjoni jonizzanti, inkluż is-sikurezza, is-sigurtà, u s-salvagwardji nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, il-ġestjoni sikura tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, u d-dekummissjonar |
Pubblikazzjonijiet – għadd ta' pubblikazzjonijiet xjentifiċi ta' Euratom riveduti bejn il-pari |
Kwotazzjonijiet - Field-Weighted Citation Index tal-pubblikazzjonijiet xjentifiċi ta' Euratom riveduti bejn il-parti |
Xjenza ta' livell dinji - Għadd u sehem ta' pubblikazzjonijiet riveduti bejn il-pari mill-Programm Euratom li huma kontribuzzjoni ewlenija għall-oqsma xjentifiċi |
|
Għarfien kondiviż - Sehem tar-riżultati tar-riċerka (data/pubblikazzjoni/software eċċ. miftuħa) kondiviżi permezz ta' infrastruttura tal-għarfien miftuħa |
Tixrid tal-għarfien -– Sehem tar-riżultati tar-riċerka tal-aċċess miftuħ użati/ikkwotati b'mod attiv |
Kollaborazzjonijiet ġodda - Sehem tal-benefiċjarji tal-Euratom li jkunu żviluppaw kollaborazzjonijiet transdixxiplinarji/transsettorjali ġodda mal-utenti tar-riżultati tar-R&I miftuħa tal-Euratom tagħhom |
|
|
Trawwim tal-iżvilupp tal-enerġija mill-fużjoni |
Progress fl-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali dwar il-fużjoni – Il-perċentwal tal-passi importanti fil-pjan direzzjonali dwar il-fużjoni stabbilit għall-perijodu 2021-2025 li ntlaħqu mill-Programm Euratom |
||
|
Żamma u żvilupp ulterjuri tal-għarfien espert u l-eċċellenza fl-Unjoni |
Ħiliet - Għadd ta' riċerkaturi li bbenefikaw minn attivitajiet ta' titjib tal-ħiliet tal-Programm Euratom (permezz ta' taħriġ, mobbiltà u aċċess għall-infrastruttura) |
Karrieri - Għadd u sehem ta' riċerkaturi li tejbu ħiliethom li għandhom influwenza ikbar fil-qasam tar-R&I tagħhom |
Kundizzjonijiet tax-xogħol – Għadd u sehem ta' riċerkaturi li tejbu ħiliethom li għandhom kundizzjonijiet tax-xogħol imtejba |
|
L-għadd ta' riċerkaturi li għandhom aċċess għall-infrastruttura tar-riċerka permezz ta' appoġġ mill-Programm Euratom |
|||
|
Il-materjali ta' referenza mwassla u l-miżuri ta' referenza inkorporati f'librerija |
Għadd ta' standards internazzjonali modifikati |
||
Indikaturi tas-soċjetà tal-mogħdijiet ta' impatt
Il-Programm Euratom jgħin biex jiġu indirizzati l-prijoritajiet ta' politika tal-Komunità li jikkonċernaw is-sikurezza u s-sigurtà nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-applikazzjonijiet tar-radjazzjoni jonizzanti permezz tar-riċerka u l-innovazzjoni, kif muri mill-portafolli ta' proġetti li jiġġeneraw riżultati li jikkontribwixxu għall-indirizzar tal-isfidi f'dawn l-oqsma. L-impatt tas-soċjetà jitkejjel ukoll f'termini ta' żvilupp speċifiku fil-qasam tas-sigurtà u s-salvagwardji nukleari.
|
Lejn impatti tas-soċjetà |
Fuq perijodu ta' żmien qasir |
Fuq perijodu ta' żmien medju |
Fuq perijodu ta' żmien itwal |
|
|
Titjib tal-użu sigur u mingħajr periklu tal-enerġija nukleari u l-applikazzjonijiet mhux ta' enerġija elettrika tar-radjazzjoni jonizzanti, inkluż is-sikurezza, is-sigurtà u s-salvagwardji nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, il-ġestjoni sikura tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, u d-dekummissjonar |
Riżultati – Għadd u sehem ta' riżultati immirati li jindirizzaw prijoritajiet speċifiċi ta' politika |
Soluzzjonijiet – Għadd u sehem ta' innovazzjonijiet u riżultati xjentifiċi li jindirizzaw prijoritajiet speċifiċi ta' politika |
Benefiċċji – Effetti stmati aggregati mill-użu ta' riżultati ffinanzjati minn Euratom, dwar l-indirizzar ta' prijoritajiet speċifiċi ta' politika, inkluż kontribuzzjoni għaċ-ċiklu tal-politika u tat-tfassil tal-liġijiet |
|
|
Għadd ta' servizzi mogħtija b'appoġġ għas-salvagwardji |
Għadd ta' sistemi tekniċi fornuti u li qed jintużaw |
|||
|
|
Għadd ta' sessjonijiet ta' taħriġ mogħtija lill-uffiċjali l-aktar esposti |
|||
|
Koħolqien – Għadd u sehem ta' proġetti Euratom fejn iċ-ċittadini tal-Unjoni u l-utenti aħħarin jikkontribwixxu għall-koħolqien tal-kontenut tar-R&I |
Involviment – Għadd u sehem ta' entitajiet benefiċjarji ta' Euratom li għandhom mekkaniżmi ta' involviment taċ-ċittadini u l-utenti aħħarin wara proġett Euratom |
Użu mis-soċjetà tar-R&I Użu u tixrid ta' riżultati xjentifiċi u soluzzjonijiet innovattivi ta' Euratom li nħolqu flimkien |
||
Indikaturi tal-innovazzjoni tal-mogħdijiet ta' impatt
Il-Programm Euratom huwa mistenni li jikseb impatti ta' innovazzjoni li jappoġġaw il-progress lejn l-objettivi speċifiċi tiegħu. Il-progress f'dan il-qasam ser jitkejjel minn indikaturi li jikkonċernaw id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali (IPR), prodotti, metodi u proċessi innovattivi u l-użu tagħhom, flimkien mal-ħolqien tal-impjiegi.
|
Lejn impatt ekonomiku / tal-innovazzjoni |
Fuq perijodu ta' żmien qasir |
Fuq perijodu ta' żmien medju |
Fuq perijodu ta' żmien itwal |
|
Titjib tal-użu sigur u mingħajr periklu tal-enerġija nukleari u l-applikazzjonijiet mhux ta' enerġija elettrika tar-radjazzjoni jonizzanti, inkluż is-sikurezza, is-sigurtà u s-salvagwardji nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, il-ġestjoni sikura tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, u d-dekummissjonar Trawwim tal-iżvilupp tal-enerġija mill-fużjoni Żamma u żvilupp ulterjuri tal-għarfien espert u l-eċċellenza fl-Unjoni |
Riżultati innovattivi - Għadd ta' prodotti, proċessi jew metodi innovattivi mill-Programm Euratom (skont it-tip ta' innovazzjoni) u applikazzjonijiet tal-IPR |
Innovazzjonijiet – Għadd ta' innovazzjonijiet mill-proġetti Euratom (skont it-tip ta' innovazzjoni) inkluż mill-IPR mogħtija |
Tkabbir ekonomiku - Ħolqien, tkabbir u sehem mis-suq ta' kumpanniji li żviluppaw innovazzjonijiet iffinanzjati minn Euratom |
|
Impjiegi appoġġati – Għadd ta' impjiegi ekwivalenti għall-full time (FTE) maħluqa u impjiegi miżmuma fl-entitajiet tal-benefiċjarji għall-proġett Euratom (skont it-tip ta' impjieg) |
Impjiegi sostnuti – Żieda fl-impjiegi FTE fl-entitajiet tal-benefiċjarji wara proġett Euratom (skont it-tip ta' impjieg) |
Total tal-impjiegi - Għadd ta' impjiegi diretti u indiretti maħluqa jew miżmuma minħabba t-tixrid tar-riżultati ta' Euratom (skont it-tip ta' impjieg) |
|
|
Ammont ta' investiment pubbliku u privat mobilizzat permezz tal-investiment Euratom inizjali |
Ammont ta' investiment pubbliku u privat mobilizzat permezz ta' sfruttament jew titjib tar-riżultati ta' Euratom |
Progress tal-Unjoni lejn 3 % ta' PDG dovut għall-Programm Euratom |
Indikaturi ta' politika tal-mogħdijiet ta' impatt
Il-Programm Euratom jipprovdi evidenza xjentifika għat-tfassil tal-politika. Dan jikkonċerna b'mod partikolari l-appoġġ xjentifiku għal servizzi tal-Kummissjoni oħrajn, bħall-appoġġ għas-salvagwardji Euratom, jew għall-implimentazzjoni mill-Istati Membri tad-Direttivi relatati mal-qasam nukleari u dak tar-radjazzjoni jonizzanti (1).
|
Lejn impatt tal-politika |
Fuq perijodu ta' żmien qasir |
Fuq perijodu ta' żmien medju |
Fuq perijodu ta' żmien itwal |
|
Appoġġ għall-politika dwar is-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari |
Għadd u sehem ta' proġetti Euratom li jipproduċu sejbiet rilevanti għall-politika |
Għadd ta' riżultati li għandhom impatt li jidher fuq il-politika |
Għadd u sehem ta' sejbiet ta proġetti Euratom ikkwotati f'dokumenti ta' politika/programmatiċi |
Il-miri ser jiġu definiti kemm għal azzjonijiet indiretti kif ukoll diretti biex jirriflettu r-riżultati mistennija għal kull parti tal-Programm Euratom.
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 302/2005 tat-8 ta' Frar 2005 dwar l-applikazzjoni ta' salvagwardji tal-Euratom (ĠU L 54, 28.2.2005, p. 1); Id-Direttiva tal-Kunsill 2014/87/Euratom tat-8 ta' Lulju 2014 li temenda d-Direttiva 2009/71/Euratom li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari ta' installazzjonijiet nukleari (ĠU L 219, 25.7.2014, p. 42).