|
16.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 131/41 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/617
tal-14 ta’ April 2021
li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 u (UE) 2020/2236 fir-rigward tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u taċ-ċertifikati uffiċjali/tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali akkwatiċi u prodotti li joriġinaw mill-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 213(2) u 224(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 (3) u (UE) 2020/2236 (4) jistabbilixxu r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 u tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) fir-rigward tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u taċ-ċertifikati uffiċjali/tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali akkwatiċi u prodotti li joriġinaw mill-annimali. |
|
(2) |
Il-konsenji tal-annimali akkwatiċi ħajjin maħsuba għall-konsum mill-bniedem jistgħu jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu konformi mar-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 853/2004. Il-kliem ta’ ċerti noti stabbiliti fil-mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali/tas-saħħa tal-annimali għall-ħut ħaj, il-krustaċji ħajjin, il-molluski bivalvi ħajjin, l-ekinodermi, it-tunikati, il-gastropodi marini u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali, minn fost dawk l-annimali tal-Kapitoli 28 u 31 tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 ħoloq il-potenzjal ta’ ambigwità rigward ir-rekwiżiti tas-saħħa pubblika. Għaldaqstant, biex ikun evitat in-nuqqas ta’ fehim u tkun żgurata l-koerenza bejn ir-rekwiżiti tas-saħħa pubblika u dawk tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti annimali akkwatiċi ħajjin maħsuba għall-konsum mill-bniedem, in-noti stabbiliti fil-mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali/tas-saħħa tal-annimali għall-ħut ħaj, il-krustaċji ħajjin, il-molluski bivalvi ħajjin, l-ekinodermi, it-tunikati, il-gastropodi marini u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali, minn fost dawk l-annimali tal-Kapitoli 28 u 31 tal-Anness III, jenħtieġ jiġu emendati skont dan. |
|
(3) |
Biex tkun żgurata ċarezza sħiħa fin-noti tal-mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali/tas-saħħa tal-annimali għall-ħut ħaj, il-krustaċji ħajjin, il-molluski bivalvi ħajjin, l-ekinodermi, it-tunikati, il-gastropodi marini u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali minn fost dawk l-annimali, stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235, jenħtieġ ikun ċar b’mod espliċitu li l-konsenji tal-annimali akkwatiċi ħajjin maħsuba għall-konsum mill-bniedem jistgħu jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu konformi mar-Regolament (KE) Nru 853/2004. |
|
(4) |
Barra minn hekk, biex tkun żgurata l-koerenza bejn ir-rekwiżiti tas-saħħa pubblika u dawk tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti annimali akkwatiċi ħajjin maħsuba għall-konsum mill-bniedem, huma meħtieġa ċerti emendi fit-titolu u fin-noti tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-annimali akkwatiċi maħsuba għal ċerti stabbilimenti tal-akkwakultura, għar-rilaxx fl-ambjent naturali, jew għal skopijiet oħra, kif stabbilit fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2236. Dawn l-emendi huma meħtieġa biex ikun żgurat li hu espliċitament ċar li dan iċ-ċertifikat ma jistax jintuża għal konsenji tal-annimali akkwatiċi maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Filwaqt li ċ-ċentri tal-purifikazzjoni u tad-dispaċċ huma stabbilimenti tal-akkwakultura f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429, ir-regoli tas-saħħa pubblika jipprevjenu l-annimali akkwatiċi milli jidħlu fl-Unjoni jekk ikunu ddestinati għaċ-ċentri tal-purifikazzjoni, jew f’ċerti ċirkostanzi, jekk ikunu ddestinati għaċ-ċentri tad-dispaċċ. |
|
(5) |
Biex ikun hemm ċarezza f’dak ir-rigward, u jkun evitat in-nuqqas ta’ fehim, il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni tal-annimali akkwatiċi maħsuba għal ċerti stabbilimenti tal-akkwakultura, għar-rilaxx fl-ambjent naturali, jew għal skopijiet oħra, għajr il-konsum mill-bniedem, kif stabbilit fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2236, jenħtieġ li jiġi emendat biex ikun żgurat li l-konsenji tal-annimali akkwatiċi ħajjin maħsuba għall-konsum mill-bniedem ikunu jistgħu jidħlu fl-Unjoni biss jekk ikunu konformi mar-Regolament (KE) Nru 853/2004. |
|
(6) |
Ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 u (UE) 2020/2236 japplikaw b’effett mill-21 ta’ April 2021, għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika wkoll minn dik id-data. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
Fil-Kapitolu 28, il-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali/tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni tal-ħut ħaj, il-krustaċji ħajjin u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali, minn fost dawk l-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem (MODEL FISH- CRUST-HC) huwa emendat kif ġej:
|
|
2. |
Fil-Kapitolu 31, il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni tal-molluski bivalvi ħajjin, l-ekinodermi, it-tunikati, il-gastropodi marini u l-prodotti li joriġinaw mill-annimali, minn fost dawk l-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem (MODEL MOL-HC), in-Noti huma sostitwiti b’dan li ġej: “ Noti F’konformità mal-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, ir-referenzi għall-Unjoni Ewropea f’dan iċ-ċertifikat jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. “Annimali akkwatiċi” huma annimali kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. “Annimali tal-akkwakultura” huma annimali akkwatiċi soġġetti għall-akkwakultura kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/429. L-annimali akkwatiċi kollha u l-prodotti kollha li joriġinaw minn annimali akkwatiċi għajr l-annimali akkwatiċi ħajjin, li għalihom tapplika l-Parti II.2.4 ta’ dan iċ-ċertifikat, iridu joriġinaw minn pajjiż/territorju/żona/kompartiment li jidher/tidher fil-lista tal-pajjiżi terzi u t-territorji adottata mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 230(1) tar-Regolament (UE) 2016/429. Il-Parti II.2.4 taċ-ċertifikat ma tapplikax għall-annimali akkwatiċi li ġejjin, u għalhekk jistgħu joriġinaw minn pajjiż jew reġjun tiegħu, li hu elenkat mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 127(2) tar-Regolament (UE) 2017/625:
Dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għandu jimtela skont in-noti għall-mili taċ-ċertifikati previsti fil-Kapitolu 4 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235. Parti I:
Parti II:
(*2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21).”;" |
Artikolu 2
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2236 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 7 Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali akkwatiċi maħsuba għall-istabbilimenti tal-akkwakultura, għar-rilaxx fl-ambjent naturali, jew għal skopijiet oħrajn ħlief il-konsum dirett mill-bniedem Iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali msemmi fl-Artikolu 1(2)(b) li jrid jintuża għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali akkwatiċi maħsuba għall-istabbilimenti tal-akkwakultura, għar-rilaxx fl-ambjent naturali, jew għal skopijiet oħra għajr il-konsum dirett mill-bniedem għandu jikkorrispondi għall-mudell AQUA-ENTRY-ESTAB/RELEASE/OTHER imfassal f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness II.”; |
|
2. |
L-Anness II huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-21 ta’ April 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ April 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, ċertifikazzjoni uffiċjali dwar dawn iċ-ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2236 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni u għall-movimenti fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ annimali akkwatiċi u ta’ ċerti prodotti li ġejjin mill-annimali akkwatiċi, taċ-ċertifikazzjoni uffiċjali rigward tali ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1251/2008 (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 410).
(5) Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).
ANNESS
“ANNESS II
L-Anness II fih il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li ġej:
|
Mudell
|
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI GĦAD-DĦUL FL-UNJONI TA’ ANNIMALI AKKWATIĊI MAĦSUBA GĦAL ĊERTI STABBILIMENTI TAL-AKKWAKULTURA, GĦAR-RILAXX FL-AMBJENT NATURALI, JEW GĦAL SKOPIJIET OĦRA, GĦAJR IL-KONSUM MILL-BNIEDEM (MUDELL “AQUA-ENTRY-ESTAB/RELEASE/OTHER”)
|
PAJJIŻ |
Mudell taċ-ċertifikat AQUA-ENTRY-ESTAB/RELEASE/OTHER |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Parti II: Ċertifikazzjoni |
II. Informazzjoni dwar is-Saħħa |
II.a |
Referenza taċ-ċertifikat |
II.b |
Referenza IMSOC |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Jien, il-veterinarju uffiċjali hawn taħt iffirmat, niċċertifika li:
L-annimali akkwatiċi msemmija fil-Kaxxa I.27 tal-Parti I jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li ġejjin:
Dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali hu validu għal perjodu ta’ għaxart ijiem mid-data tal-ħruġ. Fil-każ ta’ trasport tal-annimali akkwatiċi bil-passaġġi fuq l-ilma/bil-baħar, dan il-perjodu ta’ għaxart ijiem jista’ jiġi estiż bid-durata tal-vjaġġ fuq il-passaġġi fuq l-ilma/fuq il-baħar. Noti F’konformità mal-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, ir-referenzi għall-Unjoni Ewropea f’dan iċ-ċertifikat jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq. “Annimali akkwatiċi” huma annimali kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/429. “Annimali tal-akkwakultura” huma annimali akkwatiċi soġġetti għall-akkwakultura kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/429. Dan il-mudell taċ-ċertifikat hu maħsub għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali akkwatiċi għall-iskopijiet indikati fit-titlu tiegħu, inkluż meta l-Unjoni ma tkunx id-destinazzjoni finali ta’ dawk l-annimali. Dan il-mudell taċ-ċertifikat ma għandux jintuża għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali akkwatiċi maħsuba għall-konsum mill-bniedem f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005, inkluż dawk l-annimali maħsuba għall-istabbilimenti tal-akkwakultura li ġejjin:
li għalih għandu jintuża l-mudell taċ-ċertifikat FISH-CRUST-HC, kif stabbilit fil-Kapitolu 28 tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235, jew MOL-HC kif stabbilit fil-Kapitolu 31 tal-Anness III tal-istess Regolament, kif rilevanti. Dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jimtela skont in-noti għall-mili taċ-ċertifikati previsti fil-Kapitolu 4 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235. Parti II:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
Veterinarju uffiċjali |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Isem (b’ittri kbar) |
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Data |
|
Kwalifika u titolu |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Timbru |
|
Firma |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||