29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 108/19 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/541
tas-26 ta’ Marzu 2021
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1305/2014 fir-rigward tas-simplifikazzjoni u t-titjib tal-kalkolu u l-iskambju tad-data u l-aġġornament tal-proċess tal-Ġestjoni tal-Kontroll tat-Tibdil
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(11) tagħha,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jeżiġi li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (l-“Aġenzija”) tindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (“TSIs”) u r-reviżjoni tagħhom, skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2016/797, u li tiżgura li t-TSIs jiġu adattati għall-progress tekniku, ix-xejriet tas-suq u l-ħtiġijiet soċjali. |
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1474 (3), ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1305/2014 (4) (“TAF TSI”) irid jiġi rivedut biex fost l-oħrajn jissimplifika l-proċedura għall-aġġornament tal-bażi teknika tiegħu skont il-proċess tal-Ġestjoni tal-Kontroll tat-Tibdil tat-TAF TSI u jiżviluppa, jirrevedi jew jissimplifika l-kontenut u l-istruttura tal-messaġġi definiti fit-TAF TSI b’rabta mal-iskambju tal-informazzjoni ma’ sistemi jew operaturi oħra. |
(3) |
Għal dan il-għan, fid-9 ta’ Settembru 2020, l-Aġenzija indirizzat rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni biex fit-TAF TSI jiġu introdotti speċifikazzjonijiet ġodda jew modifikati relatati mal-metodoloġiji u l-flussi tal-informazzjoni dwar il-Ħin Mistenni tal-Wasla, data ta’ traċċar għall-klijenti u skambju tad-data ma’ sistemi oħra, u biex jiġi aġġustat il-proċess tas-CCM. |
(4) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2014 jenħtieġ jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit f’konformità mal-Artikolu 51(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1305/2014 huwa sostitwit bit-test mogħti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44.
(2) Ir-Regolament (UE) 2016/796 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 881/2004 (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1474 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li tissupplimenta d-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’rabta mal-objettivi speċifiċi għall-abbozzar, l-adozzjoni u r-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (ĠU L 210, 15.8.2017, p. 5).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1305/2014 tal-11 ta’ Diċembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għas-servizz tat-trasport tal-merkanzija” tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 62/2006 (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 438).
ANNESS
WERREJ
1. |
INTRODUZZJONI | 23 |
1.1. |
Taqsiriet | 23 |
1.2. |
Dokumenti ta’ Referenza | 23 |
1.3. |
Ambitu tekniku | 24 |
1.4. |
Ambitu Ġeografiku | 24 |
2. |
DEFINIZZJONI TAS-SUBSISTEMA U TAL-AMBITU | 24 |
2.1. |
Funzjoni fi ħdan l-ambitu tat-TSI | 24 |
2.2. |
Funzjonijiet li ma jaqgħux fl-ambitu tat-TSI | 25 |
2.3. |
Ħarsa ġenerali lejn id-deskrizzjoni tas-subsistema | 25 |
2.3.1. |
Proċessi Kkunsidrati | 25 |
3. |
REKWIŻITI ESSENZJALI | 26 |
3.1. |
Konformità mar-rekwiżiti essenzjali | 26 |
3.2. |
Aspetti tar-rekwiżiti essenzjali | 26 |
3.3. |
Aspetti relatati mar-rekwiżiti ġenerali | 26 |
3.3.1. |
Sikurezza | 26 |
3.3.2. |
Affidabbiltà u disponibbiltà | 26 |
3.3.3. |
Saħħa | 26 |
3.3.4. |
Ħarsien tal-ambjent | 26 |
3.3.5. |
Kompatibbiltà teknika | 27 |
3.3.6. |
Aċċessibbiltà | 27 |
4. |
KARATTERIZZAZZJONI TAS-SUBSISTEMA | 27 |
4.1. |
Introduzzjoni | 27 |
4.2. |
Speċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tas-subsistema | 27 |
4.2.1. |
Data tan-Nota ta’ Konsenja | 28 |
4.2.2. |
Talba għal Mogħdija u allokazzjoni tal-mogħdija | 28 |
4.2.3. |
Preparazzjoni tal-Ferrovija | 30 |
4.2.4. |
Informazzjoni dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Ferrovija u Tbassir dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Ferrovija | 31 |
4.2.5. |
Informazzjoni dwar Interruzzjoni tas-Servizz | 32 |
4.2.6. |
ETI/ETA tal-konsenja | 32 |
4.2.7. |
Moviment tal-Vaguni | 34 |
4.2.8. |
Skambju ta’ Data għat-Titjib tal-Kwalità | 35 |
4.2.9. |
Id-Data Ewlenija ta’ Referenza | 35 |
4.2.10. |
Diversi Fajls ta’ Referenza u Bażijiet ta’ Data | 36 |
4.2.11. |
Networking u Komunikazzjoni | 37 |
4.3. |
Speċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tal-interfaċċi | 39 |
4.3.1. |
Interfaċċi mal-Infrastruttura tat-TSI | 39 |
4.3.2. |
Interfaċċi mat-TSI tal-Kontroll/Kmand u tas-Sinjalar | 39 |
4.3.3. |
Interfaċċi mas-subsistema tar-rolling stock | 40 |
4.3.4. |
Interfaċċi mat-TSI operazzjoni u ġestjoni tat-traffiku | 40 |
4.3.5. |
Interfaċċi mal-Applikazzjonijiet Telematiċi għas-Servizzi tal-Passiġġieri | 40 |
4.4. |
Regoli operatorji | 40 |
4.4.1. |
Kwalità tad-data | 41 |
4.4.2. |
Operazzjoni tar-repożitorju ċentrali | 42 |
4.5. |
Regoli dwar il-manutenzjoni | 42 |
4.6. |
Kwalifiki professjonali | 42 |
4.7. |
Kundizzjonijiet tas-saħħa u tas-sikurezza | 42 |
5. |
KOSTITWENTI TAL-INTEROPERABBILTÀ | 43 |
5.1. |
Definizzjoni | 43 |
5.2. |
Lista ta’ Kostitwenti | 43 |
5.3. |
Prestazzjonijiet u Speċifikazzjonijiet tal-Kostitwenti | 43 |
6. |
VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ U/JEW TAL-IDONEITÀ GĦALL-UŻU TAL-KOSTITWENTI U VERIFIKA TAS-SUBSISTEMA | 43 |
6.1. |
Kostitwenti tal-Interoperabbiltà | 43 |
6.1.1. |
Proċeduri ta’ Valutazzjoni | 43 |
6.1.2. |
Modulu | 43 |
6.2. |
Subsistema Applikazzjonijiet Telematiċi għall-Merkanzija | 43 |
6.2.1. |
Valutazzjoni tal-konformità tal-għodod tal-IT | 43 |
7. |
IMPLIMENTAZZJONI | 44 |
7.1. |
Introduzzjoni | 44 |
7.2. |
Ġestjoni tat-Tibdil | 45 |
7.2.1. |
Proċess ta’ Ġestjoni tat-Tibdil | 45 |
7.2.2. |
Proċess Speċifiku ta’ Ġestjoni tat-Tibdil għad-dokumenti elenkati fl-Appendiċi I ta’ dan ir-Regolament | 45 |
Appendiċi I - Lista ta’ dokumenti tekniċi | 47 |
Appendiċi II - Glossarju | 48 |
Appendiċi III - Kompiti li għandhom jitwettqu mill-Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali (NCP) tat-TAF/TAP | 56 |
1. INTRODUZZJONI
1.1. Taqsiriet
Tabella 1
Taqsiriet
Taqsira |
Definizzjoni |
CI |
Interfaċċa Komuni |
KE |
Kummissjoni Ewropea |
ERA |
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (imsejħa wkoll l-Aġenzija) |
IM |
Maniġer tal-Infrastruttura |
ISO |
Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni |
LCL |
Tagħbijiet Inqas minn Kontejner |
LRU |
Impriża Ferrovjarja Ewlenija |
RISC |
Kumitat għall-Interoperabbiltà u għas-Sikurezza Ferrovjarja |
RU |
Impriża Ferrovjarja |
TAF |
Applikazzjonijiet Telematiċi għall-Merkanzija |
TAP |
Applikazzjonijiet Telematiċi għall-Passiġġieri |
TCP/IP |
Protokoll tal-Kontroll tat-Trażmissjoni/Protokoll tal-Internet |
TSI |
Speċifikazzjoni Teknika ta’ Interoperabbiltà |
WK |
Detenturi tal-Vaguni |
1.2. Dokumenti ta’ Referenza
Tabella 2
Dokumenti ta’ referenza
Nru ta’ Ref. |
Referenza tad-Dokument |
Titolu |
L-Aħħar Ħarġa |
(1) |
Id-Direttiva (UE) 2016/797 |
Id-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 44). |
27.5.2020 |
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 454/2011 dwar it-TSI dwar it-TAP |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 tal-5 ta’ Mejju 2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għal servizzi tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (ĠU L 123, 12.5.2011, p. 11). |
27.5.2019 |
(3) |
Id-Direttiva 2012/34/UE |
Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32). |
14.11.2017 |
(4) |
ERA-TD-105 |
TSI dwar it-TAF — ANNESS D.2: APPENDIĊI F — MUDELL TAD-DATA U TAL-MESSAĠĠI TAT-TSI dwar it-TAF. |
|
(5) |
Ir-Regolament Nru 62/2006 dwar it-TSI dwar it-TAF |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 62/2006 tat-23 ta’ Diċembru 2005 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mal-applikazzjonijiet telematiċi għas-subsistema tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (ĠU L 13, 18.1.2006, p. 1). |
18.1.2006 |
(6) |
C(2010)2576 final |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ April 2010 dwar mandat għall-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea sabiex tiżviluppa u tirrieżamina l-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi għall-Interoperabbiltà bl-għan li testendi l-ambitu tagħhom għas-sistema ferrovjarja kollha tal-Unjoni Ewropea. |
29.4.2010 |
(7) |
Id-Direttiva (UE) 2016/798 |
Id-Direttiva (UE) 2016/798 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar is-sikurezza ferrovjarja (ĠU L 138, 26.5.2016, p. 102). |
26.5.2016 |
(8) |
Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1474 |
Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2017/1474 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li tissupplimenta d-Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’rabta mal-objettivi speċifiċi għall-abbozzar, l-adozzjoni u r-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (ĠU L 210 15.8.2017, p. 5). |
15.8.2017 |
1.3. Ambitu tekniku
Din l-Ispeċifikazzjoni Teknika ta’ Interoperabbiltà (minn hawn ’il quddiem imsejħa t-TSI dwar it-TAF) tikkonċerna l-element “applikazzjonijiet għas-servizzi tal-merkanzija” tas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi” inklużi fil-qasam funzjonali tal-lista fl-Anness II tad-Direttiva (UE) 2016/797 u deskritti fit-taqsima 2.6(b) ta’ dak l-Anness.
L-iskop ta’ din it-TSI dwar it-TAF huwa li tiżgura l-iskambju effiċjenti ta’ informazzjoni billi tistabbilixxi l-qafas tekniku, sabiex jinkiseb proċess ta’ trasport li jkun ekonomikament vijabbli kemm jista’ jkun. Tkopri l-applikazzjonijiet għas-servizzi tal-merkanzija u l-ġestjoni ta’ konnessjonijiet ma’ modi oħra tat-trasport, li jfisser li hija tikkonċentra fuq is-servizzi tat-trasport ta’ RU flimkien mal-operazzjoni pura tal-ferroviji. L-aspetti tas-sikurezza jitqiesu biss sa fejn jeżistu l-elementi tad-data; il-valuri ma jkollhom l-ebda impatt fuq l-operazzjoni sikura ta’ ferrovija u konformità mar-rekwiżiti tat-TSI dwar it-TAF ma tistax titqies bħala konformità mar-rekwiżiti dwar is-sikurezza.
It-TSI dwar it-TAF għandha wkoll impatt fuq il-kundizzjonijiet tal-użu tat-trasport ferrovjarju mill-utenti. F’dan ir-rigward, it-terminu “utenti” ma jfissirx biss maniġers tal-infrastruttura jew impriżi ferrovjarji iżda anki l-fornituri l-oħra kollha tas-servizzi bħall-kumpaniji tal-vaguni, l-operaturi intermodali u anki l-klijenti.
1.4. Ambitu Ġeografiku
It-TSI għandha tapplika għan-network tal-Unjoni kif iddefinit fit-Taqsima 1 tal-Anness I tad-Direttiva (UE) 2016/797.
2. DEFINIZZJONI TAS-SUBSISTEMA U TAL-AMBITU
2.1. Funzjoni fi ħdan l-ambitu tat-TSI
Is-subsistema Applikazzjonijiet Telematiċi għall-Merkanzija hija definita fit-Taqsima 2.6(b) tal-Anness II tad-Direttiva (UE) 2016/797.
B’mod partikolari, din tinkludi:
— |
applikazzjonijiet għas-servizzi tal-merkanzija, li jinkludu sistemi ta’ informazzjoni (monitoraġġ f’ħin reali tal-merkanzija u tal-ferroviji), |
— |
sistemi ta’ marshalling u ta’ allokazzjoni, li fihom sistemi ta’ sottoallokazzjoni tinftiehem bħala l-kompożizzjoni tal-ferroviji, |
— |
is-sistemi ta’ riżervazzjoni, li biha hawnhekk wieħed jifhem ir-riżervazzjoni tal-mogħdijiet tal-ferrovija, |
— |
il-ġestjoni tal-konnessjonijiet ma’ modi oħra tat-trasport u l-produzzjoni ta’ dokumenti elettroniċi ta’ akkumpanjament. |
2.2. Funzjonijiet li ma jaqgħux fl-ambitu tat-TSI
Is-sistemi ta’ ħlas u ta’ fatturazzjoni għall-klijenti mhumiex fl-ambitu ta’ din it-TSI, u lanqas ma huma tali sistemi ta’ ħlas u ta’ fatturar bejn diversi fornituri ta’ servizzi bħall-impriżi ferrovjarji jew il-maniġers tal-infrastruttura. Madankollu, id-disinn tas-sistema wara l-iskambju tad-data f’konformità mal-Kapitolu 4.2 (L-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tas-subsistema) jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa bħala bażi għall-ħlas li jirriżulta mis-servizzi tat-trasport.
L-ippjanar fit-tul tal-iskedi ta’ żmien jaqa’ barra mill-ambitu ta’ din it-TSI dwar l-Applikazzjonijiet Telematiċi. Madankollu, f’xi punti se jkun hemm referenza għall-eżitu tal-ippjanar fit-tul sakemm ikun hemm relazzjoni mal-iskambju effiċjenti ta’ informazzjoni meħtieġa għall-operazzjoni tal-ferroviji.
2.3. Ħarsa ġenerali lejn id-deskrizzjoni tas-subsistema
2.3.1. Proċessi Kkunsidrati
Meta jitqiesu l-ħtiġijiet ta’ Klijent, wieħed mis-servizzi huwa li l-linja tat-trasport tiġi organizzata u amministrata f’konformità mal-kuntratt bejn l-Impriża Ferrovjarja Ewlenija (LRU) u l-Klijent.
L-LRU hija l-punt uniku ta’ kuntatt għall-Klijent. Jekk ikunu involuti aktar minn Impriża Ferrovjarja waħda fil-katina tat-trasport, l-LRU tkun responsabbli wkoll għall-koordinazzjoni mal-RUs l-oħra. Dan is-servizz jista’ jitwettaq ukoll minn spedizjonier jew minn kwalunkwe entità oħra.
Din it-TSI għall-industrija tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija hija limitata f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/797 għall-iskambju ta’ data bejn l-IMs u l-RUs/LRUs. Din it-TSI tippermetti lil-LRU tipprovdi informazzjoni lill-Klijent b’mod partikolari:
— |
Informazzjoni dwar il-mogħdija. |
— |
Informazzjoni dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Ferroviji dwar punti ta’ rapportar miftiehma, inklużi tal-anqas il-punti ta’ tluq, ta’ interkambju/trasferiment u ta’ wasla tat-trasport kuntrattat. |
— |
Il-Ħin Stmat tal-Wasla (ETA) fid-destinazzjoni finali inklużi d-deposti u t-terminali intermodali. |
— |
Interruzzjoni tas-Servizz. Meta l-RU Ewlenija ssir taf dwar interruzzjoni fis-servizz, hija għandha tagħmel il-konsenja lill-Klijent fi żmien xieraq. |
Għall-konsenja ta’ din l-informazzjoni, il-messaġġi rispettivi konformi mat-TAF huma definiti fil-Kapitolu 4.
L-RU/l-LRUs ġeneralment irid ikollhom, bħala minimu, il-kapaċità li:
— |
JIDDEFINIXXU: servizzi f’termini ta’ prezz u ta’ ħinijiet ta’ tranżitu, ta’ provvista ta’ vaguni (fejn applikabbli), ta’ informazzjoni dwar vaguni/unitajiet intermodali (post, status u l-ħin stmat tal-wasla “ETA” relatat mal-vagun/unità intermodali), fejn il-konsenja tkun tista’ titgħabba fuq vaguni, kontejners vojta eċċ., |
— |
JAGĦTU: is-servizz li ġie definit b’mod affidabbli u mingħajr intoppi permezz tal-użu ta’ proċessi kummerċjali komuni u sistemi relatati. Irid ikun hemm kapaċità li l-RUs, l-IMs u fornituri oħra ta’ servizzi u partijiet ikkonċernati bħad-dwana jiskambjaw informazzjoni b’mod elettroniku, |
— |
IKEJLU: il-kwalità tas-servizz mogħti meta mqabbel ma’ dak li ġie definit, jiġifieri l-preċiżjoni tal-kontijiet meta mqabbla mal-prezz kwotat, il-ħinijiet effettivi tat-tranżitu mal-impenji, il-vagun fornut ma’ dak ordnat, l-ETAs mal-ħinijiet effettivi tal-wasla, |
— |
JOPERAW: b’mod produttiv f’termini tal-użu: il-kapaċità ferrovjarja, tal-infrastruttura u tal-flotta permezz tal-użu ta’ proċessi tan-negozju, ta’ sistemi u ta’ skambju ta’ data meħtieġa sabiex jappoġġaw l-iskedar tal-vaguni/tal-unitajiet intermodali u tal-ferroviji. |
Il-maniġġ ta’ vaguni vojta għandu rilevanza partikolari meta jitqiesu vaguni interoperabbli. Fil-prinċipju, ma hemm l-ebda differenza fil-maniġġ ta’ vaguni mgħobbija jew vojta. It-trasport ta’ vaguni vojta huwa bbażat ukoll fuq ordnijiet ta’ konsenja, fejn il-maniġer tal-flotta għal dawn il-vaguni vojta jrid jitqies bħala klijent.
3. REKWIŻITI ESSENZJALI
3.1. Konformità mar-rekwiżiti essenzjali
F’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/797, is-Sistema Ferrovjarja tal-Unjoni, is-subsistemi u l-kostitwenti tal-interoperabbiltà tagħhom iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fit-termini ġenerali fl-Anness III ta’ dik id-Direttiva.
Fl-ambitu ta’ din it-TSI, l-issodisfar tar-rekwiżiti essenzjali rilevanti elenkati fil-Kapitolu 3 se jiġi żgurat għas-subsistema permezz tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet deskritti fil-Kapitolu 4 (Karatterizzazzjoni tas-subsistema).
3.2. Aspetti tar-rekwiżiti essenzjali
Ir-rekwiżiti essenzjali jikkonċernaw:
— |
Is-sikurezza, |
— |
L-affidabbiltà u d-disponibbiltà, |
— |
Is-saħħa, |
— |
Il-ħarsien tal-ambjent, |
— |
Il-kompatibbiltà teknika. |
— |
L-aċċessibbiltà. |
Skont id-Direttiva (UE) 2016/797, ir-rekwiżiti essenzjali jistgħu jkunu applikabbli b’mod ġenerali għas-Sistema Ferrovjarja Trans-Ewropea sħiħa jew ikunu speċifiċi għal kull subsistema u għall-kostitwenti tagħha.
3.3. Aspetti relatati mar-rekwiżiti ġenerali
Ir-rilevanza tar-rekwiżiti ġenerali għas-Subsistema Applikazzjonijiet Telematiċi għall-Merkanzija hija ddeterminata kif ġej:
3.3.1. Sikurezza
Ir-rekwiżiti essenzjali 1.1.1, 1.1.2, 1.1.3, 1.1.4 u 1.1.5 tal-Anness III tad-Direttiva (UE) 2016/797 mhumiex rilevanti għas-subsistema Applikazzjonijiet Telematiċi.
3.3.2. Affidabbiltà u disponibbiltà
“Il-monitoraġġ u l-manutenzjoni tal-komponenti fissi jew mobbli li jkunu involuti fiċ-ċaqliq tal-ferroviji għandhom jiġu organizzati, magħmula u kwantifikati b’tali mod li jkomplu jaħdmu skont il-kondizzjonijiet maħsuba.”
Dan ir-rekwiżit essenzjali huwa ssodisfat mill-Kapitoli li ġejjin:
— |
Il-Kapitolu 4.2.9: Id-Data Ewlenija ta’ Referenza, |
— |
Il-Kapitolu 4.2.10: Diversi Fajls ta’ Referenza u bażijiet ta’ data, |
— |
Il-Kapitolu 4.2.11: Networking u Komunikazzjoni. |
3.3.3. Saħħa
Ir-rekwiżiti essenzjali 1.3.1 u 1.3.2 tal-Anness III tad-Direttiva (UE) 2016/797 mhumiex rilevanti għas-subsistema Applikazzjonijiet Telematiċi.
3.3.4. Ħarsien tal-ambjent
Ir-rekwiżiti essenzjali 1.4.1, 1.4.2, 1.4.3, 1.4.4 u 1.4.5 tal-Anness III tad-Direttiva (UE) 2016/797 mhumiex rilevanti għas-subsistema Applikazzjonijiet Telematiċi.
3.3.5. Kompatibbiltà teknika
Ir-rekwiżit essenzjali 1.5 tal-Anness III tad-Direttiva (UE) 2016/797 mhuwiex rilevanti għas-subsistema Applikazzjonijiet Telematiċi.
3.3.6. Aċċessibbiltà
Ir-rekwiżit essenzjali 1.6 tal-Anness III tad-Direttiva 2016/797 mhuwiex rilevanti għas-subsistema Applikazzjonijiet Telematiċi.
4. KARATTERIZZAZZJONI TAS-SUBSISTEMA
4.1. Introduzzjoni
Is-sistema ferrovjarja, li għaliha tapplika d-Direttiva (UE) 2016/797 u li s-Subsistema Applikazzjonijiet Telematiċi hija parti minnha, hija sistema integrata li l-konsistenza tagħha trid tiġi vverifikata. Din il-konsistenza trid tiġi vverifikata b’mod partikolari fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tas-subsistema, tal-interfaċċi tagħha fir-rigward tas-sistema li fiha tkun integrata, kif ukoll tar-regoli dwar l-operazzjoni u l-manutenzjoni.
Filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti essenzjali applikabbli kollha, is-Subsistema Applikazzjonijiet Telematiċi għall-Merkanzija hija kkaratterizzata minn:
4.2. Speċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tas-subsistema
Fid-dawl tar-rekwiżiti essenzjali fil-Kapitolu 3, l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tas-subsistema jkopru l-parametri li ġejjin:
— |
Data tan-Nota ta’ Konsenja, |
— |
Talba għal Mogħdija u Allokazzjoni tal-Mogħdija, |
— |
Preparazzjoni tal-Ferrovija, |
— |
Informazzjoni dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Ferrovija u Tbassir dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Ferrovija, |
— |
Informazzjoni dwar Interruzzjoni tas-Servizz, |
— |
ETI/ETA tal-Vaguni/Unitajiet Intermodali, |
— |
Moviment tal-Vaguni, |
— |
Skambju ta’ Data għat-Titjib tal-Kwalità, |
— |
Id-Data Ewlenija ta’ Referenza, |
— |
Diversi fajls ta’ referenza u Bażijiet ta’ Data, |
— |
Networking u Komunikazzjoni. |
Minbarra d-dispożizzjonijiet mill-Kapitolu 4 u mis-subkapitoli tiegħu, kull parti kkonċernata tista’ tiskambja l-messaġġi skont il-Kapitoli 4.2.2.3 (biss matul l-operazzjoni jew it-tħejjija tal-operazzjoni tal-ferrovija), 4.2.4.2, 4.2.4.3, 4.2.5.2, 4.2.6.3 u 4.2.6.4 ma’ partijiet ikkonċernati oħra involuti fl-istess servizz tal-merkanzija, bil-kundizzjoni li l-partijiet ikkonċernati jkunu identifikabbli. Dawn l-iskambji ta’ messaġġi jistgħu jiġu tariffati mingħand l-ispeditur.
L-LRU hija responsabbli għall-informazzjoni lill-Klijenti skont il-ftehim kuntrattwali.
L-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tad-data huma definiti fil-Katalogu tad-Data komplut. Il-formati obbligatorji tal-messaġġi u tad-data ta’ dan il-Katalogu huma definiti fid-dokument “TSI dwar it-TAF — Anness D.2: Appendiċi F — Mudell tad-Data u tal-Messaġġi tat-TSI dwar it-TAF” elenkat fl-Appendiċi I. Barra minn hekk, standards eżistenti oħrajn jistgħu jintużaw għall-istess għan jekk ikun hemm ftehim speċifiku bejn il-partijiet involuti li jawtorizza l-użu ta’ dawn l-istandards b’mod partikolari għat-trasport kombinat/intermodali jew fit-territorji tal-Istati Membri tal-UE li jkollhom fruntiera ma’ pajjiżi terzi.
Kummenti ġenerali dwar l-istruttura tal-messaġġi
Il-messaġġi huma strutturati f’żewġ settijiet ta’ data:
— |
Data ta’ kontroll: iddefinita permezz tal-intestatura tal-messaġġ obbligatorja tal-messaġġi tal-katalogu. |
— |
Data ta’ informazzjoni: iddefinita mill-kontenut obbligatorju/mhux obbligatorju ta’ kull messaġġ u sett ta’ data obbligatorju/mhux obbligatorju fil-katalogu. |
Jekk messaġġ jew element ta’ data jkun iddefinit bħala mhux obbligatorju f’dan ir-Regolament, il-partijiet involuti jiddeċiedu jekk jużawhx. L-applikazzjoni ta’ dawn il-messaġġi u l-elementi ta’ data trid tkun parti minn ftehim kuntrattwali. Jekk fil-katalogu tad-data l-elementi mhux obbligatorji jkunu obbligatorji taħt ċerti kundizzjonijiet, dan irid jiġi speċifikat fil-katalogu tad-data.
4.2.1. Data tan-Nota ta’ Konsenja
4.2.1.1.
Il-klijent għandu jibgħat in-Nota dwar il-Konsenja lill-RU Ewlenija. Trid turi l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex konsenja mill-konsenjatur tinġarr lill-konsenjatarju skont ir-“Regoli Uniformi dwar il-Kuntratt tal-Ġarr Internazzjonali ta’ Prodotti bil-Ferrovija (CIM)” u r-“Regoli Uniformi dwar il-Kuntratti dwar l-Użu ta’ Vetturi fit-Traffiku Ferrovjarju Internazzjonali (CUV)”. L-LRU trid tissupplimenta informazzjoni addizzjonali. Subsett tad-data tan-nota ta’ konsenja li tinkludi dik addizzjonali, huwa deskritt fl-Appendiċi I, TSI dwar it-TAF — ANNESS D.2: APPENDIĊI A (IPPJANAR TAL-VJAĠĠI TAL-VAGUNI/ILU) u Appendiċi I, TSI dwar it-TAF — Anness D.2: Appendiċi F — Mudell tad-Data u tal-Messaġġi tat-TSI dwar it-TAF (4)) elenkati fit-tabella fl-Appendiċi I ta’ dan ir-Regolament.
Fil-każ ta’ Aċċess Miftuħ, l-RU Ewlenija li tikkuntratta mal-klijent ikollha l-informazzjoni kollha wara s-suppliment tad-data disponibbli. Ma huwa meħtieġ l-ebda skambju ta’ messaġġi ma’ RUs oħrajn. Din id-data hija wkoll il-bażi għal talba għal Mogħdija b’avviż qasir minn qabel, jekk dan ikun meħtieġ għall-eżekuzzjoni tan-nota ta’ konsenja.
Il-messaġġi li ġejjin huma għall-każ ta’ Aċċess Mhux Miftuħ. Il-kontenut ta’ dawn il-messaġġi jista’ jkun ukoll il-bażi għal talbiet għal mogħdija b’avviż qasir minn qabel, jekk ikun meħtieġ għall-eżekuzzjoni tan-nota ta’ konsenja.
4.2.1.2.
L-ordni tal-konsenja hija primarjament subsett tal-informazzjoni tan-Nota ta’ Konsenja. Trid tintbagħat lill-RUs involuti fil-katina tat-trasport mil-LRUs. Il-kontenut tal-ordni ta’ Konsenja jrid juri l-informazzjoni rilevanti li tkun meħtieġa sabiex RU teżegwixxi t-trasport matul ir-responsabbiltà tagħha sat-trasferiment lill-RU li jmiss.
L-istruttura tad-data obbligatorja tal-ordni ta’ konsenja u l-formati dettaljati ta’ dan il-messaġġ huma elenkati fil-“Messaġġ tal-Ordni ta’ Konsenja” fid-dokument “TSI dwar it-TAF — Anness D.2: Appendiċi F — Mudell tad-Data u tal-Messaġġi tat-TSI dwar it-TAF” elenkat fl-Appendiċi I
Il-kontenut ewlieni ta’ dawn l-ordnijiet ta’ konsenja huwa:
— |
Informazzjoni dwar il-konsenjatur u l-konsenjatarju, |
— |
Informazzjoni dwar ir-rotot, |
— |
Identifikazzjoni tal-konsenja, |
— |
Informazzjoni dwar il-vaguni, |
— |
Informazzjoni dwar il-post u l-ħin. |
4.2.2. Talba għal Mogħdija u allokazzjoni tal-mogħdija
4.2.2.1.
Il-Mogħdija tiddefinixxi d-data mitluba, aċċettata u effettiva li għandha tinħażen fir-rigward tal-mogħdija u l-karatteristiċi tal-ferrovija għal kull segment ta’ dik il-mogħdija. Id-deskrizzjoni li ġejja tippreżenta l-informazzjoni, li trid tkun disponibbli għall-maniġer tal-infrastruttura u/jew għall-korp tal-allokazzjoni (AB).. Din l-informazzjoni trid tiġi aġġornata kull meta jseħħ xi tibdil. Għalhekk, l-informazzjoni tal-mogħdija annwali jeħtieġ li tippermetti l-irkupru tad-data għal emendi fuq perjodu qasir. B’mod partikolari, il-Klijent, f’każ li jkun affettwat, irid jiġi informat mil-LRU.
Talba għal Mogħdija b’avviż qasir minn qabel
Minħabba l-eċċezzjonijiet matul iċ-ċirkolazzjoni tal-ferrovija jew minħabba d-domandi tat-trasport fuq bażi ta’ avviż qasir minn qabel, impriża ferrovjarja jew Applikant irid ikollu l-possibbiltà li jkollu mogħdija ad hoc fuq in-network.
L-RU/l-Applikant li jaġixxi fir-rwol tal-Applikant Responsabbli jrid jipprovdi lill-maniġer tal-infrastruttura d-data kollha meħtieġa dwar meta u fejn il-ferrovija tkun meħtieġa li tiċċirkola flimkien mal-karatteristiċi fiżiċi sa fejn dawn ikunu jinteraġixxu mal-infrastruttura. Dawn ir-rekwiżiti huma validi għall-messaġġi ta’ Talba għal Mogħdija b’Avviż Qasir Minn Qabel u għall-messaġġi relatati kollha. L-ebda perjodu ta’ żmien minimu ma huwa speċifikat fil-livell Ewropew f’dan ir-rigward. Id-dikjarazzjoni dwar in-network tista’ tispeċifika l-perjodi minimi ta’ żmien.
It-Talba għal Mogħdija b’avviż qasir minn qabel ma tinkludix kwistjonijiet ta’ Ġestjoni tat-Traffiku. Il-limitu ta’ żmien bejn il-mogħdijiet ta’ Terminu Qasir u t-tibdiliet fil-mogħdijiet tal-Ġestjoni tat-Traffiku huwa soġġett għal Ftehimiet Lokali u jista’ jiġi indikat fid-dikjarazzjoni dwar in-network..
Ir-rekwiżiti li jqisu r-responsabbiltajiet ta’ RU/Applikant/IM matul it-talba għal mogħdija u l-proċessi ta’ allokazzjoni mhumiex parti minn dan ir-regolament. Tingħata informazzjoni rilevanti fi ħdan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/773 (1) (TSI dwar l-OPE).
4.2.2.2.
L-RU/l-Applikant li jassumi r-rwol ta’ Applikant Responsabbli għandu jibgħat il-“messaġġ ta’ Talba għal Mogħdija” lill-maniġer tal-infrastruttura (IM)/lill-Korp ta’ Allokazzjoni (AB) sabiex jitlob mogħdija.
Id-definizzjoni tal-istruttura obbligatorja tal-“messaġġ ta’ Talba għal Mogħdija” u l-elementi li għandhom jiġu segwiti huma deskritti fid-dokument “TSI dwar it-TAF — Anness D.2: Appendiċi F — Mudell tad-Data u tal-Messaġġi tat-TSI dwar it-TAF” elenkat fl-Appendiċi I.
4.2.2.3.
L-IM/AB li jaġixxi bħala l-IM tal-Ippjanar għandu jibgħat il-“Messaġġ dwar id-Dettalji tal-Mogħdija” lill-RU/lill-Applikant rikjedenti bi tweġiba għat-Talba tiegħu għal Mogħdija.
Id-definizzjoni tal-istruttura obbligatorja tal-messaġġ dwar id-Dettalji tal-Mogħdija u l-elementi li għandhom jiġu segwiti huma deskritti fid-dokument “TSI dwar it-TAF — Anness D.2: Appendiċi F — Mudell tad-Data u tal-Messaġġi tat-TSI dwar it-TAF” elenkat fl-Appendiċi I.
4.2.2.4.
L-RU/l-Applikant rikjedenti li jassumi r-rwol ta’ Applikant Responsabbli għandu jibgħat il-“messaġġ ta’ Mogħdija Konfermata” sabiex jikkonferma l-Mogħdija proposta mill-IM/mill-AB.
Id-definizzjoni tal-istruttura obbligatorja tal-messaġġ ta’ Mogħdija Konfermata u l-elementi li għandhom jiġu segwiti huma deskritti fid-dokument “TSI dwar it-TAF — Anness D.2: Appendiċi F — Mudell tad-Data u tal-Messaġġi tat-TSI dwar it-TAF” elenkat fl-Appendiċi I.
4.2.2.5.
L-RU/l-Applikant rikjedenti li jassumi r-rwol ta’ Applikant Responsabbli għandu jibgħat il-“messaġġ ta’ Dettalji tal-Mogħdija Rifjutati” lill-IM/lill-AB rilevanti sabiex jirrifjuta d-Dettalji tal-Mogħdija proposti tiegħu.
Id-definizzjoni tal-istruttura obbligatorja tal-messaġġ ta’ Dettalji tal-Mogħdija Rifjutati u l-elementi li għandhom jiġu segwiti huma deskritti fid-dokument “TSI dwar it-TAF — Anness D.2: Appendiċi F — Mudell tad-Data u tal-Messaġġi tat-TSI dwar it-TAF” elenkat fl-Appendiċi I.
4.2.2.6.
L-RU/l-Applikant li jassumi r-rwol ta’ Applikant Responsabbli (fil-fażi ta’ ppjanar) jew li jassumi r-rwol tal-RU Responsabbli (waqt l-operazzjoni) għandu jibgħat il-“messaġġ ta’ Mogħdija Mħassra” lill-IM/lill-AB rilevanti sabiex iħassar Mogħdija kollha jew parti minnha li tkun ġiet ikkonfermata.
Id-definizzjoni tal-istruttura obbligatorja tal-messaġġ ta’ Mogħdija Mħassra u l-elementi li għandhom jiġu segwiti huma deskritti fid-dokument “TSI dwar it-TAF — Anness D.2: Appendiċi F — Mudell tad-Data u tal-Messaġġi tat-TSI dwar it-TAF” elenkat fl-Appendiċi I.
4.2.2.7.
L-IM/l-AB li jassumi r-rwol IM tal-Ippjanar (fil-fażi ta’ ppjanar) jew fir-rwol ta’ IM Responsabbli (waqt l-operazzjoni) għandu jibgħat il-“messaġġ ta’ Mogħdija Mhux Disponibbli” lill-RU/lill-Applikant kuntrattat f’każ li l-Mogħdija konfermata mill-RU/mill-Applikant ma tibqax disponibbli.
L-IM irid jinforma lill-RU malli jsir jaf li mogħdija tal-ferrovija ma tkunx disponibbli. Il-“messaġġ ta’ Mogħdija Mhux Disponibbli” jista’ jintbagħat fi kwalunkwe ħin bejn il-mument li fih il-mogħdija tal-ferrovija tiġi kkuntrattata u t-tluq tal-ferrovija. Kawża ta’ dan il-messaġġ tista’ tkun, eż., interruzzjoni fil-mogħdija.
“Messaġġ ta’ Mogħdija Mhux Disponibbli” tfisser li l-mogħdija jew parti mill-mogħdija ma tistax tintuża u ma għadhiex teżisti.
Jekk ikun hemm mogħdija alternattiva disponibbli, flimkien ma’ dan il-messaġġ jew malli dik il-mogħdija tkun magħrufa, l-IM irid jibgħat proposta alternattiva, mingħajr ebda talba oħra mill-RU. Dan isir bil-“messaġġ dwar id-Dettalji tal-Mogħdija” relatat ma’ dan il-“messaġġ ta’ Mogħdija Mhux Disponibbli”. Jekk proposta alternattiva ma tkunx possibbli, l-IM irid jinforma lill-RU minnufih.
Id-definizzjoni tal-istruttura obbligatorja tal-messaġġ ta’ Mogħdija Mhux Disponibbli u l-elementi li għandhom jiġu segwiti huma deskritti fid-dokument “TSI dwar it-TAF — Anness D.2: Appendiċi F — Mudell tad-Data u tal-Messaġġi tat-TSI dwar it-TAF” elenkat fl-Appendiċi I.
4.2.2.8.
Ir-riċevitur ta’ kull messaġġ għandu jibgħat il-“messaġġ ta’ Konferma tar-Riċevuta” lill-oriġinatur tal-messaġġ relatat sabiex jirrikonoxxi li s-sistema miruta tiegħu rċeviet il-messaġġ.
Id-definizzjoni tal-istruttura obbligatorja tal-messaġġ ta’ Konferma tar-Riċevuta u l-elementi li għandhom jiġu segwiti huma deskritti fid-dokument “TSI dwar it-TAF — Anness D.2: Appendiċi F — Mudell tad-Data u tal-Messaġġi tat-TSI dwar it-TAF” elenkat fl-Appendiċi I.
4.2.3. Preparazzjoni tal-Ferrovija
4.2.3.1.
Dan il-parametru bażiku jiddeskrivi l-messaġġi, li jridu jiġu skambjati matul il-fażi ta’ preparazzjoni tal-ferrovija sal-istartjar tal-ferrovija.
Il-preparazzjoni tal-ferrovija tinkludi verifika tal-kompatibbiltà bejn il-ferrovija u r-rotta. Din il-verifika ssir mill-RU fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-IMs ikkonċernati dwar id-deskrizzjoni tal-infrastruttura u r-restrizzjonijiet tal-infrastruttura.
F’każ li l-ferrovija tittieħed bis-sħiħ mill-RU li jmiss, l-RU Responsabbli għandha tibgħat il-Kompożizzjoni tal-Ferrovija lill-RU Responsabbli li jmiss. Skont il-ftehimiet kuntrattwali, dan il-messaġġ irid jintbagħat ukoll mill-RU Responsabbli lill-IM(s). Dan ikun japplika wkoll jekk il-mogħdija tkun ġiet irriżervata minn Applikant Responsabbli ieħor, li jkun ta mandat lill-RU Responsabbli għaċ-ċirkolazzjoni tal-ferrovija. Barra minn hekk, l-RU Responsabbli tibqa’ s-sieħeb għall-iskambju tal-messaġġi mal-IM, jekk tissottokuntratta ċ-ċirkolazzjoni tal-ferrovija lil RU oħra.
Jekk il-kompożizzjoni tal-ferrovija tinbidel f’post, dan il-messaġġ irid jiġi skambjat għal darba oħra ma’ informazzjoni aġġornata mill-RU Responsabbli.
4.2.3.2.
L-RU Responsabbli għandha tibgħat il-“messaġġ dwar il-Kompożizzjoni tal-Ferrovija” li jiddefinixxi l-kompożizzjoni tal-ferrovija lill-RU Responsabbli li jmiss involuta fis-servizz tal-merkanzija u lill-RU Ewlenija. Skont id-dikjarazzjoni dwar in-network, il-“messaġġ dwar il-Kompożizzjoni tal-Ferrovija” għandu jintbagħat ukoll mill-RU Responsabbli lill-IM(s).
Id-definizzjoni tal-istruttura obbligatorja tal-messaġġ dwar il-Kompożizzjoni tal-Ferrovija u l-elementi li għandhom jiġu segwiti huma deskritti fid-dokument “TSI dwar it-TAF — Anness D.2: Appendiċi F — Mudell tad-Data u tal-Messaġġi tat-TSI dwar it-TAF” elenkat fl-Appendiċi I.
L-elementi minimi li għandhom jiġu kkonsenjati għall-iskambju ta’ messaġġi bejn l-RU u l-IM għall-fini tal-Kompożizzjoni tal-Ferrovija huma definiti fil-Kapitolu 4.2.2.7.2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/773 (TSI dwar l-OPE).
4.2.3.3.
L-RU Responsabbli għandha tibgħat messaġġ ta’ “Ferrovija Lesta” lill-maniġer tal-infrastruttura kull darba li ferrovija tkun lesta li tibda wara l-preparazzjoni tal-ferrovija, sakemm skont ir-regoli nazzjonali l-maniġer tal-infrastruttura ma jaċċettax l-iskeda ta’ żmien bħala messaġġ ta’ “Ferrovija Lesta”.
Fil-każ ta’ trasport kombinat, l-Operatur tat-Terminal għandu jibgħat messaġġ ta’ “Ferrovija Lesta” lill-RU kull darba li sett ta’ vaguni jkun lest sabiex jiġi startjat. L-RU li tipprovdi trazzjoni lill-punt ta’ dħul tal-IM għandha tibgħat il-messaġġ ta’ “ferrovija lesta” lill-RU li topera s-servizz ferrovjarju fuq in-network tal-IM.
Id-definizzjoni tal-istruttura obbligatorja tal-messaġġ ta’ Ferrovija Lesta u l-elementi li għandhom jiġu segwiti huma deskritti fid-dokument “TSI dwar it-TAF — Anness D.2: Appendiċi F — Mudell tad-Data u tal-Messaġġi tat-TSI dwar it-TAF” elenkat fl-Appendiċi I.
4.2.4. Informazzjoni dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Ferrovija u Tbassir dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Ferrovija
4.2.4.1.
Dan il-parametru bażiku jistabbilixxi l-informazzjoni dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-ferrovija u t-tbassir dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-ferrovija. Irid jippreskrivi kif għandu jinżamm id-djalogu bejn il-maniġer tal-infrastruttura u l-impriża ferrovjarja sabiex jiskambjaw l-informazzjoni dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-ferrovija u t-tbassir dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-ferrovija.
Dan il-parametru bażiku jistabbilixxi kif il-maniġer tal-infrastruttura jrid jibgħat, fil-ħin xieraq, informazzjoni dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-ferrovija lill-impriża ferrovjarja u lill-maniġer tal-infrastruttura biswit sussegwenti involut fl-operazzjoni tal-ferrovija.
L-informazzjoni dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-ferrovija sservi sabiex tipprovdi dettalji tal-istatus kurrenti tal-ferrovija f’punti ta’ rapportar miftiehma permezz ta’ kuntratt.
It-tbassir dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-ferrovija jintuża sabiex jipprovdi informazzjoni dwar il-ħin stmat f’punti ta’ tbassir miftiehma permezz ta’ kuntratt. Dan il-messaġġ għandu jintbagħat mill-maniġer tal-infrastruttura lill-impriża ferrovjarja u lill-maniġer tal-infrastruttura biswit involut fiċ-ċirkolazzjoni.
Il-ftehimiet kuntrattwali għandhom jispeċifikaw il-Punti ta’ Rapportar għall-moviment tal-ferrovija.
Dan l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-RUs u l-IMs dejjem iseħħ bejn l-IM inkarigat u l-RU Responsabbli, li jkollha r-responsabbiltà għall-operat tal-ferrovija. Dan ikun japplika wkoll jekk il-mogħdija tkun ġiet irriżervata minn Applikant Responsabbli ieħor, li jkun ta mandat lill-RU Responsabbli għaċ-ċirkolazzjoni tal-ferrovija. Barra minn hekk, l-RU Responsabbli tibqa’ s-sieħeb għall-iskambju tal-messaġġi mal-IM, jekk tissottokuntratta ċ-ċirkolazzjoni tal-ferrovija lil RU oħra.
Skont il-ftehim kuntrattwali l-LRU tipprovdi lill-Klijent it-Tbassir dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Ferrovija u l-Informazzjoni dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Ferrovija. Il-punti ta’ rapportar jiġu miftiehma miż-żewġ partijiet fil-kuntratt.
4.2.4.2.
Dan il-messaġġ irid jinħareġ mill-IM lill-RU, li tkun qed tħaddem il-ferrovija, għall-punti ta’ trasferiment, għall-punti ta’ interkambju u għad-destinazzjoni tal-ferrovija kif deskritti fil-Kapitolu 4.2.4.1.
Fil-każ ta’ trasport kombinat skont ftehim kuntrattwali, l-LRU/l-RU Responsabbli għandha tiżgura li l-messaġġ ta’ “Tbassir dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Ferrovija” jiġi pprovdut lill-Operatur tat-Terminal.
Barra minn hekk, il-messaġġ irid jinħareġ mill-IM lill-RU għal punti oħra ta’ rapportar skont il-kuntratti tal-RU/IM.
Tbassir dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-ferrovija jista’ jintbagħat ukoll qabel ma tibda titħaddem il-ferrovija. Għal dewmien addizzjonali li jseħħ bejn żewġ Punti ta’ Rapportar, irid jiġi definit b’kuntratt limitu bejn l-impriża ferrovjarja u l-maniġer tal-infrastruttura li lilu jrid jintbagħat tbassir inizjali jew ġdid. Jekk id-dewmien addizzjonali ma jkunx magħruf, il-maniġer tal-infrastruttura jrid jibgħat “messaġġ ta’ interruzzjoni tas-servizz” (ara l-Kapitolu 4.2.5: Informazzjoni dwar Interruzzjoni tas-Servizz).
Il-messaġġ ta’ tbassir dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-ferrovija jrid jagħti l-ħin previst għall-punt ta’ tbassir miftiehem.
Il-Maniġer tal-Infrastruttura għandu jibgħat dan il-messaġġ lill-maniġer tal-infrastruttura biswit li jmiss involut fiċ-ċirkolazzjoni tal-ferrovija.
Id-definizzjoni tal-istruttura obbligatorja tal-messaġġ ta’ Tbassir dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Ferrovija u l-elementi li għandhom jiġu segwiti huma deskritti fid-dokument “TSI dwar it-TAF — Anness D.2: Appendiċi F — Mudell tad-Data u tal-Messaġġi tat-TSI dwar it-TAF” elenkat fl-Appendiċi I.
4.2.4.3. Messaġġ ta’ Informazzjoni dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Ferrovija u Messaġġ dwar X’Qed Jikkawża d-Dewmien tal-Ferrovija.
Il-“messaġġ ta’ Informazzjoni dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Ferrovija” jrid jinħareġ mill-IM lill-RU Responsabbli:
— |
Mat-tluq mill-punt tat-tluq, mal-wasla fid-destinazzjoni, |
— |
Mal-wasla u mat-tluq fil-punti ta’ trasferiment, fil-punti ta’ interkambju u fil-punti ta’ rapportar miftiehma abbażi ta’ kuntratt (eż. punti ta’ maniġġ). |
Malli jkun magħruf x’qed jikkawża d-dewmien (l-ewwel suppożizzjoni), u f’każ ta’ aġġornament dwar x’qed jikkawża d-dewmien, jenħtieġ li din l-informazzjoni tiġi pprovduta mill-IM lill-RU Responsabbli permezz tal-Messaġġ separat dwar X’Qed Jikkawża d-Dewmien tal-Ferrovija.
Id-definizzjoni tal-istruttura obbligatorja tal-messaġġ ta’ Informazzjoni dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Ferrovija u tal-Messaġġ dwar X’Qed Jikkawża d-Dewmien tal-Ferrovija u l-elementi li għandhom jiġu segwiti huma deskritti fid-dokument “TSI dwar it-TAF — Anness D.2: Appendiċi F — Mudell tad-Data u tal-Messaġġi tat-TSI dwar it-TAF” elenkat fl-Appendiċi I.
4.2.5. Informazzjoni dwar Interruzzjoni tas-Servizz
4.2.5.1.
Dan il-parametru bażiku jistabbilixxi kif l-informazzjoni dwar interruzzjoni tas-servizz tiġi ttrattata bejn l-impriża ferrovjarja u l-maniġer tal-infrastruttura.
Meta l-RU ssir taf dwar interruzzjoni tas-servizz matul l-operazzjoni taċ-ċirkolazzjoni tal-ferrovija li għaliha tkun responsabbli, hija trid tinforma immedjatament lill-IM ikkonċernat (dan jista’ jsir bil-fomm mill-RU). Jekk iċ-ċirkolazzjoni tal-ferrovija tiġi interrotta, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jibgħat messaġġ ta’ “interruzzjoni taċ-Ċirkolazzjoni tal-Ferrovija” lill-RU kuntrattata u lill-IM biswit li jmiss involut fl-operazzjoni tal-ferrovija.
Jekk it-tul tad-dewmien ikun magħruf, il-maniġer tal-infrastruttura irid minflok jibgħat messaġġ ta’ tbassir dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-ferrovija
4.2.5.2.
Jekk il-ferrovija tiġi interrotta, l-IM joħroġ dan il-messaġġ lill-IM biswit li jmiss involut fiċ-ċirkolazzjoni tal-ferrovija u lill-RU Responsabbli.
Fil-każ ta’ trasport kombinat skont ftehim kuntrattwali, l-LRU/l-RU għandha tiżgura li l-messaġġ “ta’ Interruzzjoni taċ-Ċirkolazzjoni tal-Ferrovija” jiġi pprovdut lill-Operatur tat-Terminal.
Id-definizzjoni tal-istruttura obbligatorja tal-messaġġ ta’ Interruzzjoni taċ-Ċirkolazzjoni tal-Ferrovija u l-elementi li għandhom jiġu segwiti huma deskritti fid-dokument “TSI dwar it-TAF — Anness D.2: Appendiċi F — Mudell tad-Data u tal-Messaġġi tat-TSI dwar it-TAF” elenkat fl-Appendiċi I.
4.2.6. ETI/ETA tal-konsenja
4.2.6.1.
Il-Kapitolu 4.2.2 (Talba għal Mogħdija) prinċipalment iddeskriva l-komunikazzjoni bejn l-RU u l-IM. Il-monitoraġġ individwali tal-vaguni jew tal-unitajiet intermodali mhuwiex kopert minn dan l-iskambju ta’ informazzjoni. Dan isir fil-livell tal-RU/RU abbażi tal-messaġġi relatati mal-ferroviji u huwa deskritt fil-Kapitoli 4.2.6 (ETI/ETA tal-konsenja) sa 4.2.7 (Moviment tal-Vaguni) li ġejjin.
L-iskambju u l-aġġornar tal-informazzjoni relatata mal-vaguni jew mal-unitajiet intermodali huma essenzjalment appoġġati mill-ħżin tal-“pjanijiet tal-vjaġġi” u tal-“movimenti tal-vaguni” (Kapitolu 4.2.10.2: Bażijiet ta’ Data Oħra).
Għal klijent, l-aktar informazzjoni importanti dejjem tkun il-ħin stmat tal-wasla (ETA) għall-konsenja tiegħu u għall-ferrovija (TETA - Ħinijiet Stmati tal-Wasla tal-Ferroviji). L-ETA relatat mal-vaguni kif ukoll l-ETI huma wkoll l-informazzjoni bażika fil-komunikazzjoni bejn l-LRU u l-RU. Din l-informazzjoni hija l-istrument ewlieni għal-LRU sabiex timmonitorja t-trasport fiżiku ta’ konsenja u sabiex tivverifikaha billi tqabbilha mal-impenn lejn il-klijent.
Il-ħinijiet imbassra fil-messaġġi relatati mal-ferroviji lkoll huma relatati ma’ wasla ta’ ferrovija f’punt speċifiku, li jista’ jkun punt ta’ trasferiment, punt ta’ interkambju, id-destinazzjoni tal-ferrovija jew punt ta’ rapportar ieħor. Dawn ilkoll huma Ħinijiet Stmati tal-Wasla tal-Ferroviji (TETA).
Skont il-ftehim kuntrattwali, l-LRU tipprovdi lill-Klijent bil-ħin stmat tal-wasla (ETA) u bil-ħin stmat tal-interkambju (ETI) fil-livell tal-konsenja u bit-TETA fil-livell tal-ferrovija. Il-livell ta’ dettall jiġi miftiehem miż-żewġ partijiet fil-kuntratt.
Għat-trasport kombinat, il-messaġġi tad-data li jkun fihom l-identifikaturi tal-unitajiet tat-tagħbija (eż. kontejners, kaxxi skambjabbli, semitrejlers) jużaw jew Kodiċi BIC jew ILU skont l-ISO 6346 u l-EN 13044 rispettivament.
4.2.6.2.
Il-kalkolu tal-ETI/ETA huwa bbażat fuq l-informazzjoni mill-maniġer tal-infrastruttura inkarigat li jibgħat, fil-messaġġ ta’ Tbassir dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Ferrovija, il-Ħin Stmat tal-Wasla tal-Ferroviji għal punti ta’ rapportar definiti (fi kwalunkwe każ għall-punti ta’ trasferiment, ta’ interkambju, jew tal-wasla inklużi t-Terminali intermodali) fil-mogħdija miftiehma tal-ferrovija, eż. għall-punt ta’ trasferiment minn IM għall-IM li jmiss (f’dan il-każ it-TETA tkun ugwali għall-ETH).
Għall-punti ta’ interkambju jew għal punti ta’ rapportar definiti oħrajn fil-mogħdija tal-ferrovija miftiehma, l-RU trid tikkalkola għall-RU li jmiss fil-katina tat-trasportazzjoni tal-konsenja, il-ħin stmat tal-interkambju (ETI) għall-vaguni u/jew għall-unitajiet intermodali.
Kumment dwar it-trasport kombinat: Għall-unitajiet intermodali fuq vagun, l-ETIs tal-vaguni huma wkoll ETIs għall-unitajiet intermodali. Fir-rigward tal-ETAs għall-unitajiet intermodali, jenħtieġ li jiġi nnotat li l-RU mhijiex fil-pożizzjoni li tikkalkola ETA jew TETA bħal dan lil hinn min-network pubbliku tal-IM. Għalhekk, l-RU tista’ tforni biss ETIs relatati mal-RU li topera fit-terminal li tipprovdi ETA jew TETA lill-Operatur tat-Terminal tal-Wasla. Abbażi ta’ din l-ETA u t-TETA, l-Operatur tat-Terminal jipprovdi ETP lill-Operatur tat-Trasport Kombinat, li jipprovdi lill-klijent finali (bħall-ispedizjoniera, il-fornituri ta’ servizzi loġistiċi…) bl-istess ETP.
L-RU Ewlenija hija responsabbli għat-tqabbil tal-ETA u tat-TETA mal-impenn lejn il-klijent.
Devjazzjonijiet mill-ETA u mit-TETA meta mqabbla mal-impenn lejn il-klijent iridu jiġu ttrattati f’konformità mal-kuntratt u jistgħu jwasslu għal proċess ta’ ġestjoni tat-twissijiet mil-LRU. Għat-trażmissjoni tal-informazzjoni dwar ir-riżultat ta’ dan il-proċess huwa previst il-messaġġ ta’ Twissija.
Bħala bażi għall-proċess ta’ ġestjoni tat-Twissijiet, jeħtieġ li l-LRU jkollha l-possibbiltà għal investigazzjoni relatata ma’ ferrovija jew ma’ vagun f’dak li għandu x’jaqsam mad-devjazzjonijiet. Din l-investigazzjoni ta’ LRU u t-tweġiba minn RU huma speċifikati wkoll hawn taħt.
4.2.6.3.
L-iskop ta’ dan il-messaġġ huwa li l-ETI jew l-ETI aġġornat minn RU Responsabbli waħda jintbagħat lil dik li jkun imiss fil-katina tat-trasport.
L-RUs Responsabbli kollha fil-katina tat-trasport tal-vaguni jibagħtu l-ETI/ETA jew l-ETI/ETA aġġornat lil-LRU. Skont ftehim kuntrattwali bbażat fuq l-ETIs miġbura, l-RU Ewlenija għandha tikkalkola u tipprovdi ETA jew TETA akkurata lill-Klijent tagħha u lill-Operatur tat-Terminal
Id-definizzjoni tal-istruttura obbligatorja tal-messaġġ ta’ ETI/ETA tal-Vaguni u l-elementi li għandhom jiġu segwiti huma deskritti fid-dokument “TSI dwar it-TAF — Anness D.2: Appendiċi F — Mudell tad-Data u tal-Messaġġi tat-TSI dwar it-TAF” elenkat fl-Appendiċi I.
4.2.6.4.
Wara t-tqabbil bejn l-ETA u l-impenn lejn il-klijent, l-LRU tista’ tibgħat messaġġ ta’ Twissija lill-RUs involuti. Id-definizzjoni tal-istruttura obbligatorja tal-messaġġ ta’ Twissija u l-elementi li għandhom jiġu segwiti huma deskritti fid-dokument “TSI dwar it-TAF — Anness D.2: Appendiċi F — Mudell tad-Data u tal-Messaġġi tat-TSI dwar it-TAF” elenkat fl-Appendiċi I.
Kumment: F’każ ta’ Aċċess Miftuħ, il-kalkolu tal-ETI u tal-ETA huwa proċess intern tal-RU. F’dan il-każ, l-RU hija l-RU ewlenija nnifisha.
4.2.7. Moviment tal-Vaguni
4.2.7.1.
Għar-rapportar tal-moviment ta’ vagun, id-data inkluża f’dawn il-messaġġi trid tinħażen u tkun aċċessibbli elettronikament. Din trid tiġi skambjata wkoll f’messaġġ fuq bażi kuntrattwali ma’ partijiet awtorizzati.
— |
Avviż dwar ir-Rilaxx tal-Vagun |
— |
Avviż dwar it-Tluq tal-Vagun |
— |
Wasla tal-Vagun fid-Depost |
— |
Tluq tal-Vagun mid-Depost |
— |
Messaġġ ta’ Eċċezzjonijiet tal-Vagun |
— |
Avviż ta’ Wasla tal-Vagun |
— |
Avviż ta’ Konsenja tal-Vagun |
Skont ftehim kuntrattwali, l-LRU trid tipprovdi lill-Klijent l-informazzjoni dwar il-moviment tal-vagun billi tuża l-messaġġi deskritti hawn taħt.
4.2.7.2.
L-RU Ewlenija mhux bilfors tkun l-ewwel RU fil-katina tat-trasport. F’dan il-każ l-LRU trid tgħid lill-RU inkarigata li l-vagun ikun lest għall-ġbid fis-sidings tal-klijent (Post tat-tluq skont l-impenn tal-LRU) fil-ħin tar-rilaxx speċifiku (data u ħin tat-tluq).
Dawn l-avvenimenti jistgħu jinħażnu fil-Bażi ta’ Data Operazzjonali tal-Vaguni u tal-Unitajiet Intermodali. Id-definizzjoni tal-istruttura obbligatorja tal-messaġġ ta’ Avviż dwar ir-Rilaxx tal-Vagun u l-elementi li għandhom jiġu segwiti huma deskritti fid-dokument “TSI dwar it-TAF — Anness D.2: Appendiċi F — Mudell tad-Data u tal-Messaġġi tat-TSI dwar it-TAF” elenkat fl-Appendiċi I.
4.2.7.3.
L-RU trid tinforma lill-RU dwar id-Data u l-Ħin effettivi li fihom il-vagun ikun inġibed mill-post tat-tluq.
Dawn l-avvenimenti jistgħu jinħażnu fil-Bażi ta’ Data Operazzjonali tal-Vaguni u tal-Unitajiet Intermodali. Permezz ta’ dan l-iskambju ta’ messaġġi, ir-responsabbiltà għall-vagun tinbidel mill-klijent għall-RU. Id-definizzjoni tal-istruttura obbligatorja tal-messaġġ ta’ Avviż dwar it-Tluq tal-Vagun u l-elementi li għandhom jiġu segwiti huma deskritti fid-dokument “TSI dwar it-TAF — Anness D.2: Appendiċi F — Mudell tad-Data u tal-Messaġġi tat-TSI dwar it-TAF” elenkat fl-Appendiċi I.
4.2.7.4.
L-RU trid tinforma lill-RU li l-vagun ikun wasal fid-depost tagħha. Dan il-messaġġ jista’ jkun ibbażat fuq messaġġ ta’ “Informazzjoni dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-ferrovija” mill-Kapitolu 4.2.4 (Tbassir dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Ferrovija). Dan l-avveniment jista’ jinħażen fil-Bażi ta’ Data Operazzjonali tal-Vaguni u tal-Unitajiet Intermodali. Id-definizzjoni tal-istruttura obbligatorja tal-messaġġ dwar il-Wasla tal-Vagun fid-Depost u l-elementi li għandhom jiġu segwiti huma deskritti fid-dokument “TSI dwar it-TAF — Anness D.2: Appendiċi F — Mudell tad-Data u tal-Messaġġi tat-TSI dwar it-TAF” elenkat fl-Appendiċi I.
4.2.7.5.
L-RU trid tinforma lill-RU li l-vagun ikun telaq mid-depost tagħha. Dan il-messaġġ jista’ jkun ibbażat fuq messaġġ ta’ “Informazzjoni dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-ferrovija” mill-Kapitolu 4.2.4 (Tbassir dwar iċ-Ċirkolazzjoni tal-Ferrovija). Dan l-avveniment jista’ jinħażen fil-Bażi ta’ Data Operazzjonali tal-Vaguni u tal-Unitajiet Intermodali. Id-definizzjoni tal-istruttura obbligatorja tal-messaġġ dwar it-Tluq tal-Vagun mid-Depost u l-elementi li għandhom jiġu segwiti huma deskritti fid-dokument “TSI dwar it-TAF — Anness D.2: Appendiċi F — Mudell tad-Data u tal-Messaġġi tat-TSI dwar it-TAF” elenkat fl-Appendiċi I.
4.2.7.6.
L-RU trid tinforma lil-LRU jekk tinqala’ xi ħaġa mhux mistennija lill-vagun, li jista’ jkollha impatt fuq l-ETI/l-ETA, jew li tkun teħtieġ xi azzjoni addizzjonali. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, dan il-messaġġ ikun jeħtieġ ukoll kalkolu ġdid tal-ETI/ETA. Jekk l-LRU tiddeċiedi li jkollha ETI/ETA ġdid, din tibgħat messaġġ lura lill-RU, li tkun bagħtet dan il-messaġġ flimkien mal-indikazzjoni “ETI/ETA rikjest” (messaġġ: messaġġ ta’ Eċċezzjoni tal-Vagun, Talba għal ETI/ETA ġdid). Il-kalkolu tal-ETI/ETA l-ġdid irid isegwi l-proċedura tal-Kapitolu 4.2.6 (ETI/ETA tal-konsenja).
Din l-informazzjoni tista’ tinħażen fil-Bażi ta’ Data Operazzjonali tal-Vaguni u tal-Unitajiet Intermodali. Id-definizzjoni tal-istruttura obbligatorja tal-messaġġ ta’ Eċċezzjoni tal-Vagun u l-elementi li għandhom jiġu segwiti huma deskritti fid-dokument “TSI dwar it-TAF — Anness D.2: Appendiċi F — Mudell tad-Data u tal-Messaġġi tat-TSI dwar it-TAF” elenkat fl-Appendiċi I.
4.2.7.7.
L-aħħar RU f’katina tat-trasport ta’ vagun jew ta’ unità intermodali trid tinforma lil-LRU li l-vagun wasal fid-depost tagħha (il-post tal-RU). Id-definizzjoni tal-istruttura obbligatorja tal-messaġġ ta’ Avviż dwar il-Wasla tal-Vagun u l-elementi li għandhom jiġu segwiti huma deskritti fid-dokument “TSI dwar it-TAF — Anness D.2: Appendiċi F — Mudell tad-Data u tal-Messaġġi tat-TSI dwar it-TAF” elenkat fl-Appendiċi I.
4.2.7.8.
L-aħħar RU f’katina tat-trasport ta’ vagun trid tinforma lil-LRU li l-vagun ikun tqiegħed fis-sidings tal-konsenjatarju.
Kumment: Fil-każ ta’ Aċċess Miftuħ, il-moviment tal-vagun deskritt huwa proċess intern tal-RU (LRU). Madankollu, il-kalkoli kollha u l-ħżin tad-data jridu jitwettqu minnha bħala l-LRU li jkollha kuntratt mal-klijent u impenn lejh.
Id-dijagramma ta’ sekwenza għal dawn il-messaġġi bbażata fuq l-eżempju 1 għall-kalkolu tal-ETI għall-vaguni 1 u 2 (ara l-Kapitolu 4.2.6.2: kalkolu tal-ETI/ETA) hija integrata fid-dijagramma għar-rappurtar tal-interkambju fid-dokument “TSI dwar it-TAF — Anness A.5: Illustrazzjonijiet u Dijagrammi ta’ Sekwenza tal-messaġġi tat-TSI dwar it-TAF” elenkat fl-Appendiċi I.
4.2.8. Skambju ta’ Data għat-Titjib tal-Kwalità
Sabiex tkun kompetittiva, l-Industrija Ferrovjarja Ewropea trid tforni kwalità ta’ servizz ogħla lill-klijenti tagħha (ara wkoll l-Artikolu 2.7.1 tal-Anness III tad-Direttiva (UE) 2016/797). Proċess ta’ kejl huwa proċess essenzjali ta’ wara l-vjaġġ li jsostni t-titjib fil-kwalità. Minbarra l-kejl tal-kwalità tas-servizz mogħti lill-klijent, l-LRUs, l-RUs u l-IMs iridu jkejlu l-kwalità tal-komponenti tas-servizz li flimkien jikkostitwixxu l-prodott ipprovdut lill-klijent. Il-proċess jinvolvi li l-IMs u l-RUs (speċjalment jekk ikunu l-RUs Ewlenin) jagħżlu parametru ta’ kwalità, rotta jew post individwali u perjodu ta’ kejl li fih ir-riżultati effettivi għandhom jitkejlu skont kriterji predeterminati u li normalment ikunu ġew stabbiliti f’kuntratt. Ir-riżultati tal-proċess ta’ kejl iridu juru b’mod ċar il-livell ta’ kisba meta mqabbel mal-mira, li jkun intlaħaq qbil dwarha bejn il-partijiet kontraenti.
4.2.9. Id-Data Ewlenija ta’ Referenza
4.2.9.1.
Sabiex jiġu appoġġati l-preparazzjoni tal-ferroviji u l-operazzjoni tal-vaguni, id-detentur tal-vaguni għandu jagħmel disponibbli d-data dwar ir-rolling stock fil-Bażi ta’ Data ta’ referenza dwar ir-Rolling Stock.
4.2.9.2.
Id-detentur tar-rolling stock huwa responsabbli għall-ħżin tad-data dwar ir-rolling stock f’Bażi ta’ Data ta’ Referenza dwar ir-Rolling Stock.
L-Informazzjoni li trid tiġi inkluża fil-Bażijiet ta’ Data ta’ Referenza individwali dwar ir-Rolling Stock hija deskritta fid-dettall fl-Appendiċi I u fl-Appendiċi C.
Il-Bażijiet ta’ Data ta’ Referenza dwar ir-Rolling Stock iridu jippermettu aċċess faċli għad-data ta’ referenza dwar ir-rolling stock sabiex jiġi minimizzat il-volum ta’ data trażmessa għal kull operazzjoni. Il-kontenut tal-Bażijiet ta’ Data jrid ikun aċċessibbli, abbażi tad-drittijiet ta’ aċċess strutturati skont il-privileġġ għall-Fornituri kollha ta’ Servizzi (speċjalment l-IMs u l-RUs).
L-entrati fil-Bażi ta’ Data ta’ Referenza dwar ir-Rolling Stock jistgħu jiġu raggruppati kif ġej:
— |
Data amministrattiva relatata ma’ elementi ta’ ċertifikazzjoni u ta’ reġistrazzjoni. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011 (2), id-Detenturi tal-Vaguni għandhom jaħżnu n-numru ta’ identifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni tal-ECM |
— |
Id-data dwar id-disinn, li għandha tinkludi l-elementi (fiżiċi) kostitwenti kollha tar-rolling stock, speċjalment l-informazzjoni meħtieġa mill-RUs għall-ippjanar u għall-operazzjoni tal-ferroviji. |
Id-detentur huwa obbligat jiżgura li din id-data tkun disponibbli u li l-proċessi warajha jkunu twettqu.
Id-definizzjoni tal-istruttura obbligatorja tal-Bażi ta’ Data ta’ Referenza dwar ir-Rolling Stock u l-elementi li għandhom jiġu segwiti huma deskritti fid-dokument “TSI dwar it-TAF — Anness D.2: Appendiċi F — Mudell tad-Data u tal-Messaġġi tat-TSI dwar it-TAF” elenkat fl-Appendiċi I.
4.2.10. Diversi Fajls ta’ Referenza u Bażijiet ta’ Data
4.2.10.1.
Għall-operazzjoni tal-ferroviji tal-merkanzija fuq in-network Ewropew, il-fajls ta’ referenza li ġejjin iridu jkunu disponibbli u aċċessibbli għall-fornituri kollha ta’ servizzi (IMs, RUs, fornituri loġistiċi u maniġers tal-flotot). Id-data trid tirrappreżenta l-istatus effettiv f’kull ħin. Meta fajl ta’ referenza jkun f’użu komuni mat-TSI dwar it-TAP, l-iżvilupp u t-tibdiliet iridu jkunu konformi mat-TSI dwar it-TAP, sabiex jinkisbu l-aħjar sinerġiji.
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji se taħżen u żżomm b’mod ċentrali kodiċijiet uniċi għad-data ta’ referenza li ġejja:
— |
Il-Fajl ta’ Referenza tal-Kodifikazzjoni għall-IMs, għall-RUs, għall-Kumpaniji li jipprovdu servizzi kollha; |
— |
Il-Fajl ta’ Referenza tal-Kodifikazzjoni tal-Postijiet (Primarji u sussidjarji), |
L-Aġenzija se żżomm kopja tal-Fajl ta’ Referenza għall-Kodiċijiet tal-Postijiet Primarji u għall-Kodiċijiet tal-Kumpaniji. Fuq talba individwali u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, din id-data għandha tkun disponibbli għall-konsultazzjoni pubblika.
Listi ta’ kodiċijiet oħrajn huma definiti fid-dokument “TSI dwar it-TAF — Anness D.2: Appendiċi F — Mudell tad-Data u tal-Messaġġi tat-TSI dwar it-TAF” elenkat fl-Appendiċi I.
4.2.10.2.
Sabiex ikun jista’ jsir trekkjar tal-movimenti tal-ferroviji u tal-vaguni, tista’ tiġi installata l-Bażi ta’ Data Operazzjonali dwar il-Vaguni u l-Unitajiet Intermodali, aġġornata f’kull avveniment rilevanti f’ħin reali. Entitajiet awtorizzati bħal detenturi u maniġers tal-flotta jista’ jkollhom aċċess għad-data rilevanti sabiex jaqdu l-funzjonijiet tagħhom, skont ftehimiet bilaterali.
Il-komunikazzjoni bejn l-RU Ewlenija u l-RUs fil-modalità ta’ kooperazzjoni hija bbażata fuq in-numri tal-vaguni u/jew tal-unitajiet intermodali. Għalhekk, RU li tikkomunika mal-IMs fil-livell tal-ferroviji trid taqsam din l-informazzjoni f’informazzjoni relatata mal-vaguni u f’informazzjoni relatata mal-unitajiet intermodali. Din l-informazzjoni relatata mal-vaguni u mal-unitajiet intermodali tista’ tinħażen fil-Bażi ta’ Data Operazzjonali tal-Vaguni u tal-Unitajiet Intermodali. L-informazzjoni dwar il-moviment tal-ferroviji twassal għal entrati/aġġornamenti ġodda fil-Bażi ta’ Data Operazzjonali tal-Vaguni u tal-Unitajiet Intermodali għall-informazzjoni għall-klijenti. Il-parti tal-movimenti għal vagun jew għal unità intermodali fil-bażi ta’ data hija stabbilita sa mhux aktar tard minn meta jasal il-ħin tar-rilaxx għall-vaguni jew għall-unità intermodali mill-klijent. Dan il-ħin ta’ rilaxx huwa l-ewwel entrata ta’ moviment għal vagun fil-Bażi ta’ Data Operazzjonali tal-Vaguni u tal-Unitajiet Intermodali relatata ma’ vjaġġ effettiv tat-trasport. Il-messaġġi għall-moviment tal-vagun huma definiti fil-Kapitolu 4.2.7 (Moviment tal-Vaguni). Din il-bażi ta’ data hija aċċessibbli permezz tal-Interfaċċa Komuni (4.2.11.1: Arkitettura Ġenerali u 4.2.11.6: Interfaċċa Komuni).
Il-Bażi ta’ Data Operazzjonali tal-Vaguni u tal-Unitajiet Intermodali hija għat-trekkjar tal-vaguni u, għalhekk, għall-komunikazzjoni bejn l-RUs involuti u l-RU Ewlenija. Din il-bażi ta’ data turi l-moviment ta’ vagun u ta’ unità intermodali mit-tluq sal-konsenja finali fis-sidings tal-klijent bl-ETIs u bil-ħinijiet effettivi f’postijiet differenti sal-aħħar ħin ETA tal-konsenja. Il-bażi ta’ data turi wkoll l-istatus differenti tar-rolling stock bħal:
— |
Status: it-tagħbija tar-rolling stock Dan l-istatus huwa meħtieġ għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-RU u l-IMs u ma’ impriżi ferrovjarji oħrajn involuti fil-vjaġġ tat-trasport |
— |
Status: vagun mgħobbi fil-vjaġġ Dan l-istatus huwa meħtieġ għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-IM u l-RU, ma’ maniġers oħra tal-infrastruttura u ma’ impriżi ferrovjarji oħrajn involuti fil-vjaġġ tat-trasport. |
— |
Status: vagun vojt fil-vjaġġ Dan l-istatus huwa meħtieġ għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-IM u l-RU, ma’ maniġers tal-infrastruttura u ma’ impriżi ferrovjarji oħrajn involuti fil-vjaġġ tat-trasport. |
— |
Status: ħatt tar-rolling stock Dan l-istatus huwa meħtieġ għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-RU fid-destinazzjoni u l-RU Ewlenija għat-trasport. |
— |
Status: vagun vojt taħt il-kontroll tal-ġestjoni tal-flotta Dan l-istatus huwa meħtieġ sabiex tinkiseb l-informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta’ vettura b’karatteristiċi definiti. |
4.2.10.3.
Kull sistema (Bażi ta’ Data) trid tkun definita b’mod ċar u l-konsistenza tad-data tagħha għandha tkun appoġġata minn regoli dwar l-aċċessibbiltà tad-data u d-disponibbiltà tad-data.
4.2.11. Networking u Komunikazzjoni
4.2.11.1.
L-għan tal-arkitettura tal-IT huwa li jsir skambju ta’ informazzjoni f’ambjent sikur fdat fost l-atturi ferrovjarji kollha fiż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea (SERA).
Maż-żmien din is-subsistema se tara t-tkabbir u l-interazzjoni ta’ Komunità kbira u kumplessa tal-interoperabbiltà ferrovjarja tat-telematika b’mijiet ta’ atturi parteċipanti (RUs, IMs, eċċ.), li jikkompetu u/jew jikkooperaw sabiex jaqdu l-ħtiġijiet tas-suq.
L-infrastruttura tan-Network u tal-Komunikazzjoni li tappoġġa tali komunità tal-interoperabbiltà ferrovjarja se tkun ibbażata fuq Arkitettura Komuni għall-Iskambju tal-informazzjoni, magħrufa u adottata minn dawk kollha li jipparteċipaw fiha.
L-Arkitettura proposta għall-Iskambju ta’ Informazzjoni:
— |
hija mfassla sabiex tirrikonċilja l-mudelli eteroġeni ta’ informazzjoni billi tittrasforma b’mod semantiku d-data li tiġi skambjata bejn is-sistemi u billi tirrikonċilja d-differenzi fil-proċess tan-negozju u fil-protokoll fil-livell tal-applikazzjonijiet, |
— |
għandha impatt minimu fuq l-arkitetturi eżistenti tal-IT implimentati minn kull attur, |
— |
tissalvagwardja l-investimenti li diġà saru. |
L-Arkitettura għall-Iskambju ta’ Informazzjoni hija bbażata fuq standards integrati kontinwi tal-industrija tal-IT, li jiżguraw il-livell rilevanti taċ-ċibersigurtà skont ir-riskji identifikati. L-interazzjoni bejn l-atturi kollha trid tiggarantixxi l-integrità u l-konsistenza kumplessivi tal-interoperabbiltà ferrovjarja billi tipprovdi sett ta’ servizzi ċentralizzati.
L-implimentazzjoni tal-kunċett arkitettoniku, eż. komunikazzjoni bejn il-pari, hija bbażata fuq standards tekniċi għall-Interfaċċa Komuni deskritta fid-dokument tekniku ERA-TD-104 “Anness D.2: Appendiċi E — Interfaċċa Komuni” elenkat fl-Appendiċi I.
Rappreżentazzjoni bl-istampi fuq l-arkitettura ġenerali hija mogħtija fil-Kapitolu 1.5 tad-dokument “TSI dwar it-TAF — Anness A.5 Illustrazzjonijiet u Dijagrammi ta’ Sekwenza tal-messaġġi tat-TSI dwar it-TAF” elenkat fl-Appendiċi I.
4.2.11.2.
Network f’dan il-każ ifisser il-metodu u l-filosofija tal-komunikazzjoni u ma jfissirx in-network fiżiku.
In-network għandu jiżgura l-livell meħtieġ għaċ-ċibersigurtà.
L-interoperabbiltà ferrovjarja hija bbażata fuq Arkitettura komuni għall-Iskambju ta’ Informazzjoni, magħrufa u adottata mill-parteċipanti kollha, u b’hekk tħeġġeġ u tnaqqas l-ostakli għal entranti ġodda, speċjalment għall-klijenti.
Il-kunċett ta’ sigurtà jista’ jiġi implimentat fuq saffi differenti ta’ stack ta’ komunikazzjoni bejn żewġ pari.
Sabiex jinkiseb livell għoli ta’ sigurtà, il-messaġġi kollha jridu jkunu awtosuffiċjenti, li jfisser li l-informazzjoni fil-messaġġ tkun magħmula sigura u li r-riċevitur ikun jista’ jivverifika l-awtentiċità tal-messaġġ. Din tista’ tiġi solvuta permezz ta’ skema ta’ kriptaġġ u ta’ ffirmar simili għall-kriptaġġ tal-posta elettronika.
4.2.11.3.
Jista’ jintuża kriptaġġ asimetriku jew simetriku għat-trażmissjoni u għall-ħżin tad-data, skont ir-rekwiżiti tan-negozju. Għal dan l-għan, għandha tiġi implimentata Infrastruttura taċ-Ċavetta Pubblika (PKI).
Il-kriptaġġ huwa bbażat fuq standards tekniċi għall-Interfaċċa Komuni deskritta fid-dokument tekniku ERA-TD-104 “Anness D.2: Appendiċi E — Interfaċċa Komuni” elenkat fl-Appendiċi I.
4.2.11.4.
Ir-Repożitorju Ċentrali jrid ikun kapaċi jittratta:
— |
metadata — data strutturata li tiddeskrivi l-kontenut tal-messaġġi, |
— |
Infrastruttura taċ-Ċavetta Pubblika (PKI), |
— |
Awtorità taċ-Ċertifikazzjoni (CA), |
Il-ġestjoni tar-repożitorju ċentrali jenħtieġ li tkun taħt ir-responsabbiltà ta’ organizzazzjoni ko-Ewropea mhux kummerċjali. Meta r-Repożitorju Ċentrali jkun qed jintuża flimkien mat-TSI dwar it-TAP, l-iżvilupp u t-tibdiliet għandhom jitwettqu kemm jista’ jkun qrib tat-TSI dwar it-TAP implimentata sabiex jinkisbu l-aħjar sinerġiji.
4.2.11.5.
Konformità mat-TSI, fir-rigward tal-iskambju ta’ data, tfisser l-iskambju ta’ elementi obbligatorji tal-katalogu tad-data tat-TAF (XSD) skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 4.2 tat-TSI dwar it-TAF.
Dan jista’ juża l-ispeċifikazzjonijiet tal-Interfaċċa Komuni inkluż l-użu tal-XSD mingħajr ebda ftehim speċifiku bejn il-partijiet involuti. L-ispeċifikazzjonijiet tas-CI jenħtieġ li jiġu adattati b’mod regolari sabiex jitqiesu t-teknoloġiji l-ġodda tal-komunikazzjoni.
U l-kombinazzjoni ta’ kwalunkwe teknoloġija tal-komunikazzjoni tkun possibbli jekk ikun hemm ftehim speċifiku bejn il-partijiet involuti dment li jkun allinjat mal-ispeċifikazzjonijiet tas-CI.
Interfaċċa Komuni trid tkun kapaċi tittratta:
— |
l-ifformattjar tal-messaġġi ħerġin skont il-metadata, |
— |
l-iffirmar u l-kriptaġġ tal-messaġġi ħerġin, |
— |
l-indirizzar tal-messaġġi ħerġin, |
— |
il-verifika tal-awtentiċità tal-messaġġi deħlin, |
— |
id-dekriptaġġ tal-messaġġi deħlin, |
— |
il-verifiki tal-konformità tal-messaġġi deħlin skont il-metadata, |
— |
it-trattament tal-aċċess komuni uniku għal diversi bażijiet ta’ data. |
Kull każ ta’ Interfaċċa Komuni se jkollu aċċess għad-data kollha meħtieġa skont it-TSI f’kull Detentur tal-vaguni, LRU, RU, IM, eċċ., jekk il-Bażijiet ta’ Data rilevanti humiex ċentrali jew individwali (ara wkoll il-Kapitolu 1.6 tad-dokument “TSI dwar it-TAF — Anness A.5: Illustrazzjonijiet u Dijagrammi ta’ Sekwenza tal-messaġġi tat-TSI dwar it-TAF”, elenkat fl-Appendiċi I).
Meta Interfaċċa Komuni tkun f’użu komuni mat-TSI dwar it-TAP, l-iżvilupp u t-tibdiliet għandhom jitwettqu mill-qrib kemm jista’ jkun mat-TSI dwar it-TAP implimentata, sabiex jinkisbu l-aħjar sinerġiji. Abbażi tar-riżultati tal-verifika tal-awtentiċità tal-messaġġi deħlin, jista’ jiġi implimentat livell minimu ta’ rikonoxximent tal-messaġġi:
(i) |
pożittiv jintbagħat ACK; |
(ii) |
negattiv jintbagħat NACK. |
Interfaċċa Komuni tuża l-informazzjoni fir-repożitorju ċentrali sabiex tittratta l-kompiti msemmija hawn fuq.
Jekk attur jimplimenta “mera” lokali tar-Repożitorju Ċentrali, imbagħad dak l-attur irid - bil-mezzi tiegħu stess - jiżgura li l-“mera” lokali tkun kopja akkurata u aġġornata tar-Repożitorju Ċentrali.
4.2.11.6.
Għall-iżviluppi jistgħu jintużaw biss protokolli li jappartjenu għas-Sett tal-Protokoll tal-Internet (magħruf komunement bħala TCP/IP, UDP/IP eċċ.).
4.3. Speċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tal-interfaċċi
Fid-dawl tar-rekwiżiti essenzjali fil-Kapitolu 3, l-ispeċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi tal-interfaċċi huma kif ġej:
4.3.1. Interfaċċi mal-Infrastruttura tat-TSI
Is-subsistema tal-infrastruttura tinkludi sistemi ta’ ġestjoni tat-traffiku, ta’ trekkjar u ta’ navigazzjoni: installazzjonijiet tekniċi għall-proċessar tad-data u għat-telekomunikazzjoni maħsuba għal servizzi tal-passiġġieri u għal servizzi tal-merkanzija fuq distanzi twal fin-network sabiex jiggarantixxu l-operazzjoni sikura u armonjuża tan-network u l-ġestjoni effiċjenti tat-traffiku.
Is-subsistema Applikazzjonijiet Telematiċi għall-Merkanzija tuża d-data meħtieġa għal skopijiet operazzjonali kif mogħtija mill-kuntratt tal-mogħdija, possibbilment kompletata mid-data ta’ restrizzjoni tal-infrastruttura, kif ipprovdut mill-IM. Għalhekk, ma teżisti l-ebda interfaċċa diretta bejn din it-TSI u t-TSI għall-infrastruttura.
4.3.2. Interfaċċi mat-TSI tal-Kontroll/Kmand u tas-Sinjalar
L-unika konnessjoni mal-kontroll/kmand u s-sinjalar hija permezz
— |
tal-kuntratt tal-Mogħdija, fejn fi ħdan id-deskrizzjoni tas-segment tal-linja tingħata l-informazzjoni rilevanti dwar it-tagħmir li jista’ jintuża għall-kontroll/kmand u għas-sinjalar, u |
— |
diversi Bażijiet ta’ Data ta’ Referenza dwar ir-Rolling Stock, fejn irid jinħażen it-tagħmir ta’ kontroll/kmand u ta’ sinjalar tar-rolling stock. |
4.3.3. Interfaċċi mas-subsistema tar-rolling stock
Is-subsistema Applikazzjonijiet Telematiċi għall-merkanzija tidentifika d-data teknika u operazzjonali li trid tkun disponibbli għar-rolling stock.
It-TSI dwar ir-rolling stock tispeċifika l-karatteristiċi ta’ vagun. Jekk il-karatteristiċi jinbidlu għal vagun, dan irid jiġi aġġornat fil-Bażijiet ta’ Data ta’ Referenza dwar ir-Rolling Stock fi ħdan il-proċess normali ta’ manutenzjoni għall-bażi ta’ data. Għalhekk, ma teżisti l-ebda interfaċċa diretta bejn din it-TSI u t-TSI għar-rolling stock.
4.3.4. Interfaċċi mat-TSI operazzjoni u ġestjoni tat-traffiku
Is-subsistema Operazzjoni u Ġestjoni tat-Traffiku tispeċifika l-proċeduri u t-tagħmir relatat li jippermettu l-operazzjoni koerenti tas-subsistemi strutturali differenti, kemm matul l-operazzjoni normali kif ukoll dik degradata, inkluż b’mod partikolari s-sewqan tal-ferroviji, l-ippjanar u l-ġestjoni tat-traffiku.
Is-subsistema Applikazzjonijiet Telematiċi għall-Merkanzija tispeċifika primarjament l-applikazzjonijiet għas-servizzi tal-merkanzija inkluż il-monitoraġġ f’ħin reali tal-merkanzija u tal-ferroviji u l-ġestjoni ta’ konnessjonijiet ma’ modi oħra tat-trasport. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn iż-żewġ TSIs, tapplika l-proċedura li ġejja.
Meta jinkitbu l-ispeċifikazzjonijiet tat-TSI Operazzjoni u Ġestjoni tat-Traffiku relatati mar-rekwiżiti ta’ din it-TSI u/jew meta dawn ikunu soġġetti għal emendi, il-korp inkarigat minn din it-TSI jrid jiġi kkonsultat.
Fil-każ li l-ispeċifikazzjonijiet ta’ din it-TSI relatati mar-rekwiżiti operazzjonali speċifikati fit-TSI Operazzjoni u Ġestjoni tat-Traffiku jkunu soġġetti għal xi emenda, il-korp inkarigat mit-TSI Operazzjoni u Ġestjoni tat-Traffiku jrid jiġi kkonsultat.
4.3.5. Interfaċċi mal-Applikazzjonijiet Telematiċi għas-Servizzi tal-Passiġġieri
Interfaċċa |
TSI dwar l-Applikazzjonijiet Telematiċi ta’ Referenza għall-Merkanzija |
TSI dwar l-Applikazzjonijiet Telematiċi ta’ Referenza għall-passiġġieri |
||||
Ferrovija lesta |
|
|
||||
Tbassir dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-ferrovija |
|
|
||||
Informazzjoni dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-ferrovija |
|
|
||||
Ċirkolazzjoni tal-ferrovija interrotta għall-RU |
|
|
||||
Trattament tad-data tal-iskeda ta’ żmien għal terminu qasir |
|
|
||||
Interfaċċa Komuni |
|
|
||||
Repożitorju Ċentrali |
|
|
||||
Fajls ta’ Referenza |
|
|
4.4. Regoli operatorji
Fid-dawl tar-rekwiżiti essenzjali fil-Kapitolu 3, ir-regoli operatorji speċifiċi għas-subsistema kkonċernata minn din it-TSI huma kif ġej:
4.4.1. Kwalità tad-data
Għall-finijiet tal-garanzija tal-kwalità tad-data, l-oriġinatur ta’ kwalunkwe messaġġ tat-TSI se jkun responsabbli għall-korrettezza tal-kontenut tad-data tal-messaġġ fil-ħin meta jintbagħat il-messaġġ. Meta d-data tas-sors għall-finijiet tal-garanzija tal-kwalità tad-data tkun disponibbli mill-bażijiet ta’ data pprovduti bħala parti mit-TSI, id-data li tinsab f’dawk il-bażijiet ta’ data trid tintuża għall-garanzija tal-kwalità tad-data.
Meta d-data tas-sors għall-finijiet tal-garanzija tal-kwalità tad-data ma tkunx ipprovduta mill-bażijiet ta’ data pprovduti bħala parti minn din it-TSI, l-oriġinatur tal-messaġġ irid jagħmel il-verifika tal-garanzija tal-kwalità tad-data mir-riżorsi tiegħu stess.
L-assigurazzjoni tal-kwalità tad-data tinkludi tqabbil mad-data minn bażijiet ta’ data pprovduti bħala parti minn din it-TSI kif deskritt hawn fuq flimkien ma’, fejn applikabbli, verifiki loġiċi sabiex jiġu ggarantiti l-puntwalità u l-kontinwità tad-data u tal-messaġġi.
Id-data tkun ta’ kwalità għolja jekk tkun adattata għall-użi maħsuba għaliha, li jfisser li din tkun
— |
mingħajr żbalji: aċċessibbli, preċiża, puntwali, kompluta, konsistenti ma’ sorsi oħra, eċċ., u |
— |
ikollha l-karatteristiċi mixtieqa: livell ta’ dettall rilevanti, komprensiv u xieraq, faċli sabiex tinqara, faċli sabiex tiġi interpretata, eċċ. |
Il-kwalità tad-data hija kkaratterizzata prinċipalment minn:
— |
Akkuratezza, |
— |
Kompletezza, |
— |
Konsistenza, |
— |
Puntwalità. |
Akkuratezza:
L-informazzjoni (data) meħtieġa trid tinġabar kemm jista’ jkun ekonomikament. Dan huwa fattibbli biss jekk id-data primarja tiġi rreġistrata biss, jekk possibbli, f’okkażjoni waħda għat-trasport kollu. Għalhekk, jenħtieġ li d-data primarja tiġi introdotta fis-sistema qrib kemm jista’ jkun tas-sors tagħha, sabiex tkun tista’ tiġi integrata bis-sħiħ fi kwalunkwe operazzjoni ta’ proċessar ulterjuri.
Kompletezza:
Qabel ma jintbagħtu l-messaġġi, il-kompletezza u s-sintassi jridu jiġu vverifikati bl-użu tal-metadata. Dan jevita wkoll traffiku ta’ informazzjoni bla bżonn fuq in-network.
Il-messaġġi deħlin kollha jridu jiġu vverifikati wkoll għall-kompletezza billi tintuża l-metadata.
Konsistenza:
Ir-regoli tan-negozju jridu jiġu implimentati sabiex tiġi ggarantita l-konsistenza. Jenħtieġ li jiġi evitat id-dħul doppju u s-sid tad-data jenħtieġ li jiġi identifikat b’mod ċar.
It-tip ta’ implimentazzjoni ta’ dawn ir-regoli tan-negozju jiddependi mill-kumplessità tar-regola. Għal regoli sempliċi, il-limitazzjonijiet tal-bażi ta’ data u l-iskattaturi huma biżżejjed. Fil-każ ta’ regoli aktar kumplessi, li jeħtieġu data minn tabelli varji, iridu jiġu implimentati proċeduri ta’ validazzjoni li jivverifikaw il-konsistenza tal-verżjoni tad-data qabel ma tiġi ġġenerata d-data tal-interfaċċa u l-verżjoni tad-data l-ġdida ssir operazzjonali. Irid jiġi żgurat li d-data trasferita tkun ivvalidata skont ir-regoli tan-negozju definiti.
Puntwalità:
L-għoti ta’ informazzjoni fil-ħin huwa punt importanti. Sa fejn l-iskattar għall-ħżin tad-data jew it-trażmissjoni tal-messaġġ tkun xprunata direttament mis-sistema tal-IT, il-puntwalità ma tkunx problema jekk is-sistema tkun imfassla b’mod tajjeb skont il-ħtiġijiet tal-proċessi tan-negozju. Iżda fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, l-inizjalizzazzjoni għat-trażmissjoni ta’ messaġġ issir minn operatur jew tal-anqas tkun ibbażata fuq input addizzjonali minn operatur. Sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-puntwalità, l-aġġornar tad-data jrid isir mill-aktar fis possibbli wkoll sabiex jiġi ggarantit li l-messaġġi jkollhom il-kontenut effettiv tad-data meta jintbagħtu awtomatikament mis-sistema.
Il-ħin tar-rispons għall-mistoqsijiet irid jiġi indirizzat għad-diversi applikazzjonijiet u tipi ta’ utenti fi ħdan l-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tal-IT. L-aġġornamenti u l-iskambji kollha tad-data għandhom jitwettqu kemm jista’ jkun malajr.
Metrika tal-kwalità tad-data:
L-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tal-IT għandhom jiddefinixxu l-perċentwali xierqa għal:
— |
il-kompletezza tad-data (perċentwal ta’ kampi tad-data li fihom il-valuri mdaħħla fihom) u l-konsistenza tad-data (perċentwal ta’ valuri li jaqblu bejn it-tabelli/il-fajls/ir-rekords), |
— |
il-puntwalità tad-data (perċentwal tad-data disponibbli fi ħdan limitu ta’ żmien speċifikat), |
— |
l-akkuratezza meħtieġa (perċentwal tal-valuri maħżuna li huma korretti meta mqabbla mal-valur effettiv). |
4.4.2. Operazzjoni tar-repożitorju ċentrali
Il-funzjonijiet tar-repożitorju ċentrali huma definiti fil-Kapitolu 4.2.11.5 (Repożitorju Ċentrali). Għall-fini tal-garanzija tal-kwalità tad-data, l-entità li topera r-repożitorju ċentrali għandha tkun responsabbli għall-aġġornar u għall-kwalità tal-metadata kif ukoll għall-amministrazzjoni tal-kontroll tal-aċċess. Fir-rigward tal-kwalità tal-metadata f’termini ta’ kompletezza, ta’ konsistenza, ta’ puntwalità u ta’ akkuratezza, din għandha tippermetti l-funzjonament xieraq għall-finijiet ta’ din it-TSI.
4.5. Regoli dwar il-manutenzjoni
Fid-dawl tar-rekwiżiti essenzjali fil-Kapitolu 3, ir-regoli speċifiċi dwar il-manutenzjoni għas-subsistema kkonċernata minn din it-TSI huma kif ġej:
Il-kwalità tas-servizz tat-trasport trid tkun garantita anke jekk it-tagħmir tal-proċessar tad-data jġarrab ħsara kompluta jew parzjali. Għalhekk, huwa rakkomandabbli li jiġu installati sistemi jew kompjuters duplex bi grad partikolarment għoli ta’ affidabbiltà, u li għalihom tiġi żgurata l-operazzjoni mingħajr interruzzjoni matul il-manutenzjoni.
L-aspetti tal-manutenzjoni li jirrigwardaw id-diversi bażijiet ta’ data huma msemmija fil-Kapitolu 4.2.10.3 (Rekwiżiti Addizzjonali dwar il-Bażijiet ta’ Data).
4.6. Kwalifiki professjonali
Il-kwalifiki professjonali tal-persunal meħtieġa għall-operazzjoni u għall-manutenzjoni tas-subsistema u għall-implimentazzjoni tat-TSI huma kif ġej:
L-implimentazzjoni ta’ din it-TSI ma teħtieġx sistema ġdida sħiħa fil-hardware u fis-software b’persunal ġdid. L-issodisfar tar-rekwiżiti tat-TSI jwassal biss għal tibdiliet, għal titjib jew għal tkabbir funzjonali tal-operazzjoni peress li dan diġà jsir mill-persunal eżistenti. Għalhekk, ma hemm l-ebda rekwiżit addizzjonali għar-regoli nazzjonali u Ewropej eżistenti dwar il-kwalifiki professjonali.
Jekk ikun meħtieġ, it-taħriġ supplimentari tal-persunal ma għandux jikkonsisti biss fit-turija ta’ kif jaħdem it-tagħmir. Il-membru tal-persunal irid ikun jaf u jifhem ir-rwol speċifiku tiegħu fil-proċess tat-trasport ġenerali. Il-persunal irid b’mod partikolari jkun konxju tar-rekwiżit li jinżamm livell għoli ta’ prestazzjoni tax-xogħol, peress li dan huwa fattur deċiżiv għall-affidabbiltà tal-informazzjoni li tkun se tiġi pproċessata fi stadju sussegwenti.
Il-kwalifiki professjonali meħtieġa għall-kompożizzjoni u għall-operazzjoni tal-ferroviji huma definiti fit-TSI Operazzjoni u Ġestjoni tat-Traffiku.
4.7. Kundizzjonijiet tas-saħħa u tas-sikurezza
Il-kundizzjonijiet tas-saħħa u tas-sikurezza tal-persunal meħtieġa għall-operazzjoni u għall-manutenzjoni tas-subsistema kkonċernata (jew l-ambitu tekniku kif definit fil-paragrafu 1.1) u għall-implimentazzjoni tat-TSI huma kif ġej:
Ma hemm l-ebda rekwiżit addizzjonali għar-regoli nazzjonali u Ewropej eżistenti dwar is-saħħa u s-sikurezza.
5. KOSTITWENTI TAL-INTEROPERABBILTÀ
5.1. Definizzjoni
Ara l-Artikolu 2(7) tad-Direttiva (UE) 2016/797:
Il-kostitwenti tal-interoperabbiltà huma “kwalunkwe komponent elementari, grupp ta’ komponenti, binja parzjali jew binja sħiħa ta’ tagħmir inkorporat jew intiż biex jiġi inkorporat fis-subsistema li fuqha l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja tiddependi direttament jew indirettament”. Il-kunċett ta’ “kostitwent” ikopri “kemm oġġetti tanġibbli kif ukoll oġġetti intanġibbli” bħal software.
5.2. Lista ta’ Kostitwenti
Il-kostitwenti tal-interoperabbiltà huma koperti bid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva (UE) 2016/797.
Ma hemmx kostitwenti tal-interoperabbiltà ddeterminati fir-rigward tas-subsistema Applikazzjonijiet telematiċi għall-Merkanzija.
Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ din it-TSI huwa meħtieġ biss tagħmir tal-IT standard, mingħajr ebda aspett speċifiku għall-interoperabbiltà fl-ambjent ferrovjarju. Dan huwa validu għall-komponenti tal-hardware u għas-software standard użat bħas-sistema operattiva u l-bażijiet ta’ data. Is-software tal-applikazzjonijiet huwa individwali fuq in-naħa ta’ kull utent u jista’ jiġi adattat u jittejjeb skont il-funzjonalità u l-ħtiġijiet effettivi individwali. L-“arkitettura tal-integrazzjoni tal-applikazzjoni” proposta tassumi li l-applikazzjonijiet jista’ ma jkollhomx l-istess mudell intern ta’ informazzjoni. L-integrazzjoni tal-applikazzjoni hija definita bħala l-proċess li bih sistemi ta’ applikazzjoni mfassla b’mod indipendenti jaħdmu flimkien.
5.3. Prestazzjonijiet u Speċifikazzjonijiet tal-Kostitwenti
Ara l-Kapitolu 5.2, mhux rilevanti għat-TSI “Applikazzjonijiet Telematiċi għall-Merkanzija”.
6. VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ U/JEW TAL-IDONEITÀ GĦALL-UŻU TAL-KOSTITWENTI U VERIFIKA TAS-SUBSISTEMA
6.1. Kostitwenti tal-Interoperabbiltà
6.1.1. Proċeduri ta’ Valutazzjoni
Mhux rilevanti għat-TSI Applikazzjonijiet Telematiċi għall-Merkanzija.
6.1.2. Modulu
Mhux rilevanti għat-TSI Applikazzjonijiet Telematiċi għall-Merkanzija.
6.2. Subsistema Applikazzjonijiet Telematiċi għall-Merkanzija
Skont l-Anness II tad-Direttiva (UE) 2016/797, is-subsistemi jitqassmu f’żoni strutturali u funzjonali.
Il-valutazzjoni tal-konformità hija obbligatorja għat-TSIs fil-qasam strutturali. Is-Subsistema Applikazzjoni Telematika għall-Merkanzija hija parti mill-qasam funzjonali u din it-TSI ma tiddetermina l-ebda modulu għall-valutazzjoni tal-konformità.
6.2.1. Valutazzjoni tal-konformità tal-għodod tal-IT
Il-proġetti inkarigati mill-għodod tal-IT użati mis-settur ferrovjarju Ewropew jistgħu jitolbu lill-Aġenzija tivvaluta l-konformità ta’ dawk billi tqabbilhom mar-rekwiżiti tat-TSI.
It-talba għall-valutazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn:
— |
Dokument ta’ Każijiet ta’ Użu inklużi: |
— |
Funzjoni tat-TSI dwar it-TAF koperta |
— |
Referenza għall-kapitolu tat-TSI dwar it-TAF |
— |
Lista u dokumentazzjoni tal-messaġġi (inkluża s-sekwenza tagħhom) li jridu jiġu ttestjati |
— |
Deskrizzjoni tas-Sistema tal-IT, li tuża messaġġi tat-TAF |
— |
Deskrizzjoni tal-interfaċċa ta’ komunikazzjoni tas-Sistema tal-IT (CI, oħrajn eċċ.) |
— |
Informazzjoni jekk it-talba tkun għal objettiv intermedju ta’ proġett iffinanzjat mill-UE |
— |
Verżjoni tad-dokumenti tekniċi tat-TSI dwar it-TAF rilevanti għall-ambitu tal-valutazzjoni tal-konformità |
— |
Il-fajl(s) XML tas-Sistema tal-IT u l-fajl(s) XSD korrispondenti tagħhom |
L-Aġenzija twettaq test tal-konformità tat-TSI dwar it-TAF u toħroġ rapport ta’ valutazzjoni tal-konformità tal-Aġenzija lill-applikant fi żmien 3 xhur wara li tikkonferma l-kompletezza. Ir-rapport ta’ konformità jkopri l-aspetti li ġejjin:
— |
Jekk il-Messaġġ(i) iġorr(u)x l-elementi obbligatorji kollha mit-TSI dwar it-TAF, |
— |
Jekk il-Messaġġ(i) jikkonforma(w)x mad-dokumenti tekniċi tat-TSI dwar it-TAF, |
— |
Jekk is-sekwenza tal-Messaġġi tikkonformax mat-TSI dwar it-TAF. |
Jistgħu jitwasslu wkoll messaġġi minbarra XML għat-test sabiex jiġi ddeterminat jekk dawn iġorrux elementi obbligatorji mit-TSI dwar it-TAF. F’dan il-każ minflok il-fajl(s) XSD tas-Sistema tal-IT, għandha tintbagħat deskrizzjoni tal-istruttura tal-messaġġ b’deskrizzjoni tal-elementi/kampi tad-data, filwaqt li jissemmew, meta jkunu applikabbli, l-istandard(s) applikat(i) u l-verżjoni tiegħu/tagħhom.
7. IMPLIMENTAZZJONI
7.1. Introduzzjoni
Din it-TSI tikkonċerna s-subsistema applikazzjonijiet telematiċi għall-merkanzija. Din is-subsistema hija funzjonali skont l-Anness II tad-Direttiva (UE) 2016/797. Għalhekk, l-applikazzjoni ta’ din it-TSI ma tiddependix fuq il-kunċett ta’ subsistema ġdida, imġedda jew aġġornata, kif inhu komuni fil-każ ta’ TSIs relatati mas-subsistemi strutturali, ħlief fejn ikun speċifikat fit-TSI.
(a) |
Governanza tal-proġett
|
(b) |
Żvilupp tas-sistema
|
(c) |
Proċess ta’ monitoraġġ tal-varar u tal-operazzjoni
|
7.2. Ġestjoni tat-Tibdil
7.2.1. Proċess ta’ Ġestjoni tat-Tibdil
Il-proċeduri ta’ ġestjoni tat-tibdil għandhom jitfasslu sabiex jiżguraw li l-kostijiet u l-benefiċċji tat-tibdil jiġu analizzati kif suppost u li t-tibdiliet jiġu implimentati b’mod kontrollat. Dawn il-proċeduri għandhom jiġu definiti, implimentati, appoġġati u ġestiti mill-Aġenzija u għandhom jinkludu:
— |
l-identifikazzjoni tal-limitazzjonijiet tekniċi li jwasslu għat-tibdil, |
— |
dikjarazzjoni ta’ min jieħu r-responsabbiltà għall-proċeduri ta’ implimentazzjoni tat-tibdil, |
— |
il-proċedura għall-validazzjoni tat-tibdiliet li għandhom jiġu implimentati, |
— |
il-politika għall-ġestjoni, għar-rilaxx, għall-migrazzjoni u għat-tnedija tat-tibdil, |
— |
id-definizzjoni tar-responsabbiltajiet għall-ġestjoni tal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati u kemm għall-garanzija tal-kwalità kif ukoll għall-ġestjoni tal-konfigurazzjoni tagħha. |
Il-Bord għall-Kontroll tal-Bidla (CCB) għandu jkun magħmul mill-Aġenzija, korpi rappreżentattivi tas-settur ferrovjarju u l-Istati Membri. Tali affiljazzjoni tal-partijiet għandha tiżgura perspettiva dwar it-tibdiliet li għandhom isiru u valutazzjoni ġenerali tal-implikazzjonijiet tagħhom. Is-CCB fl-aħħar mill-aħħar għandu jinġieb taħt il-patroċinju tal-Aġenzija.
7.2.2. Proċess Speċifiku ta’ Ġestjoni tat-Tibdil għad-dokumenti elenkati fl-Appendiċi I ta’ dan ir-Regolament
Il-ġestjoni tal-kontroll tat-tibdil għad-dokumenti elenkati fl-Appendiċi I ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi stabbilita mill-Aġenzija f’konformità mal-kriterji li ġejjin:
(1) |
Ir-rikjesti għat-tibdil li jaffettaw id-dokumenti jitressqu mill-Istati Membri jew mill-korpi rappreżentattivi tas-settur ferrovjarju li jaġixxu fil-livell Ewropew kif definit fl-Artikolu 38(4) tar-Regolament (UE) 2016/796, jew permezz tal-Kumitat ta’ Tmexxija tat-TSI tat-TAF. |
(2) |
L-Aġenzija għandha tiġbor u taħżen it-talbiet għal tibdil. |
(3) |
L-Aġenzija għandha tippreżenta t-talbiet għal tibdil lill-grupp ta’ ħidma dedikat tal-ERA, li jevalwahom u jipprepara proposta akkumpanjata minn evalwazzjoni ekonomika, fejn xieraq. |
(4) |
Wara dan, l-Aġenzija għandha tippreżenta kull talba għal tibdil u l-proposta assoċjata lill-bord ta’ kontroll tat-tibdil li jivvalida jew ma jivvalidax jew jipposponi t-talba għal tibdil. |
(5) |
Jekk it-talba għal tibdil ma tiġix ivvalidata, l-Aġenzija għandha tibgħat lura lil min jagħmel it-talba r-raġuni għar-rifjut jew talba għal informazzjoni addizzjonali dwar l-abbozz tat-talba għal tibdil. |
(6) |
Jekk it-talba għal tibdil tiġi vvalidata, id-dokument tekniku għandu jiġi emendat. |
(7) |
Jekk ma jkun jista’ jintlaħaq l-ebda kunsens dwar il-validazzjoni ta’ talba għal tibdil, l-Aġenzija għandha tissottometti lill-Kummissjoni rakkomandazzjoni sabiex taġġorna d-dokumenti elenkati fl-Appendiċi I flimkien mal-abbozz tal-verżjoni l-ġdida tad-dokument, it-talbiet għal tibdil u l-evalwazzjoni ekonomika tagħhom u għandha tagħmel dawn id-dokumenti disponibbli fuq is-sit web tagħha. |
(8) |
Il-verżjoni l-ġdida tad-dokument tekniku flimkien mat-talbiet għal tibdil validati għandhom ikunu disponibbli fuq is-sit tal-Aġenzija. L-Aġenzija żżomm lill-Istati Membri informati permezz tal-Kumitat stabbilit f’konformità mal-Artikolu 51(1) tad-Direttiva (UE) 2016/797. |
(9) |
Jekk talba għal tibdil tkun teħtieġ tibdil fit-test legali tat-TSI dwar it-TAF, l-Aġenzija għandha tibgħat talba lill-Kummissjoni Ewropea sabiex titlob reviżjoni tat-TSI dwar it-TAF u/jew titlob l-opinjoni teknika mill-Aġenzija. |
(10) |
Fejn il-ġestjoni tal-kontroll ta’ tibdil taffettwa elementi li huma f’użu komuni fi ħdan it-TAP STI, it-tibdiliet għandhom isiru b’mod li jibqgħu qrib kemm jista’ jkun mat-TAP STI implimentata, sabiex jinkisbu l-aħjar sinerġiji. |
(1) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/773 tas-16 ta’ Mejju 2019 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika ta’ interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ “operat u ġestjoni tat-traffiku” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni 2012/757/UE (ĠU L 139I, 27.5.2019, p. 5).
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 445/2011 tal-10 ta’ Mejju 2011 dwar sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-entitajiet responsabbli mill-manutenzjoni tal-vaguni tal-merkanzija u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 653/2007 (ĠU L 122, 11.5.2011, p. 22).
Appendiċi I
Lista ta’ dokumenti tekniċi
Il-verżjoni fis-seħħ ta’ dawn id-dokumenti tekniċi hija ppubblikata fuq is-sit web tal-Aġenzija.
Nru |
Referenza |
Titolu |
1 |
ERA-TD-100 |
TSI DWAR IT-TAF — ANNESS A.5: ILLUSTRAZZJONIJIET U DIJAGRAMMI TA’ SEKWENZA TAL-MESSAĠĠI TAT-TSI DWAR IT-TAF |
2 |
ERA-TD-101 |
TSI DWAR IT-TAF — Anness D.2: Appendiċi A (Ippjanar tal-Vjaġġi tal-Vaguni/ILU) |
3 |
ERA-TD-102 |
TSI DWAR IT-TAF — Anness D.2: Appendiċi B — Bażi ta’ Data Operazzjonali tal-Vaguni u tal-Unitajiet Intermodali (WIMO) |
4 |
ERA-TD-103 |
TSI DWAR IT-TAF — Anness D.2: Appendiċi C — Fajls ta’ Referenza |
5 |
ERA-TD-104 |
TSI DWAR IT-TAF — Anness D.2: Appendiċi E — Interfaċċa Komuni |
6 |
ERA-TD-105 |
TSI DWAR IT-TAF — Anness D.2: Appendiċi F — Mudell tad-Data u tal-Messaġġi tat-TSI dwar it-TAF |
Appendiċi II
Glossarju
Terminu |
Deskrizzjoni |
||||||||
AB |
Ara l-Korp ta’ allokazzjoni |
||||||||
Korp ta’ allokazzjoni |
Il-korp responsabbli għall-allokazzjoni tal-mogħdijiet, li huwa indipendenti fil-forma ġuridika, fl-organizzazzjoni u fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tiegħu minn kwalunkwe impriża ferrovjarja (id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)). |
||||||||
Applikant |
tfisser impriża ferrovjarja jew raggruppament internazzjonali ta’ impriżi ferrovjarji jew ta’ persuni jew ta’ entitajiet ġuridiċi oħra, bħal awtoritajiet kompetenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u konsenjaturi, spedizjoniera u operaturi tat-trasport kombinat, b’interess ta’ servizz pubbliku jew b’interess kummerċjali fl-akkwist tal-kapaċità tal-infrastruttura (Direttiva 2012/34/UE (3)). L-applikant jista’ jieħu r-rwoli u l-kompiti u r-responsabbiltajiet assenjati ta’ RU Ewlenija (Impriża ferrovjarja ewlenija) u/jew ta’ Applikant Responsabbli u/jew ta’ RU Responsabbli skont dikjarazzjoni speċifika dwar in-network. |
||||||||
Ferrovija blokka |
Forma speċifika ta’ ferrovija diretta b’vaguni biss kemm ikun hemm bżonn, li jimxu bejn żewġ punti ta’ trażbord mingħajr marshalling intermedju. |
||||||||
Prenotazzjoni |
Il-proċess li bih issir riżervazzjoni għall-ispazju fuq mezz tat-trasport għall-moviment tal-merkanzija. |
||||||||
CA |
Awtorità taċ-Ċertifikazzjoni |
||||||||
Kodiċi NM |
Lista tal-Kodiċijiet bi 8 ċifri għall-prodotti użati mill-klijenti. |
||||||||
Trasport kombinat bit-triq u bil-ferrovija jew Trasport Kombinat |
It-trasport intermodali li fih il-parti l-kbira tal-vjaġġ Ewropew isir bil-ferrovija u kwalunkwe komponent inizjali u/jew finali mwettaq bit-triq ikun qasir kemm jista’ jkun. |
||||||||
Konsenjatarju |
Il-parti li tirċievi l-merkanzija. Sinonimu: Riċevitur tal-oġġetti |
||||||||
Konsenja |
Merkanzija mibgħuta skont kuntratt wieħed ta’ trasport. Fit-trasport kombinat, dan it-terminu jista’ jintuża għal skopijiet statistiċi, sabiex jitkejlu l-unitajiet tat-tagħbija jew il-vetturi tat-triq. |
||||||||
Nota ta’ konsenja |
Dokument, li juri kuntratt għat-trasport għat-trasportazzjoni trasportatur ta’ konsenja waħda minn post ta’ aċċettazzjoni msemmi għal post ta’ konsenja partikolari. Fih dettalji tal-konsenja li għandha tinġarr. |
||||||||
Konsenjatur |
Parti li, permezz ta’ kuntratt ma’ Integratur ta’ Servizz, tikkonsenja jew tibgħat oġġetti mat-trasportatur, jew twassalhom bih. Sinonimi: Konsenjatur, Speditur tal-oġġetti. |
||||||||
Mod ta’ kooperazzjoni |
Mod ta’ operazzjoni tal-ferrovija meta diversi RUs jikkooperaw taħt it-tmexxija ta’ RU waħda (LRU). Kull RU tikkuntratta l-mogħdija meħtieġa għall-vjaġġ tat-trasport għaliha waħedha. |
||||||||
CT |
Trasport Kombinat |
||||||||
Klijent |
Huwa l-entità li ħarġet in-nota ta’ konsenja lill-RU Ewlenija. |
||||||||
Data/ħin tat-tluq, attwali |
Id-data (u l-ħin) tat-tluq tal-mezz tat-trasport. |
||||||||
Ferrovija diretta |
Ferrovija b’vaguni relatati li tgħaddi bejn żewġ punti ta’ trażbord (sors inizjali – destinazzjoni finali) mingħajr marshalling intermedju. |
||||||||
Detentur tad-dazju |
Kwalunkwe individwu jew entità ġuridika responsabbli għar-riskju, li hija timporta fuq in-network, jiġifieri l-RU. |
||||||||
Kriptaġġ |
Kodifikazzjoni tal-messaġġi Dekriptaġġ: konverżjoni tad-data kriptata lura f’forma oriġinali |
||||||||
ETA |
Ħin Stmat tal-Wasla (fid-destinazzjoni). Il-ħin stmat tal-wasla (ETA) huwa l-ħin meta l-ferrovija tkun mistennija tasal f’ċertu post. L-istimi jistgħu jkunu bbażati fuq il-pjanijiet tal-produzzjoni (tbassir) u/jew il-kalkolu stokastiku. |
||||||||
ETH |
Il-Ħin Stmat tat-Trasferiment tal-ferrovija minn IM għal ieħor. |
||||||||
ETI |
Il-Ħin Stmat tal-Interkambju tal-vaguni minn RU għal ieħor. |
||||||||
ETP |
Il-Ħin Stmat ta’ Ġbir (fit-terminal intermodali tal-wasla) |
||||||||
Ħin Imbassar |
L-aħjar stima tal-ħin tal-wasla, tat-tluq jew tal-passaġġ ta’ ferrovija. |
||||||||
Gateway |
Stazzjon fi ħdan il-vjaġġ ta’ ferrovija b’unitajiet intermodali, fejn it-tagħbija tbiddel il-vaguni. |
||||||||
Piż gross tat-tagħbija |
Il-piż (massa) totali prenotat/attwali tal-oġġetti, inkluż l-ippakkjar iżda eskluż it-tagħmir tat-trasportatur. |
||||||||
Punt ta’ maniġġ |
Stazzjon fejn l-RU tista’ tibdel il-kompożizzjoni tal-ferrovija, iżda fejn tibqa’ responsabbli għall-vaguni, l-ebda tibdil fir-responsabbiltà. |
||||||||
Punt ta’ trasferiment |
Il-post tal-vjaġġ tal-ferrovija jew bejn żewġ mogħdijiet fejn ir-responsabbiltà għall-ippjanar u/jew għall-allokazzjoni u/jew għall-operazzjoni tinbidel minn IM għal ieħor. L-IM involut jassumi r-rwol ta’ IM tal-Ippjanar. |
||||||||
Trasport tal-merkanzija |
Trasport bit-triq |
||||||||
Kerrej |
Kwalunkwe individwu jew entità ġuridika oħra nominata bħala tali mid-detentur/mis-sid ta’ vagun. |
||||||||
Kodiċi SA |
Lista ta’ Kodiċi b’6 ċifri għall-prodotti użati mill-konsumaturi, b’mod identiku għall-ewwel 6 ċifri tal-Kodiċi NM. |
||||||||
IM |
Maniġer tal-Infrastruttura tfisser xi korp jew ditta responsabbli b’mod partikolari għall-istabbiliment, għall-ġestjoni u għall-manutenzjoni tal-infrastruttura ferrovjarja, inklużi l-ġestjoni tat-traffiku u l-kontroll-kmand u s-sinjalar; il-funzjonijiet tal-maniġer tal-infrastruttura fuq network jew fuq parti minn network jistgħu jiġu allokati lil korpi jew lil ditti differenti. Meta l-maniġer tal-infrastruttura, fil-forma ġuridika, fl-organizzazzjoni jew fil-funzjonijiet tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tiegħu, ma jkunx indipendenti minn kwalunkwe impriża ferrovjarja, il-funzjonijiet imsemmija fit-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu IV għandhom jitwettqu rispettivament minn korp tal-imposti u minn korp tal-allokazzjoni li jkunu indipendenti fil-forma ġuridika, fl-organizzazzjoni u fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħhom minn kwalunkwe impriża ferrovjarja. (Id-Direttiva 2012/34/UE). IM jista’ jassumi r-rwoli ta’ IM Responsabbli u/jew ta’ IM tal-Ippjanar |
||||||||
Maniġer tal-infrastruttura (IM) |
Ara IM |
||||||||
Punt tad-Dħul tal-IM |
Is-sezzjoni fejn il-ferrovija tas-CT tħalli ż-żona tat-terminal intermodali u tidħol fl-ewwel network pubbliku tal-IM |
||||||||
Punt tal-Ħruġ tal-IM |
Sezzjoni fejn il-ferrovija tas-CT tħalli l-aħħar network tal-IM pubbliku u tidħol fit-terminal tal-wasla |
||||||||
Interkambju |
It-Trasferiment tal-kontroll minn impriża ferrovjarja għal oħra għal raġunijiet prattiċi ta’ operazzjoni u ta’ sikurezza. Xi eżempji huma:
|
||||||||
Punt ta’ interkambju |
Il-post tal-vjaġġ tal-ferrovija jew ta’ mogħdija fejn iseħħ it-trasferiment tar-responsabbiltà għall-ferrovija kollha minn RU Responsabbli għal RU Responsabbli ieħor. |
||||||||
Punt intermedju |
Il-post li jiddefinixxi punt ta’ vjaġġ jew ta’ mogħdija tal-ferrovija bejn il-punt tal-bidu (l-oriġini) jew tat-tmiem (id-destinazzjoni) tagħha. |
||||||||
Integratur ta’ Servizzi Intermodali |
Kull korp jew impriża, li jkollha kuntratt mal-klijenti għat-trasport ta’ unitajiet intermodali. Din tipprepara l-poloz tal-vjeġġ, timmaniġġja l-kapaċità fuq il-ferroviji blokka, eċċ. |
||||||||
Terminal intermodali |
Il-post li jipprovdi l-ispazju, it-tagħmir u l-ambjent operazzjonali li fih isir it-trasferiment tal-unitajiet tat-tagħbija (kontejners tal-merkanzija, kaxxi skambjabbli, semitrejlers jew trejlers). |
||||||||
Trasport intermodali |
Il-moviment tal-oġġetti fl-istess unità jew vettura tat-tagħbija li tuża suċċessivament diversi modi tat-trasport mingħajr maniġġ tal-oġġetti nfushom b’modi li jinbidlu. |
||||||||
Unità tat-Tagħbija Intermodali |
Kontejners, kaxxi skambjabbli u semitrejlers adattati għat-trasport kombinat |
||||||||
Vjaġġ |
“Vjaġġ” tfisser it-trażmissjoni ġeografika ta’ ferrovija jew ta’ vagun mgħobbi jew vojt mill-istazzjon tat-trażmissjoni għall-istazzjon tad-destinazzjoni. |
||||||||
Sezzjoni tal-vjaġġ |
Hija l-parti tal-vjaġġ li ssir f’settur tal-infrastruttura ta’ maniġer tal-infrastruttura jew Parti mill-vjaġġ mill-punt tat-trasferiment tad-dħul sal-punt tat-trasferiment tal-ħruġ tal-infrastruttura ta’ maniġer tal-infrastruttura. |
||||||||
Detentur |
Il-persuna, li tkun is-sid jew li jkollha d-dritt li tiddisponi minnha, tuża vettura ekonomikament b’mod permanenti bħala mezz tat-trasport u hija rreġistrata bħala tali fir-Reġistru tar-Rolling Stock. |
||||||||
Impriża Ferrovjarja Ewlenija |
Applikant/RU, li hija responsabbli sabiex torganizza u tmexxi l-linja tat-trasport skont l-impenn tal-klijent. Hija l-punt uniku ta’ kuntatt għall-klijent. Jekk aktar minn Impriża Ferrovjarja waħda tkun involuta fil-katina tat-trasport, l-LRU tkun responsabbli għall-koordinazzjoni tad-diversi Impriżi Ferrovjarji fir-rigward tal-armonizzazzjoni tal-vjaġġ tal-ferrovija, inklużi d-diversi talbiet għal mogħdija. |
||||||||
LRU |
Ara Impriża Ferrovjarja Ewlenija |
||||||||
TISTA’/JISTA’/JISTGĦU |
Din il-kelma, jew l-aġġettiv “MHUX OBBLIGATORJA/U/I”, tfisser li oġġett ikun verament mhux obbligatorju. Bejjiegħ wieħed jista’ jagħżel li jinkludi l-oġġett minħabba li suq partikolari ikun jeħtieġu jew minħabba li l-bejjiegħ iħoss li dan itejjeb il-prodott filwaqt li bejjiegħ ieħor jista’ jħalli barra l-istess oġġett. Implimentazzjoni, li ma tinkludix għażla partikolari, TRID titħejja sabiex tkun f’interoperazzjoni ma’ implimentazzjoni oħra li tkun tinkludi l-għażla, għalkemm forsi b’funzjonalità mnaqqsa. Bl-istess mod, implimentazzjoni li fil-fatt tinkludi għażla partikolari, TRID titħejja sabiex tkun f’interoperazzjoni ma’ implimentazzjoni oħra li ma tinkludix l-għażla (ħlief, naturalment, għall-karatteristika li tipprovdi l-għażla). |
||||||||
Metadata |
Fi kliem sempliċi, hija data dwar data. Tiddeskrivi data, servizzi tas-software, u komponenti oħra li jinsabu fis-sistemi ta’ informazzjoni tal-intrapriżi. Eżempji tat-tipi ta’ metadata jinkludu definizzjonijiet standard tad-data, informazzjoni dwar il-postijiet u r-rotot, u ġestjoni tas-sinkronizzazzjoni għad-distribuzzjoni tad-data kondiviża. |
||||||||
TRID/IRID/IRIDU |
Din il-kelma, jew it-termini “ MEĦTIEĠ(A) ” jew “GĦANDHOM”, ifissru li d-definizzjoni hija rekwiżit assolut tal-ispeċifikazzjoni. |
||||||||
MA TISTAX/TISTAX/JISTGĦUX |
Din il-frażi, jew il-frażi “MA GĦANDHIEX/GĦANDUX/GĦANDHOMX”, tfisser li d-definizzjoni hija projbizzjoni assoluta tal-ispeċifikazzjoni. |
||||||||
Punt Uniku ta’ Servizz (OSS) |
Sħubija internazzjonali bejn il-Maniġers tal-Infrastruttura ferrovjarja li tipprovdi punt uniku ta’ kuntatt għall-klijenti ferrovjarji għall-finijiet ta’:
|
||||||||
Mod ta’ Aċċess Miftuħ |
Mod ta’ operazzjoni tal-ferroviji li fih tkun involuta RU waħda biss, li tħaddem il-ferrovija fuq diversi infrastrutturi. Din l-RU tikkuntratta l-mogħdijiet meħtieġa mal-IMs kollha involuti. |
||||||||
OSS |
Punt Uniku ta’ Servizz |
||||||||
Mogħdija |
Mogħdija tfisser il-kapaċità tal-infrastruttura meħtieġa li topera ferrovija bejn żewġ postijiet fuq perjodu ta’ żmien partikolari (Rotta definita fil-ħin u fl-ispazju). |
||||||||
Assemblaġġ tal-mogħdija |
It-tgħaqqid ta’ mogħdijiet individwali tal-ferroviji sabiex tiġi estiża l-mogħdija f’termini ta’ ħin u ta’ spazju. |
||||||||
Bejn il-Pari |
It-terminu “bejn il-pari” jirreferi għal klassi ta’ sistemi u ta’ applikazzjonijiet li jużaw riżorsi distribwiti sabiex iwettqu funzjoni kritika b’mod deċentralizzat. Ir-riżorsi jinkludu l-qawwa komputazzjonali, id-data (ħżin u kontenut), il-wisa’ tal-banda tan-network, u l-preżenza (kompjuters, riżorsi umani u oħrajn). Il-funzjoni kritika tista’ tkun il-computing distribwit, il-kondiviżjoni ta’ data/kontenut, il-komunikazzjoni u l-kollaborazzjoni, jew is-servizzi tal-pjattaforma. Id-deċentralizzazzjoni tista’ tapplika għall-algoritmi, għad-data u għall-metadata, jew għal kollha kemm huma. Din ma tipprekludix iż-żamma taċ-ċentralizzazzjoni f’xi partijiet tas-sistemi u tal-applikazzjonijiet jekk tissodisfa r-rekwiżiti tagħhom. |
||||||||
PKI |
Infrastruttura taċ-ċavetta pubblika |
||||||||
Post tal-konsenja |
Il-post fejn issir il-konsenja (għandu jiġi pprovdut stazzjon ferrovjarju tat-tluq). Post fejn tinbidel ir-responsabbiltà għall-vagun. |
||||||||
Post tat-tluq |
Il-post minn fejn ikun skedat li jitlaq jew telaq mezz tat-trasport. |
||||||||
Post tad-destinazzjoni |
Il-post li fih il-mezz tat-trasport ikun se jasal jew wasal. Sinonimu: Post tal-wasla |
||||||||
IM tal-Ippjanar |
L-IM tal-Ippjanar (PIM) huwa l-Maniġer tal-Infrastruttura li huwa responsabbli għall-elaborazzjoni u għall-allokazzjoni ta’ mogħdija. Iż-żona ta’ responsabbiltà tal-PIM hija definita mill-punti ta’ trasferiment eż. użati bħala l-ewwel/l-aħħar post tal-vjaġġ fl-Informazzjoni dwar il-Mogħdija ta’ Messaġġ ta’ Talba għal Mogħdija jew ta’ mogħdija offruta/prenotata. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, l-RIM ikun l-istess entità tal-IM tal-Ippjanar. Madankollu, għal xi postijiet u/jew għal xi ferroviji, l-elaborazzjoni tal-mogħdijiet kif ukoll il-monitoraġġ tat-traffiku fl-operazzjonijiet jistgħu jiġu ddelegati wkoll lil IM ieħor. |
||||||||
PIM |
Ara l-IM tal-Ippjanar |
||||||||
Perjodu ta’ Qabel it-Tluq |
Huwa l-ħin delta qabel il-ħin skedat tat-tluq. Il-perjodu ta’ qabel it-tluq jibda fil-ħin skedat tat-tluq nieqes il-ħin delta u jintemm fil-ħin skedat tat-tluq. |
||||||||
Data primarja |
Data bażika bħala input ta’ data ta’ referenza għal messaġġi jew bħala l-bażi għall-funzjonalità u għall-kalkolu ta’ data derivata. |
||||||||
Tidħil fis-Servizz |
Proċedura li tiddependi fuq l-approvazzjoni teknika ta’ vagun u fuq kuntratt għall-użu ma’ RU, li jippermetti l-operazzjoni kummerċjali tal-vagun. |
||||||||
Impriża Ferrovjarja (RU) |
Impriża ferrovjarja (id-Direttiva (UE) 2016/798): tfisser impriża ferrovjarja kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/34/UE, u kwalunkwe impriża pubblika jew privata oħra, li l-attività tagħha tkun li tipprovdi trasport ta’ oġġetti u/jew ta’ passiġġieri bil-ferrovija fuq il-bażi li l-impriża trid tiżgura trazzjoni; din tinkludi wkoll impriżi li jipprovdu trazzjoni biss. RU tista’ tassumi r-rwoli ta’ RU Ewlenija u/jew ta’ Applikant Responsabbli u/jew ta’ RU Responsabbli |
||||||||
Applikant Responsabbli (RA) |
L-RA huwa l-applikant/il-klijent u l-kuntrattur kif ukoll il-punt uniku ta’ kuntatt għall-IM (maniġer tal-infrastruttura) rispettiv fil-fażi kollha tal-proċess ta’ ppjanar. Il-kompitu ewlieni tar-rwol tal-RA huwa li jitlob il-prenotazzjoni tal-kapaċità lil IM. L-RA ma għandux għalfejn ikun Impriża Ferrovjarja, jista’ jkun ukoll entità oħra, li tkun kapaċi u permessa li tipprenota l-kapaċità. |
||||||||
IM Responsabbli |
L-IM Responsabbli (RIM) huwa l-Maniġer tal-Infrastruttura li huwa s-sid tan-network rispettiv u li huwa responsabbli għall-maniġġ operazzjonali kollu tal-ferroviji u tal-mogħdijiet fuq in-network tiegħu. |
||||||||
RU Responsabbli (RRU) |
L-RRU hija responsabbli għaċ-ċirkolazzjoni tal-ferrovija fil-fażi tal-operazzjoni, għall-vjaġġ kollu jew għal parti mill-vjaġġ. Jekk aktar minn RRU waħda tkun involuta fl-operar tal-ferrovija, ir-responsabbiltà tiġi ttrasferita minn RRU waħda għall-RRU li jmiss fil-punt ta’ interkambju. L-RRU hija l-entità ta’ kuntatt għall-IM fil-fażi tal-operazzjoni għall-iskambju kollu tal-messaġġi. Abbażi ta’ ftehim mal-Applikant Responsabbli, l-RRU tista’ wkoll tinkariga lil sottokuntrattur biċ-ċirkolazzjoni tal-ferrovija, iżda l-RRU xorta tibqa’ l-punt ta’ kuntatt għall-IM fil-fażi tal-operazzjoni. |
||||||||
Data/ħin tar-rilaxx |
Id-data/il-ħin meta l-oġġetti jkunu mistennija jiġu rrilaxxati jew ġew rilaxxati mill-klijent. |
||||||||
Ħin tar-rilaxx għall-vaguni |
Id-data u l-ħin meta l-vaguni jkunu lesti sabiex jinġibdu mill-post imsemmi fuq is-siding tal-klijent. |
||||||||
Affidabbiltà, Disponibbiltà, Mantenibbiltà, Sikurezza (RAMS) |
Affidabbiltà — Il-kapaċità ta’ bidu u ta’ ssoktar tal-operazzjoni taħt kundizzjonijiet operatorji speċifikati għal perjodu speċifikat espressa matematikament; Disponibbiltà — Il-ħin fis-servizz meta mqabbel mal-ħin barra mis-servizz espress matematikament; Mantenibbiltà — Il-kapaċità ta’ sistema li terġa’ titqiegħed fis-servizz wara ħsara espress matematikament; Sikurezza — Il-probabbiltà li s-sistema tagħti bidu għal avveniment perikoluż espressa matematikament. |
||||||||
Punt ta’ rapportar |
Il-post fil-vjaġġ tal-ferrovija, li fih l-IM responsabbli jrid joħroġ “messaġġ ta’ tbassir dwar iċ-ċirkolazzjoni tal-ferrovija” bit-TETA għall-RU kuntrattata għal mogħdija. |
||||||||
Repożitorju |
Repożitorju huwa simili għal bażi ta’ data u għal dizzjunarju tad-data; madankollu normalment jinkludi ambjent komprensiv ta’ sistema ta’ ġestjoni tal-informazzjoni. Irid jinkludi mhux biss deskrizzjonijiet tal-istrutturi tad-data (jiġifieri entitajiet u elementi), iżda anki metadata ta’ interess għall-intrapriża, skrins tad-data, rapporti, programmi u sistemi. Tipikament, jinkludi sett intern ta’ għodod tas-software, DBMS, metamudell, metadata popolata, u software ta’ llowdjar u ta’ rkupru għall-aċċessar tad-data tar-repożitorju. |
||||||||
RIV |
Ir-regolamenti li jirregolaw l-użu reċiproku tal-vaguni fit-traffiku internazzjonali. Ir-regolamenti li jirregolaw l-użu reċiproku tat-tagħmir għat-tagħbija, tal-kontejners u tal-palits fit-traffiku internazzjonali. |
||||||||
Rotta |
Il-mod ġeografiku li għandu jittieħed mill-punt tal-bidu sal-punt tad-destinazzjoni. |
||||||||
Sezzjoni tar-rotta |
Parti minn rotta |
||||||||
RU |
Ara Impriża Ferrovjarja |
||||||||
Ħin skedat tat-tluq |
Id-Data u l-Ħin tat-tluq li għalihom tintalab il-mogħdija. |
||||||||
Skeda ta’ Żmien Skedata |
L-okkupazzjoni tal-infrastruttura ferrovjarja definita kronoloġikament għal moviment ta’ ferrovija fuq linja miftuħa jew fi stazzjonijiet. It-tibdiliet fl-iskedi ta’ żmien jiġu pprovduti mill-IMs tal-anqas jumejn (2) qabel il-bidu tal-jum li fih il-ferrovija titlaq mill-oriġini tagħha. Din l-iskeda ta’ żmien tapplika għal ġurnata speċifika. Magħrufa f’xi pajjiżi bħala l-Iskeda ta’ Żmien Operazzjonali. |
||||||||
Interruzzjoni tas-Servizz |
Tfisser il-waqfa mhux pjanata ta’ ferrovija waqt l-operazzjoni, mingħajr ebda informazzjoni dwar il-kontinwazzjoni tal-vjaġġ |
||||||||
Fornituri ta’ Servizz |
Trasportatur responsabbli għal dan l-istadju speċifiku tat-trasport. Parti li tirċievi u timmaniġġa l-prenotazzjoni. |
||||||||
Konsenja |
Vaguni jew unitajiet ta’ tagħbija intermodali trasportati skont it-termini ta’ konsenja waħda, irrispettivament mill-kwantità jew min-numru ta’ kontejners, ta’ pakketti, jew ta’ biċċiet. Magħrufa wkoll bħala l-konsenja. |
||||||||
Talba għal mogħdija b’avviż qasir minn qabel |
Talba individwali għal mogħdija skont id-Direttiva 2012/34/UE, minħabba talbiet għat-trasport jew ħtiġijiet operazzjonali addizzjonali. |
||||||||
JENĦTIEĠ LI |
Din il-kelma jew l-aġġettiv “RAKKOMANDAT(A/I)” ifisser li jista’ jkun hemm raġunijiet validi f’ċirkostanzi partikolari sabiex jiġi injorat xi punt partikolari, iżda l-implikazzjonijiet sħaħ iridu jkunu mifhuma u ponderati bir-reqqa qabel ma jintgħażel perkors differenti. |
||||||||
JENĦTIEĠ LI, FIN-NEGATTIV |
Din il-frażi, jew il-frażi “MHUWIEX/MHIJIEX/MHUMIEX RAKKOMANDAT(A/I)”, tfisser li jista’ jkun hemm raġunijiet validi f’ċirkostanzi partikolari meta l-imġiba partikolari tkun aċċettabbli jew saħansitra utli, iżda jenħtieġ li l-implikazzjonijiet sħaħ ikunu mifhuma u l-każ jiġi ponderat bir-reqqa qabel ma tiġi implimentata kwalunkwe mġiba deskritta b’din it-tikketta. |
||||||||
Partijiet ikkonċernati |
Kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni b’interess raġonevoli fil-forniment ta’ servizz ferrovjarju, eż.: Impriża Ferrovjarja (RU), Fornitur ta’ monitoraġġ tal-konsenja, Fornitur tal-lokomottivi, Fornitur tal-vaguni, Fornitur tax-xufier/tal-ekwipaġġ tal-ferrovija, Fornitur ta’ depost tat-tip hump, Fornitur ta’ switch move, Integratur ta’ servizzi, Fornitur ta’ slots (IM), Kontrollur tal-ferroviji (IM), Maniġer tat-traffiku, Maniġer tal-flotta Fornitur ta’ mezz ta’ trasport tul korp tal-ilma, Vagun, spettur tal-lokomottivi, Vaguni, fornitur ta’ tiswijiet tal-lokomottivi, Maniġer tal-konsenja, Fornitur tas-switching u tal-humping, Fornitur loġistiku, Konsenjatarju, Konsenjatur, Barra minn hekk, għall-Intermodali: Fornitur tal-Kontejner, Operatur tat-terminal intermodali, Fornitur tad-Drayage/Kumpanija tat-trasport tal-merkanzija, Vapur li jaħdem bl-istim, Linji tal-barkuni. |
||||||||
Operatur tat-Terminal |
Tfisser entità organizzazzjonali, li saret responsabbli għall-ġestjoni ta’ marshalling yard, ta’ terminal multimodali jew intermodali, ta’ terminal tal-port |
||||||||
TETA |
Ara Ħin Stmat tal-Wasla tal-Ferrovija |
||||||||
Traċċar |
Attività fuq talba tas-sejba u tar-rikostruzzjoni tal-istorja tat-trasport ta’ konsenja, ta’ vettura, ta’ tagħmir, ta’ pakkett jew ta’ merkanzija partikolari. |
||||||||
Trekkjar |
Attività ta’ monitoraġġ u ta’ reġistrazzjoni sistematiċi tal-post u tal-istatus attwali ta’ konsenja, ta’ vettura, ta’ tagħmir, ta’ pakkett jew ta’ merkanzija partikolari. |
||||||||
Ferrovija |
Definizzjoni tat-TSI dwar l-OPE: Ferrovija hija definita bħala unità(jiet) ta’ trazzjoni bi jew mingħajr vetturi ferrovjarji akkoppjati b’data dwar il-ferrovija disponibbli li topera bejn żewġ punti definiti jew aktar. |
||||||||
Ħin Stmat tal-Wasla Tal-Ferrovija |
Il-Ħin Stmat tal-Wasla ta’ ferrovija f’punt speċifiku, eż. punt ta’ trasferiment, punt ta’ skambju, destinazzjoni tal-ferrovija. |
||||||||
Mogħdija tal-ferrovija |
Ara “mogħdija” |
||||||||
Trażbord |
L-operazzjoni ta’ unitajiet ta’ tagħbija intermodali mobbli minn mezz tat-trasport għal ieħor. |
||||||||
Pjan tal-vjaġġ |
Għal vagun jew għal unità intermodali, dan juri l-vjaġġ ta’ referenza pjanat tal-vagun/unità intermodali. |
||||||||
Kapaċità tal-unità użata |
Kodiċi li jindika sa liema punt it-tagħmir ikun mgħobbi jew vojt. (eż. mimli, vojt, LCL). |
||||||||
Tagħbija ta’ Unità |
Numru ta’ pakketti individwali mqabbdin ma’ xulxin, fuq pelits jew marbutin flimkien sabiex jifformaw unità waħda għal maniġġ aktar effiċjenti minn tagħmir mekkaniku. |
||||||||
Ferrovija unità |
Ferrovija tal-merkanzija mibgħuta b’nota ta’ konsenja waħda biss u b’tip wieħed biss ta’ merkanzija u magħmula minn vaguni uniformi li jimxu minn konsenjatur għal konsenjatarju mingħajr marshalling intermedju. |
||||||||
Tagħbija tal-vagun |
Tagħbija ta’ unità li tkun vagun. |
||||||||
Ordni tal-konsenja |
Subsett tan-nota ta’ konsenja li juri l-informazzjoni rilevanti għal RU, meħtieġa sabiex titkompla t-trasportazzjoni fi ħdan ir-responsabbiltà tiegħu sat-trasferiment lill-RU li jmiss. Struzzjoni għat-trasportazzjoni ta’ konsenja ta’ vaguni. |
||||||||
Polza tal-vjeġġ |
Id-dokument magħmul mit-trasportatur jew f’isem it-trasportatur bħala prova tal-kuntratt għat-trasport tal-merkanzija. |
(1) Id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1).
Appendiċi III
- Kompiti li għandhom jitwettqu mill-Punt ta’ Kuntatt Nazzjonali (NCP) tat-TAF/TAP
(1)
Jaġixxi bħala punt ta’ kuntatt bejn l-Aġenzija, u l-atturi ferrovjarji (Maniġers tal-Infrastruttura, Impriżi Ferrovjarji, Detenturi tal-Vaguni, Maniġers tal-Istazzjonijiet, Bejjiegħa tal-Biljetti, Operaturi Intermodali, Klijenti tat-Trasport Ferrovjarju tal-Merkanzija u assoċjazzjonijiet rilevanti) fl-Istat Membru sabiex jiġi żgurat li l-atturi ferrovjarji jkunu involuti mat-TAF u mat-TAP u jkunu konxji tal-iżviluppi ġenerali u tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat ta’ Tmexxija.
(2)
Jikkomunika t-tħassib u l-fehmiet dwar l-implimentazzjoni u l-operazzjoni tat-TSI dwar it-TAF tal-atturi ferrovjarji fl-Istat Membru lill-Kumitat ta’ Tmexxija tat-TAF/TAP wara analiżi mill-Grupp ta’ Kooperazzjoni għall-Implimentazzjoni.
(3)
Iżomm kuntatt mal-membru tal-Kumitat dwar l-Interoperabbiltà u s-Sikurezza Ferrovjarja (RISC) tal-Istati Membri filwaqt li jiżgura li l-membru tal-RISC jiġi informat dwar kwistjonijiet nazzjonali relatati mat-TAF/TAP qabel kull laqgħa tal-RISC u jiżgura li d-deċiżjonijiet tal-RISC relatati mat-TAF/TAP jiġu kkomunikati b’mod xieraq lill-atturi ferrovjarji affettwati.
(4)
L-Istat Membru jiżgura li l-Impriżi Ferrovjarji liċenzjati kollha u atturi ferrovjarji oħra (Maniġers tal-Infrastruttura, Impriżi Ferrovjarji, Detenturi tal-Vaguni, Maniġers tal-Istazzjonijiet, Operaturi Intermodali, Klijenti tat-Trasport Ferrovjarju tal-Merkanzija u assoċjazzjonijiet rilevanti) jiġu kkuntattjati u pprovduti bid-dettalji tal-NCP u jingħataw pariri li jagħmlu kuntatt mal-NCP jekk ma jkunux diġà għamlu kuntatt.
(5)
Sa fejn ikunu magħrufa l-atturi ferrovjarji fl-Istat Membru, jagħmilhom konxji tal-obbligi tagħhom skont ir-regolamenti dwar it-TAF u t-TAP u li jridu jikkonformaw magħhom (fir-rigward tal-implimentazzjoni u tal-operazzjoni tat-TSI dwar it-TAF).
(6)
Jikkollabora mal-Istat Membru sabiex jiżgura li jaħtar entità li tkun responsabbli sabiex tippopola l-Bażi ta’ Data Ċentrali tal-Fajls ta’ Referenza b’kodiċijiet ta’ lokalizzazzjoni primarja. L-identità tal-entità maħtura għandha tiġi rrapportata lid-DĠ MOVE għad-distribuzzjoni xierqa.
(7)
Jiffaċilita l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni bejn l-atturi ferrovjarji tal-Istati Membri (Maniġers tal-Infrastruttura, Impriżi Ferrovjarji, Detenturi tal-Vaguni, Maniġers tal-Istazzjonijiet, Bejjiegħa tal-Biljetti, Operaturi Intermodali, Klijenti tat-Trasport Ferrovjarju tal-Merkanzija u assoċjazzjonijiet rilevanti) fl-Istat Membru.