22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 60/21


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/268

tat-28 ta’ Ottubru 2020

li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli ta’ referenza għall-foresti li jeħtieġ jiġu applikati mill-Istati Membri għall-perjodu 2021–2025

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni (UE) Nru 529/2013/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(8) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Istati Membri ppreżentaw lill-Kummissjoni l-pjanijiet nazzjonali tal-kontabbiltà għall-forestrija, inkluż il-livelli ta’ referenza għall-foresti proposti għall-perjodu mill-2021 sal-2025.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 8(6) tar-Regolament (UE) 2018/841, il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni teknika tal-pjanijiet nazzjonali tal-kontabbiltà għall-forestrija ppreżentati mill-Istati Membri, bil-ħsieb li tivvaluta kemm il-livelli ta’ referenza għall-foresti proposti ġew iddeterminati f’konformità mal-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 4 u 5 tal-Artikolu 8 u fl-Artikolu 5(1) ta’ dak ir-Regolament.

(3)

Kif meħtieġ mill-Artikolu 8(6) tar-Regolament (UE) 2018/841 u f’konformità mal-impenn meħud matul in-negozjati ta’ dak ir-Regolament, kif stabbilit fid-Dikjarazzjoni dwar l-involviment ta’ esperti indirizzata lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni, fit-30 ta’ Ottubru 2018 stabbiliet grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni (2) (“il-grupp ta’ esperti”) inkarigat li jassisti lill-Kummissjoni fit-twettiq tal-valutazzjoni teknika. Il-grupp ta’ esperti kien jinkludi, fost l-oħrajn, esperti maħtura mill-Istati Membri u individwi maħtura fil-kapaċità personali tagħhom, li jaġixxu b’mod indipendenti u fl-interess tal-pubbliku, rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tar-riċerka u dawk nongovernattivi, u partijiet ikkonċernati.

(4)

Abbażi tal-fehmiet tal-grupp ta’ esperti u l-valutazzjoni teknika, il-Kummissjoni ħarġet rakkomandazzjonijiet tekniċi lill-Istati Membri, bil-ħsieb li tiffaċilita r-reviżjoni teknika tal-livelli ta’ referenza għall-foresti proposti. Il-Kummissjoni ppubblikat ir-rakkomandazzjonijiet tekniċi fit-18 ta’ Ġunju 2019 (3).

(5)

Kif meħtieġ mill-Artikolu 8(7) tar-Regolament (UE) 2018/841, abbażi tal-valutazzjoni teknika u tar-rakkomandazzjonijiet tekniċi, l-Istati Membri rrevedew il-pjanijiet nazzjonali tal-kontabbiltà għall-foresti tagħhom u f’xi każijiet, ipproponew livelli ta’ referenza, u kkomunikaw l-informazzjoni lill-Kummissjoni. Fil-25 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni ppubblikat il-livelli ta’ referenza proposti u meta applikabbli, riveduti.

(6)

Il-grupp ta’ esperti qabel li l-livelli ta’ referenza għall-foresti li l-Kummissjoni qed tipproponi li jiġu inklużi fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2018/841, kienu ddeterminati f’konformità mal-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 4 u 5 tal-Artikolu 8 u fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2018/841.

(7)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-livelli ta’ referenza għall-foresti li jeħtieġ jiġu applikati mill-Istati Membri għall-perjodu mill-2021 sal-2025.

(8)

Dan ir-Regolament huwa konformi mal-opinjoni tal-grupp ta’ esperti għall-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija tal-Kummissjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV tar-Regolament (UE) 2018/841 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 156, 19.6.2018, p. 1.

(2)  Il-grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni għall-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF) (E03638).

(3)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD(2019) 213 final tat-18 ta’ Ġunju 2019 dwar il-Valutazzjoni tal-pjanijiet Nazzjonali tal-Kontabbiltà għall-Forestrija.


ANNESS

Fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2018/841, tiżdied it-Taqsima C li ġejja:

“C.   Il-livelli ta’ referenza għall-foresti li jeħtieġ jiġu applikati mill-Istati Membri għall-perjodu mill-2021 sal-2025

Stat Membru

Il-livell ta’ referenza għall-foresti għall-perjodu mill-2021 sal-2025 f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2 kull sena

Il-Belġju

– 1 369 009

Il-Bulgarija

– 5 105 986

Iċ-Ċekja

– 6 137 189

Id-Danimarka

+ 354 000

Il-Ġermanja

– 34 366 906

L-Estonja

– 1 750 000

L-Irlanda

+ 112 670

Il-Greċja

– 2 337 640

Spanja

– 32 833 000

Franza

– 55 399 290

Il-Kroazja

– 4 368 000

L-Italja

– 19 656 100

Ċipru

– 155 779

Il-Latvja

– 1 709 000

Il-Litwanja

– 5 164 640

Il-Lussemburgu

– 426 000

L-Ungerija

– 48 000

Malta

-38

In-Netherlands

– 1 531 397

L-Awstrija

– 4 533 000

Il-Polonja

– 28 400 000

Il-Portugall

– 11 165 000

Ir-Rumanija

– 24 068 200

Is-Slovenja

– 3 270 200

Is-Slovakkja

– 4 827 630

Il-Finlandja

– 29 386 695

L-Iżvezja

– 38 721 000

Ir-Renju Unit

– 20 701 550 ”