24.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 419/14


LINJA GWIDA (UE) 2021/2041 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-11 ta’ Novembru 2021

li temenda l-Linja Gwida (UE) 2016/2249 dwar il-qafas legali għall-kontabilità u r-rapportar finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (BĊE/2021/51)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikoli 12.1, 14.3 u 26.4 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-kontribut tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) skont it-tieni u t-tielet inċiżi tal-Artikolu 46.2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Linja Gwida (UE) 2016/2249 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/34) (1) tistabbilixxi r-regoli għall-istandardizzar tal-kontabilità u r-rapportar finanzjarju ta’ operazzjonijiet imwettqa mill-banek ċentrali nazzjonali ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

(2)

Huwa meħtieġ li jiġi ċċarat fir-rigward tal-metodi ekonomiċi u metodi ta’ kontabilità skont id-data tal-ħlas li l-ammont ta’ indiċjar pagabbli mal-maturità għandu jkun parti mill-ammont riportat fil-kotba ta’ bonds marbuta ma’ indiċi fi tmiem it-trimestru.

(3)

Emendi tekniċi addizzjonali għall-Anness IV huma meħtieġa sabiex: (a) tiġi żgurata l-konsistenza madwar l-Eurosistema fir-rigward tar-rapportar finanzjarju tal-bilanċi ma’, u t-titoli maħruġa minn, organizzazzjonijiet internazzjonali; (b) tkun tista’ ssir il-klassifikazzjoni ta’ titoli inadempjenti bħala parti minn partiti varji fuq in-naħa tal-assi tal-karta tal-bilanċ; u (c) tiġi ċċarata l-klassifikazzjoni ta’ fondi u kontijiet ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji fuq in-naħa tal-passiv tal-karta tal-bilanċ.

(4)

Għaldaqstant, il-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34) għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi

Il-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34) hija emendata kif ġej:

1.

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Bl-eċċezzjoni tal-aġġustamenti tal-kontabilità ta’ tmiem it-trimestru u ta’ tmiem is-sena u tal-partiti żvelati taħt ‘Assi oħrajn’ u ‘Passiv ieħor’, l-ammonti ppreżentati bħala parti mir-rapportar finanzjarju ta’ kuljum għall-finijiet ta’ rapportar finanzjarju tal-Eurosistema għandhom juru biss iċ-ċaqliq tal-flus kontanti fil-partiti tal-karta tal-bilanċ. Fl-aħħar ta kull trimestru u ta’ kull sena, l-amortizzament u kwalunkwe ammont ta’ indiċjar pagabbli mal-maturità bħala parti mill-ammont prinċipali ta’ bonds marbuta ma’ indiċi għandhom ikunu inklużi wkoll fil-valur kontabilistiku tat-titoli.’;

2.

L-Anness IV huwa sostitwit bl-Anness ta’ din il-Linja Gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni

1.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

2.   Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida mill-31 ta’ Diċembru 2021.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-11 ta’ Novembru 2021.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Linja Gwida (UE) 2016/2249 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Novembru 2016 dwar il-qafas legali għall-kontabilità u r-rapportar finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (BĊE/2016/34) (ĠU L 347, 20.12.2016, p. 37).


ANNESS

L-Anness IV tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ “ANNESS IV

KOMPOŻIZZJONI U REGOLI TAL-VALUTAZZJONI GĦALL-KARTA TAL-BILANĊ  (1)

ASSI

Partita tal-karta tal-bilanċ (2)  (6)

Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-partiti tal-karta tal-bilanċ

Prinċipju tal-valutazzjoni

Kamp ta' applikazzjoni (3) )

1

1

Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb

Deheb fiżiku, jiġifieri ingotti, muniti, platti, biċċiet tad-deheb maħżunin jew “under way”. Deheb mhux fiżiku, bħal ma huma bilanċi f’gold sight accounts (kontijiet mhux allokati), depożiti b’terminu u pretensjonijiet biex jiġi rċevut deheb li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet li ġejjin: (a) tranżazzjonijiet ta’ titjib jew tnaqqis fil-grad; u (b) lokazzjoni tad-deheb jew swaps tal-purità fejn ikun hemm differenza ta’ aktar minn jum ta’ negozju wieħed bejn ir-rilaxx u r-riċevuta

Valur tas-suq

Obbligatorji

2

2

Pretensjonijiet fuq residenti minn barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija

Pretensjonijiet fuq kontropartijiet residenti barra ż-żona tal-euro, inklużi banek ċentrali barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija

 

 

2.1

2.1

Ammonti riċevibbli mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF)

(a)

Drittijiet ta’ żbank fi ħdan il-porzjon tar-riżerva (nett)

Kwota nazzjonali bit-tnaqqis tal-bilanċi f'euro għad-dispożizzjoni tal-IMF. Il-kont Nru 2 tal-IMF (kont f’euro għal spejjeż amministrattivi) jista’ jiġi inkluż taħt din il-partita jew taħt il-partita “Passiv għar-residenti barra ż-żona euro denominat f’euro”

(a)

Drittijiet ta’ żbank fi ħdan il-porzjon tar-riżerva (nett)

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorji

(b)

Drittijiet ta’ Żbank Speċjali (SDRs)

Investimenti f’SDRs (gross)

(b)

SDRs

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorji

(c)

Pretensjonijiet oħrajn

Arranġamenti ġenerali għat-teħid ta’ self, self taħt arranġamenti speċjali ta’ teħid ta’ self, depożiti li jsiru fi trusts taħt il-ġestjoni tal-IMF

(c)

Pretensjonijiet oħrajn

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorji

2.2

2.2

Bilanci ma’ banek u investimenti f’titoli, self barrani u assi esterni oħrajn

(a)

Bilanċi ma’ banek barra ż-żona tal-euro minbarra dawk taħt il-partita tal-assi 11.3 “Assi finanzjarji oħrajn”

Kontijiet kurrenti, depożiti b’terminu fiss, self b’avviż ta’ jum, tranżazzjonijiet ta’ retroriakkwist

(a)

Bilanċi ma’ banek barra ż-żona tal-euro

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorji

(b)

Investimenti f’titoli barra ż-żona tal-euro minbarra dawk taħt il-partita tal-assi 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, ishma ordinarji, fondi ta’ investiment miżmuma bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġin minn residenti barra ż-żona tal-euro

(b)

 

 

(i)

Titoli ta’ dejn negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

Obbligatorji

(ii)

Titoli ta’ dejn negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani. Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

Obbligatorji

(iii)

Titoli ta’ dejn mhux negozjabbli

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani. Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

Obbligatorji

(iv)

Ishma ordinarji negozjabbli

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorji

(v)

Fondi ta’ investiment negozjabbli

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorji

(c)

Self barrani (depożiti) barra miż-żona tal-euro minbarra dak taħt il-partita tal-assi 11.3 “Assi finanzjarji oħrajn”

(c)

Self barrani

Depożiti skont il-valur nominali, maqlubin bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorji

(d)

Assi barranin oħrajn

Karti tal-flus u muniti mhux taż-żona tal-euro

(d)

Assi barranin oħrajn

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorji

3

3

Pretensjonijiet fuq residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija

(a)

Investimenti f’titoli fiż-żona tal-euro minbarra dawk taħt il-partita tal-assi 11.3 “Assi finanzjarji oħrajn”

Noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, ishma ordinarji, fondi ta’ investiment miżmumin bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġin minn residenti taż-żona tal-euro

(a)

 

 

(i)

Titoli ta’ dejn negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

Obbligatorji

(ii)

Titoli ta’ dejn negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani. Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

Obbligatorji

(iii)

Titoli ta’ dejn mhux negozjabbli

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani. Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

Obbligatorji

(iv)

Ishma azzjonarji negozjabbli

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorji

(v)

Fondi ta’ investiment negozjabbli

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorji

(b)

Pretensjonijiet oħrajn fuq residenti taż-żona tal-euro minbarra dawk taħt il-partita tal-assi 11.3 “Assi finanzjarji oħrajn”

Self, depożiti, tranżazzjonijiet ta’ retroriakkwist, self varju

(b)

Pretensjonijiet oħrajn

Depożiti u self ieħor skont il-valur nominali, maqlubin bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorji

4

4

Pretensjonijiet fuq residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro

 

 

 

4.1

4.1

Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self

(a)

Bilanċi ma’ banek barra ż-żona tal-euro minbarra dawk taħt il-partita tal-assi 11.3 “Assi finanzjarji oħrajn”

Kontijiet kurrenti, depożiti b’terminu fiss, self b’avviż ta’ jum. Tranżazzjonijiet ta’ retroriakkwist b’rabta mal-ġestjoni ta’ titoli denominati f’euro

(a)

Bilanċi ma’ banek barra ż-żona tal-euro

Valur nominali

Obbligatorji

(b)

Titoli maħruġin minn entitajiet barra ż-żona tal-euro minbarra dawk taħt il-partita tal-assi 11.3 “Assi finanzjarji oħrajn” jew il-partita tal-assi 7.1 “Titoli miżmumin għall-finijiet tal-politika monetarja”

Ishma ordinarji, fondi ta’ investiment, noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, kollha maħruġin minn residenti mhux fiż-żona tal-euro

(b)

 

 

(i)

Titoli ta’ dejn negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq. Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

Obbligatorji

(ii)

Titoli ta' dejn negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Kost suġġett għall-indeboliment. Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

Obbligatorji

(iii)

Titoli ta’ dejn mhux negozjabbli

Kost suġġett għall-indeboliment. Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

Obbligatorji

(iv)

Ishma ordinarji negozjabbli

Prezz tas-suq

Obbligatorji

(v)

Fondi ta’ investiment negozjabbli

Prezz tas-suq

Obbligatorji

(c)

Self barra ż-żona tal-euro minbarra dak taħt il-partita tal-assi 11.3 “Assi finanzjarji oħrajn”

(c)

Self barra ż-żona tal-euro

Depożiti skont il-valur nominali

Obbligatorji

4.2

4.2

Pretensjonijiet li jirriżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt il-Mekkaniżmu tar-Rata tal-Kambju (ERM) II

Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II

Valur nominali

Obbligatorji

5

5

Self lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro

Partiti 5.1 sa 5.5: tranżazzjonijiet skont l-instrumenti rispettivi tal-politika monetarja deskritti fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (4)

 

 

5.1

5.1

Operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin

Tranżazzjonijiet ta’ retroriakkwist regolari li jipprovdu likwidità ta’ kull ġimgħa u li normalment għandhom maturità ta’ ġimgħa

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorji

5.2

5.2

Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal

Tranżazzjonijiet ta’ retroriakkwist regolari li jipprovdu likwidità bi frekwenza ta’ kull xahar, u b'maturità itwal minn dik ta’ operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorji

5.3

5.3

Operazzjonijiet ta’ retroriakkwist ta’ rfinar

Tranżazzjonijiet ta’ retroriakkwist, eżegwiti bħala tranżazzjonijiet ad hoc għal finijiet ta’ rfinar

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorji

5.4

5.4

Operazzjonijiet ta’ retroriakkwist strutturali

Tranżazzjonijiet ta’ retroriakkwist li jaġġustaw il-pożizzjoni strutturali tal-Eurosistema fil-konfront tas-settur finanzjarju

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorji

5.5

5.5

Faċilità ta' self marġinali

Faċilità ta’ likwidità mil-lejl għan-nhar b’rata ta’ imgħax fuq assi eliġibbli speċifikata minn qabel (faċilità permanenti)

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorji

5.6

5.6

Krediti relatati ma’ appelli għall-marġni

Kreditu addizzjonali lil istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jirriżulta minn żidiet fil-valur tal-assi sottostanti fir-rigward ta’ kreditu ieħor lil dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu

Valur nominali jew kost

Obbligatorji

6

6

Pretensjonijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro denominati f’euro

Kontijiet kurrenti, depożiti b’terminu fiss, self b'avviż ta’ jum, tranżazzjonijiet ta’ retroriakkwist b’rabta mal-ġestjoni ta’ portafolji ta’ titoli taħt il-partita tal-assi 7 “Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro”, inklużi tranżazzjonijiet li jirriżultaw mit-trasformazzjoni tar-riżervi ta’ qabel ta’ munita barranija taż-żona tal-euro u pretensjonijiet oħrajn. Kontijiet korrispondenti ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu mhux domestiċi fiż-żona tal-euro. Pretensjonijiet oħrajn u operazzjonijiet mhux relatati ma’ operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema inkluża Assistenza ta’ Likwidità ta’ Emerġenza fil-forma ta’ self kollateralizzat. Kwalunkwe pretensjoni li tirriżulta minn operazzjonijiet tal-politika monetarja mibdijin minn BĊN qabel ma ssieħeb fl-Eurosistema

Valur nominali jew kost

Obbligatorji

7

7

Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro

 

 

 

7.1

7.1

Titoli miżmumin għal finijiet tal-politika monetarja

Titoli miżmumin għal finijiet tal-politika monetarja (inklużi titoli mixtrija għal finijiet tal-politika monetarja maħruġa minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali jew internazzjonali, jew banek tal-iżvilupp multilaterali, irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom). Ċertifikati ta’ dejn tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) mixtrijin għal finijiet ta’ rfinar

(a)

Titoli negozjabbli ta’ dejn

Kontabilizzati skont konsiderazzjonijiet tal-politika monetarja:

(i)

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

(ii)

Kost suġġett għall-indeboliment (kost meta l-indeboliment ikun kopert minn provvediment taħt il-partita tal-passiv 13(b) “Provvedimenti”). Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

Obbligatorji

(b)

Titoli ta' dejn mhux negozjabbli

Kost suġġett għall-indeboliment. Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorji

7.2

7.2

Titoli oħra

Titoli minbarra dawk taħt il-partita tal-assi 7.1 “Titoli miżmumin għal finijiet tal-politika monetarja” u taħt il-partita tal-assi 11.3 “Assi finanzjarji oħrajn”; karti tal-flus u bonds, kambjali, bonds żero, strumenti tas-suq tal-flus miżmumin għal kollox, inklużi titoli tal-gvern li jirriżultaw minn qabel l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM), denominati f’euro. Ishma ordinarji u fondi ta’ investiment

(a)

Titoli ta’ dejn negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq. Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

Obbligatorji

(b)

Titoli ta’ dejn negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Kost suġġett għall-indeboliment. Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

Obbligatorji

(c)

Titoli ta' dejn mhux negozjabbli

Kost suġġett għall-indeboliment. Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

Obbligatorji

(d)

Ishma ordinarji negozjabbli

Prezz tas-suq

Obbligatorji

(e)

Fondi ta’ investiment negozjabbli

Prezz tas-suq

Obbligatorji

8

8

Dejn tal-gvern ġenerali denominat f’euro

Pretensjonijiet fuq il-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UEM (titoli mhux negozjabbli, self)

Depożiti/self bil-valur nominali, titoli mhux negozjabbli skont il-kost

Obbligatorji

-

9

Pretensjonijiet Intra-Eurosistema (+)

 

 

 

-

9.1

Interess parteċipanti fil-BĊE (+)

Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss

Is-sehem ta’ kull BĊN fil-kapital tal-BĊE f’konformità mat-Trattat u l-iskema kapitali u l-kontribuzzjonijiet rispettivi f’konformità mal-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ

Kost

Obbligatorji

-

9.2

Pretensjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin (+)

Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss

Pretensjonijiet denominati f’euro fuq il-BĊE fir-rigward ta’ trasferimenti inizjali u addizzjonali ta’ riżervi barranin taħt l-Artikolu 30 tal-Istatut tas-SEBĊ

Valur nominali

Obbligatorji

-

9.3

Pretensjonijiet marbutin mal-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn mill-BĊE (+)

Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss

Pretensjonijiet intra-Eurosistema fil-konfront ta’ BĊNi, li jirriżultaw mill-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn mill-BĊE

Kost

Obbligatorji

-

9.4

Pretensjonijiet netti marbutin mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus euro fi ħdan l-Eurosistema

(+)  (*1)

Għall-BĊNi: pretensjoni netta relatata mal-applikazzjoni tal-iskema tal-allokazzjoni tal-karti tal-flus, jiġifieri inklużi l-bilanċi intra-Eurosistema relatati mal-ħruġ ta’ karti tal-flus tal-BĊE, l-ammont kumpensatorju u l-entrata tiegħu fil-kont ta’ bilanċ, kif definiti mid-Deċiżjoni (UE) 2016/2248 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/36) (5)

Għall-BĊE: pretensjonijiet relatati mal-ħruġ tal-karti tal-flus tal-BĊE, f’konformità mad-Deċiżjoni BĊE/2010/29

Valur nominali

Obbligatorji

-

9.5

Pretensjonijiet oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (nett) (+)

Pożizzjoni netta tas-subpartiti li ġejjin:

 

 

(a)

pretensjonijiet netti li jirriżultaw mil-bilanċi tal-kontijiet TARGET2 u kontijiet korrispondenti tal-BĊNi, jiġifieri ċ-ċifra netta tal-pretensjonijiet u l-obbligazjonijiet – ara wkoll il-partita tal-passiv 10.4 “Obbligazzjonijiet oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (netti)”

(a)

Valur nominali

Obbligatorji

(b)

pretensjoni li tirriżulta minħabba d-differenza bejn id-dħul monetarju li jrid jiġi ppuljat u dak li jrid jitqassam mill-ġdid. Rilevanti biss għall-perijodu bejn ir-reġistrazzjoni tad-dħul monetarju bħala parti mill-proċeduri fi tmiem is-sena, u s-saldu tiegħu fl-aħħar jum tax-xogħol f’Jannar ta’ kull sena

(b)

Valur nominali

Obbligatorji

(c)

pretensjonijiet oħrajn intra-Eurosistema denominati f’euro li jistgħu jirriżultaw, inkluża d-distribuzzjoni interim tad-dħul tal-BĊE (*1)

(c)

Valur nominali

Obbligatorji

9

10

Partiti fil-proċess tas-saldu

Bilanċi fil-kont tas-saldu (pretensjonijiet), inkluż iċ-ċaqliq taċ-ċekkijiet li qed jinġabru

Valur nominali

Obbligatorji

9

11

Assi oħrajn

 

 

 

9

11.1

Muniti taż-żona tal-euro

Muniti euro jekk BĊN ma jkunx l-emittent legali

Valur nominali

Obbligatorji

9

11.2

Assi fissi tanġibbli u intanġibbli

Art u bini, għamara u tagħmir inkluż tagħmir tal-kompjuter, software

Kost wara d-deprezzament

Rakkomandati

 

Rati ta’ deprezzament:

Kompjuters u hardware/software relatati, u vetturi bil-mutur: 4 sena

apparat, għamara u impjanti fil-bini: 10 sena

nefqa f'bini u f'rinnovazzjoni ewlenija kapitalizzata: 25 sena

Kapitalizzazzjoni tan-nefqa: ibbażata fuq il-limitu (taħt EUR 10 000 eskluża l-VAT: mingħajr kapitalizzazzjoni)

 

9

11.3

Assi finanzjarji oħrajn

Interessi parteċipanti u investimenti f’sussidjarji; ishma ordinarji u fondi ta’ investiment miżmuma għal raġunijiet strateġiċi/ta’ politika

Titoli, inklużi ishma ordinarji u fondi ta’ investiment, u strumenti u bilanċi finanzjarji oħra eż. depożiti b’terminu fiss u kontijiet kurrenti miżmumin bħala portafoll immarkat

Tranżazzjonjiet ta’ retroriakkwist ma’ istituzzjonijiet finanzjarji b’rabta mal-ġestjoni ta’ portafolji ta’ titoli taħt din il-partita tal-assi

Tranżazzjonijiet repo denominati f’euro ma’ istituzzjonijiet finanzjarji taż-żona tal-euro għajr istituzzjonijiet ta’ kreditu b’rabta mal-ġestjoni ta’ portfolji ta’ titoli għajr dawk miżmumin taħt din il-partita

(a)

Ishma ordinarji negozjabbli

Prezz tas-suq

Rakkomandati

(b)

Fondi ta’ investiment negozjabbli

Prezz tas-suq

Rakkomandati

(c)

Interessi parteċipanti u ishma azzjonarji mhux negozjabbli, u kwalunkwe ishma azzjonarji oħrajn miżmuma bħala investimenti permanenti

Kost suġġett għal indeboliment

Rakkomandati

(d)

Investiment f’sussidjarji jew interessi sinifikanti

Valur tal-assi nett

Rakkomandati

(e)

Titoli ta’ dejn negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq. Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

Rakkomandati

(f)

Titoli ta' dejn negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità jew miżmumin bħala investiment permanenti

Kost suġġett għall-indeboliment. Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

Rakkomandati

(g)

Titoli ta' dejn mhux negozjabbli

Kost suġġett għall-indeboliment. Kull primjum jew skont jiġi amortizzat

Rakkomandati

(h)

Bilanċi ma’ banek u self

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani jekk il-bilanċi jew id-depożiti huma denominati f’muniti barranin

Rakkomandati

9

11.4

Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti barra l-karta tal-bilanċ

Riżultati tal-valutazzjoni ta’ forwards ta’ munita barranija, swaps tal-valuti skont ir-rata tal-kambju, swaps tar-rata tal-imgħax (sakemm ma tapplikax il-marġni ta' varjazzjoni ta' kuljum), ftehimiet tar-rata forward, tranżazzjonijiet forward f’titoli, tranżazzjonijiet ta' kambju barrani immedjata mid-data tan-negozju sad-data tas-saldu

Il-pożizzjoni netta bejn forward u spot, skont ir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorji

9

11.5

Dovuti u prepagamenti

Dħul mhux dovut, imma assenjabbli fil-perijodu rrapportat. Prepagamenti u imgħax akkumulat imħallas, jiġifieri mgħax akkumulat mixtri b’titolu

Valur nominali, kambju maqlub skont ir-rata tas-suq

Obbligatorji

9

11.6

Varji

(a)

Avvanzi, self u partiti minuri oħrajn. Self mogħti fuq bażi fiduċjarja. Muniti denominati f’unitajiet tal-muniti nazzjonali taż-żona tal-euro. Spiża kurrenti (telf akkumulat nett), telf tas-sena preċedenti qabel il-kopertura

(a)

Valur nominali jew kost

Rakkomandati

(b)

Kontijiet ta' sospiża tar-rivalutazzjoni (partita tal-karta tal-bilanċ matul is-sena biss: telf mhux realizzat fid-dati ta’ rivalutazzjoni matul is-sena, li ma humiex koperti mill-kontijiet ta’ rivalutazzjoni rilevanti taħt il-partita tal-passiv “Kontijiet ta’ rivalutazzjoni”).

(b)

Differenza fir-rivalutazzjoni bejn il-kost medju u l-valur tas-suq, bil-kambju maqlub bir-rata tas-suq

Obbligatorji

(c)

Investimenti relatati ma’ depożiti ta’ deheb tal-klijenti

(c)

Valur tas-suq

Obbligatorji

(d)

Assi netti tal-pensjoni

(d)

Skont l-Artikolu 28(2)

Rakkomandati

(e)

Pretensjonijiet u titoli pendenti li jirriżultaw mill-inadempjenza ta’ kontropartijiet jew emittenti eliġibbli fil-kuntest tal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema

(e)

Valur nominali/rekuperabbli (qabel/wara s-saldu tat-telf)

Obbligatorji

(f)

Assi jew pretensjonijiet (fil-konfront ta’ terzi) approprjati u/jew akkwistati fil-kuntest tar-realizzazzjoni tal-kollateral ippreżentat mill-kontropartijiet inadempjenti tal-Eurosistema

(f)

Kost (maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fil-ħin tal-akkwist jekk l-assi finanzjarji huma denominati f’muniti barranin)

Obbligatorji

-

12

Telf għas-sena

 

Valur nominali

Obbligatorji

OBBLIGAZZJONIJIET

Partita tal-karta tal-bilanċ (7)  (9)

Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-partiti tal-karta tal-bilanċ

Prinċipju tal-valutazzjoni

Kamp ta' applikazzjoni (8)

1

1

Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni  (*2)

(a)

Karti tal-flus euro, biż-żieda/bit-tnaqqis tal-aġġustamenti relatati mal-applikazzjoni tal-iskema tal-allokazzjoni tal-karti tal-flus f’konformità mad-Deċiżjoni (UE) 2016/248 (BĊE/2016/36) u d-Deċiżjoni BĊE/2010/29

(a)

Valur nominali

Obbligatorji

(b)

Karti tal-flus denominati f’unitajiet tal-muniti nazzjonali taż-żona tal-euro matul is-sena tal-bidla tal-flus kontanti

(b)

Valur nominali

Obbligatorji

2

2

Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro marbutin mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro

Partiti 2.1, 2.2, 2.3 u 2.5: depożiti f'euro kif deskritti fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60)

 

 

2.1

2.1

Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżerva minima)

Kontijiet denominati f’euro ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma inklużi fil-lista ta’ istituzzjonijiet finanzjarji soġġetti għar-riżervi minimi f’konformità mal-Istatut tas-SEBĊ, minbarra l-istituzzjonijiet ta’ kreditu eżenti mir-rekwiżiti ta’ riżerva minima. Din il-partita fiha primarjament kontijiet użati sabiex jinżammu riżervi minimi u teskludi fondi ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li ma humiex disponibbli liberament

Valur nominali

Obbligatorji

2.2

2.2

Faċilità ta’ depożitu

Depożiti mil-lejl għan-nhar b'rata ta' imgħax speċifikata minn qabel (faċilità permanenti)

Valur nominali

Obbligatorji

2.3

2.3

Depożiti b'terminu fiss

Ġbir għall-finijiet ta’ assorbiment tal-likwidità minħabba operazzjonijiet ta’ rfinar

Valur nominali

Obbligatorji

2.4

2.4

Operazzjonijiet ta’ retroriakkwist ta’ rfinar

Tranżazzjonijiet b’rabta mal-politika monetarja bil-għan li jkun hemm assorbiment ta’ likwidità

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorji

2.5

2.5

Depożiti relatati ma' appelli għall-marġni

Depożiti ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jirriżultaw minn tnaqqis fil-valur ta’ assi sottostanti fil-konfront ta’ krediti lejn dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu

Valur nominali

Obbligatorji

3

3

Obbligazzjonijiet oħrajn lejn istituzzjonijiet ta' kreditu oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro

Tranżazzjonijiet repo ma' istituzzjonijiet ta' kreditu għall-ġestjoni ta’ portafolji ta’ titoli taħt il-partita tal-assi 7 “Titoli ta’ residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro”. Operazzjonijiet oħrajn mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Fondi ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li ma humiex disponibbli liberament, u kontijiet ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu eżenti mir-rekwiżiti ta’ riżerva minima. Kull obbligazzjoni/depożitu li jirriżulta minn operazzjonijiet ta' politika monetarja mibdijin minn bank ċentrali qabel ma ssieħeb fl-Eurosistema

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorji

4

4

Ċertifikati ta' dejn maħruġin

Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss – għall-BĊNi partita tranżizzjonali tal-karta tal-bilanċ.

Ċertifikati ta' dejn kif deskritt fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60). Karta ta' skont, maħruġa bil-għan ta’ assorbiment tal-likwidità

Kost. Kull skont jiġi amortizzat

Obbligatorji

5

5

Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro

 

 

 

5.1

5.1

Gvern ġenerali

Kontijiet kurrenti, depożiti b’terminu fiss, depożiti ripagabbli fuq talba

Valur nominali

Obbligatorji

5.2

5.2

Obbligazzjonijiet oħrajn

Kontijiet kurrenti ta’ persunal, kumpaniji u klijenti inklużi istituzzjonijiet finanzjarji mhux soġġetti għar-rekwiżiti ta’ riżerva minima (ara l-partita tal-passiv 2.1 “Kontijiet kurrenti”); tranżazzjonijiet repo ma’ istituzzjonijiet finanzjarji minbarra istituzzjonijiet ta’ kreditu għall-ġestjoni ta’ titoli minbarra dawk taħt il-partita tal-assi 11.3 “Assi finanzjarji oħrajn”; depożiti b’terminu fiss, depożiti ripagabbli fuq talba

Valur nominali

Obbligatorji

6

6

Obbligazzjonijiet lejn residenti mhux taż-żona tal-euro denominati f’euro

Kontijiet kurrenti, depożiti b’terminu fiss, depożiti ripagabbli fuq talba inklużi kontijiet miżmuma għal skopijiet ta’ ħlas u kontijiet miżmuma għal skopijiet ta’ ġestjoni tar-riżerva. Tranżazzjonijiet repo għall-ġestjoni ta’ titoli denominati f’euro.

Bilanċi ta' kontijiet TARGET2 tal-banek ċentrali ta' Stati Membri li l-munita tagħhom ma hijiex l-euro

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorji

7

7

Obbligazzjonijiet lejn residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija

Kontijiet kurrenti, obbligazzjonijiet taħt tranżazzjonijiet ta’ repo; normalment tranżazzjonijiet ta' investiment li jużaw assi f’munita barranija jew deheb

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorji

8

8

Obbligazzjonijiet lejn residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija

 

 

 

8.1

8.1

Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħrajn

Kontijiet kurrenti. Obbligazzjonijiet taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta' investiment permezz ta' assi f’munita barranija jew deheb

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorji

8.2

8.2

Obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt ERM II

Self f’konformità mal-kundizzjonijiet tal-ERM II

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorji

9

9

Il-kontroparti ta’ drittijiet speċjali ta’ żbank allokati mill-IMF

Partita denominata bħala SDR li turi l-ammont ta’ SDRs li kienu oriġinalment allokati lill-pajjiż/BĊN rispettiv

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq

Obbligatorji

-

10

Obbligazzjonijiet Intra-Eurosistema (+)

 

 

 

-

10.1

Obbligazzjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin (+)

Partita fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss denominata f’euro

Valur nominali

Obbligatorji

-

10.2

Obligazzjonijiet relatati mal-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn mill-BĊE (+)

Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss

Obbligazzjoni intra-Eurosistema fil-konfront tal-BĊE li tirriżulta mill-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn mill-BĊE

Kost

Obbligatorji

-

10.3

Obbligazzjonijiet netti marbuta mal-allokazzjoni ta’ karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema

(+),  (*2)

Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss.

Għall-BĊNi: obbligazzjoni netta relatata mal-applikazzjoni tal-iskema tal-allokazzjoni tal-karti tal-flus jiġifieri inklużi l-bilanċi intra-Eurosistema relatati mal-ħruġ ta’ karti tal-flus tal-BĊE, l-ammont kumpensatorju u l-entrata tiegħu fil-kont ta' bilanċ, kif definiti mid-Deċiżjoni (UE) 2016/2248 (BĊE/2016/36)

Valur nominali

Obbligatorji

-

10.4

Obbligazzjonijiet oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (netti) (+)

Pożizzjoni netta tas-subpartiti li ġejjin:

 

 

(a)

obbligazzjonijiet netti li jirriżultaw mil-bilanċi tal-kontijiet TARGET2 u kontijiet korrispondenti tal-BĊNi, jiġifieri ċ-ċifra netta tal-pretensjonijiet u l-obbligazjonijiet – ara wkoll il-partita tal-attiv 9.5 “Pretensjonijiet oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (netti)”

(a)

Valur nominali

Obbligatorji

(b)

Obbligazzjoni dovuta minħabba d-differenza bejn id-dħul monetarju li jrid jiġi ppuljat u mqassam mill-ġdid. Rilevanti biss għall-perijodu bejn l-entrata tad-dħul monetarju bħala parti mill-proċeduri ta’ tmiem is-sena, u l-ħlas tiegħu fl-aħħar jum tax-xogħol f’Jannar ta’ kull sena

(b)

Valur nominali

Obbligatorji

(c)

obbligazzjonijiet oħrajn intra-Eurosistema denominati f’euro li jistgħu jirriżultaw, inkluża d-distribuzzjoni interim tad-dħul tal-BĊE (*2)

(c)

Valur nominali

Obbligatorji

10

11

Partiti fil-proċess li jiġu saldati

Bilanċi fil-kont tas-saldu (passiv), inkluż iċ-ċaqliq ta’ trasferimenti giro

Valur nominali

Obbligatorji

10

12

Obbligazzjonijiet oħrajn

 

 

 

10

12.1

Differenzi fir-rivalutazzjoni ta’ strumenti barra l-karta tal-bilanċ

Riżultati tal-valutazzjoni ta’ forwards ta’ munita barranija, swaps tal-valuti skont ir-rata tal-kambju, swaps tar-rata tal-imgħax (sakemm ma tapplikax il-marġni ta' varjazzjoni ta' kuljum), ftehimiet tar-rata forward, tranżazzjonijiet forward f’titoli, tranżazzjonijiet ta' kambju barrani immedjata mid-data tan-negozju sad-data tas-saldu

Il-pożizzjoni netta bejn forward u spot, skont ir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorji

10

12.2

Dovuti u dħul miġbur bil-quddiem

Nefqa li ssir dovuta f'perijodu fil-futur imma relatata mal-perijodu ta' rapportar. Dħul riċevut fil-perijodu rrapportat imma relatat ma’ perijodu futur

Valur nominali, kambju maqlub skont ir-rata tas-suq

Obbligatorji

10

12.3

Varji

(a)

Kontijiet ta’ sospiża għat-taxxa. Kreditu f’munita barranija jew kontijiet li jkopru l-garanzija. Tranżazzjonjiet repo ma’ istituzzjonijiet finanzjarji għall-ġestjoni ta’ portafolji ta’ titoli taħt il-partita tal-assi 11.3 “Assi finanzjarji oħrajn”. Depożiti obbligatorji li mhumiex depożiti ta’ riżerva. Partiti minuri oħra. Dħul kurrenti (profitt akkumulat nett), profitt tas-sena preċedenti qabel id-distribuzzjoni. Obbligazzjonijiet fuq bażi fiduċjarja. Muniti fiċ-ċirkolazzjoni jekk BĊN ikun l-emittent legali. Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni denominati f’unitajiet tal-muniti nazzjonali taż-żona tal-euro li ma baqgħux munita legali imma li għadhom fiċ-ċirkolazzjoni wara s-sena tal-bidla tal-flus kontanti, jekk mhux murija taħt il-partita tal-passiv "Provvedimenti".

(a)

Valur nominali jew kost (repo)

Rakkomandati

(b)

Depożiti f’deheb tal-klijenti

(b)

Valur tas-suq

Obbligatorji

(c)

Obbligazzjonijiet tal-pensjoni netti

(c)

Skont l-Artikolu 28(2)

Rakkomandati

10

13

Provedimenti

(a)

Għal pensjonijiet, għal riskji finanzjarji, u għal skopijiet oħrajn eż. spejjeż futuri mistennija, provvedimenti għal unitajiet tal-muniti nazzjonali taż-żona tal-euro li ma baqgħux munita legali imma li għadhom fiċ-ċirkolazzjoni wara s-sena tal-bidla tal-flus kontanti jekk dawn il-karti tal-flus ma jintwerewx taħt il-partita tal-passiv 12.3 "Passiv ieħor/varji"

Il-kontribuzzjonijiet mill-BĊNi lill-BĊE f’konformità mal-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ huma kkonsolidati bl-ammonti rispettivi żvelati taħt il-partita tal-attiv 9.1 "Interess parteċipanti fil-BĊE” (+)

(a)

Valur tal-kost/nominali/skontat

Rakkomandati

(b)

Għal riskji tal-kontropartijiet jew tal-kreditu li jirriżultaw minn operazzjonijiet ta’ politika monetarja

(b)

Valur nominali

Obbligatorji

11

14

Kontijiet ta’ rivalutazzjoni

Kontijiet ta’ rivalutazzjoni relatati ma’ ċaqliq fil-prezz tad-deheb, għal kull tip ta’ titoli denominati f’euro, għal kull tip ta’ titoli denominati f’munita barranija, għal opzjonijiet; differenzi fil-valutazzjoni tas-suq relatati ma’ derivattivi tar-riskji tar-rata ta’ imgħax; kontijiet ta’ rivalutazzjoni relatati ma’ ċaqliq fir-rata tal-kambju barrani għal kull pożizzjoni netta ta’ munita miżmuma, inklużi swaps/forwards tal-valuti skont ir-rata tal-kambju u SDRs. Il-kontribuzzjonijiet mill-BĊNi f’konformità mal-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ lill-BĊE huma kkonsolidati bl-ammonti rispettivi żvelati taħt il-partita tal-attiv 9.1 "Interess parteċipanti fil-BĊE" (+)

Differenza fir-rivalutazzjoni bejn il-kost medju u l-valur tas-suq, bil-kambju maqlub bir-rata tas-suq

Obbligatorji

12

15

Kapital u riżervi

 

 

 

12

15.1

Kapital

Kapital imħallas – il-kapital tal-BĊE huwa kkonsolidat bl-ishma kapitali tal-BĊNi

Valur nominali

Obbligatorji

12

15.2

Riżervi

Riżervi legali u riżervi oħra. Qligħ miżmum

Il-kontribuzzjonijiet mill-BĊNi lill-BĊE f’konformità mal-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ huma kkonsolidati bl-ammonti rispettivi żvelati taħt il-partita tal-attiv 9.1 "Interess parteċipanti fil-BĊE" (+)

Valur nominali

Obbligatorji

10

16

Profitt għas-sena

 

Valur nominali

Obbligatorji


(*1)  Partiti li jridu jiġu armonizzati.

(1)  L-iżvelar relatat mal-karti tal-flus euro fiċ-ċirkolazzjoni, ir-remunerazzjoni tal-pretensjonijiet/obbligazzjonijiet netti intra-Eurosistema li jirriżultaw mill-allokazzjoni ta' karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema, u d-dħul monetarju għandhom ikunu armonizzati fir-rapporti finanzjarji annwali ppubblikati mill-BĊNi. Il-partiti li jridu jiġu armonizzati huma indikati b’asterisk fl-Annessi IV, VIII u IX.

(2)  In-numerazzjoni fl-ewwel kolonna hija relatata mal-formati tal-karta tal-bilanċ mogħtija fl-Annessi V, VI u VII (rapporti finanzjarji ta’ kull ġimgħa u karta tal-bilanċ annwali kkonsolidata tal-Eurosistema). In-numerazzjoni fit-tieni kolonna hija relatata mal-format tal-karta tal-bilanċ mogħti fl-Anness VIII (karta tal-bilanċ annwali ta’ bank ċentrali). Il-partiti mmarkati b’‘+)’ huma kkonsolidati fir-rapporti finanzjarji ta’ kull ġimgħa tal-Eurosistema.

(3)  Il-kompożizzjoni u r-regoli ta’ valutazzjoni elenkati f’dan l-Anness jitqiesu bħala obbligatorji għall-kontijiet tal-BĊE u għall-assi u l-obbligazzjonijiet materjali kollha fil-kontijiet tal-BĊNi għall-iskopijiet tal-Eurosistema, jiġifieri rilevanti għall-operat tal-Eurosistema.

(4)  Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).

(5)  Deċiżjoni (UE) 2016/2248 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta' Novembru 2016 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali ta' Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (BĊE/2016/36) (ĠU L 347, 20.12.2016, p. 26).

(6)  Bl-eċċezzjoni tal-partita tal-assi 7.1, l-allokazzjoni tal-bilanċi għal dawk il-partiti tal-karta tal-bilanċ li jirreferu għar-residenza u/jew għas-settur ekonomiku hija bbażata fuq il-klassifikazzjoni għal skopijiet statistiċi.

(*2)  Partiti li jridu jiġu armonizzati. Ara l-premessa 5

(7)  In-numerazzjoni fl-ewwel kolonna hija relatata mal-formati tal-karta tal-bilanċ mogħtija fl-Annessi V, VI u VII (rapporti finanzjarji ta’ kull ġimgħa u karta tal-bilanċ annwali kkonsolidata tal-Eurosistema). In-numerazzjoni fit-tieni kolonna hija relatata mal-format tal-karta tal-bilanċ mogħti fl-Anness VIII (karta tal-bilanċ annwali ta’ bank ċentrali). Il-partiti mmarkati b’‘+)’ huma kkonsolidati fir-rapporti finanzjarji ta’ kull ġimgħa tal-Eurosistema.

(8)  Il-kompożizzjoni u r-regoli ta’ valutazzjoni elenkati f’dan l-Anness jitqiesu bħala obbligatorji għall-kontijiet tal-BĊE u għall-assi u l-obbligazzjonijiet materjali kollha fil-kontijiet tal-BĊNi għall-iskopijiet tal-Eurosistema, jiġifieri rilevanti għall-operat tal-Eurosistema.

(9)  L-allokazzjoni tal-bilanċi għal dawk il-partiti tal-karta tal-bilanċ li jirreferu għar-residenza u/jew għas-settur ekonomiku hija bbażata fuq il-klassifikazzjoni għal skopijiet statistiċi.”