15.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/17


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2021/445

tat-12 ta’ Marzu 2021

li jħassar ir-Regolament(UE) Nru 270/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/449 tat-12 ta’ Marzu 2021 li tħassar id-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-21 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/172/PESK (2).

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011 (3) jagħti effett lid-Deċiżjoni 2011/172/PESK.

(3)

Fit-12 ta’ Marzu 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/449, li ħassret id-Deċiżjoni 2011/172/PESK.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 270/2011 jitħassar,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 270/2011 huwa b’dan imħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

A. P. ZACARIAS


(1)  Ara paġna 46 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK tal- 21 ta’ Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU L 76, 22.3.2011, p. 63).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011 tal- 21 ta’ Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU L 76, 22.3.2011, p. 4).