|
25.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 104/30 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/517
tal-11 ta’ Frar 2021
li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2361 fir-rigward tal-arranġamenti għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet għall-infiq amministrattiv tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas tal-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 65(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Meta jikkalkula l-kontribuzzjonijiet annwali individwali msemmija fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2361 (2), il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (“il-Bord”) jiddependi b’mod partikolari fuq id-data dwar l-assi totali u l-iskoperturi għar-riskju totali li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jiġbor mingħand l-entitajiet li huma soġġetti għall-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni biex jikkalkula t-tariffi superviżorji msemmija fir-Regolament (UE) Nru 1163/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (3). Għal dan il-għan, u skont l-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/2361, il-BĊE jibgħat annwalment lill-Bord id-data dwar kull debitur tal-kontribuzzjoni miġbura mill-BĊE f’dik is-sena. Tali data għandha tiġi trażmessa fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mill-ħruġ tal-avviżi tariffarji tal-BĊE u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru tas-sena li għaliha jinħarġu l-avviżi tariffarji. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1163/2014 ġie emendat bir-Regolament (UE) 2019/2155 tal-Bank Ċentrali Ewropew (4), fost l-oħrajn biex tinbidel is-sistema li biha l-BĊE jiġbor id-data għad-determinazzjoni tat-tariffi superviżorji. Qabel dik l-emenda, ir-Regolament (UE) Nru 1163/2014 ippreveda l-pagament bil-quddiem tat-tariffi superviżorji annwali lill-BĊE. Wara l-emenda, ir-Regolament (UE) Nru 1163/2014 jipprevedi l-impożizzjoni ta’ tariffi superviżorji biss wara t-tmiem tal-perjodu tariffarju rilevanti, ladarba n-nefqiet annwali reali jkunu ġew iddeterminati, u jirrikjedi li l-BĊE joħroġ avviż tariffarju lil kull debitur tariffarju kull sena, fi żmien sitt xhur wara l-bidu tal-perjodu tariffarju sussegwenti. |
|
(3) |
Billi attwalment il-BĊE jiġbor it-tariffi superviżorji biss wara l-bidu tas-sena finanzjarja tal-Bord, dan ikun jista’ jittrażmetti l-aktar data reċenti lill-Bord biss sussegwentement. Għaldaqstant, l-iskadenzi stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2017/2361 għat-trażmissjoni tad-data mill-BĊE lill-Bord ma għadhomx jippermettu lill-Bord jikkalkula u jiġbor bil-quddiem il-kontribuzzjonijiet annwali individwali dovuti għal sena finanzjarja partikolari. Sabiex tinżamm il-koerenza bejn is-sistema tal-Bord ta’ ġbir bil-quddiem tal-kontribuzzjonijiet u r-reġim il-ġdid tal-BĊE, u sabiex il-Bord ikun jista’ jkompli jikkalkula u jiġbor bil-quddiem il-kontribuzzjonijiet annwali, l-iskadenzi għat-trażmissjoni tad-data u għall-ħruġ tal-avviżi ta’ kontribuzzjoni skont ir-Regolament Delegat (UE) 2017/2361 jeħtieġ li jiġu emendati. Peress li l-iskadenza biex il-BĊE jiffattura t-tariffi superviżorji hija sal-aħħar ta’ Ġunju ta’ kull sena, jenħtieġ li l-Bord ikun intitolat li jiġbor pagamenti parzjali bil-quddiem fuq il-kontribuzzjonijiet sabiex ikopri l-infiq għall-parti tas-sena finanzjarja tiegħu li tippreċedi dik id-data. Sabiex jiġi minimizzat il-piż amministrattiv fuq l-entitajiet u l-gruppi kkonċernati, u fuq il-Bord, il-pagamenti parzjali bil-quddiem jenħtieġ li jinġabru biss minn entitajiet u gruppi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Bord. |
|
(4) |
L-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2017/2361 uriet li huwa importanti li l-bidliet fil-kompożizzjoni tal-grupp ta’ entitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 u li għalhekk huma meħtieġa jikkontribwixxu għall-infiq amministrattiv tal-Bord, ikunu riflessi fil-kalkolu annwali tal-kontribuzzjonijiet amministrattivi fil-ħin. Il-Bord, għalhekk, jenħtieġ li juża l-aktar informazzjoni reċenti dwar il-kompożizzjoni tal-grupp ta’ dawk l-entitajiet. Għalhekk, jenħtieġ li l-BĊE, l-awtoritajiet nazzjonali ta’ riżoluzzjoni u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jassistu lill-Bord bl-informazzjoni rilevanti kollha biex jivvaluta jekk entità hijiex obbligata li tikkontribwixxi għall-infiq amministrattiv tal-Bord. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat il-mod kif il-Bord għandu jittratta każijiet fejn l-entrati fl-entitajiet marbuta li jikkontribwixxu għall-infiq amministrattiv tal-Bord, iseħħu f’tali żmien tas-sena meta l-BĊE ma jibqax jiddetermina d-data korrispondenti. |
|
(5) |
Għal raġunijiet operazzjonali, huwa meħtieġ li l-Bord ikollu data ta’ skadenza ċara għad-determinazzjoni tal-kompożizzjoni tal-grupp ta’ entitajiet li jidħlu fil-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet annwali f’sena partikolari. Jenħtieġ li l-Bord jirrevedi dak il-kalkolu fis-sena ta’ wara biex jinkorpora kwalunkwe bidla li setgħet seħħet wara dik id-data ta’ skadenza. |
|
(6) |
Il-bidla tal-BĊE minn sistema ta’ ħruġ ta’ tariffi ex ante għal sistema ta’ ħruġ ta’ tariffi ex post rriżultat f’nuqqas fit-trażmissjoni ta’ data mill-BĊE lill-Bord għall-perjodu minn Diċembru 2019 sa Ġunju 2021. Sabiex jiġi żgurat li l-Bord ikun jista’ jiġbor ir-riżorsi biex ikopri l-infiq amministrattiv tiegħu għall-2021 bid-data li tkun disponibbli għalih fil-bidu ta’ dik is-sena, huma meħtieġa arranġamenti tranżizzjonali għas-sena finanzjarja 2021. Sabiex tiġi riflessa s-sitwazzjoni tal-entitajiet kontribwenti eqreb għas-sena finanzjarja 2021, madankollu, jenħtieġ li l-Bord jikkalkula mill-ġdid dawk il-kontribuzzjonijiet fl-2022 abbażi ta’ data aktar reċenti li sadanittant tkun saret disponibbli għalih. Id-differenza bejn l-ammont tal-kontribuzzjoni annwali individwali dovuta għas-sena finanzjarja 2021 kif ikkalkulat mill-ġdid fis-sena 2022 u l-ammont ta’ dik il-kontribuzzjoni kif ikkalkulat fis-sena 2021 jenħtieġ li jiżdied jew jitnaqqas, rispettivament, mill-ammont tal-kontribuzzjoni annwali individwali dovuta għas-sena finanzjarja 2022. |
|
(7) |
Peress li l-Bord jeħtieġ li japplika l-arranġamenti tranżizzjonali sabiex jiġbor il-kontribuzzjonijiet għall-infiq amministrattiv tiegħu għas-sena finanzjarja 2021 malajr kemm jista’ jkun wara l-bidu tas-sena, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Tali dħul fis-seħħ bikri ma għandu l-ebda impatt fuq l-entitajiet soġġetti għall-kontribuzzjonijiet, għax ir-regola ġenerali li l-Bord jista’ juża l-aħħar data disponibbli sabiex jikkalkula l-kontribuzzjonijiet, meta l-BĊE ma jkunx ipprovda lill-Bord bl-aktar data riċenti fil-ħin, diġà hija stabbilita mill-Artikolu 6(7) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/2361. Għalhekk mhi meħtieġa l-ebda preparazzjoni mill-entitajiet ikkonċernati. |
|
(8) |
Għaldaqstant, ir-Regolament Delegat (UE) 2017/2361 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/2361 huwa emendat kif ġej:
|
“1. |
għandu jiddaħħal l-Artikolu 4a li ġej: “Artikolu 4a Pagamenti parzjali bil-quddiem fuq il-kontribuzzjonijiet annwali individwali 1. Kull sena finanzjarja, qabel ma jirċievi d-data skont l-Artikolu 6(1), il-Bord jista’ jiġbor mingħand l-entitajiet u l-gruppi msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (a), pagamenti parzjali bil-quddiem fuq il-kontribuzzjonijiet annwali individwali għal ammont li jasal sa 75 % tal-ammont ta’ kontribuzzjonijiet annwali imsemmi fl-Artikolu 3(1) għal dik is-sena finanzjarja. Il-pagament parzjali bil-quddiem ta’ kull entità jew grupp għandu jiġi kkalkulat b’mod proporzjonali għall-kontribuzzjonijiet annwali individwali kkalkulati għal tali entità jew grupp fis-sena finanzjarja immedjatament preċedenti. 2. Il-Bord għandu jnaqqas il-ħlas tal-pagament parzjali bil-quddiem mill-kontribuzzjoni annwali individwali tal-entità jew tal-grupp għal dik is-sena finanzjarja.”; |
|
“2. |
l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
|
“3. |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
|
“4. |
fl-Artikolu 8, il-paragrafi 3 sa 8 huma sostitwiti b’dan li ġej: “3. L-avviż ta’ kontribuzzjoni għandu jispeċifika l-ammont tal-kontribuzzjoni annwali individwali, jew tal-pagament parzjali bil-quddiem imsemmi fl-Artikolu 4a, u l-mod li bih il-kontribuzzjoni annwali jew il-pagament parzjali bil-quddiem għandhom jitħallsu. L-avviż ta’ kontribuzzjoni għandu jkun irraġunat kif suppost fir-rigward tal-aspetti fattwali u legali tad-deċiżjoni tal-kontribuzzjoni individwali jew tal-pagament parzjali bil-quddiem. 4. Il-Bord għandu jindirizza kwalunkwe komunikazzjoni oħra fir-rigward tal-kontribuzzjoni annwali individwali, inkluż kwalunkwe deċiżjoni ta’ saldu meħuda skont l-Artikolu 10(8) u jekk applikabbli, fir-rigward tal-pagament parzjali bil-quddiem, lid-debitur tal-kontribuzzjoni. 5. Il-kontribuzzjoni annwali individwali jew il-pagament parzjali bil-quddiem għandhom ikunu pagabbli f’euro. 6. Id-debitur tal-kontribuzzjoni għandu jħallas l-ammont tal-kontribuzzjoni annwali individwali jew pagament parzjali bil-quddiem fi żmien 35 jum kalendarju mill-ħruġ tal-avviż tal-kontribuzzjoni. Id-debitur tal-kontribuzzjoni għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-avviż tal-kontribuzzjoni fir-rigward tal-ħlas tal-kontribuzzjoni annwali individwali jew pagament parzjali bil-quddiem. Id-data tal-pagament għandha tkun id-data meta jiġi kkreditat il-kont tal-Bord. 7. Il-kontribuzzjoni annwali individwali u, jekk applikabbli, il-pagament parzjali bil-quddiem, dovuti mill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 li huma membri tal-istess grupp għandhhom jinġabru mingħand id-debitur tal-kontribuzzjoni ta’ dak il-grupp. 8. Mingħajr preġudizzju għal kull rimedju ieħor disponibbli għall-Bord, fil-każ ta’ pagament parzjali, nuqqas ta’ ħlas jew nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet għall-ħlas speċifikati fl-avviż tal-kontribuzzjoni, l-imgħax għandu jakkumula fuq bażi ta’ kuljum fuq l-ammont pendenti tal-kontribuzzjoni annwali individwali u, jekk applikabbli, tal-pagament parzjali bil-quddiem b’rata tal-imgħax daqs ir-rata ta’ rifinanzjament ewlenija tal-BĊE miżjuda bi 8 punti perċentwali mid-data meta kien dovut il-ħlas.”; |
|
“5. |
L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
|
“6. |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu 14a li ġej: “Artikolu 14a Arranġamenti tranżizzjonali għas-sena finanzjarja 2021 Fl-2021, il-Bord għandu jikkalkula l-kontribuzzjonijiet annwali individwali dovuti għas-sena finanzjarja 2021 abbażi tad-data pprovduta mill-BĊE lill-Bord fl-2019 u kwalunkwe aġġornament sussegwenti għalihom skont l-Artikolu 6. Fl-2022, il-Bord għandu jikkalkula mill-ġdid il-kontribuzzjonijiet annwali individwali dovuti għas-sena finanzjarja 2021 abbażi tad-data pprovduta mill-BĊE lill-Bord fl-2021 skont l-Artikolu 6. Kwalunkwe differenza bejn l-ammont oriġinarjament ikkalkulat għas-sena finanzjarja 2021 u l-ammont rikalkulat għandha tiġi saldata meta jiġu kkalkolati l-kontribuzzjonijiet annwali dovuti għas-sena finanzjarja 2022.”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2361 tal-14 ta’ Settembru 2017 dwar is-sistema finali ta’ kontribuzzjonijiet għall-infiq amministrattiv tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (ĠU L 337, 19.12.2017, p. 6).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1163/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar it-tariffi superviżorji (BĊE/2014/41) (ĠU L 311, 31.10.2014, p. 23).
(4) Ir-Regolament (UE) 2019/2155 Tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Diċembru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1163/2014 dwar it-tariffi superviżorji (BĊE/2019/37) (ĠU L 327, 17.12.2019, p. 70).