|
8.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 120/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/571
tal-20 ta’ Jannar 2021
li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta’ sustanzi li jistgħu jiġu miżjuda mal-formula tat-trabi u mal-formula tal-prosegwiment, mal-ikel tat-trabi u mal-ikel proċessat biċ-ċereali
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ sustanzi li jistgħu jiġu miżjuda ma’ kategorija tal-ikel waħda jew aktar imsemmija fl-Artikolu 1(1) ta’ dak ir-Regolament. |
|
(2) |
The Annex to Regulation (EU) No 609/2013 currently authorises the addition of calcium L-methylfolate as a source of folate to food for special medical purposes and to total diet replacement for weight control. |
|
(3) |
Wara applikazzjoni li titlob li l-użu tal-L-metilfolat tal-kalċju bħala sors ta’ folat huwa awtorizzat ukoll fil-formula tat-trabi, fil-formula tal-prosegwiment, fl-ikel proċessat biċ-ċereali u fl-ikel tat-trabi, fil-livelli meħtieġa biex jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ kompożizzjoni għall-folat stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għal dawk l-oġġetti tal-ikel, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) biex tipprovdi opinjoni dwar is-sikurezza u l-bijodisponibbiltà ta’ dik is-sustanza meta miżjuda mal-oġġetti tal-ikel ikkonċernati. Fl-opinjoni tagħha tal-27 ta’ Novembru 2019 (2), l-Awtorità kkonkludiet li l-L-metilfolat tal-kalċju huwa sors li minnu l-folat huwa bijodisponibbli u li huwa sikur skont l-użi proposti u l-livelli ta’ użu għall-popolazzjoni fil-mira li hija t-trabi (< 12-il xahar) u t-tfal żgħar (12-< 36 xahar. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni tqis li l-opinjoni tal-Awtorità tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-L-metilfolat tal-kalċju mhuwiex ta’ tħassib għas-sikurezza bħala sors ta’ folat meta jintuża fil-formula tat-trabi, fil-formula tal-prosegwiment, fl-ikel proċessat biċ-ċereali u fl-ikel tat-trabi fil-livelli meħtieġa. Therefore, calcium L-methylfolate should be included in the list set out in Annex to Regulation (EU) No 609/2013, as a source of folate in those categories of foods. |
|
(5) |
Regulation (EU) No 609/2013 should therefore be amended accordingly. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istat Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35.
(2) EFSA NDA Panel, Scientific Opinion on Calcium l-methylfolate as a source of folate added for nutritional purposes to infant and follow-on formula, baby food and processed cereal-based food, EFSA Journal, doi: 10.2903/j.efsa.2020.5947.
ANNESS
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(a) |
taħt is-sustanza “Folat”, l-annotazzjoni “L-methylfolate tal-kalċju” hija sostitwita b’dan li ġej:
|