19.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/63 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/633
tal-14 ta’ April 2021
li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (li minn hawn ’il quddiem issir referenza għalih bħala “r-Regolament bażiku”) u, b’mod partikolari, l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. L-investigazzjonijiet preċedenti u l-miżuri fis-seħħ
(1) |
Wara investigazzjoni anti-dumping (“l-investigazzjoni oriġinali, iċ-Ċina”), il-Kunsill impona, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1187/2008 (2), dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju (“MSG”) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ” jew “iċ-Ċina”). |
(2) |
F’Jannar 2015, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/83 (3), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-MSG li joriġina miċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku (“rieżami ta’ skadenza preċedenti”). |
(3) |
F’Jannar 2015, permezz tar-Regolament (UE) 2015/84 (4), il-Kummissjoni imponiet dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-MSG li joriġina mill-Indoneżja (“l-investigazzjoni oriġinali, l-Indoneżja”). |
(4) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping li huma fis-seħħ bħalissa jvarjaw bejn 33,8 % u 36,5 % fuq l-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi li kkooperaw fl-investigazzjoni oriġinali, u 39,7 % fuq l-importazzjonijiet mill-kumpaniji l-oħrajn kollha fiċ-Ċina. Fir-rigward tal-Indoneżja, ir-rati tad-dazju anti-dumping li huma fis-seħħ bħalissa jvarjaw bejn 7,2 % u 13,3 % fuq l-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi li kkooperaw fl-investigazzjoni oriġinali, l-Indoneżja, u 28,4 % fuq l-importazzjonijiet mill-kumpaniji l-oħrajn kollha fl-Indoneżja. |
1.2. Talba għal rieżami ta’ skadenza
(5) |
Wara l-pubblikazzjoni ta’ żewġ avviżi ta’ skadenza imminenti (5), il-Kummissjoni rċeviet żewġ talbiet għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. |
(6) |
Iż-żewġ talbiet ġew ippreżentati fil-21 ta’ Ottubru 2019 minn Ajinomoto Foods Europe S.A.S. (“AFE” jew “l-applikant”), li jirrappreżenta 100 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-MSG. It-talbiet kienu bbażati fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tirriżulta fil-kontinwazzjoni u fir-rikorrenza ta’ dumping u fil-kontinwazzjoni jew fir-rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni (6). |
1.3. Il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza
(7) |
Billi ddeterminat, wara li kkonsultat mal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, fil-21 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni bdiet rieżami ta’ skadenza fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-MSG li joriġina mir-RPĊ u mill-Indoneżja (“il-pajjiżi kkonċernati”) abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (7) (“in-Notifika ta’ Bidu”). |
1.4. Investigazzjoni anti-ċirkomvenzjoni parallela
(8) |
Fid-19 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni, skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku, dwar iċ-ċirkomvenzjoni possibbli tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-MSG li joriġina mir-RPĊ, u għamlet dawn l-importazzjonijiet soġġetti għal reġistrazzjoni (8). Il-bidu tal-investigazzjoni segwa talba ppreżentata minn Ajinomoto Foods Europe S.A.S., il-kumpanija li hija wkoll l-applikant tar-rieżamijiet ta’ skadenza attwali. Il-prodott li qed jiġi investigat għal ċirkomvenzjoni possibbli kien l-MSG f’taħlita jew f’soluzzjoni, li fih 50 % jew aktar ta’ MSG f’piż xott. |
(9) |
L-investigazzjoni kkonkludiet li l-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet tal-MSG li joriġina mir-RPĊ ġew evitati mill-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat. Permezz tar-Regolament (UE) 2020/1427, (9) il-Kummissjoni estendiet il-miżuri fis-seħħ għall-importazzjonijiet tal-MSG f’taħlita jew f’soluzzjoni, li fihom 50 % jew aktar f’piż xott ta’ MSG li joriġina mir-RPĊ. |
1.5. Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni
(10) |
L-investigazzjoni tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza ta’ dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2019 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami” jew “PIR”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-aħħar tal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”) (10). |
1.6. Partijiet interessati
(11) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għarrfet speċifikament lill-applikant, lill-produtturi magħrufa tal-MSG fiċ-Ċina u fl-Indoneżja u lill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati, lill-importaturi magħrufa u lill-utenti dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw. |
(12) |
Il-partijiet interessati kellhom opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali. |
1.6.1. Kampjunar
(13) |
Fid-dawl tal-għadd kbir apparenti ta’ produtturi fil-pajjiżi kkonċernati u ta’ importaturi mhux relatati fl-Unjoni, il-Kummissjoni ddikjarat fin-Notifika ta’ Bidu li hija tista’ tieħu kampjun tal-produtturi u tal-importaturi mhux relatati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
1.6.1.1. Kampjunar tal-produtturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fl-Indoneżja
(14) |
Sabiex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ kampjunar u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi kollha fiċ-Ċina u fl-Indoneżja jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjonijiet tar-RPĊ u tal-Indoneżja fl-Unjoni Ewropea jidentifikaw u/jew jikkuntattjaw lil produtturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati jieħdu sehem fl-investigazzjoni. |
(15) |
Żewġ produtturi esportaturi fir-RPĊ ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni stiednet lil dawn il-kumpaniji jieħdu sehem fl-investigazzjoni u bagħtitilhom kwestjonarju. Fid-dawl tan-numru baxx, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma kienx meħtieġ kampjunar u għarrfet lill-partijiet interessati kollha permezz ta’ Nota għall-fajl. |
(16) |
Il-Kummissjoni nnotifikat lill-Missjoni tar-RPĊ li minħabba l-kooperazzjoni insuffiċjenti minn dawn iż-żewġ produtturi esportaturi fir-RPĊ, hija kellha l-intenzjoni tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u, għalhekk tibbaża s-sejbiet tagħha dwar il-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza ta’ dumping u ta’ dannu fir-rigward tar-RPĊ fuq il-fatti disponibbli. Ma wasal l-ebda kumment b’risposta għal din in-notifika. |
(17) |
Ma ppreżenta ruħu l-ebda produttur esportatur fl-Indoneżja. Madankollu, grupp wieħed ta’ kumpaniji fl-Indoneżja li jipproduċu u jbigħu l-MSG fis-suq domestiku tal-Indoneżja (“grupp ta’ produtturi Indoneżjani li kkooperaw”) issottometta l-formoli tal-kampjunar. Dawn il-kumpaniji ma kinux qed jesportaw il-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lil dawn il-kumpaniji jieħdu sehem fl-investigazzjoni u bagħtitilhom kwestjonarju. |
(18) |
Il-Kummissjoni nnotifikat lill-Missjoni tal-Indoneżja li minħabba l-kooperazzjoni insuffiċjenti mill-produtturi esportaturi/produtturi fl-Indoneżja, hija kellha l-intenzjoni li tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u, għalhekk tibbaża s-sejbiet tagħha dwar il-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza ta’ dumping u ta’ dannu fir-rigward tal-produtturi esportaturi/produtturi fl-Indoneżja fuq il-fatti disponibbli. Ma wasal l-ebda kumment b’risposta għal din in-notifika. |
1.6.1.2. Kampjunar tal-importaturi
(19) |
Sabiex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ kampjunar u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni stiednet lil importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. |
(20) |
Erba’ importaturi mhux relatati pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ u li tinvestiga l-importaturi mhux relatati kollha li ppreżentaw ruħhom. L-erbgħa importaturi mhux relatati kollha kkooperaw bis-sħiħ billi ppreżentaw tweġiba kompleta għall-kwestjonarju. |
1.6.2. Tweġibiet għall-kwestjonarju
(21) |
Waslu tweġibiet kompleti għall-kwestjonarju mill-grupp ta’ produtturi tal-MSG Indoneżjani li kkooperaw, mill-uniku produttur tal-Unjoni u minn erba’ importaturi mhux relatati. |
(22) |
Il-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi/produtturi kollha fir-RPĊ li ppreżentaw ruħhom u pprovdew l-informazzjoni mitluba dwar il-kampjunar biex jimlew il-kwestjonarju għall-produtturi esportaturi. Fil-bidu, kopja tal-kwestjonarju tpoġġiet għad-dispożizzjoni fis-sit web tad-DĠ Kummerċ. |
(23) |
Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mingħand produtturi esportaturi/produtturi fir-RPĊ. Kif imsemmi hawn fuq fil-premessi (15) u (16), il-Kummissjoni nnotifikat liż-żewġ produtturi esportaturi/produtturi fir-RPĊ li ppreżentaw ruħhom inizjalment li hija kellha l-intenzjoni li tapplika l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u, għalhekk, tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli li jistgħu jkunu inqas favorevoli għall-parti kkonċernata. Ma wasal l-ebda kumment. |
(24) |
Għalhekk, ma kien hemm l-ebda kooperazzjoni minn produtturi esportaturi/produtturi la fir-RPĊ u lanqas fl-Indoneżja. Madankollu, kif imsemmi fil-premessa (17), kien hemm grupp wieħed ta’ kumpaniji fl-Indoneżja li jipproduċu u jbigħu l-MSG fis-suq domestiku tal-Indoneżja, iżda li ma jesportawx lejn l-Unjoni, li kkoopera. |
1.6.3. Verifika
(25) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa bħala meħtieġa għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u dannu u tal-interess tal-Unjoni. Madankollu, minħabba t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri konsegwenti li ttieħdu biex tiġi indirizzata t-tifqigħa (“in-Notifika tal-COVID-19”) (11), il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq żjarat ta’ verifika fil-bini tal-kumpaniji kollha. Minflok, il-Kummissjoni wettqet kontroverifiki mill-bogħod (“RCCs”) tal-informazzjoni pprovduta mill-kumpaniji li ġejjin permezz ta’ vidjokonferenza:
|
2. IL-PRODOTT TAĦT RIEŻAMI U PRODOTT SIMILI
2.1. Il-prodott taħt rieżami
(26) |
Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huwa l-istess bħal dak kopert mill-investigazzjonijiet preċedenti msemmija fil-premessi minn (1) sa (4), jiġifieri l-glutamat tal-monosodju li joriġina mir-RPĊ u mill-Indoneżja, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2922 42 00 (il-kodiċi TARIC 2922420010) (“il-prodott taħt rieżami”). L-MSG huwa addittiv tal-ikel u jintuża prinċipalment biex itejjeb it-togħma f’sopop, brodijiet, platti ta’ ħut u laħam, taħlitiet ta’ ħwawar u ikel lest biex jittiekel. Huwa jiġi prodott fil-forma ta’ kristalli bojod u mingħajr riħa ta’ daqsijiet varji. L-MSG jintuża wkoll fl-industrija kimika għal applikazzjonijiet mhux tal-ikel bħal deterġenti. |
(27) |
Huwa jiġi prodott prinċipalment permezz ta’ fermentazzjoni ta’ diversi sorsi taz-zokkor (lamtu tal-qamħirrum, lamtu tat-tapjoka, xropp taz-zokkor, melassa tal-kannamieli u melassa tal-pitravi taz-zokkor). |
2.2. Prodott simili
(28) |
Kif ġie stabbilit fl-investigazzjonijiet preċedenti msemmija fil-premessi minn (1) sa (4), din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza kkonfermat li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi, kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
(29) |
Għalhekk, dawn il-prodotti jitqiesu bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. IL-PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW TA’ RIKORRENZA TA’ DUMPING
3.1. Rimarki preliminari
(30) |
Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping mir-RPĊ u/jew mill-Indoneżja. |
3.1.1. Ir-RPĊ
(31) |
L-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi/produtturi Ċiniżi ma kkoopera fl-investigazzjoni. Huma naqsu milli jippreżentaw informazzjoni jew jipprovdu evidenza ta’ sostenn rigward l-allegati distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Bl-istess mod, kif imsemmi fil-premessa (23), l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi fiċ-Ċina ma ppreżenta tweġiba għall-kwestjonarju. |
(32) |
Il-GTĊ ma pprovda l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju u lanqas ma indirizza l-evidenza fil-fajl tal-każ ipprovdut mill-applikant, inkluż id-“Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ” (“ir-Rapport”) (12). |
(33) |
Konsegwentement, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, is-sejbiet b’rabta mal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping stabbiliti fil-premessi minn (36) sa (135) kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari, l-informazzjoni fit-talba għar-rieżami ta’ skadenza u l-istatistika disponibbli, jiġifieri dawk mill-Eurostat u mill-Atlas tal-Kummerċ Globali (“GTA”). |
3.1.2. L-Indoneżja
(34) |
Kif issemma fil-premessa (17), l-ebda produttur esportatur fl-Indoneżja ma kkoopera fl-investigazzjoni. Madankollu, grupp ta’ produtturi Indoneżjani li jbigħu fis-suq domestiku u swieq oħra ta’ pajjiżi terzi kkooperaw. |
(35) |
Konsegwentement, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, is-sejbiet b’rabta mal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping stabbiliti fil-premessi minn (137) sa (144) kienu bbażati fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari, l-informazzjoni fit-talba għar-rieżami ta’ skadenza, l-istatistika disponibbli, jiġifieri l-Eurostat u l-GTA, kif ukoll, kif spjegat fil-premessa (21), id-data ppreżentata mill-grupp ta’ produtturi Indoneżjani li kkooperaw. |
3.2. Kontinwazzjoni tad-dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami
3.2.1. Ir-RPĊ
(36) |
Għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, id-data statistika mill-Eurostat turi li ġew importati 3 500 tunnellata ta’ MSG mir-RPĊ, li jirrappreżentaw [4 – 7] % tas-sehem mis-suq fl-Unjoni (13). Il-Kummissjoni kkonkludiet li tali volum ta’ importazzjonijiet huwa rappreżentattiv biżżejjed biex jiġi eżaminat jekk id-dumping kompliex matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
3.2.2. Il-proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġina mir-RPĊ.
(37) |
Minħabba l-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li għandha t-tendenza li turi, fir-rigward tar-RPĊ, l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
(38) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-Gvern taċ-Ċina (“GTĊ”). Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mingħand il-GTĊ u ma waslet l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku sad-data tal-għeluq. |
(39) |
Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, it-Tajlandja ġiet proviżjonament magħżula bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku għall-iskop li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew ta’ punti ta’ riferiment mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li kienet se teżamina pajjiżi rappreżentattivi potenzjalment xierqa oħrajn skont il-kriterji stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-punt 2(6a)(a), tar-Regolament bażiku. |
(40) |
Fil-21 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni informat permezz ta’ nota (“l-ewwel nota dwar il-fatturi tal-produzzjoni”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kellha l-intenzjoni li tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali jekk l-applikazzjoni tal-metodoloġija skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tiġi kkonfermata. F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni, bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-MSG. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla ta’ prezzijiet jew punti ta’ riferiment mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni esprimiet l-intenzjoni tagħha li tagħżel it-Tajlandja jew il-Malasja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u rċeviet kummenti mingħand l-applikant biss. Dan appoġġja l-għażla tat-Tajlandja, minħabba l-għadd akbar ta’ kumpaniji b’data disponibbli għall-pubbliku f’dan il-pajjiż. Fil-kummenti tiegħu, l-applikant talab ukoll li jenħtieġ li tittieħed medja tad-data tal-kumpaniji xierqa biex tiġi pprovduta bażi aħjar u aktar soda għad-determinazzjonijiet tal-Kummissjoni, meta mqabbla mal-użu ta’ data bbażata fuq informazzjoni għal kumpanija waħda. |
(41) |
Fit-8 ta’ April 2020, il-Kummissjoni għarrfet permezz tat-tieni nota (“it-tieni nota dwar il-fatturi tal-produzzjoni”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kellha l-intenzjoni li tuża għad-determinazzjoni tal-valur normali, bit-Tajlandja bħala l-pajjiż rappreżentattiv jekk l-applikazzjoni tal-metodoloġija skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tiġi kkonfermata. Hija għarrfet ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u l-profitti abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-ħames kumpaniji li ġejjin, li huma produtturi tal-MSG fil-pajjiż rappreżentattiv:
|
(42) |
Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u hija rċeviet kummenti biss mingħand importatur wieħed, li appoġġja l-għażla tat-Tajlandja bħala l-pajjiż rappreżentattiv. |
3.2.2.1. Il-valur normali
(43) |
Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “[i]l-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”. |
(44) |
Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “[ f]il-każ li jiġi determinat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” (“kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali” minn hawn ’il quddiem issir referenza għalihom bħala “SG&A”). |
(45) |
Kif spjegat aktar fil-premessi (46) u (107), il-Kummissjoni kkonkludiet fl-investigazzjoni preżenti li, abbażi tal-evidenza disponibbli u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-GTĊ u tal-produtturi esportaturi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa. |
3.2.3. L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti
3.2.3.1. Introduzzjoni
(46) |
L-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku jiddefinixxi distorsjonijiet sinifikanti bħala “dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta prezzijiet jew kostijiet irrapportati, inklużi l-kostijiet ta’ materji primi u tal-enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Meta tkun ivvalutata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, inter alia, lill-impatt potenzjali ta’ element wieħed jew aktar mis-segwenti:
|
(47) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) għandha tqis, fost l-oħrajn, il-lista mhux eżawrjenti ta’ elementi fid-dispożizzjoni preċedenti. Skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku, fil-valutazzjoni tal-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, għandhom jitqiesu l-impatt potenzjali ta’ wieħed jew aktar minn dawn l-elementi fuq il-prezzijiet u l-kostijiet fil-pajjiż esportatur tal-prodott taħt rieżami. Tabilħaqq, billi dik il-lista mhijiex kumulattiva, mhux l-elementi kollha jeħtieġ li jitqiesu għal sejba ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, l-istess ċirkostanzi fattwali jistgħu jintużaw biex tintwera l-eżistenza ta’ wieħed jew aktar mill-elementi tal-lista. Madankollu, kwalunkwe konklużjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) trid issir abbażi tal-evidenza kollha disponibbli. Il-valutazzjoni kumplessiva dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tista’ tqis ukoll il-kuntest ġenerali u s-sitwazzjoni fil-pajjiż esportatur, b’mod partikolari fejn l-elementi fundamentali tal-istruttura ekonomika u amministrattiva tal-pajjiż esportatur jipprovdu lill-gvern b’setgħat sostanzjali biex jintervjeni fl-ekonomija b’tali mod li l-prezzijiet u l-kostijiet ma jkunux ir-riżultat tal-iżvilupp ħieles tal-forzi tas-suq. |
(48) |
L-Artikolu 2(6a)(ċ) tar-Regolament bażiku jistabbilixxi li “[ f]ejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet fondati sew tal-eżistenza potenzjali ta’ distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f’ċertu pajjiż jew f’ċertu settur f’dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f’dak il-pajjiż jew is-settur”. |
(49) |
Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni ħarġet rapport tal-pajjiż dwar iċ-Ċina (ara n-nota 12 f’qiegħ il-paġna), li juri l-eżistenza ta’ intervent sostanzjali tal-gvern f’ħafna livelli tal-ekonomija, inklużi distorsjonijiet speċifiċi f’ħafna fatturi ewlenin tal-produzzjoni (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u l-manodopera), kif ukoll f’setturi speċifiċi (bħal dawk tas-sustanzi kimiċi jew tal-ipproċessar tal-qamħirrum). Ir-Rapport tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu. Il-partijiet interessati ġew mistiedna jirribattu, jikkummentaw jew jissupplimentaw l-evidenza li tinsab fil-fajl tal-investigazzjoni fil-mument tal-bidu, li minnu r-Rapport kien parti integrali. Ma wasal l-ebda kumment |
(50) |
It-talba għal rieżami pprovdiet evidenza addizzjonali dwar distorsjonijiet sinifikanti fis-settur tal-MSG skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b), li tikkomplementa r-Rapport. L-applikant ipprovda evidenza li turi li l-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott taħt rieżami huma affettwati (mill-inqas potenzjalment) mid-distorsjonijiet imsemmija fir-Rapport, b’mod partikolari minn livelli għoljin ta’ interferenza mill-Istat fil-katina tal-valur tal-MSG, jiġifieri fis-settur tal-MSG u fis-setturi relatati mal-produzzjoni tal-MSG, b’mod partikolari fis-setturi tal-input u fir-rigward tal-fatturi tal-produzzjoni. |
(51) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fir-Rapport, li tistrieħ fuq sorsi disponibbli għall-pubbliku, b’mod partikolari fuq il-leġiżlazzjoni Ċiniża, dokumenti uffiċjali ppubblikati rigward il-politika Ċiniża, rapporti ppubblikati minn organizzazzjonijiet internazzjonali u studji/artikli minn akkademiċi rinomati, speċifikament identifikati fir-Rapport. Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija tiegħu b’mod ġenerali, iżda wkoll is-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott taħt rieżami. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ. |
(52) |
Kif speċifikat fil-premessa (32), il-GTĊ ma pprovda l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju. Kif imsemmi fil-premessa (23), lanqas ħadd mill-produtturi esportaturi/produtturi fiċ-Ċina ma kkoopera. Barra minn hekk, l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi/produtturi fiċ-Ċina li ngħataw l-istatus ta’ parti interessata ma pprovda xi evidenza li tappoġġja jew tirribatti l-evidenza eżistenti fil-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport, u l-evidenza addizzjonali pprovduta mill-applikant fit-talba għal rieżami dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni. |
3.2.3.2. Distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ
(53) |
Is-sistema ekonomika Ċiniża hija bbażata fuq il-kunċett ta’ “ekonomija tas-suq soċjalista”. Dak il-kunċett huwa minqux fil-Kostituzzjoni Ċiniża u jiddetermina l-governanza ekonomika tar-RPĊ. Il-prinċipju ewlieni huwa s-“sjieda pubblika soċjalista tal-mezzi tal-produzzjoni, jiġifieri s-sjieda min-nies kollha u s-sjieda kollettiva mill-persuni li jaħdmu”. L-ekonomija tal-Istat hija “l-forza mexxejja tal-ekonomija nazzjonali” u l-Istat għandu l-mandat “li jiżgura l-konsolidazzjoni u t-tkabbir tagħha” (14). Konsegwentement, l-istruttura ġenerali tal-ekonomija Ċiniża mhux biss tippermetti interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija, iżda titlob b’mod espliċitu tali interventi. Il-kunċett tas-supremazija tas-sjieda pubblika fuq dik privata huwa mifrux fis-sistema ġuridika kollha u huwa enfasizzat bħala prinċipju ġenerali fl-atti leġiżlattivi prinċipali kollha. Il-liġi Ċiniża dwar il-proprjetà hija eżempju ewlieni: hija tirreferi għall-istadju primarju tas-soċjaliżmu u tafda lill-Istat bil-ħarsien tas-sistema ekonomika bażika li fiha s-sjieda pubblika għandha rwol dominanti. Forom oħrajn ta’ sjieda huma tollerati, bil-liġi tippermettilhom jiżviluppaw flimkien mas-sjieda tal-Istat (15). |
(54) |
Barra minn hekk, skont il-liġi Ċiniża, l-ekonomija tas-suq soċjalista hija żviluppata taħt it-tmexxija tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”). L-istrutturi tal-Istat Ċiniż u tas-CCP huma marbuta ma’ xulxin f’kull livell (legali, istituzzjonali, personali), u jifformaw sovrastruttura li fiha ma hemmx distinzjoni bejn ir-rwoli tas-CCP u tal-Istat. Wara emenda tal-Kostituzzjoni Ċiniża f’Marzu 2018, ir-rwol ewlieni tas-CCP ingħata prominenza saħansitra akbar billi ġie affermat mill-ġdid fit-test tal-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni. Wara l-ewwel sentenza diġà eżistenti tad-dispożizzjoni: “[i]s-sistema soċjalista hija s-sistema bażika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”, iddaħħlet it-tieni sentenza ġdida li tgħid: “[il-]karatteristika li tiddefinixxi s-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi hija t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina .” (16) Dan juri l-kontroll mhux ikkontestat u dejjem jikber tas-CCP fuq is-sistema ekonomika tar-RPĊ. Dawn it-tmexxija u l-kontroll huma inerenti għas-sistema Ċiniża u jmorru ferm lil hinn mis-sitwazzjoni abitwali f’pajjiżi oħrajn fejn il-gvernijiet jeżerċitaw kontroll makroekonomiku ġenerali li fil-limiti tiegħu joperaw il-forzi tas-suq ħieles. |
(55) |
L-Istat Ċiniż jimplimenta politika ekonomika intervenzjonista biex jilħaq l-għanijiet tiegħu, li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mis-CCP, minflok ma jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles (17). L-għodod ekonomiċi intervenzjonisti li jintużaw mill-awtoritajiet Ċiniżi huma bosta, inklużi s-sistema tal-ippjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll il-livell tal-ambjent regolatorju. |
(56) |
L-ewwel nett, fil-livell tal-kontroll amministrattiv ġenerali, id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija rregolata minn sistema kumplessa ta’ ppjanar industrijali li taffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-pajjiż. Dawn il-pjanijiet kollha jkopru matriċi komprensiva u kumplessa ta’ setturi u politiki trażversali u huma preżenti fil-livelli kollha tal-gvern. Il-pjanijiet fil-livell provinċjali huma spjegati fid-dettall, filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali jistabbilixxu miri usa’. Il-pjanijiet jispeċifikaw ukoll il-mezzi sabiex jiġu appoġġjati l-industriji/is-setturi rilevanti, kif ukoll il-perjodi ta’ żmien li fihom iridu jintlaħqu l-objettivi. Xi pjanijiet għadhom jinkludu miri espliċiti fir-rigward tal-produzzjoni, filwaqt li din kienet karatteristika regolari fiċ-ċikli tal-ippjanar preċedenti. Skont il-pjanijiet, is-setturi u/jew il-proġetti industrijali individwali qed jiġu identifikati bħala prijoritajiet (pożittivi jew negattivi) f’konformità mal-prijoritajiet tal-gvern u l-għanijiet ta’ żvilupp speċifiċi attribwiti lilhom (titjib industrijali, espansjoni industrijali, eċċ.). L-operaturi ekonomiċi, kemm dawk privati kif ukoll dawk tal-Istat, iridu jaġġustaw b’mod effettiv l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont ir-realtajiet imposti mis-sistema tal-ippjanar. Dan mhuwiex biss minħabba n-natura vinkolanti tal-pjanijiet, iżda anki minħabba l-fatt li l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema ta’ pjanijiet u jużaw is-setgħat mogħtija lilhom skont kif ikun meħtieġ, u b’hekk jisfurzaw lill-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet (ara wkoll it-Taqsima 3.2.3.5 hawn taħt) (18). |
(57) |
It-tieni nett, fil-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja tar-RPĊ hija ddominata mill-banek kummerċjali tal-Istat. Dawk il-banek, meta jkunu qed jistabbilixxu u jimplimentaw il-politika tas-self tagħhom, għandhom jallinjaw lilhom infushom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern minflok ma jivvalutaw qabel kollox il-merti ekonomiċi ta’ proġett partikolari (ara wkoll it-Taqsima 3.2.3.8 hawn taħt) (19). L-istess japplika għall-komponenti l-oħrajn tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħas-swieq tal-istokks, is-swieq tal-bonds, is-swieq tal-ekwità privata, eċċ. Barra minn hekk, dawn il-partijiet tas-settur finanzjarju, għajr is-settur bankarju, huma istituzzjonalment u operazzjonalment stabbiliti b’mod li mhumiex xprunati biex itejbu l-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji, iżda biex jiżguraw il-kontroll u jippermettu l-intervent mill-Istat u mis-CCP (20). |
(58) |
It-tielet nett, fil-livell tal-ambjent regolatorju, l-interventi mill-Istat fl-ekonomija jieħdu għadd ta’ forom. Pereżempju, ir-regoli tal-akkwist pubbliku jintużaw regolarment sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ politika għajr l-effiċjenza ekonomika, u b’hekk jimminaw il-prinċipji bbażati fuq is-suq fil-qasam. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tipprevedi b’mod speċifiku li l-akkwist pubbliku għandu jsir sabiex tiġi ffaċilitata l-kisba tal-għanijiet imfassla mill-politiki tal-Istat. Madankollu, in-natura ta’ dawn l-għanijiet għadha mhijiex definita, u b’hekk tħalli marġni wiesa’ ta’ apprezzament għall-korpi responsabbli mit-teħid tad-deċiżjonijiet (21). Bl-istess mod, fil-qasam tal-investiment, il-GTĊ iżomm kontroll u influwenza sinifikanti fuq id-destinazzjoni u d-daqs tal-investiment kemm tal-Istat kif ukoll privat. L-iskrinjar tal-investiment, kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet, u projbizzjonijiet relatati mal-investiment jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodda importanti biex jiġu appoġġjati l-għanijiet tal-politika industrijali, bħaż-żamma tal-kontroll tal-Istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (22). |
(59) |
Fil-qosor, il-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti assjomi bażiċi, li jipprevedu u jinkoraġġixxu bosta interventi tal-gvern. Tali interventi sostanzjali tal-gvern huma f’kunflitt mal-azzjoni libera tal-forzi tas-suq, li jirriżulta fid-distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (23). |
3.2.3.3. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: is-suq inkwistjoni huwa servut f’miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni politika jew taħt il-gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur
(60) |
Fir-RPĊ, l-intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u/jew is-superviżjoni politika jew taħt il-gwida tal-Istat jirrappreżentaw parti essenzjali mill-ekonomija. |
(61) |
Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mir-RPĊ, il-Kummissjoni għandha informazzjoni limitata dwar l-istruttura tas-sjieda tal-kumpaniji attivi fis-settur tal-MSG fir-RPĊ. Fost it-tliet kumpaniji Ċiniżi indikati bħala produtturi ewlenin mill-applikant, u kkonfermati bħala tali minn sorsi oħrajn ibbażati fuq ir-riċerka tal-Kummissjoni stess, (24) l-ebda waħda ma tidher li hija proprjetà tal-Istat. |
(62) |
Madankollu, il-Kummissjoni sabet li wieħed mill-produtturi esportaturi ewlenin – Fufeng Group – kellu l-appoġġ tal-membri tas-CCP u tal-awtoritajiet pubbliċi lokali u li dawn tal-aħħar ikkoordinaw kwistjonijiet ta’ interess għall-kumpanija. Pereżempju, is-sit web uffiċjali tal-kumpanija jiddikjara dan li ġej dwar żjara uffiċjali ta’ rappreżentanti tal-gvern lokali: “Wara d-diskors tiegħu, Jiao Gangwei semma l-problema relatata mal-faħam li kienet qed tfixkel lill-intrapriżi matul dawn l-aħħar sentejn, u enfasizza li l-Kumitat tal-Partit Muniċipali ta’ Zhalantun u l-Gvern kienu qed jiżguraw koordinazzjoni fuq din il-kwistjoni. […] Id-delegazzjoni ta’ Liu Qifan kompliet issir taf dwar il-kontribuzzjonijiet soċjali tal-kumpanija, ix-xogħol tal-bini tal-partit, kif ukoll l-MSG […]. Liu Qifan faħħar ukoll l-impatt tat-tnedija minn Fufeng tal-produzzjoni tal-massa ta’ amminoaċidi ta’ livell għoli fuq il-prezzijiet globali u appoġġja x-xogħol tal-bini tal-partit mill-kumpanija. Fl-aħħar nett, huwa qal lid-delegazzjoni tiegħu: “Din il-kumpanija hija kumpanija ewlenija, u mkien ma jeżistu proġetti tajbin bħal dawn. Il-gvern irid jaqdiha sewwa .” Is-Segretarju Liu semma tliet darbiet wara xulxin li jenħtieġ li l-gvern jaqdi lill-kumpanija sewwa. Barra minn hekk, huwa appoġġja lill-kumpanija billi qal li s-sitwazzjoni tagħha tirrifletti d-determinazzjoni tal-mexxejja superjuri tar-Reġjun Awtonomu tal-Mongolja Interna biex jinbena gvern orjentat lejn is-servizzi” (25). L-appoġġ tal-gvern lokali huwa viżibbli wkoll b’rabta mas-sussidjarja ta’ Fufeng f’Heilongjiang Qiqihar, kif ikkonfermat fuq is-sit web tal-gvern ta’ Qiqihar: “Sabiex tintwera s-saħħa tal-intrapriża, titlaqqa’ s-saħħa interna, jiġi estiż l-ispirtu kumbattiv u jiġi rringrazzjat il-gvern lokali għall-appoġġ qawwi tiegħu lis-sussidjarja tal-Grupp, Qiqihar Longjiang Fufeng Biotechnology Co., Ltd., saret il-laqgħa tal-midja “punt tat-tluq ġdid, vjaġġ ġdid, ħolma ġdida” fil-Lukanda Wanda Jiahua f’Qiqihar, wara nofsinhar tas-26 ta’ Lulju fl-għoxrin anniversarju mit-twaqqif tal-grupp Fufeng”. (26) Il-Kummissjoni sabet aktar evidenza tar-relazzjonijiet ta’ Fufeng mas-CCP, kif ukoll tal-appoġġ u l-gwida tal-awtoritajiet lokali fid-dikjarazzjoni li ġejja mis-sit web tal-Grupp: “Fis-7 ta’ Diċembru 2019, il-Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit Muniċipali ta’ Qiqihar u s-Sindku Li Yugang żar il-kwartieri ġenerali tal-Grupp Fufeng. Il-Viċi Sindku Wang Yongshi, is-Segretarju Ġenerali tal-Gvern Muniċipali Qi Xiaotong, il-Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit Distrettwali ta’ Angangxi u s-Sindku Ren Guangcai, u l-Viċi Sindku Li Yugang Jing, eċċ. akkumpanjawh fl-investigazzjoni. Il-President tal-Bord Li Xuechun, il-Maniġer Ġenerali Zhao Qiang u mexxejja oħrajn akkumpanjaw iż-żjara. […] Matul id-diskussjoni, is-Sindku Li qal li l-ipproċessar fil-fond ewlieni, kif ukoll il-prodotti sekondarji tiegħu huma partikolarment importanti fit-tqassim industrijali attwali tal-Belt ta’ Qiqihar. Bħala l-ewwel manifattur dinji tal-amminoaċidi, il-kumpanija pprovdiet għajnuna kbira għall-ipproċessar fil-fond tal-qamħirrum lokali. Il-President tal-Bord esprima l-gratitudni tiegħu lis-Sindku Li talli attenda u qal: “Il-Belt ta’ Qiqihar ipprovdiet lill-kumpanija b’servizzi ta’ “inkubatur”. Din id-darba mhijiex se tieħu prominenza fil-Belt ta’ Qiqihar biss, iżda anki fuq is-CCTV. Skont il-ħsieb ekonomiku tal-gvern, il-kumpanija se tkompli tistabbilizza l-kummerċ barrani, tistabbilizza l-kapital barrani, tistabbilizza l-investiment u tistabbilizza l-aspettattivi. Hija se tkompli tespandi l-ispirtu kumbattiv, tisfrutta l-vantaġġi tagħha stess u tikkoopera b’mod stabbli mal-gvern lokali għal żvilupp konġunt .” (27) Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni għall-istampa li ġejja tikkonferma li Fufeng kien qed isegwi l-għanijiet u l-ideoloġija tal-politika tal-Istat fl-attivitajiet tiegħu: “Fufeng Group wieġeb għall-proposti għal inizjattivi ta’ kooperazzjoni tal-President Xi Jinping biex jinbnew il-“Medda Ekonomika tar-Rotta tal-Ħarir” u “r-Rotta tal-Ħarir Marittima tas- Seklu 21 ”, u żviluppa b’mod attiv sħubijiet ekonomiċi ma’ pajjiżi tul “Belt Waħda, Triq Waħda”. (28) |
(63) |
Fil-każ ta’ produttur ieħor mit-tliet produtturi ewlenin tal-MSG – Ningxia Eppen – il-Kummissjoni sabet li l-kumpanija kienet qed timplimenta politiki tal-Istat u l-ideoloġija tas-CCP fl-attivitajiet tagħha, kif iddikjarat mill-Federazzjoni tal-Industrija u l-Kummerċ ta’ Ningxia: “Sa mill-bidu ta’ din is-sena, Ningxia Eppen Biological Company organizzat b’mod metikoluż, użat b’mod komprensiv, studjat fil-fond u implimentat l-ispirtu tat-18-il Kungress Nazzjonali tal-Partit Komunista taċ-Ċina, filwaqt li qieset is-sitwazzjoni attwali tal-kumpanija u mmirat lejn il-kunċett ta’ “Two strengthenings, Six goods” u saħħet il-bini tal-Partit, li għen bil-kbir fl-iżvilupp tal-intrapriża .” (29) Il-kumpanija kienet ibbenefikat ukoll minn appoġġ mill-awtoritajiet pubbliċi fl-istabbiliment ta’ ċentru tat-teknoloġija nazzjonali. Skont id-Dipartiment tal-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni ta’ Ningxia Hui, il-kostruzzjoni ta’ dawn iċ-ċentri għandha l-għan li tiggwida b’mod partikolari lill-kumpaniji lejn ċerti kisbiet ta’ politika: “Sabiex jimplimenta l-istrateġija ta’ żvilupp xprunata mill-innovazzjoni u jiggwida u jappoġġja lill-intrapriżi biex isaħħu l-kapaċitajiet ta’ innovazzjoni teknoloġika tagħhom, id-Dipartiment tal-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni tar-Reġjun Awtonomu jippromwovi b’mod vigoruż il-kostruzzjoni ta’ Ċentri tat-Teknoloġija tal-Intrapriżi. […] Iċ-Ċentri tat-Teknoloġija tal-Intrapriżi saru l-atturi ewlenin tal-innovazzjoni teknoloġika fir-Reġjun tagħna u jipprovdu appoġġ teknoloġiku effettiv b’saħħtu għall-iżvilupp ta’ kwalità għolja tal-industrija fir-Reġjun tagħna. […] Iċ-Ċentru tat-Teknoloġija tal-Intrapriżi ta’ Ningxia Eppen ġie stabbilit fl-2006 u kien rikonoxxut bħala ċentru tat-teknoloġija tal-intrapriżi f’livell nazzjonali fl-2011. Iċ-Ċentru tat-Teknoloġija jiżgura tmexxija fuq il-progressjoni tal-industrija permezz ta’ innovazzjoni kontinwa u kiseb riżultati sinifikanti .” (30) |
(64) |
Fir-rigward tal-fornituri ta’ inputs għall-produzzjoni tal-MSG, kif sottomess mill-applikant u kkonfermat minn sorsi oħrajn (31), il-materja prima ewlenija fil-manifattura tal-MSG ġeneralment tkun il-lamtu tal-qamħirrum, li jirrappreżenta parti sostanzjali mill-kostijiet tal-produzzjoni. Kif instab mill-Kummissjoni, mill-inqas produttur ewlieni wieħed tal-lamtu tal-qamħirrum – Cofco Biotech – huwa SOE taħt is-superviżjoni tal-Kummissjoni għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat (SASAC) (32). L-awtoritajiet tal-Istat huma wkoll azzjonisti, direttament jew indirettament, ta’ diversi produtturi ewlenin oħrajn tal-lamtu tal-qamħirrum. Bħala eżempju notevoli, fil-każ ta’ Zhucheng Xingmao Corn Developing Co. Ltd - il-produttur ewlieni tal-lamtu tal-qamħirrum (13,29 % tas-suq) (33) - 74 % tal-ishma huma miżmuma minn Zhucheng Foreign Trade Corp., li min-naħa tagħha hija 26,54 % proprjetà ta’ Zhucheng City. (34) |
(65) |
Kif sottomess mill-applikant, il-produzzjoni tal-MSG tikkonsisti fi proċess kimiku li jinvolvi l-użu ta’ lamtu tal-qamħirrum u ammonijaka. Għalhekk, il-produtturi tal-MSG jistgħu jitqiesu wkoll bħala parteċipanti attivi tas-settur kimiku Ċiniż. Fir-rigward ta’ dak is-settur, il-Kummissjoni sabet li, skont l-istatistika nazzjonali, l-intrapriżi tal-Istat (“SOEs”) kienu jirrappreżentaw 52 % tal-assi totali tal-kumpaniji tal-kimika fl-2015 (35). L-SOEs, b’mod partikolari dawk ċentrali kbar, tradizzjonalment kellhom rwol dominanti fl-industrija tal-kimika tar-RPĊ minħabba l-pożizzjoni ta’ oligopolija tagħhom fis-settur upstream/tal-materja prima, l-aċċess faċli għar-riżorsi allokati mill-gvern (fondi, self, art, eċċ.) u l-influwenza qawwija fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-gvern. |
(66) |
Fir-rigward ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-GTĊ u s-CCP għandhom strutturi li jiżguraw li jibqa’ jkollhom influwenza fuq l-intrapriżi u, b’mod partikolari, fuq l-intrapriżi tal-Istat jew ikkontrollati mill-Istat. L-Istat (u f’ħafna aspetti anki s-CCP) mhux biss jifformula u jissorvelja b’mod attiv l-implimentazzjoni tal-politiki ekonomiċi ġenerali mill-kumpaniji (b’mod partikolari dawk tal-Istat jew ikkontrollati mill-Istat), iżda jiddikjara wkoll id-drittijiet tiegħu li jipparteċipa fit-teħid tad-deċiżjonijiet operatorji tagħhom. Dan iseħħ tipikament permezz tar-rotazzjoni ta’ uffiċjali tal-partit (‘cadres’) bejn l-awtoritajiet tal-gvern u dawn il-kumpaniji, permezz tal-preżenza ta’ membri tal-partit fil-korpi eżekuttivi tal-kumpaniji u ta’ “ċelloli tal-partit” fl-istrutturi tal-kumpaniji (ara wkoll it-Taqsima 3.2.3.4), kif ukoll permezz tat-tiswir tal-istruttura korporattiva tas-settur (36). Fil-każ tal-intrapriżi tal-Istat jew ta’ dawk ikkontrollati mill-Istat, tal-aħħar igawdu, inkambju, minn status partikolari fi ħdan l-ekonomija Ċiniża, li jinvolvi għadd ta’ benefiċċji ekonomiċi, b’mod partikolari lqugħ mill-kompetizzjoni u aċċess preferenzjali għall-inputs rilevanti, inklużi l-finanzi (37). L-elementi li jindikaw l-eżistenza ta’ kontroll tal-gvern fuq l-intrapriżi fil-katina tal-valur tal-MSG, u tas-settur tal-kimika b’mod ġenerali, huma żviluppati aktar fit-Taqsima 3.2.3.4 hawn taħt. |
(67) |
Bil-livell sinifikanti ta’ intervent tal-gvern fil-ktajjen tal-valur kimiku fir-RPĊ, is-sjieda tal-Istat u l-kontroll ta’ ċerti intrapriżi ewlenin li jipproduċu l-lamtu tal-qamħirrum, u l-fatt li - kif instab mill-Kummissjoni - ċerti produtturi ewlenin tal-MSG huma soġġetti għall-gwida tal-Istat, jiddependu fuq l-appoġġ tiegħu u, f’ċerti każijiet, jimplimentaw l-ideoloġija tas-CCP, anki l-produtturi privati tal-prodott taħt rieżami ma jitħallewx joperaw skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati attivi fil-produzzjoni tal-MSG u tal-inputs użati fil-manifattura ta’ dan tal-aħħar, huma soġġetti wkoll, direttament jew indirettament, għal superviżjoni u gwida tal-politika kif stabbilit fit-Taqsima 3.2.3.5 hawn taħt. |
3.2.3.4. Distorsjonijiet sinifikanti skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: Il-preżenza tal-Istat f’ditti li jippermettu lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew tal-kostijiet
(68) |
Minbarra li jeżerċita kontroll fuq l-ekonomija permezz tas-sjieda ta’ SOEs u għodod oħrajn, il-GTĊ jinsab f’pożizzjoni li jinterferixxi mal-prezzijiet u l-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u t-tneħħija ta’ persunal maniġerjali ewlieni fl-SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti (38), iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha mill-inqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP (39)) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem kien segwit jew infurzat strettament. Madankollu, mill-inqas mill-2016, is-CCP saħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu li jikkontrolla d-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq il-kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u biex isegwu d-dixxiplina tal-partit (40). Fl-2017, kien irrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partiti f’70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija privata, bi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fi ħdan il-kumpaniji rispettivi tagħhom (41). Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-MSG u għall-fornituri tal-inputs tagħhom. |
(69) |
Bħala eżempju, l-istrutturi tas-CCP jikkoinċidu personalment mal-korp maniġerjali fil-każ ta’ għadd ta’ produtturi ewlenin tal-MSG. Il-Kummissjoni sabet li l-President tal-Bord ta’ Fufeng Group, Li Xuechun, inħatar fl-2013, għal perjodu ta’ ħames snin, bħala membru tal-Kungress tal-Poplu tal-Belt ta’ Linyi. (42) Barra minn hekk, kif muri fil-premessa (62), il-kumpanija tospita attivitajiet ta’ bini tal-Partiti, li jinfluwenzaw l-operazzjonijiet tagħha. |
(70) |
Fil-każ ta’ Meihua Group, ieħor mit-tliet produtturi ewlenin tal-MSG, ħamsa minn fost it-12-il membru tal-Bord ġew iddikjarati bħala membri tas-CCP fl-2019 (43). Il-Kummissjoni sabet ukoll l-evidenza li ġejja tal-attivitajiet ta’ bini tal-Partiti ta’ Meihua u tal-influwenza tas-CCP fuq l-operazzjonijiet tal-kumpanija: “Fit-30 ta’ Ġunju, Jilin Meihua organizza u wettaq avveniment ta’ ġurnata tal-partit iddedikat għall-kunċett “Building a Learning Enterprise, Glowing at work”. Ir-rappreżentant tad-Dipartiment tal-Organizzazzjoni tal-Kumitat tal-Partit Muniċipali ta’ Baicheng u l-Istruttur tal-Bini tal-Partit ta’ Jilin Meihua, Wang Xingang, id-Direttur tal-Uffiċċju tal-Partit tal-Park Industrijali ta’ Beicheng Guo Baoyu, is-Segretarju tal-Partit ta’ Jilin Meihua u Maniġer Ġenerali Zhang Jinlong, flimkien ma’ 22 membru tal-Partit, attendew għall-avveniment. […] Fl-avveniment, Wang Xingang ta lill-membri kollha tal-Partit lezzjoni vivaċi tal-partit li kienet tiffoka fuq “il-proċess ta’ żvilupp tal-Partit, dwar x’għandu jsir mill-membri tal-fergħat tal-Partit f’intrapriżi mibnija ġodda, u kif ir-rappreżentanti tal-membri tal-Partit għandu jkollhom rwol ewlieni”. Imbagħad, min-naħa tiegħu, Wang Xingang ta l-emblema tal-Partit u l-“Kostituzzjoni tal-Partit” lil kull membru tal-Partit. Bħal f’magħmudija mġedda fi ħdan il-Partit, bl-emblema tal-Partit fuq is-sider u l-“Kostituzzjoni tal-Partit” fl-idejn, inbena “pont minn qalb għal qalb” bejn l-organizzazzjoni tal-Partit u l-membri tal-Partit, u dan saħħaħ b’mod effettiv is-sens ta’ unur, responsabbiltà u appartenenza ta’ kull membru u uffiċjal (‘cadre’) tal-Partit. Iżda dan mhuwiex biss dwar l-unur, iżda wkoll dwar ir-responsabbiltà. Tali “avveniment politiku” jippermetti lill-membri tal-Partit dejjem iżommu f’moħħhom l-identità u l-missjoni tagħhom, jagħtu l-importanza sħiħa lir-rwol tagħhom li jkunu pijunieri u jservu bħala eżempju fil-ħidma futura tagħhom, jgħaqqdu u jmexxu l-maġġoranza tal-cadres u tal-impjegati, jaħdmu iebes, ikunu kreattivi, ikollhom il-kuraġġ li jkunu minn tal-ewwel f’dak li jagħmlu u qatt ma jaqtgħu qalbhom. “Jien nivvolontarja biex nissieħeb fil-Partit Komunista taċ-Ċina, nappoġġja l-programm tal-Partit u nimxi mal-kostituzzjoni tal-Partit” - taħt it-tmexxija tas-segretarju tal-Partit Zhang Jinlong, il-membri parteċipanti tal-Partit għollew il-ponnijiet tal-lemin tagħhom flimkien fi tmiem l-avveniment u rrevedew il-ġurament tal-Partit quddiem il-bandiera ta’ lewn aħmar jgħajjat tal-Partit. Dan l-avveniment ta’ ġurnata tal-Partit ta ċ-ċans lill-membri kollha tal-Partit ikomplu jsaħħu l-ideali u t-twemmin tagħhom, isaħħu l-ispirtu tal-Partit tagħhom u jiċċaraw id-direzzjoni tal-ħidma futura .” (44) |
(71) |
Fil-każ ta’ Ningxia Eppen, it-tielet produttur ewlieni tal-MSG, il-Kummissjoni sabet li, il-President tal-kumpanija kellu l-kariga ta’ rappreżentant fit-12-il Kungress tal-Poplu tar-Reġjun Awtonomu ta’ Ningxia Hui, mill-inqas sa Lulju 2020. (45) Fl-istess ħin, il-Federazzjoni tal-Industrija u l-Kummerċ ta’ Ningxia tagħti rendikont ċar tar-rwol tas-CCP fir-rigward tal-operazzjonijiet tal-kumpanija: “L-ewwel nett, ir-regolamenti jistipulaw li s-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit irid jattendi u jisma’ bis-sħiħ l-opinjonijiet u s-suġġerimenti magħmula matul il-laqgħat, li fihom jittieħdu deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet korporattivi ewlenin, u matul laqgħat importanti oħrajn; It-tieni, minn issa, il-persuna rilevanti inkarigata mill-Organizzazzjoni tal-Partit trid tattendi u tisma’ bis-sħiħ l-opinjonijiet u s-suġġerimenti magħmula matul laqgħat importanti jew deċiżjonijiet importanti relatati mal-immaniġġjar tal-produzzjoni u d-dipartimenti tan-negozju. Il-persuna rilevanti inkarigata mill-Organizzazzjoni tal-Partit għandha, b’sens kbir ta’ responsabbiltà, tikkomunika kif xieraq fil-ħin id-deċiżjonijiet u l-proġetti tax-xogħol ewlenin relatati mal-produzzjoni lill-Membri tal-Partit u tinvolvi bis-sħiħ lill-partijiet ikkonċernati ewlenin biex jippromwovuhom .” (46) |
(72) |
Il-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji (ara wkoll it-Taqsima 3.2.3.8 hawn taħt), kif ukoll fil-provvediment ta’ materja prima u ta’ inputs għandhom ukoll effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq (47). B’hekk, il-preżenza tal-Istat f’ditti, inklużi SOEs, fis-settur tal-MSG u f’setturi relatati oħrajn (bħas-settur finanzjarju u dak tal-inputs) tippermetti lill-GTĊ jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet. |
3.2.3.5. Distorsjonijiet sinifikanti skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles
(73) |
Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija ddeterminata b’mod sinifikanti minn sistema elaborata ta’ ppjanar li tistabbilixxi l-prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li fuqhom iridu jiffokaw il-gvernijiet ċentrali u lokali. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru kważi s-setturi ekonomiċi kollha. L-objettivi stabbiliti mill-istrumenti ta’ ppjanar huma ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell inferjuri korrispondenti tal-gvern. Kumplessivament, is-sistema ta’ ppjanar fir-RPĊ twassal biex ir-riżorsi jiġu allokati lis-setturi indikati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jiġu allokati skont il-forzi tas-suq (48). |
(74) |
L-industrija tal-kimika, li għaliha jappartjenu l-produtturi tal-MSG, hija meqjusa bħala settur importanti mill-GTĊ. Dan huwa kkonfermat fil-bosta pjanijiet, direttivi u dokumenti oħrajn li għandhom x’jaqsmu mas-settur kimiku, li jinħarġu fil-livelli muniċipali, reġjonali u nazzjonali (49). |
(75) |
B’mod aktar speċifiku, l-MSG huwa wkoll soġġett fir-RPĊ għal dokumenti ta’ politika speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mal-ipproċessar fil-fond tal-qamħirrum, b’dan tal-aħħar ikun wieħed mill-inputs ewlenin użati fil-produzzjoni tiegħu, permezz ta’ fermentazzjoni tal-lamtu tal-qamħirrum (ara hawn fuq, b’mod partikolari l-premessa (64)). B’mod partikolari, il-proċessi tal-produzzjoni tal-MSG huma koperti mid-dispożizzjonijiet tat-13-il Pjan ta’ Ħames Snin tal-Ipproċessar tal-Ħbub u taż-Żejt. Dawn għandhom l-għan li jiġġestixxu diversi aspetti tas-settur tal-ipproċessar tal-qamħirrum (inkluż is-sottosettur tal-MSG), b’mod partikolari fir-rigward tal-iżvilupp tal-katina tal-valur, ix-xejriet tal-provvista, l-għażla tat-teknoloġija, il-lokalizzazzjoni tal-produzzjoni, jew l-appoġġ għall-politika: “It-tħaffif tal-iżvilupp tal-ipproċessar fil-fond tal-ħbub: L-inkoraġġiment lill-intrapriżi tal-ipproċessar fuq skala kbira biex jiżviluppaw mudelli innovattivi għall-industrija tal-ipproċessar tal-ħbub u taż-żejt, jisfruttaw bis-sħiħ il-valur potenzjali tal-prodotti sekondarji u jestendu kemm jista’ jkun il-katina industrijali. L-appoġġ għat-trasferiment ta’ industriji tal-ipproċessar fin u fil-fond, bħall-ipproċessar tal-qamħirrum, lejn żoni ta’ produzzjoni vantaġġużi u żoni loġistiċi ewlenin u l-aċċellerazzjoni tat-tnaqqis tal-inventarji. L-iżvilupp ta’ prodotti derivati ġodda minn tipi ġodda ta’ zokkor tal-lamtu funzjonali u tipi ġodda ta’ preparazzjonijiet tal-enzimi, aċidu poliglutamiku, polilysine u prodotti oħrajn ta’ fermentazzjoni fi kwantitajiet kbar” […] “L-industrija tal-ipproċessar fil-fond tal-qamħirrum: L-inkoraġġiment lill-intrapriżi tal-ipproċessar fil-fond tal-qamħirrum biex jiżviluppaw modi effiċjenti ġodda ta’ kif jużaw il-qamħirrum u jżidu b’mod sinifikanti r-rata ta’ konverżjoni tal-ipproċessar fil-fond tal-qamħirrum. […] L-iżvilupp b’mod attiv ta’ prodotti funzjonali ġodda ffermentati b’kontenut ta’ teknoloġija avvanzata bħal amminoaċidi u nukleosidi, aċidi organiċi ġodda, zokkor tal-lamtu, polyols, preparazzjonijiet ta’ enzimi ġodda, kif ukoll lamti speċjali mmodifikati użati għall-ikel, il-manifattura tal-karta, it-tessuti, is-sustanzi kimiċi fini, eċċ. […] Iż-żona li tkopri tliet provinċji tal-Grigal, kif ukoll iż-żona ta’ Huanghuaihai u żoni ewlenin oħrajn tal-produzzjoni għandhom iżidu l-isforzi biex jippromwovu l-fużjonijiet u r-riorganizzazzjoni ta’ intrapriżi li jipproduċu lamtu u zokkor tal-lamtu pproċessati mill-qamħirrum, alkoħol, glutamat tal-monosodju, […] L-inkoraġġiment tal-attivazzjoni ta’ kapaċità ta’ produzzjoni mhux użata permezz ta’ kooperazzjoni u operazzjoni konġunta .” (50) |
(76) |
Barra minn hekk, fir-rigward tal-inputs, il-Kummissjoni sabet li s-settur tal-qamħirrum huwa soġġett għal regolamentazzjoni intensiva fir-RPĊ. Il-pajjiż għandu ammonti kbar ta’ ħażniet tal-qamħirrum li jippermettu lill-gvern ibaxxi jew jgħolli b’mod artifiċjali l-prezzijiet ta’ dan il-prodott bażiku, billi jixtri jew ibigħ ammonti kbar ta’ qamħirrum fis-suq. Minkejja li ċ-Ċina bdiet tindirizza l-problema tar-riżervi eċċessivi tal-qamħirrum fl-2016, hija xorta għandha ħażniet kbar ħafna, li għandhom effett distorsiv fuq il-prezzijiet (51). Barra minn hekk, il-gvern qed jikkontrolla d-diversi aspetti tal-katina kollha tal-valur tal-qamħirrum, inklużi s-sussidji għall-produzzjoni tal-qamħirrum (52) u s-superviżjoni tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar, kif ikkonfermat f’dan l-avviż tal-NDRC: “[l]-awtoritajiet lokali kollha għandhom jespandu l-monitoraġġ u l-analiżi tal-provvista tal-qamħirrum u d-domanda għalih fl-oqsma rilevanti, isaħħu s-superviżjoni tal-fażi tal-bini u tal-fażi ta’ wara l-bini ta’ proġetti tal-ipproċessar fil-fond tal-qamħirrum, irawmu l-bilanċ tal-provvista tal-qamħirrum u d-domanda għalih u jiżguraw is-sigurtà tal-ikel nazzjonali”. (53) Dokument ta’ politika ewlieni ieħor tal-gvern (54) jiddikjara: “L-enfasi fuq it-tliet ċereali ewlenin, jiġifieri r-ross, il-qamħ u l-qamħirrum […]; L-esplorazzjoni tal-iżvilupp ta’ sistema ta’ servizzi soċjali bi “proċess komprensiv” u mudell ta’ produzzjoni b’“katina komprensiva tal-industrija”; L-iżvilupp u t-trawwim ta’ żieda fil-livell tal-produzzjoni madwar il-“kontea kollha”, kif ukoll żieda fil-provvista ta’ prodotti agrikoli ekoloġiċi u ta’ kwalità tajba. Il-provinċji rilevanti li jwettqu dawn il-kompiti għandhom jiġu appoġġjati abbażi tal-arranġamenti inklużi fil-previżjoni tal-baġit tal-gvern ċentrali .” |
(77) |
Il-Kummissjoni sabet ukoll li hemm fis-seħħ miżuri ta’ kontroll tal-investiment fir-RPĊ fir-rigward tal-produzzjoni tal-qamħirrum: “[ I]l-preżentazzjoni għall-bini ta’ proġetti ta’ pproċessar fil-fond tal-qamħirrum għandha tkun soġġetta għal ġestjoni armonizzata skont l-Ordni tal-Kunsill tal-Istat Nru. 673”. (55) |
(78) |
Il-politiki tal-Istat li jinterferixxu mal-forzi tas-suq ħieles fis-settur tal-qamħirrum huma riflessi wkoll fil-livell provinċjali. Kif sottomess mill-applikant u kkonfermat mill-Kummissjoni, il-Provinċja ta’ Heilongjiang ħarġet, f’Awwissu 2017, dokument ta’ politika dwar l-immaniġġjar tas-settur tal-ipproċessar tal-qamħirrum, fil-forma tal-Opinjoni ta’ Gwida dwar it-Tqassim tal-Iżvilupp tal-Industrija tal-Ipproċessar fil-Fond tal-Qamħirrum fil-Provinċja ta’ Heilongjiang. Din tal-aħħar hija indirizzata “Lil kwalunkwe belt (distrett), kontea (belt), Gvern tal-poplu (uffiċċju amministrattiv), u lill-unitajiet kollha taħt l-awtorità diretta tal-Gvern Provinċjali”, li jenħtieġ li “jiżguraw l-implimentazzjoni bir-reqqa [tagħha ]”. L-Opinjoni tiddikjara, f’termini ta’ kriterji tad-dħul fis-suq, li “proġetti ta’ pproċessar fil-fond tal-qamħirrum mibnija ġodda għandhom ikunu prinċipalment fiż-żoni ewlenin għall-produzzjoni tal-qamħirrum” u li jenħtieġ li l-entitajiet ta’ implimentazzjoni kollha “( j)inkoraġġixxu l-kostruzzjoni ta’ proġetti ta’ pproċessar fil-fond bi skala kbira ta’ pproċessar, ktajjen industrijali twal, kif ukoll spazju għad-domanda għall-prodott fis-suq; Jappoġġjaw b’mod partikolari proġetti ta’ pproċessar fil-fond tal-qamħirrum mibnija ġodda b’kapaċità annwali ta’ pproċessar tal-qamħirrum ta’ mhux inqas minn 600 000 tunnellata; u jinkoraġġixxu proġetti ta’ pproċessar fil-fond tal-qamħirrum mibnija ġodda ta’ aktar minn 1,2 miljun tunnellata .” Id-dokument jimponi viżjoni speċifika ta’ “ktajjen ewlenin tal-industrija”: “Il-proġetti li għandhom x’jaqsmu mat-tqassim tal-industrija għandhom: primarjament jiffokaw fuq l-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ prodotti downstream relatati mal-firxiet ta’ prodotti ta’ lamtu, alkoħol u prodotti funzjonali; jestendu l-katina tal-industrija, jottimizzaw l-istruttura tal-prodotti, jenfasizzaw l-ispeċjalizzazzjoni ta’ distretti differenti u intrapriżi differenti; u jimplimentaw żvilupp differenzjat tal-funzjonalitajiet tal-prodott”. Għall-firxa ta’ prodotti tal-lamtu, dan jissarraf fi: “Primarjament l-iżvilupp ta’ lamtu modifikat speċjali meħtieġ minn industriji bħal dawk tal-ikel, il-karta, it-tessuti u s-sustanzi kimiċi fini .” L-Opinjoni tistipula wkoll regoli għat-tqassim ġeografiku tan-nisġa industrijali: “Jitqiesu b’mod komprensiv fatturi bħall-produzzjoni, l-ipproċessar u s-suq tal-qamħirrum, u d-disponibbiltà kontinwa ta’ materja prima li għandha tiġi pproċessata, il-garanziji ewlenin, il-proġetti ta’ pproċessar fil-fond tal-qamħirrum għandhom ikunu prinċipalment f’7 żoni .” Pereżempju, fil-każ ta’ waħda mill-imsemmija żoni, hija tagħti struzzjonijiet speċifikament li: “Longjiang, Nehe, Yi’an, Nenjiang u l-inħawi ta’ Gannan, Lindian, Wudalianchi, Bei’an, Fuyu, Dorbod, Baiquan, Keshan, Tailai, Kedong u 14-il kontea (bliet) oħrajn, kif ukoll iż-żona tal-Belt ta’ Qiqihar jistgħu jipprovdu 8,67 miljun tunnellata f’volum ta’ pproċessar tal-qamħirrum, jużaw 7 proġetti b’1,2 miljun tunnellata f’kapaċità ta’ pproċessar fil-fond tal-qamħirrum jew 14-il proġett b’kapaċità ta’ 600 000 tunnellata. Jinkoraġġixxu l-kostruzzjoni ta’ proġetti ta’ pproċessar fil-fond fuq skala kbira ta’ aktar minn 1,2 miljun tunnellata f’din iż-żona”. L-entitajiet ta’ implimentazzjoni kollha huma ggwidati biex jorganizzaw mill-ġdid is-settur kif ġej: “Jinkoraġġixxu l-fużjoni u r-riorganizzazzjoni tal-kapaċitajiet annwali eżistenti tal-ipproċessar tal-qamħirrum ta’ inqas minn 300 000 tunnellata biex itejbu l-kompetittività tal-intrapriżi fis-suq. Fir-rigward tal-kapaċità mhux użata tal-ipproċessar fil-fond tal-qamħirrum fiż-żona, jinkoraġġixxu l-introduzzjoni ta’ intrapriżi b’saħħithom u jimplimentaw alleanzi ta’ tip simili ta’ prodotti u ta’ intrapriżi upstream u downstream permezz ta’ fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet u kooperazzjoni strateġika, eċċ. […] Jiggwidaw lill-intrapriżi biex isaħħu l-kummerċjalizzazzjoni, iżidu s-sehem mis-suq, u jifformaw għadd ta’ gruppi ta’ intrapriżi ewlenin b’influwenza fuq l-industrija”. Barra minn hekk, f’termini ta’ miżuri ta’ politika, l-Opinjoni tipprevedi speċifikament l-appoġġ mill-Istat lil intrapriżi li jissodisfaw kriterji ta’ finanzjament partikolari: “Jingħata appoġġ għall-finanzjament ta’ intrapriżi fis-suq tal-istokks, u jiġu pprovduti sussidji lil intrapriżi tal-ipproċessar fil-fond tal-qamħirrum elenkati domestikament u barra mill-pajjiż jew fuq it-Tielet Bord Ġdid .” (56) |
(79) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li l-awtoritajiet lokali f’Heilongjiang kienu qed jappoġġjaw, jikkoordinaw u jissorveljaw (inkluż permezz ta’ sanzjonijiet) l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ mill-inqas park industrijali wieħed involut f’attivitajiet ta’ pproċessar tal-qamħirrum.” (57) |
(80) |
Il-Kummissjoni għamlet ukoll sejbiet fir-rigward tal-interferenza mill-Istat fis-settur tal-ammonijaka – materja prima oħra użata fil-produzzjoni tal-MSG. Fit-13-il Pjan ta’ Ħames Snin (FYP) nazzjonali għall-Industrija Petrokimika u Kimika, il-gvern Ċiniż stabbilixxa miri annwali għall-produzzjoni tal-ammonijaka billi ppromwova “settijiet ta’ teknoloġija u tagħmir li jiżguraw produzzjoni annwali li taqbeż il-miljun tunnellata ta’ammonijaka sintetika u metanol sintetiku .” (58) Tali interferenza min-naħa tal-provvista hija riflessa aktar f’politiki simili mill-awtoritajiet lokali. It-13-il FYP għall-Industrija Petrokimika fil-Provinċja ta’ Hebei jagħti struzzjonijiet biex b’mod partikolari “ssir enfasi fuq it-trawwim tal-bini tat-tieni fażi tal-faċilità ta’ Cangzhou Zhengyuan b’kapaċità ta’ 600 000 tunnellata ta’ ammonijaka” (59). Barra minn hekk, instab li l-provinċji industrijali ta’ Chongqing u Zhejiang joffru prezzijiet tal-elettriku preferenzjalment aktar baxxi għall-manifattura ta’, notevolment, ammonijaka sintetika. (60) |
(81) |
Kif iddikjarat hawn fuq fin-nota f’qiegħ il-paġna tal-premessa (64), il-faħam ġeneralment ikun input ewlieni ieħor fil-proċess tal-produzzjoni tal-MSG fir-RPĊ (b’rabta mal-provvista tal-enerġija fil-proċess tal-manifattura). Kif instab mill-Kummissjoni fir-Rapport tagħha, il-prezzijiet tal-enerġija fiċ-Ċina mhumiex ibbażati fuq is-suq. B’mod partikolari, is-suq tal-faħam huwa soġġett għal distorsjonijiet, b’mod partikolari bħala riżultat tas-sussidjar. (61) Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li l-awtoritajiet pubbliċi jinterferixxu mal-forzi tas-suq fis-settur tal-faħam fil-livell provinċjali, notevolment fil-Provinċja ta’ Shandong, permezz ta’ dokumenti tal-ippjanar li jirregolaw il-provvista, il-lokalizzazzjoni u x-xejriet industrijali. Dokument wieħed bħal dan huwa l-Pjan ta’ Żvilupp fuq Perjodu ta’ Żmien Medju u Twil għall-Enerġija fil-Provinċja ta’ Shandong, maħruġ fl-2016 u li jkopri perjodu sal-2030. Il-motivazzjoni ideoloġika tal-Pjan għall-immaniġġjar tas-suq hija viżibbli notevolment permezz tal-prinċipju ta’ gwida tiegħu li “( j)iġi implimentat bir-reqqa l-ispirtu tat-18-il Kungress Nazzjonali tal-Partit Komunista taċ-Ċina u t-tielet, ir-raba’, il-ħames u s-sitt sessjonijiet plenarji tiegħu; Jiġu implimentati bl-akbar serjetà s-serje ta’ diskorsi importanti tas-Segretarju Ġenerali Xi Jinping, kif ukoll id-diskorsi li ta waqt li kien qed jispezzjona Shandong.” Huwa jirrikonoxxi wkoll il-karattru ċentralizzat tal-funzjonament tas-suq tal-enerġija sa ftit żmien ilu, billi wieħed mill-għanijiet iddikjarati tal-Pjan huwa li “tiġi promossa t-trasformazzjoni tal-mudell kompletament ċentralizzat tal-provvista tal-enerġija lejn mudell ċentralizzat u deċentralizzat”. Id-dispożizzjonijiet tad-dokument għandhom l-għan partikolari li jirregolaw ix-xejriet speċifiċi ta’ lokalizzazzjoni u żvilupp għall-industrija tal-faħam. (62) Fir-rigward tal-enerġija ġġenerata mill-faħam, id-dokument jagħti struzzjonijiet, fost l-oħrajn, biex: “(i)ssir enfasi fuq l-ippjanar u l-bini ta’ proġetti ta’ impjanti tal-enerġija tal-faħam ultra-superkritiċi b’effiċjenza għolja ta’ mega-kilowatt, u l-bini ta’ raggruppament ekoloġiku ta’ impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam fiż-żona kostali tat-Tramuntana” u “tiġi ppjanata l-kostruzzjoni ta’ bażi integrata għall-iżvilupp tal-elettriku ġġenerat mill-faħam fil-Lbiċ ta’ Shandong”. Fil-qafas tad-dokument, Pjan ta’ Azzjoni speċifiku għall-Iżvilupp u t-Trasformazzjoni tal-Faħam jagħti struzzjonijiet biex jiġu segwiti x-xejriet tal-kostruzzjoni u l-iżvilupp industrijali li ġejjin, mingħajr ma jitqiesu ċ-ċaqliq ħieles tal-forzi tas-suq u t-teħid ta’ deċiżjonijiet korporattivi ħielsa: “Jiġu diġeriti u ttrasferiti b’mod ordnat il-kapaċità tal-produzzjoni eċċessiva u l-forza tax-xogħol tal-Provinċja; Ikomplu jittejbu u jissaħħu l-pedamenti taż-żewġ gruppi ta’ intrapriżi kbar Shandong Energy u Yankuang; Jitħaffu u jiġu promossi l-fużjoni u r-riorganizzazzjoni ta’ intrapriżi lokali tal-estrazzjoni tal-faħam, jittejjeb il-livell ta’ konċentrazzjoni tal-industrija, titrawwem it-trasformazzjoni tax-xejra tal-iżvilupp minn xejra bbażata fuq il-kwantità u l-veloċità lejn xejra bbażata fuq il-kwalità u l-benefiċċju. […] Issir enfasi fuq il-kostruzzjoni ta’ proġetti integrati tal-enerġija mill-faħam barra l-provinċja fil-Mongolja Interna, Shaanxi, Xinjiang, eċċ .” (63) |
(82) |
Dan l-involviment tal-gvern u tal-awtoritajiet lokali tul il-katina tal-valur kollha tal-MSG għandu, mill-inqas potenzjalment, effett distorsiv fuq il-prezzijiet. |
(83) |
Il-GTĊ jmexxi l-iżvilupp tas-settur tal-MSG skont firxa wiesgħa ta’ għodod, pereżempju, billi jipprovdi sussidji mill-Istat. Ir-rapport annwali tal-2019 tal-produttur esportatur Meihua jikkonferma li fl-2018 il-kumpanija rċeviet mill-inqas RMB 130 miljun f’sussidji mill-gvern. (64) Fil-każ ta’ Ningxia Eppen, ir-Rapport tal-Awditjar tal-kumpanija għall-2018 juri s-sussidji mill-gvern ta’ RMB 62,3 miljun riċevuti fl-2017. (65) Barra minn hekk, dik is-sena, jidher li Ningxia Eppen irċeviet allokazzjoni ta’ RMB 200 000 biex tistabbilixxi sit ta’ dimostrazzjoni tal-bini tal-Partit (66). |
(84) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li, f’dawn l-aħħar snin, ir-RPĊ bdiet tapplika tnaqqis fil-VAT ta’ 13 % fuq l-esportazzjonijiet tal-MSG, li bħalissa jirriżulta f’eżenzjoni sħiħa mill-VAT fuq dawn l-esportazzjonijiet. Dan jirriżulta wkoll f’inċentiv tal-ispejjeż għall-operaturi Ċiniżi fis-suq tal-MSG (67). |
(85) |
Permezz ta’ dawn il-mezzi u mezzi oħrajn, is-settur tal-MSG u setturi li jipproduċu l-materja prima użata għall-manifattura tal-MSG huma soġġetti għal intervent tal-gvern, bil-GTĊ jidderieġi u jikkontrolla kważi kull aspett fl-iżvilupp u l-funzjonament tal-katina tal-valur tal-MSG. |
(86) |
Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku, inklużi l-produtturi tal-MSG u tal-inputs użati fil-manifattura tal-MSG. Tali miżuri jimpedixxu lill-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles. |
3.2.3.6. Distorsjonijiet sinifikanti skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-fallimenti, il-kumpaniji jew il-proprjetà
(87) |
Skont l-informazzjoni fil-fajl, is-sistema Ċiniża dwar il-falliment twassal b’mod inadegwat l-objettivi ewlenin tagħha, bħal pereżempju s-saldu ġust tal-pretensjonijiet u tad-dejn u s-salvagwardja tad-drittijiet u l-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri. Dan jidher li huwa msejjes fil-fatt li filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-falliment tistrieħ formalment fuq prinċipji li huma simili għal dawk li jiġu applikati f’liġijiet korrispondenti f’pajjiżi oħrajn minbarra r-RPĊ, is-sistema Ċiniża hija kkaratterizzata minn nuqqas ta’ infurzar sistematiku. L-għadd ta’ fallimenti jibqa’ magħruf li huwa baxx b’rabta mad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż, mhux l-inqas minħabba li l-proċedimenti ta’ insolvenza jbatu minn għadd ta’ nuqqasijiet, li effettivament jiffunzjonaw bħala diżinċentiv għall-preżentazzjonijiet ta’ fallimenti. Barra minn hekk, ir-rwol tal-Istat fil-proċedimenti ta’ insolvenza jibqa’ b’saħħtu u attiv, li spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu tal-proċedimenti (68). |
(88) |
Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet ta’ proprjetà huma partikolarment ovvji b’rabta mas-sjieda tal-art u d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (69). L-art kollha hija proprjetà tal-Istat Ċiniż (art rurali bi sjieda kollettiva u art urbana tal-Istat). L-allokazzjoni tagħha għadha dipendenti biss fuq l-Istat. Hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jallokaw id-drittijiet għall-użu tal-art b’mod trasparenti u bi prezzijiet tas-suq, pereżempju, bl-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ offerti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet ma jiġux irrispettati regolarment, b’ċerti akkwirenti jiksbu l-art tagħhom mingħajr ħlas jew b’rati aktar baxxi mir-rati tas-suq (70). Barra minn hekk, l-awtoritajiet spiss isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluża l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jallokaw l-art (71). |
(89) |
L-istess bħas-setturi l-oħrajn fl-ekonomija Ċiniża, il-produtturi tal-MSG huma soġġetti għar-regoli ordinarji dwar il-liġijiet Ċiniżi dwar il-fallimenti, il-kumpaniji u l-proprjetà. L-effett ta’ dan huwa li anki dawn il-kumpaniji huma soġġetti għad-distorsjonijiet minn fuq għal isfel li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew mill-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-fallimenti u l-proprjetà. Din l-investigazzjoni ma żvelat xejn li jqajjem dubji dwar dawk is-sejbiet. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod preliminari li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-fallimenti u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost, u b’hekk jiġġeneraw distorsjonijiet meta ditti insolventi jinżammu fil-wiċċ u meta jiġu allokati d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ. Dawk il-kunsiderazzjonijiet, abbażi tal-evidenza disponibbli, jidhru li huma kompletament applikabbli wkoll fis-settur tal-MSG u fis-setturi li jimmanifatturaw il-materja prima użata għall-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami. |
(90) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-fallimenti u l-proprjetà fil-ktajjen tal-valur tal-ipproċessar tas-sustanzi kimiċi u tal-qamħirrum, inkluż fir-rigward tal-prodott taħt rieżami. |
3.2.3.7. Distorsjonijiet sinifikanti skont il-ħames inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi
(91) |
Sistema ta’ pagi bbażati fis-suq ma tistax tiżviluppa bis-sħiħ fir-RPĊ, billi l-ħaddiema u dawk li jħaddmu huma mxekkla milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom għal organizzazzjoni kollettiva. Ir-RPĊ ma rratifikatx għadd ta’ konvenzjonijiet essenzjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO”), b’mod partikolari dawk dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv (72). Skont il-liġi nazzjonali, hemm organizzazzjoni trejdjunjonistika waħda biss li hija attiva. Madankollu, din l-organizzazzjoni mhijiex indipendenti mill-awtoritajiet tal-Istat u l-involviment tagħha fin-negozjar kollettiv u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema għadu rudimentali (73). Barra minn hekk, il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa ta’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali u benefiċċji oħrajn għar-residenti lokali ta’ żona amministrattiva partikolari. Dan tipikament jirriżulta f’ħaddiema li ma jkollhomx ir-reġistrazzjoni tar-residenza lokali li jsibu ruħhom f’pożizzjoni ta’ impjieg vulnerabbli u li jirċievu introjtu aktar baxx mid-detenturi tar-reġistrazzjoni tar-residenza (74). Dawk is-sejbiet iwasslu għad-distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi fir-RPĊ. |
(92) |
Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li l-kumpaniji li jipproduċu l-MSG jew inputs relatati ma jkunux soġġetti għas-sistema tal-liġi tax-xogħol Ċiniża deskritta. B’hekk, is-settur tal-MSG huwa affettwat mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi kemm direttament (meta jkun qed jiġi manifatturat il-prodott taħt rieżami) kif ukoll indirettament (meta l-produtturi tal-MSG ikollhom aċċess għal kapital jew inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fir-RPĊ). |
3.2.3.8. Distorsjonijiet sinifikanti skont is-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi tal-ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat
(93) |
L-aċċess għall-kapital għal atturi korporattivi fir-RPĊ huwa soġġett għal diversi distorsjonijiet. |
(94) |
L-ewwel nett, is-sistema finanzjarja Ċiniża hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat (75), li, meta jagħtu aċċess għall-finanzi, iqisu kriterji oħrajn għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. B’mod simili għall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jibqgħu marbuta mal-Istat mhux biss permezz tas-sjieda, iżda wkoll permezz ta’ relazzjonijiet personali (l-ogħla uffiċjali eżekuttivi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji kbar tal-Istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru mis-CCP) (76) u, għal darba oħra, l-istess bħal fil-każ tal-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jimplimentaw regolarment ordnijiet pubbliċi mfassla mill-gvern. Meta jagħmlu dan, il-banek ikunu qed jikkonformaw ma’ obbligu legali espliċitu li jmexxu n-negozju tagħhom skont il-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u taħt il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat (77). Dan huwa aggravat minn regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi f’setturi ddeżinjati mill-gvern bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (78). |
(95) |
Filwaqt li huwa rikonoxxut li diversi dispożizzjonijiet legali jirreferu għall-ħtieġa li jiġu rrispettati l-imġiba bankarja normali u r-regoli prudenzjali, bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, l-evidenza massiva, inklużi s-sejbiet li saru fl-investigazzjonijiet rigward id-difiża tal-kummerċ, tissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali. |
(96) |
Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu ta’ spiss ikunu soġġetti għal distorsjoni minħabba diversi raġunijiet, inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju tiġi influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-GTĊ u s-saħħa ta’ kwalunkwe garanzija impliċita mill-gvern. L-estimi jissuġġerixxu bil-qawwa li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu Ċiniżi jikkorrispondu sistematikament ma’ klassifikazzjonijiet internazzjonali aktar baxxi (79). |
(97) |
Dawn il-kwistjonijiet huma aggravati minn regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi f’setturi ddeżinjati mill-gvern bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (80). Dan jirriżulta fi preġudizzju favur is-self lil SOEs, ditti privati kbar b’konnessjonijiet tajbin u ditti f’setturi industrijali ewlenin, li jimplika li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital mhumiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq. |
(98) |
It-tieni, il-kostijiet tas-self inżammu artifiċjalment baxxi biex jistimolaw it-tkabbir tal-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv ta’ investiment kapitali b’redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment. Dan huwa muri mit-tkabbir reċenti fl-ingranaġġ korporattiv fis-settur tal-Istat, minkejja tnaqqis kbir fil-profittabbiltà, li jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi li qegħdin jitħaddmu fis-sistema bankarja ma jsegwux reazzjonijiet kummerċjali normali. |
(99) |
It-tielet, għalkemm il-liberalizzazzjoni tar-rata tal-imgħax nominali nkisbet f’Ottubru 2015, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom mhumiex ir-riżultat tal-forzi tas-suq ħieles, iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern. Rati tal-imgħax artifiċjalment baxxi jirriżultaw fi twaqqigħ tal-prezzijiet u, konsegwentement, fl-użu eċċessiv tal-kapital. |
(100) |
It-tkabbir ġenerali tal-kreditu fir-RPĊ jindika deterjorament fl-effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital mingħajr ma jkun mistenni l-ebda sinjal ta’ ssikkar tal-kreditu f’ambjent tas-suq mingħajr distorsjoni. B’riżultat ta’ dan, is-self improduttiv żdied b’mod rapidu fis-snin reċenti. Quddiem sitwazzjoni ta’ żieda tad-dejn f’riskju, il-GTĊ għażel li jevita l-inadempjenzi. B’konsegwenza ta’ dan, il-kwistjonijiet ta’ dejn mitluf ġew ittrattati permezz ta’ dejn ta’ riportament, biex b’hekk inħolqu l-hekk imsejħa kumpaniji “żombi”, jew inkella permezz tat-trasferiment tas-sjieda tad-dejn (eż. permezz ta’ fużjonijiet jew ta’ skambji ta’ dejn ma’ ekwità), mingħajr ma neċessarjament titneħħa l-problema ġenerali tad-dejn jew jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tagħha. |
(101) |
Essenzjalment, minkejja l-passi reċenti li ttieħdu biex jiġi liberalizzat is-suq, is-sistema tal-kreditu korporattiv fir-RPĊ hija affettwata minn distorsjonijiet sinifikanti li jirriżultaw mir-rwol mifrux kontinwu tal-Istat fis-swieq kapitali. |
(102) |
Ma ġiet sottomessa l-ebda evidenza li turi li s-settur tal-MSG se jkun eżentat mill-intervent tal-gvern deskritt hawn fuq fis-sistema finanzjarja. Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll li l-produtturi ewlenin tal-MSG ibbenefikaw minn sussidji mill-gvern (ara l-premessa (83)). Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati severament fil-livelli kollha. |
3.2.3.9. In-natura sistemika tad-distorsjonijiet deskritti
(103) |
Il-Kummissjoni nnotat li d-distorsjonijiet deskritti fir-Rapport huma karatteristika għall-ekonomija Ċiniża. L-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritti hawn fuq fit-Taqsimiet 3.2.3.2 sa 3.2.3.5, kif ukoll fil-Parti A tar-Rapport, japplikaw fil-pajjiż kollu u fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-istess japplika għad-deskrizzjoni tal-fatturi tal-produzzjoni kif stabbilit fit-Taqsimiet minn 3.2.3.6 sa 3.2.3.8 hawn fuq u fil-Parti B tar-Rapport. |
(104) |
Il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi prodott l-MSG, hemm bżonn firxa ta’ inputs. F’dak ir-rigward, ir-RPĊ hija wieħed mill-produtturi ewlenin tal-qamħirrum – il-materja prima ewlenija fil-proċess tal-produzzjoni tal-MSG (ara l-premessa (64)). Meta l-produtturi tal-MSG jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs fir-RPĊ, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) jiġu esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs jużaw manodopera li tkun soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fuq is-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema tal-ippjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi. |
(105) |
Bħala konsegwenza, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-MSG mhumiex xierqa għall-użu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet kollha tal-input (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma affettwati wkoll minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet A u B tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti b’rabta mal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fir-RPĊ permezz tal-kombinazzjoni ta’ firxa ta’ fatturi tal-produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input lejn l-input u l-bqija. F’din l-investigazzjoni, la l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma ppreżentaw xi evidenza jew argument li juru l-kuntrarju. |
3.2.3.10. Konklużjoni
(106) |
L-analiżi stabbilita fit-Taqsimiet minn 3.2.3.2. sa 3.2.3.9., li tinkludi eżami tal-evidenza kollha disponibbli relatata mal-intervent tar-RPĊ fl-ekonomija tagħha b’mod ġenerali, kif ukoll fis-settur tal-MSG, u l-katina tal-provvista relatata wriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott taħt rieżami, inklużi l-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt attwali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Abbażi ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ. |
(107) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet biex tibni l-valur normali esklussivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu l-prezzijiet jew il-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u tal-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif diskuss fit-taqsima li ġejja. |
3.2.4. Pajjiż rappreżentattiv
3.2.4.1. Rimarki ġenerali
(108) |
L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:
|
(109) |
Kif spjegat fil-premessi (40) u (41), il-Kummissjoni ħarġet żewġ noti għall-fajl disponibbli għall-partijiet interessati dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali, ippreżentati fil-21 ta’ Frar 2020 (l-ewwel nota dwar il-fatturi tal-produzzjoni) u fit-8 ta’ April 2020 (it-tieni nota dwar il-fatturi tal-produzzjoni), rispettivament. Fl-aħħar nota, il-Kummissjoni għarrfet lill-partijiet interessati bil-konklużjoni tagħha li t-Tajlandja kienet pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk l-applikazzjoni tal-metodoloġija skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tiġi kkonfermata. |
3.2.4.2. Il-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat fil-pajjiż rappreżentattiv u livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ
(110) |
Fl-ewwel nota dwar il-fatturi tal-produzzjoni, il-Kummissjoni indikat li, fost il-pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ skont il-Bank Dinji, jiġifieri dawk ikklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi ta’ “introjtu medju superjuri” fuq bażi ta’ introjtu nazzjonali gross, il-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami kienet magħrufa li sseħħ fl-Arġentina, fil-Brażil, fil-Fiġi, fl-Iran, fil-Ġamajka, fil-Malasja, f’Mauritius, fil-Messiku, fil-Perù, fl-Afrika t’Isfel, fit-Tajlandja u fit-Turkija. Ma wasal l-ebda kumment dwar il-livell ta’ żvilupp ekonomiku u l-produzzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat fil-pajjiżi rappreżentattivi potenzjali wara dik in-nota. |
3.2.4.3. Data faċilment disponibbli fil-pajjiż rappreżentattiv
(111) |
Il-Kummissjoni setgħet tidentifika kumpaniji li jipproduċu l-MSG li d-data finanzjarja tagħhom kienet faċilment disponibbli u li għalhekk tista’ titqies xierqa għall-fini tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku fi tnejn biss mill-pajjiżi identifikati mill-Kummissjoni bħala pajjiżi rappreżentattivi potenzjali, jiġifieri fit-Tajlandja u l-Malasja. |
(112) |
Madankollu, kif iddikjarat fit-tieni nota dwar il-fatturi tal-produzzjoni, kumpanija waħda biss li tipproduċi l-MSG ġiet identifikata fil-Malasja: Ajinomoto Malaysia Bhd, li kienet tipproduċi wkoll prodotti tal-ikel u addittivi oħrajn. Fit-Tajlandja, ġew identifikati ħames kumpaniji, jiġifieri Ajinomoto Co. (Thailand) Ltd., Thai Fermentation Industry Co Ltd. (Racha Churos), Thai Churos, Thai Foods International Co. Ltd. u KT MSG. Dawn il-kumpaniji kollha kienu qed jipproduċu l-MSG u prodotti tal-ikel jew addittivi oħrajn. Madankollu, tnejn minnhom, Thai Fermentation Industry Co. Ltd. (Racha Churos) u Thai Churos, dehru li jipproduċu prinċipalment l-MSG u firxa limitata ta’ prodotti oħrajn. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-data finanzjarja disponibbli għall-pubbliku li tinsab fit-Tajlandja tkun rappreżentattiva u preċiża għall-valutazzjoni ta’ ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal SG&A għal din l-investigazzjoni. |
(113) |
Il-Kummissjoni analizzat bir-reqqa d-data rilevanti kollha disponibbli fil-fajl għall-fatturi tal-produzzjoni fit-Tajlandja u nnotat dan li ġej:
|
(114) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għall-SG&A u għall-profitti. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-ispejjeż ġenerali tal-manifattura biex jiġu koperti l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni. Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (112), il-Kummissjoni kkonkludiet li ħames kumpaniji fit-Tajlandja, jiġifieri Ajinomoto Co. (Thailand) Ltd.; Thai Fermentation Industry Co Ltd. (Racha Churos); Thai Churos; Thai Foods International Co. Ltd. u KT MSG kellhom rapporti finanzjarji faċilment disponibbli li setgħu jintużaw bħala indikatur biex jiġi ddeterminat ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għall-SG&A u għall-profitti. |
(115) |
Wara li ġie stabbilit li t-Tajlandja kienet pajjiż rappreżentattiv xieraq abbażi ta’ dawn l-elementi, ma kienx hemm bżonn li ssir valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali skont l-aħħar sentenza tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.2.4.4. Konklużjoni dwar il-pajjiż rappreżentattiv
(116) |
Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, it-Tajlandja ssodisfat il-kriterji kollha stipulati fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sabiex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. B’mod partikolari, it-Tajlandja kellha produzzjoni sostanzjali tal-prodott li qed jiġi investigat u sett komplet ta’ data faċilment disponibbli għall-fatturi tal-produzzjoni kollha, għall-SG&A u għall-profitt. |
3.2.5. Is-sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet u l-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni
(117) |
Fit-tieni nota dwar il-fatturi tal-produzzjoni, il-Kummissjoni ddikjarat li, sabiex tibni l-valur normali skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija kellha l-intenzjoni li tuża l-GTA (84) biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-materji primi kollha inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv u l-istatistika tal-ILO u l-istatistika nazzjonali biex tistabbilixxi l-kostijiet lavorattivi mingħajr distorsjoni fil-pajjiż rappreżentattiv. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li hija kellha l-intenzjoni li tuża għall-kostijiet tal-elettriku r-rati applikabbli mill-Awtorità tal-Elettriku Provinċjali tat-Tajlandja. Għall-kost tal-ilma, il-Kummissjoni kellha l-intenzjoni li tuża t-tariffi applikabbli mill-Awtorità Metropolitana tax-Xogħlijiet tal-Ilma tat-Tajlandja. Barra minn hekk, id-data finanzjarja minn ħames kumpaniji, jiġifieri Ajinomoto Co. (Thailand) Ltd.; Thai Fermentation Industry Co Ltd. (Racha Churos); Thai Churos; Thai Foods International Co. Ltd. u KT MSG, tintuża biex jiġu stabbiliti l-kostijiet u l-profitti tal-SG&A. |
3.2.6. Fatturi tal-produzzjoni
(118) |
Sabiex tiddetermina l-valur normali skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni analizzat id-data kollha disponibbli għall-fatturi tal-produzzjoni u ddeċidiet li tuża l-valuri li ġejjin: Tabella 1 Fatturi tal-produzzjoni tal-MSG
|
(119) |
Il-Kummissjoni inkludiet valur għall-ispejjeż ġenerali tal-manifattura sabiex jiġu koperti l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija aktar ’il fuq. Sabiex jiġi stabbilit dan l-ammont, sar użu mid-data pprovduta fit-talba, notevolment id-data mill-impjant ta’ Ajinomoto Thai KKP. Il-metodoloġija hija spjegata kif xieraq fil-premessi (127) u (128). |
3.2.6.1. Materja prima
(120) |
L-istruttura tal-kostijiet tal-MSG hija ddeterminata prinċipalment mill-kostijiet tal-materja prima, speċjalment is-sors taz-zokkor u diversi sustanzi kimiċi (prinċipalment karbonati) kif ukoll l-enerġija. |
(121) |
Sabiex tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq il-prezzijiet tal-importazzjoni lejn il-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji tal-importazzjoni. Sabiex jiġi stabbilit il-valur normali skont il-metodoloġija tal-Kummissjoni, jenħtieġ li l-kostijiet tat-trasport domestiku normalment jiżdiedu ma’ dawn il-prezzijiet tal-importazzjoni. Madankollu, meta wieħed iqis is-sejba fil-premessa (133) li l-ebda kost tat-trasport domestiku ma kienet disponibbli minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-esportatur/produtturi fir-RPĊ, kif ukoll in-natura ta’ din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza, li hija ffokata fuq is-sejba ta’ jekk id-dumping kompliex matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, minflok is-sejba tal-kobor eżatt tiegħu, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-aġġustamenti għat-trasport domestiku ma kinux meħtieġa, billi tali aġġustamenti jirriżultaw biss fiż-żieda tal-valur normali u, b’hekk, tal-marġini tad-dumping. |
(122) |
Il-prezz tal-importazzjoni ta’ kull fattur tal-produzzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kien iddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet unitarji tal-importazzjoni ta’ dak il-fattur tal-produzzjoni mill-pajjiżi terzi kollha, minbarra r-RPĊ u l-pajjiżi li ma kinux membri tad-WTO, elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (85). Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv, billi hija kkonkludiet, fil-premessa (106), li mhuwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma kien hemm l-ebda evidenza disponibbli li turi li l-istess distorsjonijiet ma affettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. |
3.2.6.2. Manodopera
(123) |
L-ILO tippubblika informazzjoni ddettaljata dwar il-pagi f’setturi ekonomiċi differenti fit-Tajlandja. Il-Kummissjoni użat l-aħħar statistika disponibbli tal-ILO dwar il-pagi fix-xahar fis-settur tal-manifattura u s-sigħat maħduma fil-ġimgħa fit-Tajlandja għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (86). |
3.2.6.3. Elettriku
(124) |
Il-prezz tal-elettriku għall-kumpaniji (utenti industrijali) fit-Tajlandja jiġi ppubblikat mill-Bord tal-Investiment tat-Tajlandja. Il-Kummissjoni użat ir-rati applikabbli għal kumpaniji ta’ Servizzi Ġenerali Kbar, kif applikati mill-Awtorità tal-Elettriku Provinċjali u ppubblikati mill-Bord tal-Investiment tat-Tajlandja (87). |
3.2.6.4. Oġġetti konsumabbli/kwantitajiet negliġibbli
(125) |
Minħabba l-għadd kbir ta’ fatturi tal-produzzjoni, uħud mill-materji primi li kellhom biss piż negliġibbli (jiġifieri inqas minn 0,5 %) fil-kost totali tal-produzzjoni ġew raggruppati taħt oġġetti konsumabbli. |
(126) |
Il-Kummissjoni kkalkolat il-persentaġġ tal-oġġetti konsumabbli fuq il-kost totali tal-materja prima kif ipprovdut fit-talba, notevolment id-data mill-impjant ta’ Ajinomoto Thai KKP, u applikat dan il-persentaġġ għall-kost ikkalkolat mill-ġdid tal-materja prima meta użat il-prezzijiet mingħajr distorsjoni stabbiliti. |
3.2.6.5. Spejjeż ġenerali tal-manifattura, SG&A, profitti u deprezzament
(127) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-ispejjeż ġenerali tal-manifattura biex jiġu koperti l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni. |
(128) |
Sabiex tistabbilixxi valur mingħajr distorsjoni tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura u minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi/produtturi Ċiniżi, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, abbażi tad-data pprovduta fit-talba, notevolment id-data mill-impjant ta’ Ajinomoto Thai KKP, il-Kummissjoni stabbiliet il-proporzjon tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura għall-kostijiet totali tal-manifattura u tal-manodopera. Dan il-persentaġġ ġie applikat għall-valur mingħajr distorsjoni tal-kost tal-manifattura biex jinkiseb il-valur mingħajr distorsjoni tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura. |
(129) |
Sabiex tistabbilixxi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għall-SG&A u għall-profitt, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq id-data finanzjarja minn ħames kumpaniji fil-pajjiż rappreżentattiv, it-Tajlandja, imsemmija fil-premessa (117); jiġifieri Ajinomoto Co. (Thailand) Ltd.; Thai Fermentation Industry Co Ltd. (Racha Churos); Thai Churos; Thai Foods International Co. Ltd. u KT MSG, kif estratta mill-bażijiet ta’ data ta’ Orbis Bureau van Dijk (88) (“Orbis”). Kif indikat fit-tieni nota dwar il-fatturi tal-produzzjoni, id-data ta’ Ajinomoto Co. (Thailand) Ltd. kopriet is-sena finanzjarja minn April 2018 sa Marzu 2019. L-aħħar data finanzjarja għall-erba’ kumpaniji l-oħrajn kopriet is-sena finanzjarja minn Jannar sa Diċembru 2018. Il-fatturat ta’ Ajinomoto Co. (Thailand) Ltd. kien jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-fatturat totali tal-ħames kumpaniji, u b’hekk id-data li tkopri parzjalment il-PIR għandha piż sinifikanti ħafna fuq l-SG&A u l-profitt medji użati f’din l-investigazzjoni. L-inklużjoni tad-data ta’ kumpaniji oħrajn, filwaqt li tkopri l-perjodu eżatt qabel il-PIR, tqieset li hija rappreżentattiva fin-nuqqas ta’ evidenza li turi l-kuntrarju. Ma wasal l-ebda kumment dwar dan l-approċċ kif deskritt fit-tieni nota dwar il-fatturi tal-produzzjoni. Il-Kummissjoni kienet temmen li dan l-approċċ huwa xieraq f’dawn iċ-ċirkostanzi, meta jitqies li l-SG&A u l-profitt ta’ Ajinomoto Co. (Thailand) Ltd. (it-tnejn 16 %) kienu konformi mal-medja użata u elenkata fil-premessa (132) li tirrifletti d-data tal-kumpaniji l-oħrajn li għalihom kien hemm data disponibbli sa tmiem l-2018. Fi kwalunkwe każ, kwalunkwe sett ta’ data kien juri marġini għoli ta’ dumping u, meta jitqies li l-investigazzjoni kkonċernata hija rieżami tal-iskadenza, ma hemmx bżonn li jiġi stabbilit marġni ta’ dumping preċiż. F’Jannar 2021, il-Kummissjoni kkonsultat il-bażi ta’ data ta’ Dun & Bradstreet (‘D&B’) (89) biex tivverifika jekk id-data finanzjarja tal-ħames kumpaniji kollha kinitx aġġornata. L-uniku aġġornament li nstab kien għal Ajinomoto Co. (Thailand) Ltd. għall-perjodu minn April 2019 sa Marzu 2020, madankollu, is-sett ta’ data ma kienx komplet minħabba li ma kienx jinkludi l-profitt nett. Għalhekk, intuża s-sett oriġinali ta’ data li ġie żvelat fit-tieni nota dwar il-fatturi tal-produzzjoni. |
3.2.7. Il-kalkolu
(130) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni bniet il-valur normali fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi/produtturi fiċ-Ċina u, għalhekk, il-fatt li ma kienet disponibbli l-ebda informazzjoni dwar it-tipi ta’ prodotti mibjugħa fis-suq domestiku, il-valur normali ma kienx stabbilit abbażi tat-tip. |
(131) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi/produtturi Ċiniżi, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba bbażata fuq l-istruttura tal-kostijiet u l-proporzjonijiet tal-produzzjoni teknika rilevanti tal-impjanti tal-produzzjoni tiegħu adattati għas-sorsi ewlenin taz-zokkor (lamtu tal-qamħirrum) użati fiċ-Ċina dwar l-użu ta’ kull fattur (materjali u manodopera) għall-produzzjoni tal-MSG. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-fatturi tal-użu bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità li ġew osservati fil-pajjiż rappreżentattiv, jiġifieri t-Tajlandja. |
(132) |
Il-Kummissjoni mbagħad applikat il-proporzjon tal-ispejjeż ġenerali tal-manifattura stabbilit kif spjegat fil-premessa (128) għall-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura. Għall-SG&A u għall-profitt, il-Kummissjoni użat il-medja ponderata tal-SG&A u tal-profitt kif irreġistrata fir-rapporti finanzjarji disponibbli għall-pubbliku tal-ħames produtturi tal-MSG identifikati fit-Tajlandja kif spjegat fil-premessa (129). B’hekk, il-Kummissjoni żiedet l-entrati li ġejjin fil-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura:
|
3.2.8. Il-prezz tal-esportazzjoni
(133) |
Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi/produtturi fir-RPĊ, il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni ġew stabbiliti abbażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezz tal-esportazzjoni abbażi tal-istatistika disponibbli, jiġifieri l-bażi ta’ data Comext (Eurostat). Billi l-prezzijiet fil-Comext huma rreġistrati fil-livell tal-Kost, l-Assigurazzjoni u n-Nol (“CIF”), il-livell tal-prezz mill-fabbrika ġie stabbilit abbażi tal-evidenza pprovduta fit-talba għal rieżami tal-iskadenza għall-kost tat-trasport, l-immaniġġjar, it-trasport tal-merkanzija bil-baħar u l-assigurazzjoni. |
3.2.9. Tqabbil u marġini tad-dumping
(134) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali maħdum skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku mal-prezz tal-esportazzjoni kif stabbilit hawn fuq. Fuq dik il-bażi, il-marġini tad-dumping medju ponderat, espress bħala persentaġġ tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni mill-bażi ta’ data Comext, bid-dazju mhux imħallas, kien ta’ 112,8 %. |
3.2.10. Konklużjoni
(135) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dumping mir-RPĊ kompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
3.3. L-Indoneżja
(136) |
Għall-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, id-data statistika mill-Eurostat turi li ġew importati 5 535 tunnellata ta’ MSG mill-Indoneżja, li jirrappreżentaw [5 – 10] % tas-sehem mis-suq fl-Unjoni. Il-Kummissjoni kkonkludiet li tali volum ta’ importazzjonijiet huwa rappreżentattiv biżżejjed biex jiġi eżaminat jekk id-dumping kompliex matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
3.3.1. Il-valur normali
(137) |
Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Indoneżjani, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli biex tistabbilixxi l-valur normali, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni użat l-informazzjoni pprovduta mill-grupp ta’ produtturi Indoneżjani li kkooperaw. |
(138) |
B’hekk, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku pprovduti mill-grupp ta’ produtturi Indoneżjani li kkooperaw. Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Indoneżjani, ma kien disponibbli l-ebda prezz tal-esportazzjoni dettaljat għal kull tip ta’ prodott. Konsegwentement, ma kienx possibbli li jitwettaq test dettaljat tal-perkors normali tal-kummerċ kif stabbilit fl-Artikoli 2(4) sa 2(6) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni stabbiliet li l-prezz medju tal-bejgħ domestiku kien profittabbli, jiġifieri ogħla mill-kost medju tal-produzzjoni stabbilit għall-grupp ta’ produtturi Indoneżjani li kkooperaw. Għalhekk, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz medju tal-bejgħ domestiku kollu tal-grupp ta’ produtturi Indoneżjani li kkooperaw. |
(139) |
L-investigazzjoni żvelat ukoll li l-MSG inbiegħ bl-ingrossa u għall-bejgħ bl-imnut. L-applikant ipprovda informazzjoni li l-MSG bl-ingrossa (jiġifieri fuq il-bejgħ f’daqsijiet ta’ imballaġġ ta’ 20 kg u aktar) kien jirrappreżenta l-maġġoranza kbira tal-bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, filwaqt li l-bejgħ fis-suq domestiku fl-Indoneżja sar kemm bl-ingrossa kif ukoll għall-bejgħ bl-imnut (bejgħ f’pakketti żgħar għall-konsumatur). |
(140) |
Id-data sottomessa mill-grupp ta’ produtturi Indoneżjani li kkooperaw ikkonfermat li l-MSG bl-ingrossa nbiegħ fis-suq domestiku tal-Indoneżja bi prezzijiet aktar baxxi mill-kost tal-produzzjoni u wriet li kien hemm differenza konsistenti fil-prezz bejn il-bejgħ bl-ingrossa u l-bejgħ bl-imnut. |
(141) |
Għalhekk, għall-finijiet ta’ kompletezza u biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, il-Kummissjoni kkalkolat ukoll valur normali alternattiv ibbażat fuq il-bejgħ domestiku bl-ingrossa biss li jista’ jitqabbel mal-prezzijiet tal-bejgħ għall-esportazzjoni b’mod predominanti bl-ingrossa. Kif intqal hawn fuq, il-prezzijiet tal-bejgħ tal-MSG bl-ingrossa kienu bbażati fuq l-informazzjoni pprovduta mill-grupp ta’ produtturi Indoneżjani li kkooperaw. Billi l-bejgħ domestiku bl-ingrossa sar taħt il-kost medju tal-produzzjoni, il-Kummissjoni bniet il-valur normali skont l-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku billi żiedet l-ispejjeż medji SG&A u l-profitti mġarrba mill-grupp ta’ produtturi Indoneżjani li kkooperaw fuq il-bejgħ domestiku kollu tal-MSG (bl-ingrossa u bl-imnut), matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra disponibbli, huwa tqies bħala l-aktar sors xieraq ta’ informazzjoni u raġonevoli. |
3.3.2. Il-prezz tal-esportazzjoni
(142) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Indoneżjani, il-prezz tal-esportazzjoni ġie ddeterminat abbażi tad-data ta’ Comext (Eurostat), skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Billi l-prezzijiet fil-Comext huma rreġistrati fil-livell CIF u l-grupp ta’ produtturi Indoneżjani li kkooperaw ma esportax lejn l-Unjoni, il-livell tal-prezz mill-fabbrika ġie stabbilit abbażi tal-evidenza pprovduta fit-talba għal rieżami tal-iskadenza għall-kostijiet tat-trasport u tal-assigurazzjoni mill-Indoneżja sal-fruntiera tal-Unjoni. |
3.3.3. Tqabbil u marġini tad-dumping
(143) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali taħt iż-żewġ xenarji differenti deskritti hawn fuq mal-prezz tal-esportazzjoni kif stabbilit hawn fuq. Fuq dik il-bażi, il-marġini tad-dumping medju ponderat, espress bħala persentaġġ tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kien ta’:
|
3.3.4. Konklużjoni
(144) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dumping mill-Indoneżja kompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
4. IL-PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI TAD-DUMPING
4.1. Ir-RPĊ
(145) |
Wara s-sejba tal-eżistenza ta’ dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni investigat, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping, jekk il-miżuri jitħassru fir-rigward tal-importazzjonijiet mir-RPĊ. B’konsegwenza tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi/produtturi fir-RPĊ, il-Kummissjoni bbażat il-valutazzjoni tagħha fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq is-sejbiet tar-rieżami ta’ skadenza preċedenti msemmi fil-premessa (2), l-informazzjoni pprovduta fit-talba għal rieżami, l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku, Comext (Eurostat) u l-GTA. Ġew analizzati l-elementi li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ, il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn is-swieq ta’ pajjiżi terzi, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u l-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni. |
4.1.1. Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ
(146) |
Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni kellha tibbaża l-valutazzjoni tagħha fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari fuq l-informazzjoni pprovduta fit-talba u s-sejbiet tar-rieżami ta’ skadenza preċedenti, kif ukoll sorsi pubbliċi oħrajn kif spjegat fil-premessa (149). |
(147) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-MSG fiċ-Ċina żdiedet kontinwament mill-2015, skont l-informazzjoni pprovduta mill-applikant. Mill-2013, minħabba t-tisħiħ tal-liġijiet dwar il-ħarsien tal-ambjent, il-produtturi iżgħar tal-MSG fiċ-Ċina ħarġu mis-suq tal-MSG, filwaqt li produtturi akbar espandew il-faċilitajiet tagħhom u żiedu l-kapaċità tal-produzzjoni b’[10-30] %, tant li laħqu [3 500 000-4 000 000] tunnellata, bejn l-2016 u l-2018. Matul l-istess perjodu, il-kapaċità ta’ riżerva totali żdiedet b’[100-130] %. Mill-2018, il-kapaċità mhux użata fost il-produtturi attivi tal-MSG fir-RPĊ ġiet stmata li hija [minn tnax sa ħmistax-il darba] akbar mid-daqs tal-konsum tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
(148) |
Barra minn hekk, diversi artikli disponibbli għall-pubbliku (90) bbażati fuq rapporti tas-suq jikkonfermaw iż-żieda rapida fil-volumi tal-produzzjoni Ċiniżi. Abbażi ta’ din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku, diversi produtturi ewlenin tal-MSG fir-RPĊ żiedu l-kapaċità tagħhom mill-2015. |
(149) |
L-informazzjoni oħra disponibbli għall-pubbliku (91) indikat li Fufeng Group, wieħed mill-produtturi ewlenin tal-MSG fir-RPĊ u l-esportatur ewlieni lejn l-Unjoni skont l-applikant, żied il-kapaċità tal-produzzjoni tiegħu b’41 %, minn 940 000 tunnellata fl-2015 għal 1 330 000 tunnellata fl-2019. Fl-istess ħin, l-użu tal-kapaċità tiegħu naqas għal 80 %. Dan ifisser li, fl-2019, il-kapaċità ta’ riżerva ta’ produttur Ċiniż wieħed kienet tammonta għal 266 000 tunnellata, jiġifieri aktar minn [darbtejn sa erba’] darbiet il-konsum totali tal-Unjoni matul l-istess perjodu. |
(150) |
Meta jitqies li hemm diversi produtturi oħrajn tal-MSG fir-RPĊ b’daqs komparabbli bħal Fufeng Group kif imsemmi hawn fuq, huwa raġonevoli li jiġi konkluż li hemm kapaċità żejda sinifikanti fir-RPĊ. |
4.1.2. L-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni, il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn swieq ta’ pajjiżi terzi u ċ-ċirkomvenzjoni
(151) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk huwiex probabbli li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jżidu l-bejgħ għall-esportazzjoni tagħhom lejn l-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Għalhekk, il-Kummissjoni eżaminat il-livelli tal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi lejn l-Unjoni meta mqabbla ma’ swieq ta’ pajjiżi terzi oħrajn, sabiex tiddetermina jekk is-suq tal-Unjoni kienx attraenti f’termini tal-livelli tal-prezzijiet. |
(152) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni użat l-istatistika tal-Eurostat u tal-GTA. Instab li l-prezz medju tal-esportazzjoni miċ-Ċina lejn l-Unjoni kien biss marġinalment inqas mill-prezz medju ġenerali tal-esportazzjoni miċ-Ċina lejn swieq ta’ pajjiżi terzi oħrajn. Minħabba li, kif spjegat il-premessa (221), il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina lejn l-UE (mingħajr dazju anti-dumping) waqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-PIR, huwa probabbli ħafna li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, is-suq tal-Unjoni jkun aktar attraenti għall-esportaturi Ċiniżi minn swieq ta’ pajjiżi terzi oħrajn. Dan minħabba li, mingħajr dazji, l-esportaturi Ċiniżi jistgħu jesportaw lejn l-Unjoni bi prezzijiet ogħla minn dawk lejn swieq ta’ pajjiżi terzi oħrajn, iżda xorta taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. |
(153) |
Instab ukoll li, minkejja l-miżuri anti-dumping fis-seħħ, l-importazzjonijiet miċ-Ċina baqgħu relattivament stabbli kemm f’termini ta’ volum kif ukoll f’termini ta’ sehem mis-suq, li jirrappreżentaw [4 - 7 %] tas-sehem mis-suq matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (li aktar minn nofshom kienu taħt proċessar attiv ara t-taqsima 5.3.2 hawn taħt). Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessi (8) u (9), instab li l-produtturi esportaturi Ċiniżi jevitaw il-miżura anti-dumping fis-seħħ billi jesportaw prodott ftit modifikat (l-MSG f’taħlita u f’soluzzjoni). Il-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni juru l-interess tal-produtturi esportaturi Ċiniżi fl-aċċess għas-suq tal-Unjoni mingħajr restrizzjonijiet u, b’hekk, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-esportazzjonijiet Ċiniżi. |
(154) |
Abbażi tal-kapaċità żejda sinifikanti fir-RPĊ u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi esportaturi Ċiniżi, kif muri mill-prezzijiet tal-esportazzjoni u mill-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni tal-pajjiż terz, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm probabbiltà kbira li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping jirriżultaw f’żieda tal-esportazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
4.1.3. Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping
(155) |
Fid-dawl tas-sejbiet tagħha dwar il-kontinwazzjoni tad-dumping matul il-PIR u dwar l-iżvilupp probabbli tal-esportazzjonijiet jekk il-miżuri jiskadu, kif spjegat fil-premessa (154), il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ tirriżulta fil-kontinwazzjoni tad-dumping. |
4.2. L-Indoneżja
(156) |
Wara s-sejba tal-eżistenza tad-dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni investigat il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping, jekk il-miżuri jitħassru. B’konsegwenza tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi fl-Indoneżja, il-Kummissjoni bbażat il-valutazzjoni tagħha fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, speċjalment fuq l-informazzjoni pprovduta fit-talba u l-istatistika disponibbli, jiġifieri dawk mill-Eurostat u mill-GTA. Ġew analizzati l-elementi li ġejjin: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fl-Indoneżja, is-sitwazzjoni tas-suq domestiku fl-Indoneżja, il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn is-swieq ta’ pajjiżi terzi oħrajn u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni. |
4.2.1. Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fl-Indoneżja
(157) |
Minħabba n-nuqqas kbir ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Indoneżjani, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fl-Indoneżja ġew stabbiliti abbażi tal-fatti disponibbli u, b’mod partikolari, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-applikant, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
(158) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni fl-Indoneżja qabżet sostanzjalment il-volumi tal-produzzjoni. Skont it-talba, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-MSG kienet tammonta għal madwar 240 elf tunnellata bejn Lulju 2018 u Ġunju 2019, filwaqt li l-volumi tal-produzzjoni kienu jammontaw għal madwar 200 elf tunnellata fl-istess perjodu. Għalhekk, l-użu tal-kapaċità laħaq madwar 85 %, li jammonta għal kapaċità ta’ riżerva stmata ta’ madwar 35 elf tunnellata, li tirrappreżenta [minn żero sa darbtejn] id-daqs tal-konsum totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. |
(159) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi esportaturi Indoneżjani għandhom kapaċità ta’ riżerva sinifikanti, li huma jistgħu jużaw biex jipproduċu l-MSG għall-esportazzjoni lejn is-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. |
4.2.2. Is-sitwazzjoni tas-suq fl-Indoneżja
(160) |
Skont l-istatistika tal-GTA, l-esportazzjonijiet tal-MSG miċ-Ċina lejn l-Indoneżja żdiedu b’71 % bejn l-2016 u l-2019, minn 26 668 tunnellata għal 45 498 tunnellata fl-2019. Matul l-istess perjodu, il-prezzijiet tal-MSG miċ-Ċina lejn l-Indoneżja naqsu b’aktar minn 8 %, minn EUR 949/tunnellata fl-2016 għal EUR 874/tunnellata fl-2019. |
(161) |
Il-livelli dejjem jogħlew ta’ importazzjonijiet bi prezz baxx miċ-Ċina għamluha dejjem aktar diffiċli għall-produtturi Indoneżjani biex ibigħu l-MSG fis-suq domestiku tagħhom u/jew biex ikopru l-kostijiet tal-produzzjoni tagħhom permezz ta’ bejgħ domestiku. Matul l-investigazzjoni, dan jista’ jiġi osservat ukoll fil-livell tal-grupp ta’ produtturi Indoneżjani li kkooperaw li kienu qed ibigħu l-MSG bl-ingrossa taħt il-kost, kif spjegat fil-premessa (139). Tali sitwazzjoni qed issaħħaħ l-inċentiv tal-produtturi Indoneżjani biex iżidu l-bejgħ għall-esportazzjoni tagħhom lejn pajjiżi terzi, inkluża l-Unjoni, biex jassorbu mill-inqas il-kost fiss tal-produzzjoni. |
4.2.3. L-attrazzjoni tas-suq tal-Unjoni, il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn swieq ta’ pajjiżi terzi
(162) |
L-investigazzjoni sabet li s-sehem mis-suq Indoneżjan baqa’ rappreżentattiv matul il-perjodu kollu kkunsidrat u kien ta’ [5 – 9] % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, minkejja l-miżuri anti-dumping fis-seħħ. Dan juri b’mod ċar l-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi Indoneżjani tal-MSG. |
(163) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk huwiex probabbli li l-produtturi esportaturi Indoneżjani jżidu l-bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Għalhekk, il-Kummissjoni eżaminat il-livelli tal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi Indoneżjani lejn l-Unjoni meta mqabbla ma’ swieq ta’ pajjiżi terzi oħrajn, sabiex tiddetermina jekk is-suq tal-Unjoni kienx attraenti f’termini tal-livelli tal-prezzijiet. |
(164) |
Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Indoneżjani, it-tqabbil tal-prezzijiet tal-esportazzjoni mill-Indoneżja lejn l-Unjoni mal-prezzijiet tal-esportazzjoni mill-Indoneżja lejn swieq tal-esportazzjoni oħrajn matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami kien ibbażat fuq id-data mill-GTA. Fuq dik il-bażi, il-prezz medju tal-bejgħ għall-esportazzjoni FOB tal-Indoneżja lejn l-Unjoni kien ftit ogħla (b’1,6 %) mill-prezz medju globali tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-Indoneżja lejn swieq ta’ pajjiżi terzi oħrajn. Għalkemm il-prezzijiet kienu biss ftit ogħla għall-Unjoni, is-sehem mis-suq kostanti u xorta sinifikanti tal-esportazzjonijiet Indoneżjani fl-Unjoni jikkonferma li l-livelli tal-prezzijiet lejn l-Unjoni kienu attraenti. Barra minn hekk, meta jitqies li l-prezzijiet FOB irreġistrati fil-GTA ma jinkludux id-dazji anti-dumping (li huma bejn 7,2 % u 28,4 % għall-produtturi esportaturi Indoneżjani), il-livell tal-prezzijiet lejn l-Unjoni ċertament ikun attraenti għall-esportaturi Indoneżjani jekk id-dazji jiskadu, billi dan jippermettilhom iżidu l-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħhom. F’dan ix-xenarju, is-suq tal-Unjoni jiġġenera livell ta’ prezzijiet li jħalli aktar qligħ minn swieq terzi oħrajn u, għalhekk, ikun hemm inċentiv kbir biex jiżdiedu l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. |
(165) |
Abbażi tal-kapaċità żejda sostanzjali tal-produtturi Indoneżjani, is-sitwazzjoni tas-suq domestiku fl-Indoneżja u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi esportaturi Indoneżjani, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm probabbiltà kbira li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping jirriżultaw f’żieda tal-esportazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
4.2.4. Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tad-dumping
(166) |
Fid-dawl tas-sejbiet tagħha dwar il-kontinwazzjoni tad-dumping matul il-PIR u dwar l-iżvilupp probabbli tal-esportazzjonijiet fil-każ li l-miżuri jiskadu, kif stabbilit fil-premessa (165), il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet mill-Indoneżja tirriżulta fil-kontinwazzjoni tad-dumping. |
5. DANNU
5.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
(167) |
Il-prodott simili kien manifatturat minn produttur wieħed fl-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Huwa jikkostitwixxi l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
5.2. Il-konsum tal-Unjoni
(168) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni billi żiedet il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni mal-importazzjonijiet mir-RPĊ, mill-Indoneżja u minn pajjiżi terzi oħrajn, abbażi tal-Eurostat. |
(169) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 2 Il-konsum tal-Unjoni (f’tunnellati)
|
(170) |
Il-konsum tal-Unjoni fis-suq ħieles żdied bi ftit bejn l-2016 u l-2017 qabel ma naqas lejn it-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Kumplessivament, il-konsum tal-Unjoni fis-suq ħieles naqas b’5 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
(171) |
Hemm ukoll konsum ristrett żgħir ħafna fl-Unjoni li jirrappreżenta inqas minn 0,5 % tal-konsum tas-suq ħieles matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni. Il-konsum ristrett żdied b’145 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
5.3. Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
5.3.1. Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
(172) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet abbażi tal-Eurostat. |
(173) |
L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u s-sehem mis-suq tagħhom żviluppaw kif ġej: Tabella 3 Il-volum tal-importazzjonijiet (f’tunnellati) u s-sehem mis-suq
|
(174) |
Il-volumi tal-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu kważi kostanti bejn l-2016 u l-2017, naqsu b’mod sinifikanti fl-2018 (bi 39 % meta mqabbla mal-2017), u mbagħad żdiedu b’57 % sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbla mal-2018. Kumplessivament, il-volumi tal-importazzjonijiet mir-RPĊ naqsu bi 3 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
(175) |
Il-volumi tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja żdiedu bejn l-2016 u l-2018 b’10 % qabel ma naqsu b’mod sinifikanti b’39 % sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbla mal-livelli tal-2018. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volumi tal-importazzjoni mill-Indoneżja naqsu bi 32 %. |
(176) |
Is-sehem mis-suq tar-RPĊ żdied bi 2 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, filwaqt li għall-Indoneżja naqas b’29 % matul l-istess perjodu. Madankollu, is-sehem mis-suq kemm għar-RPĊ kif ukoll għall-Indoneżja kien ogħla de minimis matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni. |
5.3.2. Sistema ta’ proċessar attiv
(177) |
L-MSG jiġi importat mir-RPĊ kemm taħt ir-reġim normali kif ukoll taħt is-sistema ta’ proċessar attiv. |
(178) |
L-importazzjonijiet mir-RPĊ taħt ir-reġim normali u taħt is-sistema ta’ proċessar attiv żviluppaw kif ġej: Tabella 4 Il-volum tal-importazzjonijiet (f’tunnellati) mir-RPĊ taħt ir-reġim normali u taħt is-sistema ta’ proċessar attiv
|
(179) |
68 % tal-importazzjonijiet totali mir-RPĊ ġew importati permezz tas-sistema ta’ proċessar attiv fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volum tagħhom żdied b’41 %. |
5.3.3. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u t-twaqqigħ tal-prezz
(180) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tal-Eurostat. |
(181) |
Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żviluppa kif ġej: Tabella 5 Il-prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/kg)
|
(182) |
Il-prezz tal-importazzjonijiet mir-RPĊ naqas bi 17 % bejn l-2016 u l-2018 qabel ma żdied b’5 % sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Kumplessivament, il-prezz tal-importazzjonijiet mir-RPĊ naqas bi 12 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
(183) |
Il-prezz tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja segwa l-istess xejra bħall-prezz tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, billi naqas bi 13 % bejn l-2016 u l-2018 u mbagħad żdied b’9 % sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volumi tal-importazzjoni mill-Indoneżja naqsu bi 6 %. |
(184) |
Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u Indoneżjani kif iddikjarat fil-premessa (24), il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami billi qabblet il-prezz tal-bejgħ medju ponderat tal-produttur uniku tal-Unjoni mitlub lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustat ma’ livell mill-fabbrika u l-prezzijiet tal-esportazzjoni medji ponderati mill-Eurostat, inkluż id-dazju anti-dumping, mal-aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali u l-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni. Fir-rigward tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, il-prezz tal-volumi tal-MSG importat taħt is-sistema ta’ proċessar attiv ma kienx ikkunsidrat, minħabba li dawn il-volumi mhumiex rilaxxati fiċ-ċirkolazzjoni libera tas-suq tal-Unjoni. |
(185) |
Ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala persentaġġ tal-fatturat tal-uniċi produtturi tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dan ma wera l-ebda twaqqigħ tal-prezz kemm għar-RPĊ kif ukoll għall-Indoneżja. |
5.4. L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ u l-Indoneżja
(186) |
L-importazzjonijiet tal-MSG minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ u l-Indoneżja kienu prinċipalment mill-Vjetnam u mill-Brażil. |
(187) |
Il-volum tal-importazzjonijiet, kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet tal-prezzijiet għall-importazzjonijiet tal-MSG minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppaw kif ġej: Tabella 6 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(188) |
Kumplessivament, il-volumi tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn naqsu minn 5 642 400 kg fl-2016 għal 4 345 700 kg fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, jiġifieri tnaqqis ta’ 23 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Is-sehem mis-suq korrispondenti naqas b’19 % fl-istess perjodu. Kumplessivament, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi żdiedu bi 3 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u huma konsiderevolment ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. |
5.5. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
5.5.1. Rimarki ġenerali
(189) |
Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
5.5.2. Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
(190) |
Il-produzzjoni tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità totali żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 7 Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità
|
(191) |
Il-produzzjoni varjat kemxejn matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Filwaqt li żdiedet b’6 % bejn l-2016 u l-2017, hija naqset bi 3 % bejn l-2017 u l-2018, u mbagħad reġgħet żdiedet bi 3 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Kumplessivament, il-volum tal-produzzjoni żdied b’6 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. L-investigazzjoni wriet li l-fluttwazzjonijiet kienu prinċipalment ikkawżati mill-operazzjonijiet ta’ tifi għall-finijiet ta’ manutenzjoni li wettqet l-industrija tal-Unjoni (f’ċerti snin ta’ 16-il jum u f’oħrajn ta’ 10 ijiem). |
(192) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet stabbli fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
(193) |
B’riżultat ta’ kapaċità tal-produzzjoni stabbli, l-użu tal-kapaċità żviluppa f’konformità mal-volum tal-produzzjoni, jiġifieri l-ewwel żdied bejn l-2016 u l-2017, imbagħad naqas bejn l-2017 u l-2018 u reġa’ żdied fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, anki l-użu tal-kapaċità żdied b’6 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
5.5.3. Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq
(194) |
Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 8 Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq
|
(195) |
Il-volum tal-bejgħ tal-MSG mill-industrija tal-Unjoni bilkemm żdied b’1 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. L-ewwel żdied b’7 % bejn l-2016 u l-2017 u mbagħad naqas b’6 % sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami. It-tnaqqis parallel fil-konsum wassal għal żieda fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni b’6 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
5.5.3.1. It-tkabbir
(196) |
Kif intqal hawn fuq, filwaqt li l-konsum tal-Unjoni fis-suq ħieles naqas b’5 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas kemxejn b’1 %, li jissarraf f’żieda tas-sehem mis-suq ta’ 6 %. |
5.5.4. L-impjiegi u l-produttività
(197) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 9 L-impjiegi u l-produttività
|
(198) |
L-impjiegi fl-industrija tal-Unjoni naqsu bi 3 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan it-tnaqqis kien dovut għal sinerġiji f’servizzi kondiviżi (bħat-teknoloġija tal-informatika (“IT”) u r-riżorsi umani (“HR”)) wara l-integrazzjoni tan-negozju tal-bejgħ bl-imnut iffriżat f’AFE. |
(199) |
Il-produttività żdiedet minħabba l-kombinazzjoni ta’ tnaqqis fl-impjieg u żieda fil-volum tal-produzzjoni kif spjegat fil-premessa (191). |
5.5.5. Il-kobor tal-marġini tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat
(200) |
Il-marġnijiet tad-dumping għall-pajjiżi kkonċernati kienu ogħla b’mod sinifikanti mil-livell de minimis kif iddikjarat fil-premessa (134) u (143) l-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati baqgħu sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat kif deskritt fil-premessi (174) sa (176). |
(201) |
Għalhekk, l-ipprezzar inġust kontinwu mill-produtturi esportaturi mir-RPĊ u mill-Indoneżja ma ppermettiex lill-industrija tal-Unjoni tirkupra mill-prattiki ta’ dumping tal-passat. |
5.5.6. Il-prezzijiet u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
(202) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ unitarju tal-uniku produttur tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 10 Il-prezzijiet u l-kostijiet tal-bejgħ fl-Unjoni
|
(203) |
Il-prezz medju tal-bejgħ unitarju tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni naqas b’7 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan kellu xejra ta’ tnaqqis bejn l-2016 u l-2018 u mbagħad żdied fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Ix-xejra tal-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni segwiet ix-xejra tal-prezz tal-importazzjoni miċ-Ċina u mill-Indoneżja fis-suq tal-Unjoni. |
(204) |
Il-kost unitarju tal-produzzjoni naqas b’4 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Huwa kien stabbli bejn l-2016 u l-2017, imbagħad żdied b’4 % fl-2018 meta mqabbel mal-2017 u naqas bi 8 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. It-tnaqqis fil-kost tal-produzzjoni fl-2019, meta mqabbel mal-2018, huwa dovut għall-isforzi tal-industrija tal-Unjoni biex tnaqqas il-konsum tal-materja prima fil-proċess tal-manifattura, kif ukoll għal tnaqqis fil-prezz tal-materja prima. |
5.5.7. Il-kostijiet lavorattivi
(205) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-uniku produttur tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 11 Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
(206) |
Il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat naqas bi 2 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan it-tnaqqis huwa marbut mas-sinerġiji fil-funzjonijiet tal-IT, tal-finanzi, tar-riżorsi umani u tal-maniġment superjuri miksuba wara l-integrazzjoni tan-negozju tal-bejgħ bl-imnut iffriżat f’AFE kif imsemmi fil-premessa (198). |
5.5.8. Inventarji
(207) |
Il-livelli tal-istokks tal-uniku produttur tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 12 Inventarji
|
(208) |
Kumplessivament, l-istokks tal-għeluq naqsu bi 22 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. L-istokks tal-għeluq kellhom xejra ta’ tnaqqis bejn l-2016 u l-2018 u mbagħad żdiedu bi 23 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbla mal-2018. Minkejja x-xejra ta’ tnaqqis, il-livell tal-istokks baqa’ għoli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
(209) |
L-istokks tal-għeluq bħala persentaġġ tal-produzzjoni naqsu bi 38 % bejn l-2016 u l-2018 u mbagħad żdiedu b’20 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Kumplessivament, huma naqsu b’26 %. Din ix-xejra ta’ tnaqqis segwiet ix-xejra ta’ tnaqqis tal-istokks tal-għeluq u ż-żieda żgħira fil-volum tal-produzzjoni. |
5.5.9. Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital
(210) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-uniku produttur tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 13 Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti
|
(211) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-uniku produttur tal-Unjoni billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni bħala persentaġġ tal-fatturat minn dak il-bejgħ. Il-profittabbiltà naqset b’mod sinifikanti bejn l-2016 u l-2018. L-uniku produttur tal-Unjoni rreġistra telf bejn l-2017 u l-2019. Fl-2019, il-profittabbiltà tjiebet meta mqabbla mal-2018 minħabba żieda fil-prezz tal-bejgħ u tnaqqis fil-kost tal-produzzjoni kif iddikjarat fil-premessi (203) u (204). Matul il-perjodu kkunsidrat, il-profittabilità madankollu naqset minn [1,6 % - 2,7 %] fl-2016 għal telf ta’ [-0,6 % - -0,4 %] fil-PIR. |
(212) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiffinanzja hija stess l-attivitajiet tagħha. Il-fluss tal-flus nett wera l-istess xejra bħall-profittabbiltà: naqas bejn l-2016 u l-2018 qabel ma żdied matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami. Kumplessivament, il-fluss tal-flus nett naqas b’50 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
(213) |
L-investimenti naqsu bi 23 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Huma kienu jirrappreżentaw prinċipalment l-investimenti meħtieġa għaż-żamma tat-tagħmir, għat-tnaqqis tal-konsum tal-materja prima, kif ukoll l-investimenti għall-konformità mar-rekwiżiti legali għas-sikurezza u għall-ħarsien tal-ambjent. |
(214) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’persentaġġ tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Bħal fil-każ tal-indikaturi finanzjarji l-oħrajn, ir-redditu fuq l-investiment kellu xejra ta’ tnaqqis bejn l-2016 u l-2018 u żdied kemxejn fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Matul il-perjodu kkunsidrat, ir-redditu fuq l-investimenti naqas b’386 %. |
(215) |
Finalment, b’kont meħud tat-tnaqqis fil-profittabbiltà u fil-fluss tal-flus, il-kapaċità tal-kumpanija li tiġġenera l-kapital kienet affettwata b’mod negattiv ukoll. |
5.6. Konklużjoni dwar id-dannu
(216) |
Minkejja l-miżuri fis-seħħ, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u mill-Indoneżja komplew f’volumi sinifikanti. |
(217) |
L-industrija tal-Unjoni tinsab f’sitwazzjoni finanzjarja diffiċli. Għalkemm uħud mill-indikaturi tad-dannu, bħall-volum tal-produzzjoni, is-sehem mis-suq u l-istokks juru xejra favorevoli, indikaturi oħrajn, bħall-prezzijiet tal-bejgħ, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investiment juru xejra negattiva. |
(218) |
Minkejja l-miżuri fis-seħħ, iż-żieda fil-produttività u l-fatt li l-industrija tal-Unjoni rnexxielha tnaqqas il-kost tal-produzzjoni tagħha, l-industrija tal-Unjoni xorta rreġistrat telf bejn l-2017 u l-2019. |
(219) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
(220) |
Imbagħad il-Kummissjoni vvalutat jekk hemmx rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
(221) |
Fir-rigward tar-RPĊ, l-investigazzjoni żvelat li l-volum tal-importazzjonijiet baqa’ ogħla mil-livelli de minimis matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni. Għalkemm il-marġini tat-twaqqigħ tal-prezz kien negattiv meta ġew applikati d-dazji anti-dumping għall-prezz tal-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-marġini tat-twaqqigħ tal-prezz mingħajr id-dazji anti-dumping inklużi kien ogħla minn 20 %. Barra minn hekk, billi l-industrija tal-Unjoni qed tagħmel it-telf u minħabba l-profitt fil-mira ta’ bejn 5 % u 15 % kif stabbilit matul l-investigazzjoni oriġinali tal-Indoneżja (92), jidher b’mod ċar li l-importazzjonijiet Ċiniżi qed jidħlu fl-Unjoni bi prezzijiet dannużi. |
(222) |
Fir-rigward tal-Indoneżja, l-investigazzjoni żvelat ukoll li, bħal fil-każ tar-RPĊ, l-importazzjonijiet kienu ogħla mil-livelli de minimis matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni. Il-marġini tat-twaqqigħ tal-prezz kien negattiv mingħajr id-dazji anti-dumping. Madankollu, il-prezzijiet attwali tal-importazzjoni mingħajr dazji anti-dumping jirriżultaw f’marġini ta’ bejgħ bil-prezz imwaqqa’ ta’ aktar minn 7 % meta mqabbel ma’ prezz fil-mira stabbilit abbażi tal-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-UE matul il-PIR u l-profitt fil-mira ta’ bejn 5 % u 15 % kif stabbilit matul l-investigazzjoni oriġinali tal-Indoneżja. |
(223) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-importazzjonijiet mir-RPĊ u ma setax kien ikkawżat mill-importazzjonijiet mill-Indoneżja, billi minħabba l-effett tal-miżuri l-importazzjonijiet mill-Indoneżja saru bi prezzijiet li ma kinux jikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. |
(224) |
Għalhekk, il-Kummissjoni eżaminat ukoll il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dannu kkawżat minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u l-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżat minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Indoneżja jekk il-miżuri jitħassru. |
6. IL-PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI U/JEW RIKORRENZA TA’ DANNU
6.1. Il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dannu mir-RPĊ
(225) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (219) li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Fil-premessa (223), il-Kummissjoni ddeterminat ukoll li d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-importazzjonijiet mir-RPĊ. Il-Kummissjoni vvalutat ukoll jekk f’dan il-każ ikunx hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ jekk il-miżuri kontra jitħallew jiskadu. |
(226) |
F’dan ir-rigward, ġew analizzati l-elementi li ġejjin mill-Kummissjoni: il-volum tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-livelli tal-prezzijiet probabbli tal-importazzjonijiet mir-RPĊ fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping, u l-impatt tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni. |
6.1.1. Il-kapaċità tal-produzzjoni, il-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni
(227) |
Kif spjegat fil-premessi minn (147) sa (153), abbażi tal-kapaċità żejda sinifikanti fir-RPĊ u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi esportaturi Ċiniżi, hemm probabbiltà kbira li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping tirriżulta f’żieda tal-esportazzjonijiet. |
6.1.2. L-impatt tal-importazzjonijiet mir-RPĊ fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu
(228) |
Fir-rigward tal-effett probabbli ta’ tali importazzjonijiet, il-Kummissjoni eżaminat il-livelli tal-prezzijiet probabbli tagħhom f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni qieset il-livelli tal-prezzijiet tal-importazzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami mingħajr dazju anti-dumping bħala indikazzjoni raġonevoli. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni stabbiliet twaqqigħ sinifikanti tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni (aktar minn 20 %). |
(229) |
Barra minn hekk, billi l-industrija tal-Unjoni kienet qed tagħmel it-telf kważi matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni kif iddikjarat fil-premessa (211), u meta jitqies li, kif spjegat fil-premessa (221), il-profitt fil-mira stabbilit għal tali industrija huwa bejn 5 % u 15 %, l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu qed jidħlu fl-Unjoni bi prezzijiet dannużi. |
(230) |
Għalhekk, ġie konkluż li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, li diġà qed iġġarrab dannu materjali, tiddeterjora aktar jekk il-miżuri jitħassru. Tabilħaqq, fin-nuqqas ta’ miżuri, l-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping bi prezzijiet dannużi x’aktarx li jeżerċitaw pressjoni ta’ tnaqqis ulterjuri fuq il-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni. Huwa probabbli ħafna li l-industrija tal-Unjoni tkun obbligata tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha, li jwassal għal aktar telf tal-profittabbiltà u, x’aktarx, telf importanti fuq perjodu ta’ żmien qasir. |
(231) |
Inkella, kwalunkwe tentattiv biex jiżdiedu l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha għal livelli profittabbli min-naħa tal-industrija tal-Unjoni x’aktarx li jwassal għal telf tal-volumi tal-bejgħ u sehem mis-suq għall-importazzjonijiet bi prezz baxx. Minħabba l-kapaċitajiet ta’ riżerva kbar ħafna fir-RPĊ, il-produtturi esportaturi Ċiniżi se jkunu jistgħu jżidu l-esportazzjonijiet tagħhom fuq perjodu ta’ żmien qasir u jiksbu sehem importanti mis-suq għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni. Huwa probabbli ħafna li l-industrija tal-Unjoni titlef l-ekonomiji ta’ skala, li jwassal għal żieda fil-kost unitarju tal-produzzjoni u konsegwentement jikkawża aktar tnaqqis fil-profittabbiltà għall-industrija tal-Unjoni. Bħala konsegwenza, il-vijabbiltà tal-industrija tal-Unjoni tkun f’riskju serju. |
6.1.3. Konklużjoni
(232) |
Fid-dawl tas-sejbiet ta’ hawn fuq, jiġifieri l-kapaċità ta’ riżerva kbira ħafna fir-RPĊ, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, il-livelli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping u l-impatt probabbli tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li n-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx jirriżulta f’żieda sinifikanti ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ bi prezzijiet dannużi u d-danni materjali x’aktarx li jkomplu. |
6.2. Il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu mill-Indoneżja
(233) |
Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (219) li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali. Fil-premessa (223), il-Kummissjoni ddeterminat ukoll li d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni ma setax kien ikkawżat mill-importazzjonijiet mill-Indoneżja. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kkawżata mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Indoneżja jekk il-miżuri kontrihom jitħallew jiskadu. |
(234) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni eżaminat il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fl-Indoneżja, is-sitwazzjoni tas-suq fl-Indoneżja, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi esportaturi Indoneżjani, il-livelli tal-prezzijiet probabbli tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping, u l-impatt tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni. |
6.2.1. Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fl-Indoneżja, is-sitwazzjoni tas-suq fl-Indoneżja u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni
(235) |
Kif spjegat fil-premessi minn (158) sa (165), abbażi tal-kapaċità żejda sostanzjali tal-produtturi Indoneżjani, is-sitwazzjoni tas-suq domestiku fl-Indoneżja u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi esportaturi Indoneżjani, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà qawwija li l-iskadenza tal-miżuri anti-dumping tirriżulta f’żieda tal-esportazzjonijiet. |
6.2.2. L-impatt tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu
(236) |
Il-Kummissjoni eżaminat il-livelli tal-prezzijiet probabbli tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja jekk il-miżuri jitħallew jiskadu abbażi tal-livelli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u l-effett tagħhom fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Filwaqt li ma kien hemm l-ebda twaqqigħ tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni mill-esportaturi Indoneżjani wara t-tnaqqis tad-dazji anti-dumping fis-seħħ, kien hemm bejgħ bil-prezz imwaqqa’ ta’ aktar minn 7 %, bl-użu ta’ profitt fil-mira ta’ bejn 5 % u 15 % kif spjegat fil-premessa (229). Dan juri li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-importazzjonijiet Indoneżjani jsiru f’livelli ta’ prezzijiet dannużi, biex b’hekk tiżdied il-pressjoni tal-prezzijiet fuq l-industrija tal-Unjoni, li mbagħad jew titlef il-volum tal-bejgħ jew inkella tkun obbligata tnaqqas il-livelli tal-prezzijiet tagħhom. Dan malajr ħafna jwassal għal sitwazzjoni ta’ telf sinifikanti li ma tkunx vijabbli fuq perjodu ta’ żmien qasir. |
6.2.3. Konklużjoni
(237) |
Fid-dawl tas-sejbiet ta’ hawn fuq, jiġifieri l-preżenza ta’ kapaċità ta’ riżerva fl-Indoneżja, is-sitwazzjoni tas-suq fl-Indoneżja, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u l-livelli mistennija tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja fin-nuqqas ta’ miżuri anti-dumping u l-impatt tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni, ġie konkluż li n-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx jirriżulta f’żieda sinifikanti ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Indoneżja bi prezzijiet dannużi u x’aktarx jerġa’ jkun hemm dannu materjali. |
7. INTERESS TAL-UNJONI
(238) |
Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni kollha kemm hi. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti. |
(239) |
Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku. |
(240) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping u dannu għar-RPĊ u ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping u rikorrenza ta’ dannu għall-Indoneżja, kinux jeżistu raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti. |
7.1. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
(241) |
L-investigazzjoni stabbiliet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali. Kif imsemmi fil-premessa (223), id-dannu materjali kien ikkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u, għalhekk, ġie konkluż li kien hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dannu materjali jekk il-miżuri kontra r-RPĊ jitħallew jiskadu. L-investigazzjoni stabbiliet ukoll li kien hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu materjali jekk il-miżuri kontra l-importazzjonijiet Indoneżjani jitħallew jiskadu. B’mod partikolari, l-irkupru mistenni tal-industrija tal-Unjoni mid-dannu materjali mġarrab x’aktarx li jkun ipperikolat jekk l-importazzjonijiet Ċiniżi u Indoneżjani tal-MSG jiżdiedu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping. |
(242) |
Jekk il-miżuri jinżammu, huwa mistenni li l-industrija tal-Unjoni gradwalment tkun tista’ tibbenefika bis-sħiħ mill-effetti tal-miżuri imposti. Dan huwa wkoll ikkonfermat mill-fatt li l-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-MSG mir-RPĊ ġew estiżi għall-importazzjonijiet tal-MSG, f’taħlita jew f’soluzzjoni, li joriġina mir-RPĊ wara investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni fl-2020 kif spjegat fil-premessi (8) u (9). |
(243) |
Jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, huwa probabbli ħafna li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni tkompli tiddeterjora kif spjegat hawn fuq fl-analiżi tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni/rikorrenza ta’ dannu fil-premessi minn (225) sa (237). |
(244) |
Għalhekk, kien konkluż li ż-żamma tal-miżuri fis-seħħ kontra r-RPĊ u l-Indoneżja tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
7.2. L-interess ta’ importaturi mhux relatati
(245) |
Erba’ importaturi mhux relatati ppreżentaw ruħhom wara l-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Bidu. Erbgħa minnhom ikkooperaw bis-sħiħ fl-investigazzjoni billi ppreżentaw tweġiba kompleta għall-kwestjonarju. |
(246) |
Tnejn mill-importaturi mhux relatati li kkooperaw importaw l-MSG kemm mir-RPĊ kif ukoll mill-Indoneżja u t-tnejn l-oħrajn mill-Indoneżja biss. Għalihom kollha, l-impatt tal-attività tal-MSG fil-fatturat totali tagħhom kien limitat ħafna (inqas minn 1,5 % tal-fatturat totali). Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li l-importaturi kienu profittabbli, minkejja l-miżuri fis-seħħ. L-MSG importat intuża kemm għas-settur tal-ikel kif ukoll għas-settur mhux tal-ikel. |
(247) |
Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet li jekk il-miżuri jinżammu, l-impatt fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-importaturi x’aktarx ma jkunx sinifikanti. |
7.3. L-interess tal-utenti
(248) |
L-utenti huma prinċipalment attivi fis-“settur tal-ikel u x-xorb”, u jużaw l-MSG biex jipproduċu taħlitiet ta’ ħwawar, sopop u preparazzjonijiet oħrajn. L-MSG jista’ jintuża għal applikazzjonijiet speċifiċi fis-“settur mhux tal-ikel”, pereżempju, għall-produzzjoni ta’ deterġenti. |
(249) |
L-ebda utent ma kkoopera fl-investigazzjoni. |
(250) |
L-investigazzjoni attwali ma żvelat l-ebda impatt negattiv sinifikanti tal-miżuri fis-seħħ fuq l-utenti. L-investigazzjonijiet preċedenti kontra ċ-Ċina u l-Indoneżja żvelaw li l-miżuri ma jidhrux li kellhom xi effett negattiv sinifikanti fuq l-utenti li kkooperaw. |
(251) |
Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet li jekk il-miżuri jinżammu, l-impatt fuq is-sitwazzjoni ekonomika ta’ dawn l-operaturi x’aktarx ma jkunx sinifikanti. |
7.4. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
(252) |
Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti ta’ interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet tal-MSG li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati. |
8. MIŻURI ANTI-DUMPING
(253) |
Abbażi tal-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping għar-RPĊ u għall-Indoneżja, il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dannu għar-RPĊ u r-rikorrenza ta’ dannu għall-Indoneżja, kif ukoll l-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li l-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-MSG li joriġina mir-RPĊ u mill-Indoneżja jinżammu. |
(254) |
Sabiex jiġu minimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza kbira fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji b’dazji anti-dumping individwali jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. |
(255) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati individwali tad-dazju anti-dumping għall-importazzjonijiet, din mhijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anki jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jridu jwettqu l-verifiki tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħrajn kollha, jitolbu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport marittimu, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw il-preċiżjoni tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju aktar baxxa tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
(256) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati aktar baxxi tad-dazju individwali jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li minnha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ dovuta għall-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, inter alia, teżamina l-ħtieġa għat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
(257) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament huma applikabbli biss għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami manifatturat minn dawn il-kumpaniji u, b’hekk, mill-entitajiet ġuridiċi speċifiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Jenħtieġ li kwalunkwe pretensjoni li titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali (pereżempju, wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta’ entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (93) flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, il-bejgħ domestiku u l-bejgħ għall-esportazzjoni assoċjati ma’, pereżempju, dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament imbagħad jiġi emendat kif xieraq billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jibbenefikaw mir-rati tad-dazju individwali. |
(258) |
Il-partijiet interessati kollha ġew informati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rrakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Huma ngħataw ukoll perjodu li matulu setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet sussegwenti għal din id-divulgazzjoni. L-applikant biss issottometta kummenti li jilqgħu tajjeb is-sejbiet tal-Kummissjoni. |
(259) |
Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (94), meta jkun irid jiġi rimborżat ammont wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ir-rata tal-imgħax li għandha titħallas jenħtieġ li tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament prinċipali tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar. |
(260) |
Il-miżuri previsti fir-regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mir-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju anti-dumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2922 42 00 (il-kodiċi TARIC 2922420010) u li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:
Pajjiż |
Kumpanija |
Dazju anti-dumping (%) |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
Ir-RPĊ |
Hebei Meihua MSG Group Co. Ltd, u Tongliao Meihua Bio-Tech Co. Ltd |
33,8 |
A883 |
Ir-RPĊ |
Fujian Province Jianyang Wuyi MSG Co. Ltd |
36,5 |
A884 |
Ir-RPĊ |
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
39,7 |
A999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li (l-volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (l-isem tal-kumpanija u l-indirizz tagħha) (kodiċi TARIC addizzjonali) fi [pajjiż ikkonċernat]. Niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija sħiħa u korretta .” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
1. Id-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” kif stabbilit fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 1 huwa b’hekk estiż għall-importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju f’taħlita jew f’soluzzjoni, li fih 50 % jew aktar f’piż xott ta’ glutamat tal-monosodju, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 2103 90 90, ex 2104 10 00, ex 2104 20 00, ex 3824 99 92, ex 3824 99 93 u ex 3824 99 96 (il-kodiċijiet TARIC 2103909011, 2103909081, 2104100011, 2104100081, 2104200011, 3824999298, 3824999389 u 3824999689) u li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 3
1. It-talbiet għal eżenzjoni mid-dazju estiż permezz tal-Artikolu 2 għandhom isiru bil-miktub f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jridu jiġu ffirmati minn persuna awtorizzata biex tirrappreżenta lill-entità li titlob l-eżenzjoni. It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:
European Commission |
Directorate-General for Trade |
Directorate G |
Office: CHAR 04/039 |
1049 Brussels |
Belgium |
2. Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza, permezz ta’ deċiżjoni, l-eżenzjoni tal-importazzjonijiet minn kumpaniji li ma jevadux il-miżuri anti-dumping imposti mill-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
1. Dazju anti-dumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2922 42 00 (il-kodiċi TARIC 2922420010) u li joriġina mill-Indoneżja.
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:
Pajjiż |
Kumpanija |
Dazju anti-dumping (%) |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
L-Indoneżja |
PT. Cheil Jedang Indonesia |
7,2 |
B961 |
L-Indoneżja |
PT. Miwon Indonesia |
13,3 |
B962 |
L-Indoneżja |
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
28,4 |
B999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li (l-volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (l-isem tal-kumpanija u l-indirizz tagħha) (kodiċi TARIC addizzjonali) fi [pajjiż ikkonċernat]. Niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija sħiħa u korretta .” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ April 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1187/2008 tas-27 ta’ Novembru 2008 li jimponi taxxa anti-dumping definittiva u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 322, 2.12.2008, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/83 tal-21 ta’ Jannar 2015 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 15, 22.1.2015, p. 31).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/84 tal-21 ta’ Jannar 2015 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li joriġina mill-Indoneżja (ĠU L 15, 22.1.2015, p. 54).
(5) Avviżi tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping (ĠU C 165, 14.5.2019, p. 4 u p. 5).
(6) Minħabba l-fatt li hemm produttur wieħed biss tal-MSG fl-Unjoni, xi data f’dan ir-Regolament qed tiġi ppreżentata f’meded jew f’forma ta’ indiċi biex tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tad-data tal-produttur tal-Unjoni.
(7) Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Indoneżja (ĠU C 20, 21.1.2020, p. 18).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/230 tad-19 ta’ Frar 2020 li jibda investigazzjoni rigward il-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni ta’ miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/83 fuq l-importazzjonijiet ta’ glutamat tal-monosodju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, u li jagħmel importazzjonijiet bħal dawn soġġetti għal reġistrazzjoni (ĠU L 47, 20.2.2020, p. 9).
(9) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1427 tat-12 ta’ Ottubru 2020 li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/83 fuq importazzjonijiet ta’ glutamat tal-monosodju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ glutamat tal-monosodju f’taħlita jew f’soluzzjoni li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 336, 13.10.2020, p. 1).
(10) Fil-31 ta’ Jannar 2020, ir-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni. L-Unjoni u r-Renju Unit qablu b’mod konġunt dwar perjodu ta’ tranżizzjoni li matulu r-Renju Unit baqa’ soġġett għad-dritt tal-Unjoni, li ġie fi tmiemu fil-31 ta’ Diċembru 2020. Ir-Renju Unit ma għadux Stat Membru tal-Unjoni u, għalhekk, iċ-ċifri, is-sejbiet u l-konklużjonijiet f’dan ir-Regolament jittrattaw lir-Renju Unit bħala pajjiż terz.
(11) Notifika dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet kontra d-dumping u kontra s-sussidji (2020/C 86/06) (ĠU C 86, 16.3.2020, p. 6).
(12) Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, l-20 ta’ Diċembru 2017, SWD(2017) 483 final/2.
(13) Kif issemma fil-premessa (6), l-applikant jirrappreżenta 100 % tal-produzzjoni totali ta’ MSG fl-Unjoni. Għalhekk, sabiex jiġu protetti s-sigrieti kummerċjali, xi data f’dan ir-Regolament hija ppreżentata biss f’meded u/jew f’indiċijiet.
(14) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 6-7.
(15) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 10.
(16) Disponibbli fuq http://www.fdi.gov.cn/1800000121_39_4866_0_7.html (ikkonsultat l-aħħar fis-27 ta’ Ottubru 2020).
(17) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 20-21.
(18) Ir-Rapport – il-Kapitolu 3, p. 41, 73-74.
(19) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 120-121.
(20) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 122-135.
(21) Ir-Rapport – il-Kapitolu 7, p. 167-168.
(22) Ir-Rapport – il-Kapitolu 8, p. 169-170, 200-201.
(23) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 15-16, ir-Rapport – il-Kapitolu 4, p. 50, p. 84, ir-Rapport – il-Kapitolu 5, p. 108-9.
(24) Ara silta mill-pubblikazzjoni analitika minn Guosheng Securities dwar waħda mill-kumpaniji msemmija – Meihua Biological: “In-naħa tal-provvista tal-glutamat tal-monosodju hija magħmula minn tliet partijiet ikkonċernati u l-mudell tal-oligopolija huwa ċar: L-MSG huwa kkaratterizzat minn struttura ta’ oligopolija ddominata minn Fufeng Group, Meihua Biological u Ningxia Eppen li l-kapaċità tal-produzzjoni u l-output tagħhom jammontaw għal aktar minn 90 % taċ-ċifri tal-pajjiż. Bis-saħħa tal-kompetizzjoni u l-integrazzjoni tal-industrija, flimkien ma’ investimenti kapitali kbar ħafna, it-tliet intrapriżi żviluppaw katina industrijali komprensiva, ifformaw distakk relattivament kbir bejniethom u oħrajn, u issa għandhom vantaġġ ċar fuq quddiem nett tal-industrija. […] Mill-perspettiva tal-MSG, Meihua, Fufeng u Eppen laħqu arranġament ta’ oligopolija interdipendenti u pura. Hemm biss prodotti rari li għalihom il-konċentrazzjoni hija tant għolja fis-sottosettur tal-industrija tal-kimika .” L-1 ta’ Awwissu 2019. http://pdf.dfcfw.com/pdf/H3_AP201908011342041272_1.PDF (ikkonsultat l-aħħar fid-19 ta’ Jannar 2021).
(25) Ara l-artikolu mis-sit web tal-kumpanija, ippubblikat fit-2 ta’ Jannar 2018: Liu Qifan, membru tal-Kumitat Permanenti tal-Kumitat tal-Partit u Segretarju tal-Kumitat tad-Dixxiplina tar-Reġjun Awtonomu tal-Mongolja Interna, żar il-kumpanija Northeast Fufeng għal investigazzjoni. http://www.fufeng-group.com/news/details-236_1.html (ikkonsultat l-aħħar fid-19 ta’ Jannar 2021).
(26) Ara l-artiklu ‘Fufeng’s 20th birthday press conference organised in Qiqihar city’). Id-29 ta’ Lulju 2019. http://www.qqhr.gov.cn/News_showNews.action?messagekey=175677 (ikkonsultat l-aħħar fid-19 ta’ Jannar 2021).
(27) Ara l-artiklu Is-Sindku ta’ Qiqihar Li Yugang żar il-kwartieri ġenerali ta’ Fufeng Group għal investigazzjoni (‘Qiqihar Mayor Li Yugang visited Fufeng Group’s headquarters for investigation’). Il-11 ta’ Diċembru 2019. http://en.fufeng-group.cn/news/details-260_1.html (ikkonsultat l-aħħar fid-19 ta’ Jannar 2021).
(28) Ara l-artiklu mill-Aħbarijiet Finanzjarji ta’ Dongfang: Strengthen the leadership on industry, focus on poverty alleviation as a core, secure leading positions; 20 years of Fufeng: growth is coming to light. Id-19 ta’ Awwissu 2019. http://www.jinxingwenshi.com/caijing/shh/201908195018.html (ikkonsultat l-aħħar fil-21 ta’ Jannar 2021).
(29) Ara l-artiklu dwar Ningxia Eppen Biotech tal-20 ta’ Awwissu 2013: http://nxgsl.com/hyzl/hyfc/201308/t20130820_1163706.html (ikkonsultat l-aħħar fil-21 ta’ Jannar 2021).
(30) Ara s-sit web uffiċjali tad-Dipartiment tal-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni ta’ Ningxia Hui: Results of the Ningxia Eppen Biotech’s Enterprise Technology Center. It-23 ta’ Novembru 2020. https://gxt.nx.gov.cn/info/1004/8250.htm (ikkonsultat l-aħħar fis-26 ta’ Jannar 2021).
(31) “Il-kostijiet ewlenin tal-MSG huma l-qamħirrum u l-faħam. Għalhekk, il-kumpaniji li ħatfu l-opportunità ta’ prezzijiet baxxi tal-qamħirrum u tal-faħam diġà jgawdu minn vantaġġ komparattiv fir-rigward tal-kost” – mill-artiklu 2018-2022 Forecast and Analysis of the MSG industry development prospects China Investment Consulting Network, il-5 ta’ Mejju 2018.
http://www.ocn.com.cn/touzi/chanye/201806/ypxwt05100100-2.shtml (ikkonsultat l-aħħar fil-25 ta’ Jannar 2021).
(32) Ara s-sit web ta’ SASAC: http://www.sasac.gov.cn/n2588035/n2641579/n2641645/index.html (ikkonsultat l-aħħar fit-22 ta’ Jannar 2021).
(33) Ara d-data mill-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Lamtu taċ-Ċina, ippreżentata fis-sit web: https://www.ershicimi.com/p/a14ff87430b1ea50d458d1347123cba5 (ikkonsultat l-aħħar fit-22 ta’ Jannar 2021)
(34) Ara: https://www.qcc.com/firm/d8b3787389e66016cbede3e1dea817bf.html (ikkonsultat l-aħħar fit-22 ta’ Jannar 2021).
(35) Data għall-2015 abbażi tal-Yearbook Statistiku taċ-Ċina tal-2016, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika taċ-Ċina.
(36) Ir-Rapport – il-Kapitolu 3, p. 22-24 u l-Kapitolu 5, p. 97-108.
(37) Ir-Rapport – il-Kapitolu 5, p. 104-9.
(38) Ir-Rapport – il-Kapitolu 5, p. 100-1.
(39) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 26.
(40) Ir-Rapport – il-Kapitolu 2, p. 31-2.
(41) Disponibbli fuq https://www.reuters.com/article/us-china-congress-companies-idUSKCN1B40JU (ikkonsultat l-aħħar fis-27 ta’ Ottubru 2020).
(42) Ara s-sit web tal-Kungress tal-Poplu ta’ Linyi: http://www.lyrenda.gov.cn/view-SpecialArticles.aspx?id=1285&spid=39 (ikkonsultat l-aħħar fit-22 ta’ Jannar 2021)
(43) Ara r-rapport Annwali tal-kumpanija għall-2019:
http://pdf.dfcfw.com/pdf/H2_AN202004151378041301_1.pdf, paġna 54 (ikkonsultat l-aħħar fit-22 ta’ Jannar 2021).
(44) Ara s-sit web tal-kumpanija: http://www.meihuagrp.com/index.php/article/1237.html (ikkonsultat l-aħħar fit-22 ta’ Jannar 2021).
(45) Ara https://baike.baidu.com/item/%E9%97%AB%E6%99%93%E5%B9%B3 (ikkonsultat l-aħħar fit-22 ta’ Jannar 2021).
(46) Ara l-informazzjoni fuq is-sit web tal-Federazzjoni tal-Industrija u l-Kummerċ ta’ Ningxia dwar Ningxia Eppen Biotech tal-20 ta’ Awwissu 2013: http://nxgsl.com/hyzl/hyfc/201308/t20130820_1163706.html (ikkonsultat l-aħħar fit-22 ta’ Jannar 2021).
(47) Ir-Rapport – il-Kapitoli minn 14.1 sa 14.3.
(48) Ir-Rapport – il-Kapitolu 4, p. 41-42, 83.
(49) Ir-Rapport – il-Kapitolu 16, pp. 406-424.
(50) Ara t-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Ipproċessar tal-Ħbub u taż-Żejt, p. 16 u 22. http://www.gov.cn/xinwen/2017-01/03/5155835/files/5bd8566b8a254067a076ef41d38ce6b3.doc (ikkonsultat l-aħħar fil-25 ta’ Jannar 2021)
(51) Ir-Rapport – il-Kapitolu 12, paġna 319.
(52) Informazzjoni dwar is-sussidji disponibbli fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Agrikoltura: http://www.moa.gov.cn/gk/zcfg/qnhnzc/201904/t20190416_6179338.htm
(53) Ara l-Avviż 2017/627 tal-NDRC li jħassar l-“Avviż tal-NDRC dwar Kwistjonijiet li Jikkonċernaw il-Ġestjoni ta’ Proġetti tal-Ipproċessar fil-Fond tal-Qamħirrum”, disponibbli fuq:
https://www.ndrc.gov.cn/fggz/cyfz/zcyfz/201704/t20170417_1149901.html (ikkonsultat l-aħħar fil-25 ta’ Jannar 2021).
(54) Ara l-istqarrija għall-istampa: Il-Ministeru tal-Agrikoltura u l-Affarijiet Rurali u l-Ministeru tal-Finanzi ħarġu l-politiki ewlenin għat-tisħiħ tal-agrikoltura u l-appoġġ għaliha fl-2019. Is-16 ta’ April 2019. http://www.moa.gov.cn/gk/zcfg/qnhnzc/201904/t20190416_6179338.htm (ikkonsultat l-aħħar fil-25 ta’ Jannar 2021).
(55) Ara l-Avviż 2017/627 tal-NDRC.
(56) Ara l-avviż tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Gvern tal-Poplu tal-Provinċja ta’ Heilongjiang tal-1 ta’ Awwissu 2017. http://ydscyl.cn/goods.php?id=1271 (ikkonsultat l-aħħar fis-26 ta’ Jannar 2021).
(57) “Fi żmien tliet snin, fil-Belt ta’ Jixi fil-Provinċja ta’ Heilongjiang, il-Park ta’ Dimostrazzjoni u Żvilupp tal-Integrazzjoni tal-Industrija Rurali Nazzjonali ta’ Mishan twaqqaf bħala Park b’karatteristiċi distintivi tal-industrija, livell għoli ta’ konċentrazzjoni, faċilitajiet u tagħmir avvanzati, metodi ta’ produzzjoni ekoloġika, benefiċċji ekonomiċi ovvji u impatt qawwi. […] Miżuri organizzattivi: Il-Belt ta’ Mishan waqqfet grupp ewlieni żgħir magħmul mis-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit Muniċipali u s-Sindku bħala l-mexxejja tal-grupp, il-Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit Muniċipali u l-Viċi Sindku bħala d-Deputati Mexxejja, u l-mexxejja ewlenin ta’ diversi Dipartimenti. Il-grupp huwa inkarigat mill-promozzjoni tax-xogħol ta’ kostruzzjoni tal-park ta’ dimostrazzjoni, mill-koordinazzjoni u s-soluzzjoni tal-problemi li nqalgħu matul il-kostruzzjoni tal-Park fi żmien xieraq u mill-iżgurar tal-progress bla xkiel tal-kostruzzjoni tal-park ta’ dimostrazzjoni. Fl-istess ħin, il-kostruzzjoni tal-park ta’ dimostrazzjoni għandha ssirilha evalwazzjoni tal-prestazzjoni, li tkopri x-xogħol ta’ promozzjoni ewlieni, l-inċentivi u l-avvanz tad-dipartiment, kif ukoll is-sistema stretta ta’ premjijiet u kastigi. Fir-rigward ta’ dipartimenti u entitajiet li jipprovdu implimentazzjoni dgħajfa tal-proġett, ħsieb ħażin u xogħol ta’ promozzjoni bil-mod, dawn għandhom ikunu soġġetti għal superviżjoni. […] It-tisħiħ tal-appoġġ għall-politika: Fl-2017, il-Belt ta’ Mishan ħarġet politiki ta’ appoġġ għall-promozzjoni tal-investiment, wettqet b’mod attiv appoġġ għall-politika tat-taxxa għall-intrapriżi rilevanti, bħal “tliet eżenzjonijiet, tliet tnaqqisiet” u eżenzjoni mit-tariffi, u introduċiet u implimentat politiki nazzjonali ta’ appoġġ rilevanti rigward it-tassazzjoni, l-użu tal-art, il-finanzjament tal-enerġija idroelettrika, eċċ., il-prezzijiet tal-enerġija idroelettrika għall-użu agrikolu u l-provvista preferenzjali ta’ art ġdida għall-kostruzzjoni. Il-Belt ta’ Mishan xtrat u rriżervat 157 ettaru ta’ art, u għad għandha 81 ettaru ta’ art li tista’ tintuża għall-kostruzzjoni ta’ parks ta’ dimostrazzjoni.” Silta mis-sit web tal-NDRC: L-Esperjenza u l-Prattika tal-Park ta’ Dimostrazzjoni u Żvilupp tal-Integrazzjoni tal-Industrija Rurali Nazzjonali (Heilongjiang) — il-Park ta’ Dimostrazzjoni ta’ Jixi Mishan (l-Ewwel Parti). Is-26 ta’ Lulju 2019. https://www.ndrc.gov.cn/fggz/nyncjj/njxx/201907/t20190726_1144182.html (ikkonsultat l-aħħar fil-25 ta’ Jannar 2021).
(58) Ir-Rapport – il-Kapitolu 16, p. 411.
(59) Ir-Rapport – il-Kapitolu 4, p. 69.
(60) Ir-Rapport – il-Kapitolu 10, p. 223.
(61) Ir-Rapport – il-Kapitolu 10.
(62) “Id-dipendenza fuq “intrapriżi tal-faħam ewlenin” biex tissawwar xejra ta’ żvilupp tal-faħam “1 + 5”: “1” hija żona li tipproduċi l-faħam fil-Punent ta’ Luxi: Skont il-prinċipju tal-“irtirar miż-żoni tal-Lvant, it-tiċkin fiż-żoni Ċentrali, l-istabbilizzazzjoni fiż-żoni tal-Punent u ż-żamma ta’ riżervi fiż-żoni tat-Tramuntana”, it-tiċkin u l-għeluq ta’ Longkou, Zibo, Linyi, Jinan u żoni tal-estrazzjoni skaduti oħrajn b’riżorsi eżawriti, it-tnaqqis tal-volumi tal-estrazzjoni f’Yanzhou, Jining, Zaoteng, Feicheng, Xinwen, Laiwu u żoni tal-estrazzjoni oħrajn, iż-żamma tal-produzzjoni tal-faħam ta’ Juye bażikament stabbli u l-implimentazzjoni ta’ riżervi strateġiċi u kontroll strett tal-iżvilupp u l-kostruzzjoni f’għelieqi tal-faħam u żoni b’riżorsi tal-faħam ikkonċentrati u mhux sfruttati li jinsabu tul il-parti tat-Tramuntana tax-Xmara s-Safra. “5” tfisser il-promozzjoni b’mod stabbli tal-kostruzzjoni ta’ bażijiet tal-faħam barra l-pajjiż flimkien mal-ħames żoni ewlenin, li huma: Ning (il-Mongolja Interna), Shanxi, Guizhou (Yunnan), Xinjiang u l-Awstralja u t-titjib tal-livell ta’ żvilupp tagħhom .”
(63) Ara http://www.energynews.com.cn/uploadfile/2016/1220/20161220020713472.pdf (ikkonsultat l-aħħar fis-27 ta’ Jannar 2021).
(64) Ara r-rapport annwali tal-kumpanija għall-2019: http://pdf.dfcfw.com/pdf/H2_AN202004151378041301_1.pdf, p. 167 (ikkonsultat l-aħħar fis-26 ta’ Jannar 2021).
(65) Ara http://pdf.dfcfw.com/pdf/H2_AN201905051326655801_1.pdf, p. 70 (ikkonsultat l-aħħar fis-26 ta’ Jannar 2021).
(66) Ibid, p. 68
(67) Ara s-siti web http://transcustoms.com/China_HS_Code/China_Tariff.asp?HS_Code=2922422000 u http://www.hlbrdaily.com.cn/news/3/html/286480.html (ikkonsultati l-aħħar fis-26 ta’ Jannar 2021).
(68) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 138-149.
(69) Ir-Rapport – il-Kapitolu 9, p. 216.
(70) Ir-Rapport – il-Kapitolu 9, p. 213-215.
(71) Ir-Rapport – il-Kapitolu 9, p. 209-211.
(72) Ir-Rapport – il-Kapitolu 13, p. 332-337.
(73) Ir-Rapport – il-Kapitolu 13, p. 336.
(74) Ir-Rapport – il-Kapitolu 13, p. 337-341.
(75) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 114-117.
(76) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 119.
(77) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 120.
(78) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 121-122, 126-128, 133-135.
(79) Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-FMI ‘Resolving China’s Corporate Debt Problem’, minn Wojciech Maliszewski, Serkan Arslanalp, John Caparusso, José Garrido, Si Guo, Joong Shik Kang, W. Raphael Lam, T. Daniel Law, Wei Liao, Nadia Rendak, Philippe Wingender, Jiangyan, Ottubru 2016, WP/16/203.
(80) Ir-Rapport – il-Kapitolu 6, p. 121-122, 126-128, 133-135.
(81) Data Miftuħa tal-Bank Dinji – Introjtu Medju Superjuri, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.
(82) https://www.boi.go.th/index.php?page=utility_costs
(83) https://ilostat.ilo.org/?_afrLoop=767707374397500&_afrWindowMode=0&_afrWindowId=null
(84) http://www.gtis.com/gta/secure/default.cfm
(85) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valur normali u, fi kwalunkwe każ, tali data dwar l-importazzjoni kienet negliġibbli.
(86) https://ilostat.ilo.org/?_afrLoop=767707374397500&_afrWindowMode=0&_afrWindowId=null
(87) https://www.boi.go.th/index.php?page=utility_costs
(88) https://orbis4.bvdinfo.com/version-201866/orbis/Companies
(89) https://ec.altares.eu/
(90) https://www.prnewswire.com/news-releases/global-monosodium-glutamate-msg-market-2019-2024-key-players-growth-price-demands-and-forecasts---reportsnreports-300795733.html
https://ihsmarkit.com/products/monosodium-glutamate-chemical-economics-handbook.html#:~:text=Currently%2C%20China%20is%20the%20world's,world's%20largest%20exporter%20of%20MSG
https://ihsmarkit.com/products/monosodium-glutamate-chemical-economics-handbook.html#:~:text=Currently%2C%20China%20is%20the%20world's,world's%20largest%20exporter%20of%20MSG
(91) http://en.fufeng-group.cn/investor/
(92) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 904/2014 tal-20 ta’ Awwissu 2014 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ glutamat tal-monosodju li joriġina mill-Indoneżja, ĠU L 246, 21.8.2014, p. 1, il-premessa 151.
(93) Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, id-Direttorat H, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, il-Belġju.
(94) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).