17.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 215/40


LINJA GWIDA (UE) 2021/975 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-2 ta’ Ġunju 2021

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/31 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (BĊE/2021/26)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 5.1, 12.1, 14.3 u 18.2 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar ’il quddiem il-“BĊNi”) jistgħu, sabiex jinkisbu l-għanijiet tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali, iwettqu operazzjonijiet ta’ kreditu ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u parteċipanti oħrajn fis-suq, bis-self ikun ibbażat fuq kollateral adegwat. Il-kundizzjonijiet ġenerali li taħthom il-BĊE u l-BĊNi jinsabu lesti biex jidħlu f’operazzjonijiet ta’ kreditu, inklużi l-kriterji li jiddeterminaw l-eliġibbiltà ta’ kollateral għall-finijiet ta’ operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema, huma stabbiliti fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (1).

(2)

B’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19, il-Kunsill Governattiv adotta, fis-7 ta’ April 2020 u fit-22 ta’ April 2020, ċerti miżuri ta’ faċilitazzjoni tal-kollateral bl-għan li jiġi żgurat li l-kontropartijiet tal-Eurosistema jibqgħu kapaċi jżommu u jimmobilizzaw biżżejjed kollateral sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw fl-operazzjonijiet tal-Eurosistema li jipprovdu likwidità, u li għalhekk l-Eurosistema tkun f’pożizzjoni li tappoġġa l-għoti ta’ kreditu lill-ekonomija taż-żona tal-euro.

(3)

Dawn il-miżuri ta’ faċilitazzjoni tal-kollateral ġew stabbiliti f’emendi introdotti fil-Linja Gwida BĊE/2014/31 tal-Bank Ċentrali Ewropew (2) permezz tal-Linja Gwida (UE) 2020/515 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/21) (3) u l-Linja Gwida (UE) 2020/634 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/29) (4), rispettivament. Il-premessi 4 u 6 tal-Linja Gwida (UE) 2020/515 (BĊE/2020/21) iddikjaraw li l-miżuri addizzjonali stabbiliti fl-emendi introdotti skont dik il-Linja Gwida għandhom japplikaw temporanjament. Ma ġiet speċifikata l-ebda data tat-tmiem, bir-raġunament li l-miżuri setgħu jiġu revokati fi kwalunkwe ħin partikolari. Il-Linja Gwida (UE) 2020/634 (BĊE/2020/29) stipulat li l-emendi introdotti permezz ta’ dik il-Linja Gwida jibqgħu fis-seħħ sad-29 ta’ Settembru 2021, peress li l-Kunsill Governattiv qies li għandhom japplikaw sal-ewwel data ta’ ħlas lura bikri taħt it-tielet serje ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (TLTRO-III) applikabbli f’dak iż-żmien.

(4)

Fl-10 ta’ Diċembru 2020, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jadotta miżuri addizzjonali ta’ politika monetarja bil-għan li jikkontribwixxi għall-preservazzjoni ta’ kundizzjonijiet ta’ finanzjament favorevoli matul il-perjodu tal-pandemija, u b’hekk jappoġġa l-fluss ta’ kreditu lis-setturi kollha tal-ekonomija, filwaqt li jirfed l-attività ekonomika u jissalvagwardja l-istabbiltà tal-prezzijiet fuq żmien medju. Bħala parti minn dawn il-miżuri, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li l-miżuri ta’ faċilitazzjoni tal-kollateral adottati mill-Kunsill Governattiv fis-7 ta’ April 2020 u t-22 ta’ April 2020 għandhom japplikaw sat-30 ta’ Ġunju 2022, u dan għandu jiġi rifless fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Linja Gwida BĊE/2014/31. Dan se jiżgura li l-banek ikunu jistgħu jkomplu jagħmlu użu sħiħ mill-operazzjonijiet ta’ likwidità tal-Eurosistema, b’mod partikolari t-TLTRO-III. Fi kwalunkwe każ, il-Kunsill Governattiv se jerġa’ jivvaluta dawn il-miżuri ta’ faċilitazzjoni tal-kollateral qabel Ġunju 2022.

(5)

Il-Kunsill Governattiv iqis il-firxa sħiħa ta’ miżuri adottati fl-10 ta’ Diċembru 2020 bħala meħtieġa u proporzjonati biex jaħdmu kontra r-riskji serji maħluqa mill-persistenza tal-kundizzjonijiet severi tal-pandemija għall-istabbiltà tal-prezzijiet, il-mekkaniżmu ta’ trażmissjoni tal-politika monetarja u l-perspettiva ekonomika fiż-żona tal-euro. Il-Kunsill Governattiv jibqa’ lest biex jaġġusta l-istrumenti kollha tiegħu, kif ikun xieraq, biex jiżgura li l-inflazzjoni tersaq lejn l-għan tiegħu b’mod sostnut, skont l-impenn tiegħu għas-simetrija.

(6)

Peress li l-Linja Gwida (UE) 2020/634 (BĊE/2020/29) tibqa’ fis-seħħ sad-29 ta’ Settembru 2021, jeħtieġ li jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet tal-Linja Gwida BĊE/2014/31 affettwati minn dik il-Linja Gwida li temenda, speċifikament l-Artikolu 8b u l-Annessi IIa u IIb, jibqgħu fis-seħħ wara dik id-data u għandhom isiru l-aġġustamenti leġiżlattivi meħtieġa għal dan il-għan. Sabiex jiġi evitat vojt ġuridiku fir-rigward tad-dispożizzjonijiet kkonċernati, il-BĊNi għandhom jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida mit-30 ta’ Settembru 2021.

(7)

Għaldaqstant, il-Linja Gwida BĊE/2014/31 għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi għal Linja Gwida BĊE/2014/31

Il-Linja Gwida BĊE/2014/31 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 8a, huwa miżjud il-paragrafu li ġej:

‘3.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom jibqgħu fis-seħħ sat-30 ta’ Ġunju 2022.’;

(2)

L-Artikolu 8b huwa ssostitwit b’dan li ġej:

‘Artikolu 8b

L-aċċettazzjoni ta’ ċerti assi negozjabbli u emittenti eliġibbli fis-7 ta’ April 2020

1.   It-termini użati f’dan l-Artikolu għandu jkollhom l-istess tifsira bħal fil-Linji Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

2.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 59(3), l-Artikolu 71 u l-Artikolu 82(1)(a) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), assi negozjabbli — għajr titoli garantiti minn assi (ABSs) — maħruġa fi jew qabel is-7 ta’ April 2020 li fis-7 ta’ April 2020 kellhom klassifikazzjoni tal-kreditu pubblika, ipprovduta minn ta’ mill-inqas sistema ECAI aċċettata waħda, li kkonformaw mar-rekwiżiti minimi tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema, għandhom jikkostitwixxu kollateral eliġibbli għall-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema sakemm, f’kull ħin wara s-7 ta’ April 2020:

(a)

ikollhom klassifikazzjoni tal-kreditu pubblika pprovduta minn ta’ mill-inqas sistema ECAI aċċettata waħda li tikkonforma, bħala minimu, mal-livell 5 tal-kwalità tal-kreditu fl-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema; u

(b)

ikomplu jikkonformaw mal-kriterji l-oħra kollha ta’ eliġibbiltà applikabbli għal assi negozjabbli kif stabbilit fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

Biex jiġi evitat kwalunkwe dubju, il-klassifikazzjoni tal-kreditu pubblika fis-7 ta’ April 2020, kif imsemmija f’dan il-paragrafu, għandha tiġi ddeterminata mill-Eurosistema fuq il-bażi tar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 82(1)(a), l-Artikolu 82(2), l-Artikolu 83, l-Artikolu 84(a) u (b), l-Artikolu 85 u l-Artikolu 86 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

3.   Fejn il-konformità ta’ assi negozjabbli mar-rekwiżiti minimi tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema fis-7 ta’ April 2020 hija ddeterminata fuq il-bażi ta’ klassifikazzjoni ta’ emittent minn ECAI jew klassifikazzjoni ta’ garanti minn ECAI pprovduta minn sistema ECAI aċċettata, dak l-assi negozjabbli għandu jikkostitwixxi kollateral eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema sakemm, f’kull ħin wara s-7 ta’ April 2020:

(a)

il-klassifikazzjoni tal-emittent minn ECAI jew il-klassifikazzjoni tal-garanti minn ECAI, kif applikabbli, għal dak l-assi negozjabbli tikkonforma, bħala minimu, mal-livell 5 tal-kwalità tal-kreditu fl-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema; u

(b)

dak l-assi negozjabbli jkompli jikkonforma mal-kriterji l-oħra kollha ta’ eliġibbiltà applikabbli għalih kif stabbilit fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

4.   Assi negozjabbli — minbarra ABSs — maħruġa wara s-7 ta’ April 2020 u li l-emittent jew garanti tagħhom, kif applikabbli, kellu fis-7 ta’ April 2020 klassifikazzjoni ta’ kreditu pubblika mogħtija minn ta’ mill-inqas sistema ECAI aċċettata waħda, li kienet konformi mar-rekwiżiti minimi tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema, għandhom jikkostitwixxu kollateral eliġibbli għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema sakemm, f’kull ħin wara s-7 ta’ April 2020:

(a)

dawk l-assi negozjabbli għandhom klassifikazzjoni tal-kreditu pubblika, ipprovduta minn ta’ mill-inqas sistema ECAI aċċettata waħda, li tikkonforma, bħala minimu, mal-livell 5 tal-kwalità tal-kreditu fl-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema; u

(b)

dawk l-assi negozjabbli jikkonformaw mal-kriterji l-oħra kollha ta’ eliġibbiltà applikabbli għal assi negozjabbli kif stabbilit fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe dubju, il-klassifikazzjoni tal-kreditu pubblika msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu għandha tiġi ddeterminata mill-Eurosistema fuq il-bażi tar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 82(1)(a), l-Artikolu 82(2), l-Artikolu 83, l-Artikolu 84(a) u (b), l-Artikolu 85 u l-Artikolu 86 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

5.   Bonds koperti maħruġin wara s-7 ta’ April 2020 taħt programm ta’ bonds koperti li fis-7 ta’ April 2020 stess kellhom valutazzjoni tal-kreditu, ipprovduta minn ta’ mill-inqas sistema ECAI aċċettata waħda, li kienet konformi mar-rekwiżiti minimi tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema, għandhom jikkostitwixxu kollateral eliġibbli għall-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema sakemm:

(a)

f’kull żmien wara s-7 ta’ April 2020, il-programm ta’ bonds koperti jkollu klassifikazzjoni ta’ kreditu pubblika, ipprovduta minn ta’ milll-inqas sistema ECAI aċċettata waħda, li tikkonforma, bħala minimu, mal-livell 5 tal-kwalità tal-kreditu fl-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema, u

(b)

dawn il-bonds koperti jikkonformaw mal-kriterji l-oħra kollha ta’ eliġibbiltà applikabbli għalihom kif stabbilit fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

6.   L-assi negozjabbli msemmija fl-Artikolu 87(2) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) li fis-7 ta’ April 2020 ma kellhomx klassifikazzjoni tal-kreditu pubblika pprovduta minn sistema ECAI aċċettata, iżda li fis-7 ta’ April 2020 kellhom valutazzjoni ta’ kreditu impliċita derivata mill-Eurosistema skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 87(1) u (2) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) li kienet konformi mar-rekwiżiti tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema, għandhom jikkostitwixxu kollateral eliġibbli għall-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema irrispettivament mid-data tal-ħruġ tagħhom sakemm, f’kull ħin wara s-7 ta’ April 2020:

(a)

l-emittent jew il-garanti, kif applikabbli, ta’ dawn l-assi negozjabbli jikkonforma, bħala minimu, ma’ rekwiżit tal-kwalità tal-kreditu li jikkorrispondi għal-livell tal-kwalità tal-kreditu 5 fl-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema; u

(b)

dawn l-assi negozjabbli jikkonformaw mal-kriterji l-oħra kollha ta’ eliġibbiltà applikabbli għalihom kif stabbilit fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

7.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 59(3), l-Artikolu 71 u l-Artikolu 82(1)(b) tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), l-ABS maħruġa fi jew qabel is-7 ta’ April 2020 li fis-7 ta’ April 2020 kellhom mill-inqas żewġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu pubbliċi, kull waħda pprovduta minn sistema ECAI aċċettata differenti, li kkonformaw mar-rekwiżiti minimi tal-kwalità tal-kreditu tal-Eurosistema skont il-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60), għandhom jikkostitwixxu kollateral eliġibbli għall-operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema sakemm, f’kull ħin wara s-7 ta’ April 2020:

(a)

ikollhom mill-inqas żewġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu pubbliċi, kull waħda pprovduta minn sistema ECAI aċċettata differenti, li jikkonformaw, bħala minimu, mal-livell 4 tal-kwalità tal-kreditu fl-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema; u

(b)

jibqgħu jikkonformaw mal-kriterji l-oħra kollha ta’ eliġibbiltà applikabbli għall-ABSs kif stabbilit fil-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe dubju, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(1)(a) sa (d) u l-Artikolu 3(4) ta’ din il-Linja Gwida m’għandhomx japplikaw għall-ABS imsemmija f’dan il-paragrafu.

8.   ABS li fis-7 ta’ April 2020 ġew aċċettati mill-Eurosistema bħala kollateral eliġibbli taħt l-Artikolu 3(1) ta’ din il-Linja Gwida għandhom jibqgħu eliġibbli sakemm, f’kull żmien wara s-7 ta’ April 2020:

(a)

ikollhom żewġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu pubbliċi ta’ mill-inqas tal-iskala 4 tal-kwalità tal-kreditu fl-iskala ta’ klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema pprovduta minn żewġ sistemi ECAI aċċettati; u

(b)

jibqgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti l-oħra kollha applikabbli għalihom skont l-Artikolu 3(1) (ħlief il-livell ta’ klassifikazzjoni), l-Artikolu 3(2a) u l-Artikolu 3(4) ta’ din il-Linja Gwida.

Biex jiġi evitat kull dubju, l-Artikolu 3(2) ta’ din il-Linja Gwida ma għandux japplika għall-ABS imsemmija f’dan il-paragrafu.

9.   Sakemm jibqgħu jiġu aċċettati bħala kollateral eliġibbli mill-Eurosistema skont dan l-Artikolu, l-assi negozjabbli, inklużi bonds koperti, imsemmija fil-paragrafi 2 sa 6 għandhom ikunu soġġetti għall-haircuts tal-valutazzjoni stabbiliti fl-Anness IIb għal din il-Linja Gwida. L-ABS imsemmija fil-paragrafi 7 u 8 għandhom ikunu soġġetti għall-haircuts fil-valutazzjoni stabbiliti fl-Anness IIa għal din il-Linja Gwida. Il-haircuts fil-valutazzjoni għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-klassifikazzjoni attwali applikabbli fi kwalunkwe jum partikolari wara s-7 ta’ April 2020 skont ir-regoli relatati mal-prijorità tal-valutazzjonijiet tal-kreditu tal-ECAI kif stabbilit fl-Artikoli 83 sa 88 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60).

10.   Minbarra haircuts tal-valutazzjonijiet ipprovduti fil-paragrafu 9, il-haircuts tal-valutazzjoni addizzjonali li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

ABS, bonds koperti u strumenti tad-dejn mhux garantiti maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma teoretikament vvalutati skont ir-regoli li jinsabu fl-Artikolu 134 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) għandhom ikunu suġġetti għal haircut fil-valutazzjoni addizzjonali fil-forma ta’ tnaqqis fil-valutazzjoni ta’ 4 %;

(b)

bonds koperti għall-użu proprju għandhom ikunu soġġetti għal haircut fil-valutazzjoni addizzjonali ta’ (i) 6,4 % applikata għall-valur tal-istrumenti tad-dejn allokati għall-passi tal-kwalità tal-kreditu 1 u 2, u (ii) 9,6 % applikata għall-valur tal-istrumenti tad-dejn allokati għall-pass tal-kwalità tal-kreditu 3, 4 u 5;

(c)

għall-finijiet tal-paragrafu (b), ‘użu proprju’ għandha tfisser is-sottomissjoni jew l-użu minn kontroparti ta’ bonds koperti li jkunu maħruġa jew iggarantiti mill-kontroparti nfisha jew minn xi entità oħra li magħha dik il-kontroparti jkollha rabtiet mill-qrib kif iddeterminat skont l-Artikolu 138 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60);

(d)

jekk il-haircut fil-valutazzjoni addizzjonali msemmija fil-paragrafu (b) ma tkunx tista’ tiġi applikata fir-rigward ta’ sistema ta’ ġestjoni ta’ kollateral ta’ BĊN, aġent tripartit, jew TARGET2-Securities għal awtokollateralizzazzjoni, il-haircut fil-valutazzjoni addizzjonali għandha tiġi applikata f’dawk is-sistemi jew pjattaforma għall-valur tal-ħruġ sħiħ tal-bonds koperti li jistgħu jintużaw għal użu proprju.

11.   Biex jiġi evitat kull dubju, id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu huma indipendenti minn u m’għandhomx jitqiesu għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-eliġibbiltà għal xiri dirett taħt il-programm tal-assi tas-settur pubbliku minn swieq sekondarji (PSPP) (*1), it-tielet programm ta’ xiri ta’ bonds iggarantiti (CBPP3) (*2), il-programm ta’ xiri ta’ titoli garantiti b’assi (ABSPP) (*3), il-programm ta’ xiri mis-settur korporattiv (CSPP) (*4) u l-programm ta’ xiri ta’ emerġenza fil-każ ta’ pandemija (PEPP) (*5).

12.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom jibqgħu fis-seħħ sat-30 ta’ Ġunju 2022.

(*1)  Deċiżjoni (UE) 2020/188 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Frar 2020 dwar programm ta’ xiri ta’ assi tas-settur pubbliku minn swieq sekondarji (BĊE/2020/9) (ĠU L 39, 12.2.2020, p. 12)."

(*2)  Deċiżjoni (UE) 2020/187 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Frar 2020 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta’ xiri ta’ bonds iggarantiti (BĊE/2020/8) (ĠU L 39, 12.2.2020, p. 6)."

(*3)  Deċiżjoni (UE) 2015/5 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Novembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ xiri ta’ titoli ggarantiti minn assi (BĊE/2014/45) (ĠU L 1, 6.1.2015, p. 4)."

(*4)  Deċiżjoni (UE) 2016/948 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta’ Ġunju 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ xiri mis-settur korporattiv (BĊE/2016/16) (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 28)."

(*5)  Deċiżjoni (UE) 2020/440 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2020 dwar programm temporanju ta’ xiri ta’ emerġenza fil-każ ta’ pandemija (BĊE/2020/17) (ĠU L 91, 25.3.2020, p. 1).’;"

(3)

L-Anness IIa huwa mibdul bl-Anness I ta’ din il-Linja Gwida;

(4)

L-Anness IIb huwa mibdul bl-Anness II ta’ din il-Linja Gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

1.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-BĊNi.

2.   Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida mit-30 ta’ Settembru 2021.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-2 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).

(2)  Linja Gwida BĊE/2014/31 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (ĠU L 240, 13.8.2014, p. 28).

(3)  Linja Gwida (UE) 2020/515 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ April 2020 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/31 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (BĊE/2020/21) (ĠU L 110 I, 8.4.2020, p. 26).

(4)  Linja Gwida (UE) 2020/634 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Mejju 2020 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/31 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (BĊE/2020/29) (ĠU L 148, 11.5.2020, p. 10).


ANNESS I

L-Anness IIa għal-Linja Gwida BĊE/2014/31 huwa sostitwit minn dan li ġej:

“ANNESS IIa

Livelli ta’ haircut fil-valutazzjoni (f’%) applikati għal titoli garantiti b’assi (ABS) eliġibbli skont l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 8b ta’ din il-Linja Gwida

Kwalità tal-kreditu

Ħajja Medja Ppeżata  (*)

Haircut fil-valutazzjoni

Pass 3

[0,1)

4,8

[1,3)

7,2

[3,5)

10,4

[5,7)

12,0

[7,10)

14,4

[10, ∞)

24,0

Pass 4

[0,1)

11,2

[1,3)

15,2

[3,5)

18

[5,7)

24,8

[7,10)

30,4

[10, ∞)

43,2

”.

(*)  jiġifieri [0,1) ħajja medja ppeżata (WAL – weighted average life) ta’ inqas minn sena, [1,3) WAL ta’ sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.


ANNESS II

L-Anness IIb għal-Linja Gwida BĊE/2014/31 huwa sostitwit minn dan li ġej:

“ANNESS IIb

Livelli ta’ haircut fil-valutazzjoni (f’%) applikati għal assi negozjabbli, minbarra ABS, imsemmija fl-Artikoli 8a u 8b

 

Kategorija I

Kategorija II

Kategorija III

Kategorija IV

Kwalità tal-kreditu

Maturità residwa (snin)  (*1)

Kupun fiss u varjabbli

kupun żero

Kupun fiss u varjabbli

kupun żero

Kupun fiss u varjabbli

kupun żero

Kupun fiss u varjabbli

kupun żero

Pass 4

[0,1)

6,4

6,4

8

8

12,8

12,8

20

20

[1,3)

9,6

10,4

12

15,2

16

18,4

28

30

[3,5)

11,2

12

16

20

19,2

23,6

33,6

37,2

[5,7)

12,4

13,6

20

24,8

22,4

28,4

36,8

40,4

[7,10)

13,2

14,4

21,6

28,4

24,8

32

40

44,8

[10,∞)

14,4

16,8

23,2

31,6

26,4

34,8

41,6

46,8

Pass 5

[0,1)

8

8

12

12

22,4

22,4

24

24

[1,3)

11,2

12

16

19,2

25,6

28

32

34

[3,5)

13,2

14

22,4

26,4

28,8

33,2

38,4

42

[5,7)

14,4

15,6

27,2

32

31,6

37,6

43,2

46,8

[7,10)

15,2

16,4

28,8

35,6

33,2

40,4

46,4

51,2

[10,∞)

16,4

18,8

30,4

38,8

33,6

42

48

53,2

”.

(*1)  jiġifieri [0,1) maturità residwa ta’ inqas minn sena, [1,3) maturità residwa ta’ sena jew aktar u inqas minn tliet snin, eċċ.