|
1.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/364
tas-26 ta’ Frar 2021
li japprova l-kloru attiv iġġenerat mill-klorur tas-sodju permezz tal-elettroliżi bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 1
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta’ Lulju 2007, l-awtorità kompetenti tas-Slovakkja (“l-awtorità kompetenti għall-evalwazzjoni”) irċeviet applikazzjoni, f’konformità mal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), għall-inklużjoni tas-sustanza attiva kloru attiv iġġenerat mill-klorur tas-sodju permezz tal-elettroliżi fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 1, l-iġjene tal-bniedem, kif definit fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva, li jikkorrispondi għat-tip ta’ prodott 1 kif definit fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(2) |
Fid-19 ta’ Novembru 2010, l-awtorità kompetenti għall-evalwazzjoni ressqet ir-rapport tal-valutazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE. |
|
(3) |
Fis-16 ta’ Ġunju 2020, il-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali adotta l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (3) (“l-Aġenzija”), wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti għall-evalwazzjoni. |
|
(4) |
Skont dik l-opinjoni, il-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 1 li jużaw il-kloru attiv iġġenerat mill-klorur tas-sodju permezz tal-elettroliżi jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE, dment li jiġu ssodisfati ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu tagħhom. |
|
(5) |
Filwaqt li titqies l-opinjoni tal-Aġenzija, jixraq li l-kloru attiv iġġenerat mill-klorur tas-sodju permezz tal-elettroliżi bħala sustanza attiva jiġi approvat għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 1, soġġett għall-konformità ma’ ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kloru attiv iġġenerat mill-klorur tas-sodju permezz tal-elettroliżi huwa approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 1 soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).
(3) L-Opinjoni tal-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali dwar l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva kloru attiv iġġenerat mill-klorur tas-sodju permezz tal-elettroliżi, Tip ta’ prodott: 1, ECHA/BPC/250 adottata fis-16 ta’ Ġunju 2020.
ANNESS
|
Isem Komuni |
Isem tal-IUPAC Numri ta’ Identifikazzjoni |
Grad minimu ta’ purità tas-sustanza attiva (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni |
Tip ta’ prodott |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
|
Kloru attiv iġġenerat mill-klorur tas-sodju bl-elettroliżi |
Isem IUPAC: mhux applikabbli Numru KE: mhux applikabbli Nru CAS: mhux applikabbli Prekursur: Isem IUPAC: Klorur tas-Sodju Nru KE 231-598-3 Nru CAS 7647-14-5 |
L-ispeċifikazzjonijiet għall-kloru attiv iġġenerat mill-klorur tas-sodju permezz tal-elettroliżi huma dipendenti fuq il-prekursur klorur tas-sodju li jrid jikkonforma mar-rekwiżiti tal-purità ta’ wieħed mill-istandards li ġejjin: Marka NF, EN 973 A, EN 973 B, EN 14805 Tip 1, EN 14805 Tip 2, EN 16370 Tip 1, EN 16370 Tip 2, EN 16401 Tip 1, EN 16401 Tip 2, CODEX STAN 150-1985 jew Farmakopea Ewropea 9.0. |
L-1 ta’ Lulju 2021 |
It-30 ta’ Ġunju 2031 |
1 |
Fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-esponimenti, lir-riskji u lill-effikaċja marbuta ma’ kull użu kopert b’applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, iżda li ma jkunx indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskji tas-sustanza attiva fil-livell tal-Unjoni. |
(1) Ir-rekwiżiti ta’ purità għall-prekursur f’din il-kolonna huma dawk ipprovduti fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva evalwata.