10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/46


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/761

tas-7 ta’ Mejju 2021

li jemenda l-Annessi I sa IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/717 rigward il-formoli mudell taċ-ċertifikati żootekniċi għall-annimali għat-tnissil u għall-prodotti ġerminali tagħhom

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għat-tnissil, kummerċ u dħul fl-Unjoni ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil, ħnieżer tat-tnissil ibridi u tal-prodotti ġerminali tagħhom u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 652/2014, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE u 90/425/KEE u jħassar ċerti atti fil-qasam tat-tnissil tal-annimali (“ir-Regolament dwar it-Tnissil tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(10) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/717 (2) jistabbilixxi l-formoli mudell taċ-ċertifikati żootekniċi għall-annimali għat-tnissil u għall-prodotti ġerminali tagħhom. Dawk il-formoli mudell taċ-ċertifikati żootekniċi ġew abbozzati wara konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati.

(2)

Mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/717, l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati lill-Kummissjoni nnotifikawlha ċerti problemi prattiċi meta jintużaw il-formoli mudelli taċ-ċertifikati żootekniċi, fir-rigward tal-verifika tal-identità tal-annimali għat-tnissil. Filwaqt li titqies l-esperjenza miksuba mid-data tal-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, il-formoli mudelli taċ-ċertifikati żootekniċi jenħtieġ li jiġu emendati biex jiffaċilitaw il-verifika tal-identità tal-annimali għat-tnissil. Id-dettalji jew in-numru tal-każ li jirreferu għall-bażi tad-data fejn huma disponibbli d-dettalji jenħtieġ li jingħataw f’ċertifikat żootekniku, fil-kaxxa li tikkorrispondi mar-riżultati tal-verifika tal-identità tal-annimali għat-tnissil. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/717 jiġi emendat skont dan.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Żootekniku Permanenti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I sa IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/717 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-10 ta’ Awwissu 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 171, 29.6.2016, p. 66.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/717 tal-10 ta’ April 2017 li jistipula regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-formoli mudell taċ-ċertifikati żootekniċi għall-annimali għat-tnissil u għall-prodotti ġerminali tagħhom (ĠU L 109, 26.4.2017, p. 9).


ANNESS

L-Annessi I sa IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/717 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

fis-Sezzjoni A, fil-formola mudell taċ-ċertifikat żootekniku għall-kummerċ ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil tal-ispeċijiet bovina, porċina, ovina u kaprina, fin-nota 6 f’qiegħ il-paġna, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Taħt ‘Riżultat’, agħti d-dettalji jew in-numru tal-każ li jirreferi għall-bażi tad-data fejn huma disponibbli d-dettalji.”;

(b)

fis-Sezzjoni B, fil-formola mudell taċ-ċertifikat żootekniku għall-kummerċ ta’ semen ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil, fin-nota 9 f’qiegħ il-paġna, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Taħt ‘Riżultat’, agħti d-dettalji jew in-numru tal-każ li jirreferi għall-bażi tad-data fejn huma disponibbli d-dettalji.”;

(c)

fis-Sezzjoni C, fil-formola mudell taċ-ċertifikat żootekniku għall-kummerċ ta’ ooċiti ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil, fin-nota 9 f’qiegħ il-paġna, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Taħt ‘Riżultat’, agħti d-dettalji jew in-numru tal-każ li jirreferi għall-bażi tad-data fejn huma disponibbli d-dettalji.”;

(d)

fis-Sezzjoni D, fil-formola mudell taċ-ċertifikat żootekniku għall-kummerċ ta’ embrijuni ta’ ħnieżer ibridi għat-tnissil, fin-nota 9 f’qiegħ il-paġna, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Taħt ‘Riżultat’, agħti d-dettalji jew in-numru tal-każ li jirreferi għall-bażi tad-data fejn huma disponibbli d-dettalji.”.

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

fis-Sezzjoni A, fil-formola mudell taċ-ċertifikat żootekniku għall-kummerċ ta’ embrijuni ta’ ħnieżer ibridi għat-tnissil, fin-nota 5 f’qiegħ il-paġna, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Taħt ‘Riżultat’, agħti d-dettalji jew in-numru tal-każ li jirreferi għall-bażi tad-data fejn huma disponibbli d-dettalji.”;

(b)

fis-Sezzjoni B, fil-formola mudell taċ-ċertifikat żootekniku għall-kummerċ ta’ semen ta’ ħnieżer ibridi għat-tnissil, fin-nota 6 f’qiegħ il-paġna, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Taħt ‘Riżultat’, agħti d-dettalji jew in-numru tal-każ li jirreferi għall-bażi tad-data fejn huma disponibbli d-dettalji.”;

(c)

fis-Sezzjoni C, fil-formola mudell taċ-ċertifikat żootekniku għall-kummerċ ta’ ooċiti ta’ ħnieżer ibridi għat-tnissil, fin-nota 6 f’qiegħ il-paġna, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Taħt ‘Riżultat’, agħti d-dettalji jew in-numru tal-każ li jirreferi għall-bażi tad-data fejn huma disponibbli d-dettalji.”;

(d)

fis-Sezzjoni D, fil-formola mudell taċ-ċertifikat żootekniku għall-kummerċ ta’ embrijuni ta’ ħnieżer ibridi għat-tnissil, fin-nota 6 f’qiegħ il-paġna, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Taħt ‘Riżultat’, agħti d-dettalji jew in-numru tal-każ li jirreferi għall-bażi tad-data fejn huma disponibbli d-dettalji.”.

(3)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

fis-Sezzjoni A, fil-formola mudell taċ-ċertifikat żootekniku għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil tal-ispeċijiet bovina, porċina, ovina, kaprina u ekwina, fin-nota 5 f’qiegħ il-paġna, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Taħt ‘Riżultat’, agħti d-dettalji jew in-numru tal-każ li jirreferi għall-bażi tad-data fejn huma disponibbli d-dettalji.”;

(b)

fis-Sezzjoni B, fil-formola mudell taċ-ċertifikat żootekniku għad-dħul fl-Unjoni ta’ semen ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil, fin-nota 6 f’qiegħ il-paġna, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Taħt ‘Riżultat’, agħti d-dettalji jew in-numru tal-każ li jirreferi għall-bażi tad-data fejn huma disponibbli d-dettalji.”;

(c)

fis-Sezzjoni C, fil-formola mudell taċ-ċertifikat żootekniku għad-dħul fl-Unjoni ta’ ooċiti ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil, fin-nota 6 f’qiegħ il-paġna, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Taħt ‘Riżultat’, agħti d-dettalji jew in-numru tal-każ li jirreferi għall-bażi tad-data fejn huma disponibbli d-dettalji.”;

(d)

fis-Sezzjoni D, fil-formola mudell taċ-ċertifikat żootekniku għad-dħul fl-Unjoni tal-embrijuni ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil, fin-nota 6 f’qiegħ il-paġna, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Taħt ‘Riżultat’, agħti d-dettalji jew in-numru tal-każ li jirreferi għall-bażi tad-data fejn huma disponibbli d-dettalji.”.

(4)

L-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a)

fis-Sezzjoni A, fil-formola mudell taċ-ċertifikat żootekniku għad-dħul fl-Unjoni ta’ ħnieżer ibridi għat-tnissil, fin-nota 5 f’qiegħ il-paġna, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Taħt ‘Riżultat’, agħti d-dettalji jew in-numru tal-każ li jirreferi għall-bażi tad-data fejn huma disponibbli d-dettalji.”;

(b)

fis-Sezzjoni B, fil-formola mudell taċ-ċertifikat żootekniku għad-dħul fl-Unjoni ta’ semen ta’ ħnieżer ibridi għat-tnissil, fin-nota 6 f’qiegħ il-paġna, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Taħt ‘Riżultat’, agħti d-dettalji jew in-numru tal-każ li jirreferi għall-bażi tad-data fejn huma disponibbli d-dettalji.”;

(c)

fis-Sezzjoni C, fil-formola mudell taċ-ċertifikat żootekniku għad-dħul fl-Unjoni ta’ ooċiti ta’ ħnieżer ibridi għat-tnissil, fin-nota 6 f’qiegħ il-paġna, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Taħt ‘Riżultat’, agħti d-dettalji jew in-numru tal-każ li jirreferi għall-bażi tad-data fejn huma disponibbli d-dettalji.”;

(d)

fis-Sezzjoni D, fil-formola mudell taċ-ċertifikat żootekniku għad-dħul fl-Unjoni ta’ embrijuni ta’ ħnieżer ibridi għat-tnissil, fin-nota 6 f’qiegħ il-paġna, tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Taħt ‘Riżultat’, agħti d-dettalji jew in-numru tal-każ li jirreferi għall-bażi tad-data fejn huma disponibbli d-dettalji.”.