|
26.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 106/30 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/527
tal-15 ta’ Diċembru 2020
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/565 fir-rigward tal-limiti għar-rappurtar tal-pożizzjoni ta’ kull ġimgħa
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 58(6) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 (2) jistabbilixxi, fl-Artikolu 83 tiegħu, il-limiti minimi msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, li ’l fuq minnhom iċ-ċentri tan-negozjar huma meħtieġa jippubblikaw ir-rapporti ta’ kull ġimgħa kif imsemmi fl-Artikolu 58(1)(a) ta’ dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Il-limitu minimu rigward id-daqs tal-pożizzjonijiet miftuħa jenħtieġ li jiġi emendat biex jipprovdi t-trasparenza lill-partijiet interessati dwar firxa usa’ ta’ derivattivi ta’ komoditajiet. Jenħtieġ li l-pubblikazzjoni ta’ rapporti dwar il-pożizzjoni ta’ kull ġimgħa ma tibqax tiddependi fuq id-daqs tal-interess miftuħ meta mqabbel mad-daqs tal-provvista konsenjabbli iżda minflok tkun ibbażata fuq kriterji aktar sempliċi, jiġifieri d-daqs tal-interess miftuħ f’dak id-derivattiv ta’ komodità. |
|
(3) |
Fir-rigward tal-limitu minimu ta’ interess miftuħ, jenħtieġ li jiġu ppubblikati rapporti dwar il-pożizzjoni ta’ kull ġimgħa meta l-interess miftuħ totali kkombinat f’kuntratti spot u kuntratti ta’ xhur oħra jkun ugwali għal, jew jaqbeż, 10 000 lott, sabiex jiġi żgurat li jkun hemm interess suffiċjenti f’derivattiv ta’ komoditajiet biex jiġġustifika l-pubblikazzjoni ta’ rapporti dwar il-pożizzjoni ta’ kull ġimgħa. |
|
(4) |
Sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ ksur tal-kunfidenzjalità fil-konfront tad-detenturi ta’ pożizzjonijiet, għal kuntratti fejn kategorija ta’ persuni tkun tinkludi inqas minn ħames detenturi ta’ pożizzjonijiet attivi, ir-rapport tal-pożizzjoni ppubblikat kull ġimgħa ma jkun jinkludi l-ebda informazzjoni dwar dik il-kategorija ta’ persuni. |
|
(5) |
Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament Delegat (UE) 2017/565 jiġi emendat skont dan. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 83 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/565 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Għall-kuntratti li jkun fihom inqas minn ħames detenturi ta’ pożizzjonijiet f’kategorija partikolari ta’ persuni, il-pożizzjonijiet aggregati twal u qosra, it-tibdil li jsir fihom mir-rapport preċedenti, il-perċentwal tal-interess totali miftuħ f’dik il-kategorija u l-għadd ta’ detenturi ta’ pożizzjonijiet f’dik il-kategorija ma għandhomx jiġu ppubblikati.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 tal-25 ta’ April 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward rekwiżiti organizzazzjonali u kundizzjonijiet għall-operat għal ditti tal-investiment u termini definiti għall-finijiet ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 87, 31.3.2017, p. 1).