14.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/1


IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/24

tat-13 ta’ Jannar 2021

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għar-Renju Unit fil-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni u jsir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 8, il-paragrafu 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd (2) għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi, u b’mod partikolari l-Artikoli 23(1), 24(2) u 25(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni lejn l-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, tat-tjur u l-prodotti tat-tjur (“il-prodotti”). Jipprevedi li l-komoditajiet jistgħu biss jiġu importati fl-Unjoni jew jgħaddu minnha bi tranżitu, mill-pajjiżi terzi, it-territorji, iż-żoni jew il-kumpartimenti elenkati fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment ikunu jistgħu jitqiesu ħielsa mill-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (HPAI).

(3)

Ir-Renju Unit qed jiġi elenkat fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li minnu huma awtorizzati l-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha ta’ ċerti prodotti tat-tjur tal-irziezet minn ċerti partijiet tat-territorju proprju skont il-preżenza tal-HPAI. Ir-reġjonalizzazzjoni tar-Renju Unit ġiet stabbilita fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, kif emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2020/2205 (4).

(4)

Madankollu, f’Diċembru 2020 ir-Renju Unit ikkonferma aktar tifqigħat tal-HPAI tas-sottotipi H5N8 u H5N1 f’azjendi tat-tjur fit-territorju tiegħu. Minħabba dawk it-tifqigħat, reġjonalizzazzjoni ulterjuri tal-pajjiż ġiet stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1742 (5), kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2240 (6) u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2242 (7) f’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Ftehim dwar il-Ħruġ), mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq f’konformità mal-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq għall-Ftehim dwar il-Ħruġ flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll. Peress li l-miżuri għall-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ dawk it-tifqigħat ikomplu wara l-31 ta’ Diċembru 2020, dik ir-reġjonalizzazzjoni għandha tiġi riflessa fir-Regolament (KE) Nru 798/2008.

(5)

Barra minn hekk, wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2240 u 2020/2242, ir-Renju Unit ikkonferma aktar tifqigħat tal-HPAI fiż-żoni stabbiliti fihom, li jenħtieġ li jiġu riflessi wkoll fir-Regolament (KE) Nru 798/2008.

(6)

Għaldaqstant, l-entrata għar-Renju Unit fit-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jenħtieġ li tiġi emendata biex titqies il-qagħda epidemjoloġika attwali f'dak il-pajjiż terz.

(7)

Barra minn hekk, peress li r-reġjonalizzazzjoni tar-Renju Unit għal dawk it-tifqigħat ġiet stabbilita meta l-liġi tal-Unjoni kienet tapplika għal dak il-pajjiż f’konformità mal-Ftehim dwar il-Ħruġ, il-miżuri protettivi fir-rigward tat-tifqigħat tal-HPAI kkonfermati fl-2020 kienu jitneħħew 30 jum wara d-data tal-konferma. Huwa xieraq, għalhekk, li dawk id-dati jiġu indikati bħala d-dati minn meta ż-żoni taħt restrizzjoni minħabba t-tifqigħat ikkonfermati fl-2020 jistgħu jerġgħu jitqiesu bħala ħielsa mill-HPAI u l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u t-tranżitu minnha ta’ ċerti prodotti tat-tjur li joriġinaw f’dawk iż-żoni jeħtieġ li jerġgħu jiġu awtorizzati.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Jannar 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1)

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2205 tat-22 ta’ Diċembru 2020 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-entrata għar-Renju Unit u d-Dipendenza tal-Kuruna ta’ Guernsey fil-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom ċerti kunsinni ta’ tjur jew prodotti tat-tjur jistgħu jiġu importati fl-Unjoni jew jgħaddu minnha bi tranżitu (ĠU L 438, 28.12.2020, p. 11).

(5)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1742 tal-20 ta’ Novembru 2020 dwar ċerti miżuri protettivi fir-rigward ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fir-Renju Unit (ĠU L 392, 23.11.2020, p. 60).

(6)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2240 tat-23 ta’ Diċembru 2020 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1742 dwar ċertu miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fir-Renju Unit (ĠU L 436, 28.12.2020, p. 34).

(7)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2242 tat-23 ta’ Diċembru 2020 dwar ċerti miżuri protettivi fir-rigward ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 fir-Renju Unit (ĠU L 436, 28.12.2020, p. 69).


ANNESS

Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-entrata għar-Renju Unit tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“GB - Ir-Renju Unit (*1)

GB-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

 

GB-1

Il-pajjiż kollu tar-Renju Unit, minbarra ż-żona GB-2

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

 

 

A

 

 

WGM

 

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

 

GB-2

It-territorju tar-Renju Unit li jikkorrispondi għal:

 

 

 

 

 

 

 

 

GB-2.1

Il-Kontea ta’ North Yorkshire:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek. N54.30 u W1.47

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

6.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

6.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

6.1.2021

 

 

 

GB-2.2

Il-Kontea ta’ North Yorkshire:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek. N54.29 u W1.45

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

8.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

8.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

8.1.2021

 

 

 

GB-2.3

Il-Kontea ta’ Norfolk:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek. N52.49 u E0.95

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

10.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

10.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

10.1.2021

 

 

 

GB-2.4

Il-Kontea ta’ Norfolk:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek. N52.72 u E0.15

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

11.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

11.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

11.1.2021

 

 

 

GB-2.5

Il-Kontea ta’ Derbyshire:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek .N52.93 u W1.57

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

17.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

17.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

17.1.2021

 

 

 

GB-2.6

Il-Kontea ta’ North Yorkshire:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek.N54.37 u W2.16

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

19.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

19.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

19.1.2021

 

 

 

GB-2.7

Il-Gżejjer Orkney

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek. N59.28 u W2.44

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

20.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

20.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

20.1.2021

 

 

 

GB-2.8

Il-Kontea ta’ Dorset:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek. N51.06 u W2.27

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

20.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

20.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

20.1.2021

 

 

 

GB-2.9

Il-Kontea ta’ Norfolk:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek. N52.52 u E0.96

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

23.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

23.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

23.1.2021

 

 

 

GB-2.10

Il-Kontea ta’ Norfolk:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek. N52.52 u E0.95

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

28.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

28.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

28.1.2021

 

 

 

GB-2.11

Il-Kontea ta’ Norfolk:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10.4 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek. N52.53 u E0.66

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

7.2.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

7.2.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

7.2.2021

 

 

 

GB-2.12

Il-Kontea ta’ Devon:

Iż-żona li tinsab f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrata f’WGS84 koordinati dek. N50.70 u W3.36

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA, LT20

 

N

P2

1.1.2021

31.1.2021

A

 

 

WGM

 

P2

1.1.2021

31.1.2021

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

1.1.2021

31.1.2021

 

 

 


(*1)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.”.