10.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/758

tas-7 ta’ Mejju 2021

dwar l-istatus ta’ ċerti prodotti bħala addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u dwar l-irtirar mis-suq ta’ ċerti addittivi tal-għalf

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 2(3) u 10(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u jipprevedi r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. B’mod partikolari, l-Artikolu 10(2), flimkien mal-Artikolu 10(7) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi proċeduri speċifiċi għall-evalwazzjoni mill-ġdid ta’ addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2) u d-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE (3).

(2)

L-Artikolu 10(5) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jimponi obbligu fuq il-Kummissjoni biex tadotta Regolament li jirtira mis-suq addittivi tal-għalf li għalihom ma tkun ġiet ipprovduta l-ebda notifika msemmija fl-Artikolu 10(1)(a) ta’ dak ir-Regolament f’perjodu ta’ żmien speċifikat. L-istess obbligu japplika għall-addittivi tal-għalf li għalihom ma tkun tressqet l-ebda applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 10(2) u (7) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 qabel l-iskadenza prevista f’dawk id-dispożizzjonijiet, jew li għalihom tkun tressqet applikazzjoni li wara ġiet irtirata.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li dawn l-addittivi tal-għalf jiġu rtirati mis-suq. Peress li l-Artikolu 10(5) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ma jagħmilx distinzjoni bejn l-awtorizzazzjonijiet maħruġa b’limitu ta’ żmien u l-awtorizzazzjonijiet mingħajr limitu ta’ żmien, għal raġunijiet ta’ ċarezza, jixraq li jiġi previst l-irtirar mis-suq tal-addittivi tal-għalf li l-perjodi ta’ awtorizzazzjoni limitati tagħhom skont id-Direttiva 70/524/KEE jkunu diġà skadew.

(4)

Fil-każ ta’ addittivi tal-għalf li għalihom tressqu biss applikazzjonijiet għal ċerti speċijiet ta’ annimali jew kategoriji ta’ annimali, jew ikunu ġew irtirati biss l-applikazzjonijiet għal ċerti speċijiet ta’ annimali jew kategoriji ta’ annimali, jenħtieġ li l-irtirar mis-suq jkun jikkonċerna biss l-ispeċijiet ta’ annimali u l-kategoriji ta’ annimali li għalihom ma tkun tressqet l-ebda applikazzjoni jew li għalihom l-applikazzjoni tkun ġiet irtirata.

(5)

Bħala konsegwenza tal-irtirar mis-suq tal-addittivi tal-għalf, jixraq li jitħassru d-dispożizzjonijiet li jawtorizzawhom, fejn dawn id-dispożizzjonijiet jkunu għadhom fis-seħħ. Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 358/2005 (4) jiġi emendat skont dan. Barra minn hekk, jenħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 880/2004 (5) jitħassar, peress li ż-żewġ entrati fl-Anness tiegħu jridu jitħassru bħala riżultat tal-irtirar mis-suq tal-beta-karoten biex jintuża għall-kanarini kif previst fl-Anness I, Kapitolu I.A., parti 2, u bħala riżultat tal-awtorizzazzjoni tal-kantaksantin biex jintuża għall-għasafar ornamentali fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1486 (6). Barra minn hekk, bħala konsegwenza kemm tal-awtorizzazzjoni tal-kantaksantin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1486 kif ukoll tal-irtirar mis-suq ta’ dak l-addittiv għal speċijiet u użi mhux awtorizzati permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1145 (7), huwa xieraq li jitħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 775/2008 (8) li stabbilixxa limiti massimi ta’ residwi għall-canthaxanthin.

(6)

Fir-rigward tal-addittivi tal-għalf li l-awtorizzazzjoni tagħhom ma skadietx sad-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, huwa xieraq li jingħata perjodu tranżitorju għall-partijiet interessati, li matulu l-ħażniet eżistenti tal-addittivi kkonċernati, it-taħlitiet lesti minn qabel, il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li ġew prodotti b’dawk l-addittivi jkunu jistgħu jintużaw kollha, filwaqt li titqies il-ħajja ta’ ċertu għalf fuq l-ixkaffa li fih l-addittivi inkwistjoni.

(7)

L-irtirar mis-suq tal-prodotti elenkati fl-Anness I ma jżommhomx milli jiġu awtorizzati jew soġġetti għall-miżura li tikkonċerna l-istatus tagħhom f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(8)

Għal diversi sustanzi, mikroorganiżmi jew preparazzjonijiet (imsejħa “prodotti”), hemm inċertezza dwar jekk dawn humiex addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Din l-inċertezza tista’ tirriżulta mill-inklużjoni ta’ ċerti prodotti kemm fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf imsemmi fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 kif ukoll fil-Katalgu tal-materjali tal-għalf stabbilit f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). L-inċertezza tista’ tirriżulta minn diversi dubji jew mistoqsijiet espressi mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali responsabbli għall-kontrolli uffiċjali jew mill-operaturi ekonomiċi li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti, filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari l-linji gwida stabbiliti mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/25/UE (10).

(9)

Din l-inċertezza dwar l-istatus ta’ ċerti prodotti fir-rigward tal-addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tista’ tipperikola l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-għalf fl-Unjoni, peress li d-distinzjoni bejn l-addittivi tal-għalf u prodotti oħra tal-għalf għandhom implikazzjonijiet għall-kundizzjonijiet tat-tqegħid tagħhom fis-suq, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli rilevanti.

(10)

Sabiex titnaqqas l-inċertezza rigward l-istatus ta’ ċerti prodotti bħala addittivi tal-għalf, huwa xieraq li jiġu adottati miżuri rilevanti skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003, li jiċċaraw dak l-istatus. Dawn il-miżuri jġibu konsistenza fit-trattament tal-prodotti kkonċernati u jiffaċilitaw il-ħidma tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali responsabbli għall-kontrolli uffiċjali, filwaqt li jgħinu lill-operaturi ekonomiċi interessati sabiex jaġixxu f’qafas li jipprevedi livell xieraq ta’ ċertezza tad-dritt.

(11)

Biex jiġi ddeterminat jekk il-prodotti humiex addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huwa xieraq li ssir referenza għal-linji gwida stabbiliti bir-Rakkomandazzjoni 2011/25/UE, għad-distinzjoni bejn l-addittivi tal-għalf, il-materjali tal-għalf u prodotti oħra. B’mod partikolari, dawk il-linji gwida jipprevedu diversi kriterji li għandhom jiġu kkunsidrati fl-istess waqt f’evalwazzjoni każ b’każ sabiex jinħoloq profil ta’ kull prodott speċifiku, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi kollha tiegħu. Il-kriterji utli għad-differenzjazzjoni bejn l-addittivi tal-għalf u l-materjali tal-għalf jinkludu l-metodu tal-produzzjoni u tal-ipproċessar, id-definizzjoni kimika u l-livell ta’ standardizzazzjoni jew purifikazzjoni, il-kundizzjonijiet ta’ sikurezza u tal-modalità tal-użu, il-funzjonalità tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, għall-finijiet ta’ konsistenza, prodotti bi proprjetajiet simili jenħtieġ li jiġu klassifikati b’analoġija.

(12)

Il-prodotti taċ-ċitrati tas-sodju, iċ-ċitrati tal-potassju, is-sorbitol, il-mannitol u l-idrossidu tal-kalċju huma inklużi fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodotti eżistenti li għalihom ma tressqet l-ebda applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 qabel l-iskadenza preskritta minn dik id-dispożizzjoni. Dawn ġew inklużi wkoll fil-Katalgu tal-materjali tal-għalf permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 575/2011 (11). Madankollu, l-eżami mill-ġdid tal-profil ta’ dawk il-prodotti fir-rigward tal-kriterji proposti fir-Rakkomandazzjoni 2011/25/UE wassal għall-konklużjoni li jenħtieġ li dawn jiġu kkunsidrati bħala addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. B’mod partikolari, huma ddefiniti bil-funzjonijiet speċifiċi tagħhom imsemmija fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf u l-istatus tagħhom bħala addittivi tal-għalf jippermetti li jkun hemm aktar lok għall-ġestjoni effettiva tagħhom f’termini ta’ sikurezza u ta’ modalità tal-użu. Barra minn hekk, titqies il-klassifikazzjoni tagħhom bħala addittivi għall-użu fl-ikel.

(13)

Minħabba l-istatus tal-addittivi tal-għalf tal-prodotti taċ-ċitrati tas-sodju, iċ-ċitrati tal-potassju, is-sorbitol, il-mannitol u l-idrossidu tal-kalċju, jeħtieġ li dawn jiġu rtirati mis-suq kif previst bl-Artikolu 10(5) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Madankollu, jenħtieġ li jitħalla perjodu tranżizzjonali itwal għall-irtirar mis-suq ta’ dawk l-addittivi u tal-għalf li jkun fihom dawn l-addittivi, sabiex titqies l-inċertezza tad-dritt dwar il-klassifikazzjoni tagħhom, li jippermetti lill-partijiet interessati jressqu applikazzjoni ġdida għall-awtorizzazzjoni ta’ dawk l-addittivi tal-għalf skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(14)

Il-biċċa l-kbira tal-prodotti elenkati fl-Anness II huma inklużi fil-Katalgu tal-materjali tal-għalf stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013 (12). Madankollu, huma kollha, barra minn hekk, jew elenkati fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf jew ġew irtirati mis-suq bħala addittivi skont l-Artikolu 10(5) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Sabiex tiġi provduta ċ-ċertezza tad-dritt dwar l-istatus ta’ dawk il-prodotti, il-profili rispettivi tagħhom ġew eżaminati fid-dawl tal-kriterji proposti fir-Rakkomandazzjoni 2011/25/UE, li wassal għall-konklużjoni li jenħtieġ li dawn ma jibqgħux jiġu kkunsidrati bħala addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(15)

Fir-rigward tat-tikkettar tal-prodotti elenkati fl-Anness II li għadhom permessi fis-suq bħala addittivi tal-għalf, u t-tikkettar tat-taħlitiet lesti minn qabel, ta’ materjali tal-għalf u ta’ għalf kompost li fihom dawk il-prodotti, jenħtieġ li jiġi previst perjodu tranżizzjonali biex l-operaturi ta’ negozju tal-għalf ikunu jistgħu jadattaw. Barra minn hekk, jenħtieġ li dawk il-prodotti jitħassru mir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf.

(16)

Il-prodotti ksilitol, lattat tal-ammonju u l-aċetat tal-ammonju huma inklużi fil-Katalgu tal-materjali tal-għalf stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 68/2013. Madankollu, ġew espressi xi dubji, b’mod partikolari mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali responsabbli għall-kontrolli uffiċjali dwar l-istatus legali tagħhom, li wassal għal eżami tal-profili rispettivi tagħhom abbażi tal-kriterji proposti fir-Rakkomandazzjoni 2011/25/UE. Abbażi ta’ dak l-eżami, ġie konkluż li jenħtieġ li dawk il-prodotti jkunu kkunsidrati bħala addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. B’mod partikolari, il-karatteristiċi tal-ksilitol huma simili ħafna għal dawk tal-mannitol u s-sorbitol, li huma kkunsidrati bħala addittivi tal-għalf, u l-klassifikazzjoni tal-ksilitol bħala addittiv tal-għalf, b’analoġija ġġib konsistenza fit-trattament ta’ dawk il-prodotti simili. Barra minn hekk, titqies il-klassifikazzjoni tal-ksilitol bħala addittiv għall-użu fl-ikel. Fir-rigward tal-lattat tal-ammonju u l-aċetat tal-ammonju, dawn huma sustanzi ddefiniti sew kimikament li huma ppurifikati u li jeżerċitaw funzjoni speċifika ddefinita fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 u l-istatus tagħhom tal-addittivi tal-għalf jippermetti ambitu mtejjeb għall-ġestjoni effettiva tagħhom f’termini ta’ sikurezza u ta’ modalità tal-użu. Barra minn hekk, il-klassifikazzjoni tal-lattat tal-ammonju u tal-aċetat tal-ammonju bħala addittivi tal-għalf iġġib konsistenza ma’ prodotti simili oħra meqjusa bħala addittivi tal-għalf, bħall-propjonat tal-ammonju u formjat tal-ammonju.

(17)

Bħala riżultat tal-klassifikazzjoni tal-ksilitol, tal-lattat tal-ammonju, tal-aċetat tal-ammonju bħala addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huwa xieraq li jiġi previst perjodu tranżizzjonali li jippermetti lill-partijiet interessati jadattaw għall-istatus il-ġdid ta’ dawk il-prodotti, inkluż is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, u l-ipproċessar ulterjuri tagħhom, skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(18)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Irtirar mis-suq

L-addittivi tal-għalf speċifikati fl-Anness I għandhom jiġu rtirati mis-suq fir-rigward tal-ispeċijiet jew il-kategoriji ta’ annimali kif speċifikat f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Miżuri tranżizzjonali biex l-addittivi tal-għalf jiġu rtirati mis-suq

1.   Il-ħażniet eżistenti tal-addittivi tal-għalf imsemmija f’Kapitoli I.A u I.C tal-Anness I jistgħu jkompli jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sat-30 ta’ Mejju 2022.

2.   It-taħlitiet lesti minn qabel prodotti bl-addittivi msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sat-30 ta’ Awwissu 2022.

3.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf prodotti bl-addittivi msemmija fil-paragrafu 1 jew bit-taħlitiet minn qabel imsemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sat-30 ta’ Mejju 2023.

4.   B’deroga mill-paragrafi 1, 2 u 3, l-addittivi tal-għalf taċ-ċitrati tas-sodju, iċ-ċitrati tal-potassju, is-sorbitol, il-mannitol u l-idrossidu tal-kalċju elenkati fil-Kapitolu I.A tal-Anness I, u l-għalf prodott b’dawk l-addittivi, jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sat-30 ta’ Mejju 2028.

Artikolu 3

Emenda għar-Regolament (KE) Nru 358/2005

Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 358/2005, titħassar l-entrata E 141 “Chlorophyll copper complex”.

Artikolu 4

Tħassir

Ir-Regolamenti (KE) Nru 880/2004 u (KE) Nru 775/2008 huma mħassra.

Artikolu 5

Prodotti li mhumiex ikkunsidrati bħala addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003

1.   Is-sustanzi, il-mikroorganiżmi jew il-preparazzjonijiet (imsejħa “prodotti”), stipulati fl-Anness II, mhumiex addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

2.   Il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 li huma legalment fis-suq u li huma ttikkettati bħala addittivi tal-għalf u bħala taħlitiet lesti minn qabel it-30 ta’ Mejju 2024 jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet. L-istess japplika għal prodotti tal-għalf jew għalf kompost li jirreferi għal dawk il-prodotti fit-tikketti tiegħu bħala addittivi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 767/2009.

Artikolu 6

Prodotti mhux ikkunsidrati bħala addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003

1.   Is-sustanzi, il-mikroorganiżmi jew il-preparazzjonijiet (imsejħa “prodotti”), stipulati fl-Anness III, huma addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

2.   Il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sat-30 ta’ Mejju 2028.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 82/471/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1982 li tikkonċerna ċerti prodotti użati fin-nutrizzjoni tal-annimali (ĠU L 213, 21.7.1982, p. 8).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 358/2005 tat-2 ta’ Marzu 2005 dwar l-awtorizzazzjonijiet mingħajr limitu ta’ żmien ta’ ċerti addittivi u l-awtorizzazzjoni ta’ użi ġodda għal addittivi li diġà huma awtorizzati fl-għalf (ĠU L 57, 3.3.2005, p. 3).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 880/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jawtorizza mingħajr limitu ta’ żmien l-użu ta’ beta-karoten u kantaksantin bħala addittivi f’materjali ta’ għalf li jappartjenu lill-grupp ta’ materji li jagħtu kulur inklużi pigmenti (ĠU L 162, 30.4.2004, p. 68).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1486 tat-2 ta’ Settembru 2015 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kantaksantin bħala addittiv tal-għalf għal ċerti kategoriji ta’ tjur, ħut ornamentali u għasafar ornamentali (ĠU L 229, 3.9.2015, p. 5).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1145 tat-8 ta’ Ġunju 2017 dwar l-irtirar mis-suq ta’ ċerti addittivi tal-għalf awtorizzati skont id-Direttivi tal-Kunsill 70/524/KEE u 82/471/KEE u t-tħassir ta’ dispożizzjonijiet skaduti li jawtorizzaw dawk l-addittivi tal-għalf (ĠU L 166, 29.6.2017, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 775/2008 tal-4 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi limiti massimi ta’ residwi għall-addittiv canthaxanthin b’żieda mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2003/7/KE (ĠU L 207, 5.8.2008, p. 5).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1).

(10)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/25/UE tal-14 ta’ Jannar 2011 li tistabbilixxi linji gwida għad-distinzjoni bejn il-materjali tal-għalf, l-addittivi tal-għalf, il-prodotti bijoċidali u l-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 11, 15.1.2011, p. 75).

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 575/2011 tas-16 ta’ Ġunju 2011 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf (ĠU L 159, 17.6.2011, p. 25).

(12)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013 tas-16 ta’ Jannar 2013 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf (ĠU L 29, 30.1.2013, p. 1).


ANNESS I

L-addittivi tal-għalf li jridu jiġu rtirati mis-suq, kif imsemmi fl-Artikolu 1

KAPITOLU I.A.

L-addittivi tal-għalf li kienu awtorizzati mingħajr limitu ta’ żmien

Parti 1

L-addittivi tal-għalf li jridu jiġu rtirati mis-suq għall-ispeċijiet u l-kategoriji kollha ta’ annimali

Numru ta’ Identifikazzjoni

Addittiv

Speċijiet jew kategorija ta’ annimali

Preżervattivi

E 331

Ċitrati tas-sodju

L-ispeċijiet kollha

E 332

Ċitrati tal-potassju

L-ispeċijiet kollha

E 325

Lattat tas-sodju

L-ispeċijiet kollha

E 326

Lattat tal-potassju

L-ispeċijiet kollha

Aġenti emulsjonanti u stabbilizzanti, aġenti tat-tħaxxin u ġelifikanti

E 420

Sorbitol

L-ispeċijiet kollha

E 421

Mannitol

L-ispeċijiet kollha

Leganti, antiagglomeranti u koagulanti

E 558

Bentonit-montmorillonit

L-ispeċijiet kollha

Vitamini, provitamini u sustanzi ddefiniti sew kimikament li jkollhom effett simili

 

Riboflavina jew Vitamina B2. Il-forom kollha minbarra:

Ir-riboflavina f’forma solida prodotta mill-Ashbya gossypii DSM 23096 (1) [3a825i];

Ir-riboflavina f’forma solida prodotta mill-Bacillus subtilis DSM 17339 u/jew DSM 23984 (1) [3a825ii];

Il-melħ tal-monosodju tal-ester 5’-monofosfat tar-riboflavina f’forma solida prodott wara l-fosforilazzjoni tar-riboflavina 98 % prodotta mill-Bacillus subtilis DSM 17339 u/jew DSM 23984  (1) [3a826];

Ir-Riboflavina (80 %) prodotta mill-Bacillus subtilis KCCM-10445  (2).

L-ispeċijiet kollha

E 160 a

Betakaroten. Il-forom kollha minbarra l-betakaroten awtorizzat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni ta’ Kummissjoni (UE) 2015/1103  (3) [3a160(a)]

L-ispeċijiet kollha

Addittivi tas-silaġġ

Mikroorganiżmi

 

Enterococcus faecium CNCM I-3236/ATCC 19434

L-ispeċijiet kollha

 

Bacillus subtilis MBS-BS-01

L-ispeċijiet kollha

 

Lactobacillus plantarum DSM 11520

L-ispeċijiet kollha

Sustanzi kuluranti, inklużi l-pigmenti

Sustanzi kuluranti oħra

E 153

Iswed tal-karbonju bħala sustanza kuluranti awtorizzat bir-regoli tal-Komunità biex jagħti kulur lill-oġġetti tal-ikel

L-ispeċijiet kollha

Sustanzi aromatizzanti u palatabbli

Prodotti naturali - ddefiniti b’mod botaniku

 

Allium cepa L.: Basal tal-ikel CoE 24

L-ispeċijiet kollha

 

Allium sativum L.: Estratt tat-tewm (b’bażi ta’ ilma)

L-ispeċijiet kollha

 

Amyris balsamifera L.: Żejt tal-Amyris CoE 33

L-ispeċijiet kollha

 

Anacardium occidentale L.: Żejt tal-anakardju CoE 34

L-ispeċijiet kollha

 

Anethum graveolens L.: Estratt miż-żerriegħa tax-xibt CAS 8006-75-5 CoE 42 EINECS 289-790-8

L-ispeċijiet kollha

 

Apium graveolens L.: Estratt miż-żerriegħa tal-karfus CAS 89997-35-3 FEMA 2270 CoE 52 EINECS 289-668-4

L-ispeċijiet kollha

 

Artemisia absinthium L.: Żejt tal-assenzju/erbajanka CAS 8008-93-3 FEMA 3116 CoE 61 EINECS 284-503-2

L-ispeċijiet kollha

 

Artemisia annua L.: Estratt tal-mugwort annwali (b’bażi ta’ ilma)/Żejt tal-mugwort annwali

L-ispeċijiet kollha

 

Artemisia pallens Wall.: Żejt tad-davana CAS 8016-03-3 FEMA 2359 CoE 69 EINECS 295-155-6

L-ispeċijiet kollha

 

Bacopa monnieri (L.) Pennell: Tintura tal-gratiola bil-weraq tas-sagħtar

L-ispeċijiet kollha

 

Carum carvi L. = Apium carvi L.: Estratt taż-żerriegħa tal-karwija/oleoreżina tal-Karwija CAS 8000-42-8 CoE 112 EINECS 288-921-6

L-ispeċijiet kollha

 

Cimicifuga simplex (Wormsk. ex DC.) Ledeb.

= C. racemosa (L.) Nutt.: Estratt tas-sarashina shoma

L-ispeċijiet kollha

 

Cinnamomum aromaticum Nees, C. cassia Nees ex Blume: Estratt tal-qoxra tas-siġra tal-Cassia CAS 84961-46-6 FEMA 2257 CoE 131 EINECS 284-635-0

L-ispeċijiet kollha

 

Cinnamomum zeylanicum Bl., C. verum J.S. Presl: Oleoreżina tal-qoxra tas-siġra tal-kannella CAS 84961-46-6 FEMA 2290 CoE 133 EINECS 283-479-0

L-ispeċijiet kollha

 

Citrus aurantium L.: Żejt tan-neroli bigarade CAS 8016-38-4 FEMA 2771 CoE 136 EINECS 277-143-2/Essenza assoluta tal-petitgrain bigarade CAS 8014-17-3 CoE 136 EINECS 283-881-6

L-ispeċijiet kollha

 

Citrus reticulata Blanco: Mandolin, terpeni tat-Tanġerina CoE 142

L-ispeċijiet kollha

 

Citrus x paradisi Macfad.: Żejt tal-grapefruit magħsur CAS 8016-20-4 FEMA 2530 CoE 140 EINECS 289-904-6/Estratt tal-grapefruit CoE 140

L-ispeċijiet kollha

 

Glycyrrhiza glabra L.: Estratt ta’ għud is-sus (b’bażi ta’ solvent) CAS 97676-23-8 FEMA 2628 CoE 218 EINECS 272-837-1

L-ispeċijiet kollha

 

Juniperus communis L.: Estratt tal-frotta tal-ġnibru CAS 84603-69-0 CoE 249 EINECS 283-268-3

L-ispeċijiet kollha

 

Laurus nobilis L.: Estratt tal-weraq tar-randa/oleoreżina tal-weraq tar-randa CAS 84603-73-6 FEMA 2613 CoE 255 EINECS 283-272-5

L-ispeċijiet kollha

 

Lavandula latifolia Medik.: Żejt tal-lavanda spike CoE 256

L-ispeċijiet kollha

 

Lepidium meyenii Walp.: Estratt tal-maca

L-ispeċijiet kollha

 

Leptospermum scoparium J. R. et G. Forst.: Żejt tas-siġra tat-te tal-ġummar

L-ispeċijiet kollha

 

Macleaya cordata (Willd.) R. Br.: Essenza assoluta tal-peprin tal-Plume/estratt tal-peprin tal-Plume/żejt tal-peprin tal-Plume/tintura tal-peprin tal-Plume

L-ispeċijiet kollha

 

Mallotus philippinensis (Lam.) Muell. Arg.: Estratt tal-kamala CoE 535

L-ispeċijiet kollha

 

Malpighia glabra L.: Estratt tal-aċerola

L-ispeċijiet kollha

 

Malus sylvestris Mill.: Konċentrat tat-tuffieħ CoE 386

L-ispeċijiet kollha

 

Medicago sativa L.: Tintura tal-alfalfa CoE 274

L-ispeċijiet kollha

 

Melissa officinalis L.: Żejt tal-melissa CoE 280

L-ispeċijiet kollha

 

Mentha pulegium L.: Żejt tal-plejju CAS 8013-99-8 FEMA 2839 CoE 283 EINECS 290-061-1

L-ispeċijiet kollha

 

Myristica fragrans Houtt.: Żejt tal-mace CAS 8007-12-3 FEMA 2653 CoE 296 EINECS 282-013-3/Oleoreżina tan-noċemuskata CAS 8408268-8 CoE 296 EINECS 282-013-3

L-ispeċijiet kollha

 

Myroxylon balsamum (L.) Harms: Estratt tal-balzmu tat-tolu (b’bażi ta’ solvent) CAS 9000-64-0 FEMA 3069 CoE 297 EINECS 232-550-4

L-ispeċijiet kollha

 

Myroxylon balsamum (L.) Harms var. Pereirae: Estratt tal-balzmu tal-peru (b’bażi ta’ solvent) CAS 8007-00-9 FEMA 2117, 2116 CoE 298 EINECS 232-352-8

L-ispeċijiet kollha

 

Ocimum basilicum L.: Żejt tal-ħabaq CAS 801573-4 FEMA 2119 CoE 308 EINECS 283-900-8

L-ispeċijiet kollha

 

Opopanax chironium (L.) Koch, Commiphora erythrea Engler: Żejt tal-opoponax CAS 8021- 36-1 CoE 313 EINECS 232-558-8

L-ispeċijiet kollha

 

Passiflora edulis Sims. = P. incarnata L.: Estratt tal-frotta tal-fjura tal-passjoni (b’bażi ta’ ilma) CoE 321

L-ispeċijiet kollha

 

Pelargonium asperum Her. ex Spreng.: Żejt tal-ġeranju

L-ispeċijiet kollha

 

Peumus boldus Mol.: Estratt tal-boldu CoE 328/Tintura tal-boldu CoE 328

L-ispeċijiet kollha

 

Pinus pinaster Soland.: Żejt tal-arżnu

L-ispeċijiet kollha

 

Pimenta racemosa (Mill.) J.W.Moore: Żejt tar-randa CAS 8006-78-8 CoE 334

L-ispeċijiet kollha

 

Piper methysticum G. Forst.: Tintura tal-kawa-kawa

L-ispeċijiet kollha

 

Quillaja saponaria Molina: Estratt tal-Quillaia (b’bażi ta’ solvent) CoE 391/Konċentrat tal-Quillaia

L-ispeċijiet kollha

 

Ribes nigrum L.: Estratt tar-ribes CoE 399

L-ispeċijiet kollha

 

Satureja hortensis L.: Żejt tas-savory summer CAS 8016-68-0 FEMA 3013 CoE 425 EINECS 283-922-8

L-ispeċijiet kollha

 

Sophora japonica L.: Żejt tas-siġra tal-pagoda

L-ispeċijiet kollha

 

Styrax benzoin Dryand., S. tonkinensis (Pierre) Craib ex Hartwich: Reżinojd tal-benżoin CAS 9000 -05-9 FEMA 2133 CoE 439 EINECS 232-523-7

L-ispeċijiet kollha

 

Tagetes erecta L., T. glandulifera Schrank., T. minuta L. e.a.: Żejt tat-tagetes CAS 8016- 84-0 FEMA 3040 CoE 443/494 EINECS 294-862-7

L-ispeċijiet kollha

 

Thea sinensis L. = Camellia thea Link. = Camellia sinensis (L.) O. Kuntze: Tintura tat-te CoE 451

L-ispeċijiet kollha

 

Uncaria tomentosa L. = Ourouparia guianensis Aubl.: Estratt tad-difer tal-qattus

L-ispeċijiet kollha

 

Valeriana officinalis L.: Tintura tal-għerq tal-valerjana CoE 473

L-ispeċijiet kollha

 

Vetiveria zizanoides (L.) Nash.: Żejt tal-vetiver CAS 8016-96-4 CoE 479 EINECS 282-490-8

L-ispeċijiet kollha

 

Vitis vinifera L.: Żejt tal-cognac aħdar CAS 8016-21-5 FEMA 2331 CoE 485 EINECS 232-403-4/Żejt tal-cognac abjad CAS 801621-5 FEMA 2332 CoE 485 EINECS 232-403-4

L-ispeċijiet kollha

 

Vitis vinifera L.: Estratt taż-żerriegħa tal-għeneb CoE 485

L-ispeċijiet kollha

 

Yucca mohavensis Sarg. = Y. schidigera Roezl ex Ortgies: Estratt tal-yucca mojave (b’bażi ta’ solvent) CAS 90147-57-2 FEMA 3121 EINECS 290-449-0/konċentrat tal-Yucca/residwu tal-Yucca

L-ispeċijiet kollha

 

Zingiber officinale Rosc.: Estratt tal-ġinġer CAS 84696-15-1 FEMA 2521 CoE 489 EINECS 283-634-2

L-ispeċijiet kollha

Prodotti naturali u prodotti sintetiċi korrispondenti

 

Nru tal-CAS 1128 -08-1/3-Metil-2-pentilciklopent-2-en-1-one/Nru. tal-Flavis 07.140

L-ispeċijiet kollha

 

Nru. tal-CAS 352195-40-5/Disodju Inożina-5-Mono-fosfat (IMP)

L-ispeċijiet kollha

Parti 2

L-addittivi tal-għalf li jridu jiġu rtirati mis-suq għal ċerti speċijiet u kategoriji ta’ annimali

Numru ta’ Identifikazzjoni

Addittiv

Speċijiet u kategorija ta’ annimali

Mikroelementi

E 7

Molibdenu — Mo, Molibdat tas-sodju

L-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali kollha minbarra n-nagħaġ

Regolaturi tal-aċidità

E 503 (i)

Karbonat tal-ammonju

Qtates; Klieb

E 503 (ii)

Karbonat tal-idroġenu tal-ammonju

Qtates; Klieb

E 525

Idrossidu tal-potassju

Qtates; Klieb

E 526

Idrossidu tal-kalċju

Qtates; Klieb

Sustanzi kuluranti, inklużi l-pigmenti

Karotenojde u ksantofilli

E 160 a

Betakaroten

Kanarji

Sustanzi kuluranti oħra

E 141

Klorofilla tar-ram kumpless bħala sustanza kuluranti awtorizzat bir-regoli tal-Komunità biex jagħti kulur lill-oġġetti tal-ikel

L-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali kollha minbarra klieb u qtates

E 141

Klorofilla tar-ram kumpless bħala sustanza kuluranti

[grupp funzjonali 2 a (iii)]

Għasafar ornamentali li jieklu l-ħbub; Rodituri żgħar; Ħut ornamentali

E 153

Iswed tal-karbonju bħala sustanza kuluranti

[grupp funzjonali 2 a (iii)]

Ħut ornamentali

E 172

Ossidu tal-ħadid Aħmar, Iswed & Isfar bħala sustanza kuluranti awtorizzat bir-regoli tal-Komunità biex jagħti kulur lill-oġġetti tal-ikel

Żwiemel

Sustanzi aromatizzanti u palatabbli

Prodotti naturali - ddefiniti b’mod botaniku

 

Helianthus annuus L.: Estratt tal-ġirasol

Qtates; Klieb

 

Hyssopus officinalis L. = H. decumbens Jord. & Fourr.: Żejt tal-Hyssop CAS 8006-83-5 FEMA 2591 CoE 235 EINECS 283-266-3

Qtates; Klieb

 

Sus scrofa (estratt mill-glandoli pankreatiċi tal-ħnieżer bix-xaħam imneħħi)

Qtates u klieb u annimali domestiċi karnivori u omnivori oħra bħall-inmsa

Aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom

3.2.7.

Taħlitiet ta:

(a)

Monoidroklorur tal-L-liżina, teknikament pur u,

(b)

DL-metijonina, teknikament pura

protett bil-kopolimeru vinil-piridina/stiren

Baqar tal-ħalib

KAPITOLU I.B.

Addittivi tal-għalf li kienu awtorizzati għal perjodu limitat

Numru ta’ Identifikazzjoni

Addittiv

Speċijiet jew kategorija ta’ annimali

Koċċidjostatiċi u sustanzi mediċinali oħra

E 758

Kloridrat tar-robenidina 66 g/kg (detentur tal-awtorizzazzjoni Zoetis Belġju SA)

Dundjani

E 770

Maduramiċina tal-ammonju alfa 1 g/100 g (detentur tal-awtorizzazzjoni Zoetis Belġju SA)

Dundjani

KAPITOLU I.C.

Addittivi tal-għalf li għalihom ma ġietx ippreżentata notifika msemmija fl-Artikolu 10(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003

Numru ta’ Identifikazzjoni

Addittiv

Speċijiet jew kategorija ta’ annimali

Aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom

3.2.6.

L-liżina fosfat u l-prodotti sekondarji tagħha prodotti b’fermentazzjoni mal-Brevibacterium lactofermentum NRRL B-11470

Tjur tat-trobbija; Ħnieżer


(1)  Dawk il-forom tar-riboflavina ġew awtorizzati bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/901 tad-29 ta’ Mejju 2019 dwar l-awtorizzazzjoni tar-riboflavina prodotta mill-Ashbya gossypii (DSM 23096), ir-riboflavina prodotta mill-Bacillus subtilis (DSM 17339 u/jew DSM 23984) u r-riboflavina-5’-fosfat melħ tas-sodju prodotta mill-Bacillus subtilis (DSM 17339 u/jew DSM 23984) (sorsi ta’ vitamina B2) bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 144, 3.6.2019, p. 41).

(2)  Din il-forma ta’ riboflavina kienet soġġetta għaċ-ċaħda ta’ awtorizzazzjoni bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1254 tad-19 ta’ Settembru 2018 dwar iċ-ċaħda ta’ awtorizzazzjoni tar-riboflavina (80 %) prodotta mill-Bacillus subtilis KCCM-10445 bħala addittiv tal-għalf li jappartjeni għall-grupp funzjonali ta’ vitamini, provitamini u sustanzi ddefiniti sew kimikament li jkollhom effett simili (ĠU L 237, 20.9.2018, p. 5).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1103 tat-8 ta’ Lulju 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-beta-karotene bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 181, 9.7.2015, p. 57).


ANNESS II

Prodotti li mhumiex addittivi tal-għalf fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)

1.   

Dqiq taż-żerriegħa tat-tamarind

2.   

Diidroġenuortofosfat tal-potassju

3.   

Idroġenuortofosfat dipotassiku

4.   

Ortofosfat tripotassiku

5.   

Diidroġenuortofosfat tal-ammonju

6.   

Idroġenuortofosfat diammoniku

7.   

Diidroġenudifosfat disodiku

8.   

Difosfat tetrapotassiku

9.   

Trifosfat pentapotassiku

10.   

Seskwikarbonat tas-sodju

11.   

Idroġenukarbonat tal-potassju

12.   

Ossidu tal-kalċju

13.   

Esteri tas-sukrożju tal-aċidi xaħmin (esteri tas-sukrożju u aċidi xaħmin li jittieklu)

14.   

Sukrogliċeridi (taħlita ta’ esteri tas-sukrożju u mono u digliċeridi tal-aċidi xaħmin li jittieklu)

15.   

Esteri tal-poligliċerol tal-aċidi xaħmin li jittieklu mhux polimerizzati

16.   

Mono-esteri tal-propan-1,2-diol (propilenglikol) u aċidi xaħmin li jittieklu, waħedhom jew f’taħlitiet ma’ diesteri

17.   

Merluccius capensis, Galeorhinus australis e.a.,/Qarquċa


ANNESS III

Prodotti li huma addittivi tal-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1)

1.   

Ksilitol

2.   

Lattat tal-ammonju

3.   

Aċetat tal-ammonju