|
19.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 132/17 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/630
tas-16 ta’ Frar 2021
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ ċerti kategoriji ta’ oġġetti eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1) u b’mod partikolari l-Artikoli 48(h) u l-Artikolu 77(1)(k) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 48(h) u l-Artikolu 77(1)(k) tar-Regolament (UE) 2017/625 jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati biex tistabbilixxi każijiet u kundizzjonijiet li fihom, ċerti oġġetti b’riskju baxx, inklużi l-prodotti komposti, jistgħu jiġu eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, u biex tistabbilixxi regoli għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali speċifiċi fuq dawk l-oġġetti. |
|
(2) |
Ir-riskju li jirriżulta minn prodotti komposti għas-saħħa pubblika u s-saħħa tal-annimali jiddependi mit-tipi ta’ ingredjenti u l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-ippakkjar tagħhom. Prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa li ma fihomx laħam ipproċessat bħala ingredjent, u li ma jenħtiġux li jiġu trasportati jew maħżuna f’temperaturi kkontrollati, iġorru l-inqas riskju għas-saħħa tal-annimali u għas-sikurezza alimentari mikrobijoloġika. Dan huwa l-każ għall-prodotti tal-ħalib u tal-bajd li jinsabu fi prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa li jkunu ġew trattati waqt il-manifattura tagħhom, pereżempju bl-isterilizzazzjoni jew bi trattament li juża’ temperaturi għoljin ħafna biex jiġi eliminat ir-riskju. Ir-riskji għas-saħħa tal-annimali u għas-sikurezza alimentari mikrobijoloġika jitnaqqsu meta l-prodotti komposti jkunu ppakkjati b’mod sikur jew issiġillati. |
|
(3) |
Madankollu, ir-riskji kimiċi għas-sikurezza alimentari ma jitnaqqsux permezz tat-trattamenti li jagħmlu l-prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa. Mill-perspettiva tas-sikurezza alimentari kimika, ċerti prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa li ma fihomx laħam ipproċessat jistgħu jiġu eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera, dment li l-prodotti pproċessati li joriġinaw mill-annimali li huma ingredjenti tal-prodotti komposti jkunu prodotti fi stabbilimenti li jinsabu f’pajjiżi terzi awtorizzati li jimportaw fl-Unjoni dawk il-prodotti pproċessati li joriġinaw mill-annimali, jew fi stabbilimenti li jinsabu fl-Istati Membri. |
|
(4) |
Jenħtieġ li l-prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa li ma fihomx laħam ipproċessat jiġu prodotti f’wieħed mill-pajjiżi terzi elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (2). Jenħtieġ li l-pajjiż terz li jipproduċi l-prodott kompost ikollu jew pjan ta’ kontroll tar-residwi approvat għal kull ingredjent li joriġina mill-annimali u li jkun fil-prodott kompost jew iġib l-ingredjenti li joriġinaw mill-annimali minn Stat Membru jew pajjiż terz ieħor li huwa elenkat fid-Deċiżjoni 2011/163/UE għal dawk il-komoditajiet. |
|
(5) |
Meta jitqies ir-riskju baxx tagħhom għas-saħħa pubblika u s-saħħa tal-annimali, ikun xieraq li ċerti prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa li ma fihomx laħam ipproċessat jiġu eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u jitniżżlu fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, fejn jiġu indikati l-kodiċijiet tagħhom min-Nomenklatura Magħquda (NM) kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (3). |
|
(6) |
Jenħtieġ li ċerti prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa li ma fihomx laħam ipproċessat, eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità ma’ dan ir-Regolament u li jidħlu fl-Unjoni minn pajjiżi terzi, ikunu akkumpanjati minn attestazzjoni privata pprovduta mill-operatur tan-negozju tal-ikel responsabbli għall-importazzjoni. |
|
(7) |
Biex jiġi żgurat li ċerti prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa u li ma fihomx laħam ipproċessat u li huma eżentati mill-kontrolli fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera f’konformità ma’ dan ir-Regolament jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-saħħa pubblika u tal-annimali, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu kontrolli uffiċjali b’mod regolari, abbażi ta’ riskju u bi frekwenza xierqa fil-post tad-destinazzjoni, fil-punt tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni jew fl-imħażen jew fil-proprjetajiet tal-operatur responsabbli għall-kunsinna. |
|
(8) |
Ir-regoli dwar il-prodotti komposti eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u dwar il-kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu fuq tali prodotti komposti huma sostantivament relatati u huma maħsuba biex jiġu applikati flimkien. Fl-interessi tas-sempliċità u tat-trasparenza, kif ukoll biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tagħhom u tiġi evitata multiplikazzjoni tar-regoli, dawn jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’att wieħed u mhux f’atti separati b’ħafna kontroreferenzi bir-riskju li ssir duplikazzjoni. |
|
(9) |
Eżenzjonijiet mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera għal ċerti prodotti komposti diġà jeżistu skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE (4). Peress li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-eżenzjonijiet għall-prodotti li attwalment huma koperti mid-Deċiżjoni 2007/275/KE, ċerti dispożizzjonijiet f’dik id-Deċiżjoni jenħtieġ li jitneħħew mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u dik id-Deċiżjoni jenħtieġ li tiġi emendata skont dan. |
|
(10) |
Ir-rekwiżiti tas-saħħa pubblika għad-dħul fl-Unjoni ta’ dawn il-prodotti komposti stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 (5) se japplikaw biss mill-21 ta’ April 2021. B’mod simili, ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti komposti stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (6) se japplikaw biss mill-21 ta’ April 2021. Għaldaqstant, ir-regoli stabbiliti b’dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw ukoll minn dik id-data, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar:
|
(1) |
il-każijiet u l-kundizzjonijiet li fihom prodotti komposti jkunu eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera u meta tali eżenzjoni hija ġustifikata; |
|
(2) |
it-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali speċifiċi fuq prodotti komposti eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“prodott kompost” ifisser prodott kompost kif definit fil-punt (14) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625; |
|
(2) |
“prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa” jfisser prodotti li ma jenħtiġux li jiġu trasportati jew maħżuna f’temperaturi kontrollati. |
Artikolu 3
Prodotti komposti eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera
1. Il-Prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa li ma jkunx fihom laħam ipproċessat u li huma elenkati fl-Anness għandhom ikunu eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera dment li tali prodotti jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:
|
(a) |
jikkonformaw mar-rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 12(2)(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/625; |
|
(b) |
kwalunkwe prodott tal-ħalib u tal-bajd li jinsab fi prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa jkun ġie soġġett għat-trattament f’konformità mal-Artikolu 163(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692; |
|
(c) |
ikunu identifikati bħala maħsuba għall-konsum uman; u |
|
(d) |
jkunu ppakkjati b’mod sikur jew issiġillati. |
2. Meta l-prodott jitqiegħed fis-suq, il-prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu akkumpanjati minn attestazzjoni privata f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 (7).
Artikolu 4
Kontrolli Uffiċjali fuq prodotti komposti eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera
1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali fuq il-prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa msemmija fl-Artikolu 3(1) b’mod regolari, abbażi ta’ riskju u bi frekwenza xierqa, filwaqt li jqisu l-kriterji msemmija fl-Artikolu 44(2) tar-Regolament (UE) 2017/625.
2. Il-kontrolli uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru f’wieħed minn dawn il-postijiet li ġejjin fit-territorju doganali tal-Unjoni:
|
(a) |
il-post tad-destinazzjoni; |
|
(b) |
il-punt ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni; |
|
(c) |
l-imħażen jew l-proprjetà tal-operatur responsabbli għall-kunsinna. |
3. Il-kontrolli uffiċjali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu f’konformità mal-Artikoli 45 u 46 tar-Regolament (UE) 2017/625.
Artikolu 5
Emendi għad-Deċiżjoni 2007/275/KE
Id-Deċiżjoni 2007/275/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Jitħassar l-Artikolu 6; |
|
(2) |
Jitħassar l-Anness II. |
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-21 ta’ April 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta’ Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/275/KE tas-17 ta’ April 2007 dwar il-listi ta’ prodotti komposti li jridu jkunu soġġetti għall-kontrolli fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera (ĠU L 116, 4.5.2007, p. 9).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 18).
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, il-mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni u għall-movimenti fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u ta’ oġġetti, taċ-ċertifikazzjoni uffiċjali fir-rigward ta’ tali ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 1).
ANNESS
Lista ta’ prodotti komposti eżentati mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera (Artikolu 3)
Din il-lista tistabbilixxi l-prodotti komposti, f’konformità man-Nomenklatura Magħquda (NM) li tintuża fl-Unjoni li ma għandhomx għalfejn jiġu sottomessi għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera.
Noti li jirrigwardaw it-tabella:
|
|
Kolonna (1) — il-kodiċi NM Din il-kolonna tindika l-kodiċi NM. In-NM, stabbilita bir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, hija bbażata fuq is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifikazzjoni tal-Merkanzija (“Sistema Armonizzata (SA)”) imfassla mill-Kunsill għall-Kooperazzjoni Doganali, li sar l-Organizzazzjoni Dinjija Doganali, u approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE (1). In-NM tirriproduċi l-intestaturi u s-subintestaturi tas-SA sa sitt ċifri. Is-seba’ u t-tmien ċifri għandhom jidentifikaw aktar subintestaturi NM. Meta jintuża kodiċi b’erba’, sitt jew tmien ċifri mhux immarkati b‘‘ex’ u sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, il-prodotti komposti kollha prefissi bi jew koperti minn dawn l-erba’, sitt jew tmien ċifri mhumiex meħtieġa jiġu sottomessi għall-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera. Meta ċerti prodotti komposti speċifikati biss li jaqgħu taħt wieħed mill-kodiċi ta’ erba’, sitt jew tmien ċifri jkun fihom prodotti tal-annimali u fin-NM ma tkun teżisti l-ebda subdiviżjoni speċifika taħt dan il-kodiċi, il-kodiċi jiġi mmarkat “ex”. Pereżempju, fir-rigward ta’ “ ex 2001 90 65 ”, il-kontrolli fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera mhumiex meħtieġa għall-prodotti elenkati fil-kolonna (2). |
|
|
Kolonna (2) — Spjegazzjoni Din il-kolonna tagħti d-dettalji tal-prodotti komposti koperti bl-eżenzjoni mill-kontrolli uffiċjali fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera.
|
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE tas-7 ta’ April 1987 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta’ Oġġetti u tal-Protokoll li Jemendaha (ĠU L 198, 20.7.1987, p. 1).