16.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 131/123


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/622

tal-15 ta’ April 2021

li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli ta’ rapportar, struzzjonijiet u metodoloġija uniformi għar-rapportar dwar ir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 45j(2,) tagħha,

Billi:

(1)

L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni ngħataw il-kompitu li jistabbilixxu rekwiżiti minimi għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL) skont ir-rekwiżiti u l-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli minn 45 sa 45i tad-Direttiva 2014/59/UE. Biex jassistu lill-Awtorità Bankarja Ewropea (European Banking Authority, EBA) fil-promozzjoni tal-konverġenza madwar l-Unjoni għall-istabbiliment tal-MREL, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni huma obbligati skont l-Artikolu 45j ta’ dik id-Direttiva li jinfurmaw lill-EBA, f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, bl-MREL li jkunu stabbilixxew.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/308 (2) jispeċifika l-formati u l-mudelli li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jridu jużaw biex jinfurmaw lill-EBA dwar id-deċiżjonijiet tagħhom li jistabbilixxu l-MREL. Mill-adozzjoni ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, ir-rekwiżiti relatati mal-kapaċità ta’ assorbiment tat-telf u ta’ rikapitalizzazzjoni u, b’mod partikolari, il-karatteristiċi u l-metodoloġiji għall-iffissar tal-MREL tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment stabbiliti fid-Direttiva 2014/59/UE ġew emendati u speċifikati ulterjorment mid-Direttiva (UE) 2019/879 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(3)

Sabiex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tal-EBA tad-deċiżjonijiet MREL u biex tiġi ggarantita valutazzjoni sinifikanti tal-konverġenza madwar l-Unjoni għall-istabbiliment tal-MREL, jenħtieġ li l-formati u l-mudelli speċifikati għall-identifikazzjoni u t-trażmissjoni ta’ informazzjoni dwar l-MREL mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni lill-EBA jiġu adattati biex jirriflettu l-emendi għad-Direttiva 2014/59/UE, relatati b’mod partikolari mal-livelli ta’ subordinazzjoni tal-MREL u l-MREL applikat għal entitajiet li huma stess mhumiex entitajiet ta’ riżoluzzjoni.

(4)

Fir-rigward ta’ gruppi li huma soġġetti għal MREL fuq bażi konsolidata, jeħtieġ li jiġi ċċarat liema awtorità ta’ riżoluzzjoni jenħtieġ li tittrażmetti l-informazzjoni dwar l-MREL lill-EBA. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni responsabbli għas-sussidjarji tal-gruppi, f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, jinfurmaw lill-EBA dwar l-MREL stabbilit għal kull istituzzjoni fil-ġuriżdizzjoni tagħhom. Jenħtieġ li din l-informazzjoni tkun tinkludi l-MREL stabbilit abbażi ta’ deċiżjoni konġunta meħuda bejn l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tal-entità ta’ riżoluzzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, fejn din tkun differenti minn tal-ewwel, u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni responsabbli għas-sussidjarja fuq bażi individwali. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni konġunta, jenħtieġ li dik l-informazzjoni tinkludi wkoll deċiżjonijiet li jistabbilixxu l-MREL li tkun ħadet l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tas-sussidjarja f’konformità, fejn applikabbli, mad-deċiżjoni li tista’ tittieħed mill-EBA f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(5)

Sabiex tiġi promossa l-konverġenza tal-prattiki fir-rigward ta’ deċiżjonijiet MREL u jissaħħaħ ir-rwol ta’ monitoraġġ tal-EBA, jenħtieġ li l-perjodi ta’ rapportar u d-dati tal-preżentazzjoni għat-trażmissjoni tal-informazzjoni mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni lill-EBA jiġu allinjati.

(6)

Sabiex tittejjeb il-kwalità tad-data u tiġi ggarantita l-komparabbiltà, jenħtieġ li l-entrati tad-data stabbiliti fil-mudelli tar-rapportar ikunu jikkonformaw mal-formola unika tal-punti tad-data, kif inhi l-prassi fir-rapportar superviżorju. Jenħtieġ li l-formola unika tal-punti tad-data tkun tikkonsisti minn rappreżentazzjoni strutturata tal-entrati tad-data, u tidentifika l-kunċetti kummerċjali rilevanti kollha għall-finijiet ta’ rapportar uniformi dwar id-deċiżjonijiet MREL u jkollha l-ispeċifikazzjonijiet kollha rilevanti neċessarji għal żvilupp ulterjuri ta’ soluzzjonijiet uniformi ta’ rapportar tal-IT. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li l-format tal-iskambju tad-data jiġi stabbilit fis-sistema ta’ rapportar tal-EBA (EUCLID).

(7)

Sabiex jiġu ggarantiti l-kwalità, il-konsistenza u l-akkuratezza tal-elementi tad-data rrappurtati, jenħtieġ li l-elementi tad-data jkunu soġġetti għal regoli komuni ta’ validazzjoni.

(8)

Minħabba l-ammont tal-emendi meħtieġa għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/308, huwa xieraq, għal raġunijiet ta’ ċarezza, trasparenza u ċertezza legali, li dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jitħassar u jiġi sostitwit b’Regolament ta’ Implimentazzjoni ġdid.

(9)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentat lill-Kummissjoni mill-EBA.

(10)

L-EBA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi implimentattivi li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-potenzjal relatat mal-ispejjeż u l-benefiċċji u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Informazzjoni li trid tiġi trażmessa lill-EBA

L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, għandhom jittrażmettu lill-EBA l-informazzjoni speċifikata fil-mudelli stabbiliti fl-Annessi I u II ta’ dan ir-Regolament relatati mal-istabbiliment tal-MREL skont l-Artikoli minn 45 sa 45h u l-Artikolu 45 m tad-Direttiva 2014/59/UE.

Artikolu 2

Rekwiżit ta’ rapportar simplifikat għal istituzzjonijiet li jibbenefikaw minn eżenzjonijiet u għal istituzzjonijiet li għalihom l-ammont ta’ rikapitalizzazzjoni huwa żero

1.   Għal istituzzjonijiet li ġew eżentati mill-applikazzjoni tal-MREL skont l-Artikolu 45f(3), l-Artikolu 45f(4) jew l-Artikolu 45 g tad-Direttiva 2014/59/UE, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jittrażmettu biss lill-EBA l-informazzjoni speċifikata fil-kolonni minn 0010 sa 0100 u 0270 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.   Għal istituzzjonijiet li għalihom l-ammont ta’ rikapitalizzazzjoni stabbilit f’konformità mal-Artikolu 45c(2) tad-Direttiva 2014/59/UE huwa żero, u fejn ma jsir l-ebda aġġustament għall-ammont ta’ assorbiment ta’ telf skont dak il-paragrafu, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jittrażmettu biss lill-EBA l-informazzjoni speċifikata fil-kolonni 0010 sa 0080 u 0270 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

L-awtorità relatriċi u l-informazzjoni li trid tiġi rapportata għall-gruppi

Għal gruppi li huma soġġetti għal MREL fuq bażi konsolidata f’konformità mal-Artikolu 45e, mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 45f(1), u mal-punt (b) tal-Artikolu 45f(4) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 1 u 2 għandha tiġi ppreżentata mill-awtoritajiet segwenti u bil-mod li ġej:

(a)

l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, f’koordinazzjoni mal-awtorità superviżorja fil-livell tal-grupp, għandha tinforma lill-EBA dwar l-MREL tal-impriża prinċipali fl-Unjoni stabbilita fuq bażi konsolidata;

(b)

l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni li jieħdu d-deċiżjonijiet li jistabbilixxu l-MREL, f’koordinazzjoni mal-awtorità kompetenti, għandhom jinfurmaw lill-EBA dwar l-MREL li għandu jiġi applikat għas-sussidjarji tal-grupp fil-ġurisdizzjoni tagħhom fil-livell konsolidat tal-grupp ta’ riżoluzzjoni u fuq bażi individwali kif applikabbli.

Artikolu 4

Il-perjodi ta’ rapportar u d-dati tal-preżentazzjoni

L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom, sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena, jittrażmettu l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 1 u 2 għall-MREL li tkun applikabbli b’seħħ mill-1 ta’ Mejju ta’ dik is-sena.

Artikolu 5

Formati tal-iskambju tad- data u informazzjoni li takkumpanja l-preżentazzjonijiet

1.   L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 1 u 2 fil-format tal-iskambju tad-data u skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u r-rappreżentazzjonijiet tas-sistema ta’ rapportar tal-EBA (EUCLID).

2.   Meta jippreżentaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 1 u 2, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jirrispettaw id-definizzjonijiet tal-punti tad-data li jinsabu fil-formola tal-punti tad-data u r-regoli ta’ validazzjoni stabbiliti fl-Anness III kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet segwenti:

(a)

informazzjoni li mhijiex meħtieġa jew li mhijiex applikabbli ma għandhiex tiġix inkluża fi preżentazzjoni tad-data;

(b)

il-valuri numeriċi għandhom jiġu ppreżentati kif ġej:

(i)

il-punti tad-data tat-tip ta’ data“Monetarja” għandhom jiġu rrapportati bl-użu minimu ta’ preċiżjoni ekwivalenti għal eluf ta’ unitajiet;

(ii)

il-punti tad-data tat-tip ta’ data“Perċentwali” għandhom jiġu espressi bħala unità b’minimu ta’ preċiżjoni ekwivalenti għal erba’ ċifri deċimali;

(iii)

il-punti tad-data tat-tip ta’ data“Integer” għandhom jiġu rrapportati billi ma jintużawx pożizzjonijiet deċimali u preċiżjoni ekwivalenti għal unitajiet;

(c)

l-istituzzjonijiet, l-impriżi tal-assigurazzjoni u l-entitajiet ġuridiċi għandhom jiġu identifikati mill-Identifikatur tal-Entità Ġuridika (LEI) tagħhom, fejn disponibbli.

Artikolu 6

Tħassir

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/308 huwa b’dan imħassar.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ April 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/308 tal-1 ta’ Marzu 2018 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ formati, mudelli u definizzjonijiet uniformi għall-identifikazzjoni u t-trasmissjoni ta’ informazzjoni mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għall-fini li tiġi mgħarrfa l-Awtorità Bankarja Ewropea bir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (ĠU L 60, 2.3.2018, p. 7).

(3)  Id-Direttiva (UE) 2019/879 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-kapaċità ta’ assorbiment tat-telf u ta’ rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet tal-kreditu u ditti tal-investiment u d-Direttiva 98/26/KE (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 296).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


ANNESS I

M 20.00 - Rapportar tad-deċiżjonijiet dwar l-MREL


ISTITUZZJONI

KODIĊI TAL-ENTITÀ

TIP TA’ ENTITÀ

KODIĊI TAL-ENTITÀ TA’ RIŻOLUZZJONI

TIP TA’ KODIĊI

PERIMETRU TAL-KONSOLIDAZZJONI

TIP TA’ ISTITUZZJONI

MREL INTERN JEW ESTERN

RAPPORTAR SIMPLIFIKAT

EŻENZJONI

RAĠUNI GĦALL-EŻENZJONI

STRATEĠIJA U GĦODOD TA’ RIŻOLUZZJONI

STRATEĠIJA TA’ RIŻOLUZZJONI

GĦODDA PRINĊIPALI TA’ RIŻOLUZZJONI (STRATEĠIJA PREFERUTA)

IT-TIENI GĦODDA TA’ RIŻOLUZZJONI (STRATEĠIJA PREFERUTA)

GĦODDA PRINĊIPALI TA’ RIŻOLUZZJONI (STRATEĠIJA VARJANTI)

IT-TIENI GĦODDA TA’ RIŻOLUZZJONI (STRATEĠIJA VARJANTI)

0010

0020

0030

0040

0050

0060

0070

0080

0090

0100

0110

0120

0130

0140

0150

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


ISTITUZZJONI

DATA TAL-KARTA BILAN1JALI UŻATA BIEX JIĠI KKALIBRAT L-MREL

REKWIŻIT TA’ FONDI PROPRJI ADDIZZJONALI U REKWIŻIT TA' RIŻERVA KOMBINAT

DATA TA’ REFERENZA

QABEL IR-RIŻOLUZZJONI

WARA R-RIŻOLUZZJONI

DATA TA’ REFERENZA

REKWIŻIT TA’ FONDI PROPRJI ADDIZZJONALI BĦALA % TAT-TREA

REKWIŻIT TA' RIŻERVA KOMBINAT

LI MINNU: RIŻERVA KONTROĊIKLIKA TAL-KAPITAL

TREA

TLOF

TEM

TREA

TLOF

TEM

0160

0170

0180

0190

0200

0210

0220

0230

0240

0250

0260

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


DEĊIŻJONI DWAR L-MREL

DATA TAD-DEĊIŻJONI

DATA TAL-KONFORMITÀ

REKWIŻIT BĦALA % TAT-TREA

LI MINNU: JISTGĦU JIĠU SSODISFATI B’GARANZIJI

REKWIŻIT BĦALA % TAT-TEM

LI MINNU: JISTGĦU JIĠU SSODISFATI B’GARANZIJI

SUBORDINAZZJONI TOTALI BĦALA % TAT-TREA

SUBORDINAZZJONI TOTALI BĦALA % TAT-TEM

KOPERTURA TAD-DEJN SUPERJURI

KOPERTURA DE MINIMIS

REKWIŻIT TA’ SUBORDINAZZJONI OBBLIGATORJA

REKWIŻIT TA’ SUBORDINAZZJONI DISKREZZJONALI

REKWIŻIT TA’ SUBORDINAZZJONI OBBLIGATORJA

REKWIŻIT TA’ SUBORDINAZZJONI DISKREZZJONALI

0270

0280

0290

0300

0310

0320

0330

0340

0350

0360

0370

0380

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


AĠĠUSTAMENTI

PERJODU TA’ TRANŻIZZJONI

AĠĠUSTAMENTI GĦALL- IKKALIBRAR TAL-AMMONT TAL-ASSORBIMENT TA’ TELF

AĠĠUSTAMENTI GĦALL- IKKALIBRAR TAL-AMMONT TAR-RIKAPITALIZZAZZJONI BĦALA % TAT-TREA

AĠĠUSTAMENTI GĦALL-IKKALIBRAR TAL-AMMONT TAR-RIKAPITALIZZAZZJONI BĦALA % TAT-TEM

MIRA INTERMEDJA

AĠĠUSTAMENTI GĦAR-REKWIŻIT TA' FONDI PROPRJI ADDIZZJONALI

AĠĠUSTAMENTI RELATATI MAR-RIŻERVA GĦALL-FIDUĊJA TAS-SUQ

AĠĠUSTAMENTI LI JIRRIŻULTAW MINN TIBDIL FIL-KARTA BILANĊJALI WARA R-RIŻOLUZZJONI

AĠĠUSTAMENTI LI JIRRIŻULTAW MINN TIBDIL FIL-KARTA BILANĊJALI WARA R-RIŻOLUZZJONI

BĦALA % TAT-TREA

BĦALA % TAT-TEM

BĦALA % TAT-TREA

BĦALA % TAT-TEM

‘L FUQ

‘L ISFEL

‘L FUQ

‘L ISFEL

‘L FUQ

‘L ISFEL

‘L FUQ

‘L ISFEL

LIVELL TAL-MREL

SUBORDINAZZJONI

DATA TAL-APPLIKAZZJONI

LIVELL TAL-MREL

SUBORDINAZZJONI

DATA TAL-APPLIKAZZJONI

0390

0400

0410

0420

0430

0440

0450

0460

0470

0480

0490

0500

0510

0520

0530

0540

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


ANNESS II

STRUZZJONIJIET GĦALL-PREŻENTAZZJONI-TAL-INFORMAZZJONI DWAR DEĊIŻJONIJIET LI JIRRIGWARDAW L-MREL

L-EWWEL PARTI

STRUZZJONIJIET ĠENERALI

1.

Dan l-Anness ikopri l-istruzzjonijiet għar-rapportar skont l-Artikolu 45j tad-Direttiva 2014/59/UE dwar ir-rekwiżit minimu għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL) stabbilit mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni.

2.

Kull awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, għandha tinforma lill-EBA dwar l-MREL li jkun ġie stabbilit għal kull istituzzjoni fil-ġurisdizzjoni tagħha. Fir-rigward tal-gruppi ta’ riżoluzzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni fil-livell ta’ grupp għandha tibgħat l-informazzjoni rilevanti għall-impriża prinċipali fl-Unjoni fuq bażi konsolidata. Kull awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tibgħat l-informazzjoni rigward l-MREL stabbilit fir-rigward tal-gruppi ta’ riżoluzzjoni u s-sussidjarji.

3.

Għal gruppi stabbiliti jew li għandhom sussidjarji fl-unjoni bankarja, il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni jirrapporta dwar id-deċiżjonijiet li jittieħdu fir-rigward tal-entitajiet kollha li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tiegħu kif definit fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

4.

Meta d-data sottostanti tkun f’munita li mhijiex l-euro, l-awtoritajiet għandhom jużaw ir-rati ta’ referenza tal-kambju għall-euro tal-Bank Ċentrali Ewropew (https://www.ecb.europa.eu/stats/policy_and_exchange_rates/euro_reference_exchange_rates/html/index.en.html) kif ikunu fid-data tad-deċiżjoni tal-MREL u jirrapportaw l-ammonti kollha f’euro.

5.

Meta istituzzjoni tkun ġiet eżentata mill-MREL, dan għandu jiġi indikat fil-kolonna 0090, u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tagħżel rapportar simplifikat u tirrapporta biss l-informazzjoni fil-kolonni minn 0010 sa 0100. Meta istituzzjoni tkun soġġetta għal ammont ta’ rikapitalizzazzjoni żero u ma jsir l-ebda aġġustament għall-ammont tal-assorbiment ta’ telf, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tista’ tagħżel rapportar simplifikat u tirrapporta biss l-informazzjoni fil-kolonni minn 0010 sa 0080.

1.   Ambitu tan-notifika

6.

L-istituzzjonijiet (inklużi d-ditti tal-investiment, kif definiti fil-punt (23) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE) u l-entitajiet imsemmijin fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UEli huma soġġetti għall-Artikolu 45(1) ta’ dik id-Direttiva, ħlief għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu ipotekarju li huma koperti minn bonds eżentati mill-MREL f’konformità mal-Artikolu 45a tad-Direttiva 2014/59/UE.

2.   Ambitu ta’ konsolidazzjoni

7.

Id-data sottostanti għandha tiġi rrapportata fuq bażi individwali għal kull entità f’kull Stat Membru, jew fil-livell ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

l-impriża prinċipali tal-Unjoni fuq bażi konsolidata, fejn il-perimetru ta’ konsolidazzjoni għall-impriża prinċipali tal-Unjoni jkun identiku għall-perimetru ta’ konsolidazzjoni tal-grupp ta’ riżoluzzjoni;

(b)

meta differenti mill-punt (a), għal kull entità ta’ riżoluzzjoni fil-livell konsolidat tal-grupp ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikolu 45e tad-Direttiva 2014/59/UE;

(c)

meta applikabbli, għal impriża prinċipali fuq bażi konsolidata skont il-punt (b) tal-Artikolu 45f(4) tad-Direttiva 2014/59/UE jew it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 45f(1) ta’ dik id-Direttiva.

3.   Skadenza għall-preżentazzjoni

8.

L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jittrażmettu l-informazzjoni għall-MREL li jkun applikabbli fl-1 ta’ Mejju ta’ kull sena sal-31 ta’ Mejju ta’ dik is-sena.

IT-TIENI PARTIS

TRUZZJONIJIET RELATATI MAL-MUDELL

4.   M 20.00 – Rapportar tad-deċiżjonijiet rigward l-MREL

4.1.   Struzzjonijiet dwar kolonni speċifiċi

Kolonna

Referenzi legali u struzzjonijiet

0010

KODIĊI TAL-ENTITÀ

Il-kodiċi tal-entità li għaliha tkun ittieħdet id-deċiżjoni dwar l-MREL. Għall-istituzzjonijiet, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi tal-identifikatur ta’ entità ġuridika (legal entity identifier, LEI) alfanumeriku b’20 figura. Għal entitajiet oħra, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi LEI alfanumeriku b’20 figura, jew jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi b’kodifikazzjoni uniformi applikabbli fl-Unjoni jew, jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi nazzjonali.

Il-kodiċi għandu jkun konsistenti mal-kodiċi rrapportat għall-istess istituzzjoni skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1624 (2). Il-kodiċi għandu dejjem ikollu valur. Dan il-kodiċi għandu jkun l-identifikatur uniku għal kull kolonna għall-entità rilevanti.

0020

TIP TA’ KODIĊI

L-awtorità relatriċi għandha tidentifika t-tip ta’ kodiċi rrapportat fil-kolonna 0010 bħala “kodiċi LEI” jew “Kodiċi mhux LEI”. It-tip tal-kodiċi għandu jiġi rrapportat dejjem.

0030

KODIĊI TAL-ENTITÀ TA’ RIŻOLUZZJONI

Il-kodiċi tal-entità ta’ riżoluzzjoni li tappartjeni għaliha l-entità. Dan il-kodiċi għandu jkun l-istess bħal dak fil-kolonna 0010 jekk id-deċiżjoni rrapportata tkun deċiżjoni ta’ grupp. Għall-istituzzjonijiet, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi LEI alfanumeriku b’20 figura. Għal entitajiet oħra, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi LEI alfanumeriku b’20 figura jew, jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi b’kodifikazzjoni uniformi applikabbli fl-Unjoni jew, jekk ma jkunx disponibbli, kodiċi nazzjonali.

Il-kodiċi għandu jkun konsistenti mal-kodiċi rrapportat għall-istess istituzzjoni skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1624.

0040

TIP TA’ KODIĊI

L-awtorità relatriċi għandha tidentifika t-tip ta’ kodiċi rrapportat fil-kolonna 0030 bħala “kodiċi LEI” jew “Kodiċi mhux LEI”. It-tip tal-kodiċi għandu jiġi rrapportat dejjem.

0050

PERIMETRU TA’ KONSOLIDAZZJONI

L-awtoritajiet relaturi għandhom jirrapportaw dwar l-MREL f’wieħed mill-perimetri ta’ konsolidazzjoni li ġejjin:

(a)

grupp ta’ riżoluzzjoni;

(b)

ikkonsolidati fil-livell tal-impriża prinċipali skont il-punt (b) tal-Artikolu 45f(4), jew it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 45f(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(c)

individwali.

0060

TIP TA’ ISTITUZZJONI

L-awtoritajiet relaturi għandhom jirrapportaw waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

istituzzjoni globali sistemikament importanti (G-SII) kif definita fil-punt (133) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 5 75/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3);

(b)

entità ta’ riżoluzzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 45c(5) tad-Direttiva 2014/59/UE li hija parti minn grupp ta’ riżoluzzjoni li l-assi totali tiegħu jaqbżu l-EUR 100 biljun fil-livell tal-grupp ta’ riżoluzzjoni;

(c)

entità ta’ riżoluzzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 45c(6) tad-Direttiva 2014/59/UE li hija parti minn grupp ta’ riżoluzzjoni li l-assi totali tiegħu huma inqas minn EUR 100 biljun u li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun ivvalutat li raġonevolment x’aktarx toħloq riskju sistemiku fil-każ li tfalli;

(d)

istituzzjonijiet oħrajn ta’ kreditu;

(e)

ditta tal-investiment;

(f)

kull entità oħra msemmija dil-punti (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2014/59/UE.

0070

INTERN JEW ESTERN

L-awtoritajiet relaturi għandhom jirrapportaw waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

intern: l-MREL applikat għal entitajiet li huma nfushom mhumiex entitajiet ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikolu 45f tad-Direttiva 2014/59/UE jew entitajiet ta’ riżoluzzjoni kif imsemmijin fir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 45f(1) ta’ dik id-Direttiva li mhumiex soġġetti għall-Artikolu 45e(3) ta’ dik id-Direttiva.

(b)

estern: l-MREL applikat għal entitajiet li huma entitajiet ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikolu 45e tad-Direttiva 2014/59/UE.

0080

RAPPORTAR SIMPLIFIKAT

L-awtoritajiet relaturi għandhom jindikaw jekk sarx rapportar simplifikat għall-istituzzjonijiet li għalihom l-ammont ta’ rikapitalizzazzjoni huwa żero u fejn ma sar l-ebda aġġustament għall-ammont tal-assorbiment ta’ telf:

Iva

Le

0090

EŻENZJONI

L-awtoritajiet relaturi għandhom jindikaw jekk l-eżenzjoni ngħatatx fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/59/UE li ġejjin jew jekk ma ngħatat ebda eżenzjoni:

(a)

l-Artikolu 45f(3);

(b)

l-Artikolu 45f(4);

(c)

l-Artikolu 45 g;

(d)

Ebda eżenzjoni.

0100

RAĠUNI GĦALL-EŻENZJONI

Meta fil-kolonna 0090 tkun ġiet irrapportata opzjoni għajr “Le”, l-awtoritajiet relaturi għandhom jiddeskrivu r-raġuni għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni.

0110–0150

STRATEĠIJA U GĦODOD TA’ RIŻOLUZZJONI

0110

STRATEĠIJA TA’ RIŻOLUZZJONI

L-awtoritajiet ta’ rapportar għandhom jirrapportaw waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

punt ta’ dħul uniku;

(b)

punt ta’ dħul multiplu;

(c)

likwidazzjoni.

0120

GĦODDA PRINĊIPALI TA’ RIŻOLUZZJONI (STRATEĠIJA PREFERUTA)

L-awtoritajiet relaturi għandhom jirrapportaw waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

rikapitalizzazzjoni interna tal-banek miftuħa;

(b)

istituzzjoni tranżitorja;

(c)

separazzjoni tal-assi;

(d)

bejgħ ta’ negozju;

(e)

Mhux applikabbli.

Meta l-kolonna 0110 tkun ġiet irrapportata bħala “likwidazzjoni”, il-kolonna 0120 għandha tiġi rrapportata bħala “Mhux applikabbli”.

00130

IT-TIENI GĦODDA TA’ RIŻOLUZZJONI (STRATEĠIJA PREFERUTA)

L-awtoritajiet relaturi għandhom jirrapportaw waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

rikapitalizzazzjoni interna tal-banek miftuħa;

(b)

istituzzjoni tranżitorja;

(c)

separazzjoni tal-assi;

(d)

bejgħ ta’ negozju;

(e)

Mhux applikabbli.

Meta l-kolonna 0110 tkun ġiet irrapportata bħala “likwidazzjoni”, jew fejn ma ġiet stabbilita l-ebda strateġija alternattiva, din il-kolonna għandha tiġi rrapportata bħala “Mhux applikabbli”.

0140

GĦODDA PRINĊIPALI TA’ RIŻOLUZZJONI (STRATEĠIJA VARJANTI)

L-awtoritajiet relaturi għandhom jirrapportaw waħda minn dawn li ġejjin (fejn applikabbli):

(a)

rikapitalizzazzjoni interna tal-banek miftuħa;

(b)

istituzzjoni tranżitorja;

(c)

separazzjoni tal-assi;

(d)

bejgħ ta’ negozju;

(e)

Mhux applikabbli.

Fejn il-kolonna 0110 tkun ġiet irrapportata bħala “likwidazzjoni”, din il-kolonna għandha tiġi rrapportata bħala “Mhux applikabbli”.

0150

IT-TIENI GĦODDA TA’ RIŻOLUZZJONI (STRATEĠIJA VARJANTI)

L-awtoritajiet relaturi għandhom jirrapportaw waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

rikapitalizzazzjoni interna tal-banek miftuħa;

(b)

istituzzjoni tranżitorja;

(c)

separazzjoni tal-assi;

(d)

bejgħ ta’ negozju;

(e)

mhux applikabbli.

Fejn il-kolonna 0110 tkun ġiet irrapportata bħala “likwidazzjoni”, jew fejn ma ġiet stabbilita l-ebda strateġija alternattiva, din il-kolonna għandha tiġi rrapportata bħala “Mhux applikabbli”.

0160–0190

REKWIŻIT TA’ FONDI PROPRJI ADDIZZJONALI U REKWIŻIT TA’ RIŻERVA KOMBINAT

L-informazzjoni dwar ir-rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali skont l-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) użata bħala input għall-ikkalibrar tal-MREL għandha tkun ibbażata fuq ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji disponibbli l-aktar reċenti kkomunikati mill-awtorità kompetenti fil-mument tal-ikkalibrar tal-MREL.

0160

DATA TA’ REFERENZA

Id-data meta l-awtorità kompetenti kkomunikat ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali u r-rekwiżit ta’ riżerva kombinat lill-istituzzjoni.

0170

REKWIŻIT BĦALA PERĊENTWAL TAL-AMMONT TOTALI TAL-ISKOPERTURA GĦAR-RISKJU (TREA)

Rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali skont l-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE użat biex jikkalibra l-MREL jew kif ikkalkulat skont l-istandards tekniċi regolatorji adottati skont l-Artikolu 45c(4) tad-Direttiva 2014/59/UE.

0180

REKWIŻIT TA’ RIŻERVA KOMBINAT

Ir-rekwiżit ta’ riżerva kombinat imsemmi fil-punt (6) tal-Artikolu 128(1), tad-Direttiva 2013/36/UE. L-ammont irrapportat għandu jirrappreżenta l-ammont ta’ fondi proprji meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tar-riżerva kapitali rispettivi jew kif ikkalkulat skont l-istandards tekniċi regolatorji adottati skont l-Artikolu 45c(4) tad-Direttiva 2014/59/UE.

0190

LI MINNU: RIŻERVA KONTROĊIKLIKA TAL-KAPITAL

Il-punt (2) tal-Artikolu 128, l-Artikolu 130 u l-Artikoli minn 135 sa 140 tad-Direttiva 2013/36/UE. L-ammont irrapportat għandu jirrappreżenta l-ammont ta’ fondi proprji meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tar-riżerva kapitali rispettivi użati biex jiġi kkalibrat l-MREL.

0200–0260

DATA TAL-KARTA BILANĊJALI UŻATA BIEX JIĠI KKALIBRAT L-MREL

0200

DATA TA’ REFERENZA

Id-data ta’ referenza tad-data rrapportata fil-kolonni minn 0210 sa 0260.

0210–0230

QABEL IR-RIŻOLUZZJONI

Id-data tal-karta bilanċjali użata biex jiġi kkalibrat l-MREL qabel ir-riżoluzzjoni.

0240–0260

WARA R-RIŻOLUZZJONI

Id-data tal-karta bilanċjali użata biex jiġi kkalibrat l-MREL wara r-riżoluzzjoni.

0210 , 0240

TREA

L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2014/59/UE u l-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

0220, 0250

TOTAL TAL-OBBLIGAZZJONIJIET TAL-FONDI PROPRJI (TLOF)

Is-somma tal-obbligazzjonijiet u tal-fondi proprji kollha tal-entità relatriċi. Fir-rigward tad-derivattivi, il-valur li jrid jintuża għandu jkun it-total tal-pożizzjonijiet ta’ obbligazzjonijiet netti, filwaqt li jitqiesu r-regoli tan-netting prudenzjali.

Din l-entrata tikkorrispondi għall-informazzjoni rrapportata fir-ringiela 0600 tal-mudell Z 02.00 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1624.

0230, 0260

KEJL TAL-ISKOPERTURA TOTALI (TEM)

Il-kejl tal-iskopertura totali skont il-punt (b) tal-Artikolu 45(2), tad-Direttiva 2014/59/UE, l-Artikolu 429(4) u l-Artikolu 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

0270-0380

DEĊIŻJONI DWAR L-MREL

0270

DATA TAD-DEĊIŻJONI

Id-data meta l-awtorità ta’ riżoluzzjoni ddeċidiet dwar l-MREL jew adottat deċiżjoni ta’ eżenzjoni.

0280

DATA TAL-KONFORMITÀ

Id-data minn meta l-istituzzjoni għandha tikkonforma mal-MREL jew mad-deċiżjoni ta’ eżenzjoni.

0290

REKWIŻIT BĦALA PERĊENTWAL TAT-TREA

L-awtoritajiet relaturi għandhom jirrapportaw l-MREL espress bħala perċentwal tat-TREA kkalkulat f’konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

0300

LI MINNU: JISTGĦU JIĠU SSODISFATI B’GARANZIJI

Il-parti tar-rekwiżit irrapportata fil-kolonna 0290 li mal-permess tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni rilevanti tista’ tiġi ssodisfata b’garanzija pprovduta mill-entità ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 45f(5) tad-Direttiva 2014/59/UE, espressa bħala perċentwal tat-TREA kkalkulat f’konformità mal-Artikolu 92(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

0310

REKWIŻIT BĦALA PERĊENTWAL TAT-TEM

L-MREL tal-entità espress bħala perċentwal tat-TEM ikkalkulat skont l-Artikolu 429(4) u l-Artikolu 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

0320

LI MINNU: JISTGĦU JIĠU SSODISFATI B’GARANZIJI

Il-parti tar-rekwiżit irrapportata fil-kolonna 0310 li mal-permess tal-awtorità ta’ riżoluzzjoni rilevanti tista’ tiġi ssodisfata b’garanzija pprovduta mill-entità ta’ riżoluzzjoni f’konformità mal-Artikolu 45f(5) tad-Direttiva 2014/59/UE, espressa bħala perċentwal tat-TEM ikkalkulat skont l-Artikolu 429(4) u l-Artikolu 429a tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

0330–0340

SUBORDINAZZJONI TOTALI BĦALA PERĊENTWAL TAT-TREA

L-awtoritajiet relaturi għandhom jirrapportaw il-livelli tar-rekwiżit ta’ subordinazzjoni espressi bħala perċentwal tat-TREA (100 % għal MREL intern).

0350–0360

SUBORDINAZZJONI TOTALI BĦALA PERĊENTWAL TAT-TEM

L-awtoritajiet relaturi għandhom jirrapportaw il-livelli tar-rekwiżit ta’ subordinazzjoni espressi bħala perċentwal tat-TEM (100 % għal MREL intern).

0330, 0350

REKWIŻIT TA’ SUBORDINAZZJONI OBBLIGATORJA

L-awtoritajiet relaturi għandhom jirrapportaw il-livelli tar-rekwiżit ta’ subordinazzjoni f’konformità mal-paragrafi (5) u (6) tal-Artikolu 45c, u l-punt (a) tal-Artikolu 45d(2) tad-Direttiva 2014/59/UE, inkluż kwalunkwe impatt mill-applikazzjoni tal-Artikolu 45b(4) tad-Direttiva 2014/59/UE.

0340, 0360

REKWIŻIT TA’ SUBORDINAZZJONI DISKREZZJONALI

L-awtoritajiet relaturi għandhom jirrapportaw il-livelli tar-rekwiżit ta’ subordinazzjoni f’konformità mal-paragrafi (5) jew (7) tal-Artikoli 45b tad-Direttiva 2014/59/UE.

0370

KOPERTURA TAD-DEJN SUPERJURI

Għall-G-SIIs, l-awtoritajiet relaturi għandhom jirrapportaw is-sehem tal-obbligazzjonijiet li jistgħu jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli sa ammont aggregat li ma jaqbiżx 3,5 % tat-TREA kkalkulat skont il-paragrafi (3) u (4) tal-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

0380

KOPERTURA DE MINIMIS

Għall-GSIIs, l-awtoritajiet relaturi għandhom jirrapportaw is-sehem mill-obbligazzjonijiet esklużi msemmijin fl-Artikolu 72a(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jistgħu jikklassifikaw f’insolvenza pari passu jew inqas mill-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni f’konformità mal-Artikolu 72b(4) tar-Regolament UE) Nru 575/2013.

0390–0480

AĠĠUSTAMENTI

0390–0400

AĠĠUSTAMENTI GĦALL-IKKALIBRAR TAL-AMMONT TAL-ASSORBIMENT TA’ TELF BĦALA PERĊENTWAL TAT-TREA U T-TEM

Aġġustamenti għall-ammont tal-assorbiment ta’ telf skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45c(2) tad-Direttiva 2014/59/UE espressi bħala perċentwal tat-TREA u t-TEM.

0410–0460

IKKALIBRAR TAL-AMMONT TAR-RIKAPITALIZZAZZJONI BĦALA PERĊENTWAL TAT-TREA

Aġġustamenti għall-ammont ta’ rikapitalizzazzjoni skont il-punt (a)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45c(3) jew il-punt (a)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45c(7) tad-Direttiva 2014/59/UE espressi bħala perċentwal tat-TREA.

0410–0420

AĠĠUSTAMENTI GĦAR-REKWIŻIT TA’ FONDI PROPRJI ADDIZZJONALI

Jiddaħħal kwalunkwe aġġustament fir-rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali msemmi fl-Artikolu 104a tad-Direttiva 2013/36/UE skont il-punt (b) tal-ħames subparagrafu tal-Artikolu 45c(3) jew il-punt (b) tal-ħames subparagrafu tal-Artikolu 45c(7) tad-Direttiva 2014/59/UE.

0430–0440

AĠĠUSTAMENTI RELATATI MAR-RIŻERVA GĦALL-FIDUĊJA TAS-SUQ

Aġġustamenti skont is-sitt subparagrafu tal-Artikolu 45c(3), jew is-sitt subparagrafu tal-Artikolu 45c(7), tad-Direttiva 2014/59/UE.

0450–0460

AĠĠUSTAMENTI LI JIRRIŻULTAW MINN TIBDIL FIL-KARTA BILANĊJALI WARA R-RIŻOLUZZJONI

Aġġustamenti skont tal-punt (а) tal-ħames subparagrafu tal-Artikolu 45c(3), jew il-punt (a) tal-ħames subparagrafu tal-Artikolu 45c (7) tad-Direttiva 2014/59/UE.

0470–0480

AĠĠUSTAMENTI GĦALL-IKKALIBRAR TAL-AMMONT TA’ RIKAPITALIZZAZZJONI BĦALA PERĊENTWAL TAT-TEM

Aġġustamenti fl-ammont ta’ rikapitalizzazzjoni li jirriżultaw minn bidliet fil-karta bilanċjali wara r-riżoluzzjoni skont il-punt (b)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45c(3), jew il-punt (b)(ii) tal-l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45c(7) tad-Direttiva 2014/59/UE espressi bħala perċentwal tal-ammont tal-iskopertura totali.

0410 , 0430, 0450, 0470

‘IL FUQ

0420, 0440, 0460, 0480

‘L ISFEL

0490–0540

PERJODU TA’ TRANŻIZZJONI

L-awtoritajiet relaturi għandhom jindikaw kull mira intermedjarja li setgħu stabbilew għas-snin ta’ wara d-data tar-rapportar. Il-mira għandha tiġi espressa kemm bħala perċentwal ta’ TREA kif ukoll bħala perċentwal ta’ TEM.

0490, 0520

LIVELL TAL-MREL

L-awtoritajiet relaturi għandhom jindikaw it-total tal-livell MREL li l-istituzzjonijiet għandhom jissodisfaw fid-data intermedjarja.

0500, 0530

SUBORDINAZZJONI

L-awtoritajiet relaturi għandhom jindikaw il-livell subordinat totali li l-istituzzjonijiet għandhom jissodisfaw fid-data intermedjarja.

0510 , 0540

DATA TAL-APPLIKAZZJONI

L-awtoritajiet relaturi għandhom jindikaw id-dati ta’ tranżizzjoni fil-perkors lejn konformità mal-MREL.


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1624 tat-23 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ proċeduri u formoli u mudelli standard għall-forniment ta’ informazzjoni għall-finijiet ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment skont id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1066 (ĠU L 277, 7.11.2018, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(4)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).


ANNESS III

Formola Unika tal-Punti tad-Data u r-Regoli ta’ Validazzjoni

L-Ewwel Parti

Formola Unika tal-Punti tad-Data

L-entrati tad-data kollha stabbiliti fl-Annessi I u II għandhom jiġu trasformati f’formola unika tal-punti tad-data li tkun il-bażi għal sistemi uniformi tal-IT tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni.

Il-formola unika tal-punti tad-data għandha tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a)

tipprovdi rappreżentazzjoni strutturata tal-entrati tad-data kollha stabbiliti fl-Annessi I u II;

(b)

tidentifika l-kunċetti kollha ta’ impriża stabbiliti fl-Annessi I u II;

(c)

tipprovdi dizzjunarju ta’ data li jidentifika t-tikketti tat-tabelli, it-tikketti ordinati, it-tikketti tal-assi (axis), it-tikketti tad-dominju, it-tikketti tad-dimensjonijiet u t-tikketti tal-membri;

(d)

tipprovdi metriċi li jiddefinixxu l-proprjetà jew l-ammont ta’ punti tad-data;

(e)

tipprovdi definizzjonijiet tal-punti tad-data li huma espressi bħala kompożizzjoni ta’ karatteristiċi li jidentifikaw b’mod univokali l-kunċett finanzjarju;

(f)

tinkludi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti kollha li huma neċessarji għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet għar-rapportar dwar l-IT li jipproduċu rapportar uniformi dwar riżoluzzjoni.

It-Tieni Parti

Regoli tal-Validazzjoni

L-entrati tad-data kollha stabbiliti fl-Annessi I u II għandhom ikunu soġġetti għal regoli ta’ validazzjoni li jiggarantixxu il-kwalità u l-konsistenza tad-data.

Ir-regoli ta’ validazzjoni għandhom ikunu jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

(a)

jiddeterminaw ir-relazzjonijiet loġiċi bejn punti tad-data relevanti;

(b)

jinkludu filtri u prekundizzjonijiet li jiddeterminaw sett ta’ data li għalih tapplika regola ta’ validazzjoni;

(c)

jivverifikaw il-konsistenza tad-data rrapportata;

(d)

jivverifikaw l-akkuratezza tad-data rrapportata;

(e)

jiffissaw valuri prestabbiliti li għandhom jiġu applikati meta l-informazzjoni rilevanti ma tkunx ġiet rapportata.