|
11.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 208/335 |
LINJA GWIDA (UE) 2021/835 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-26 ta’ Marzu 2021
li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2021/16)
Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikoli 5.1, 12.1 u 14.3 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Emendi riċenti għar-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/33) (1) u r-Regolament (UE) Nru 1409/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/43) (2) jeħtieġu r-reviżjoni tal-Linja Gwida BĊE/2014/15 (3) peress li din tistabbilixxi r-rekwiżiti għat-tagħrif statistiku miġbur skont, fost l-oħrajn, dawk ir-Regolamenti, li għandu jintbagħat mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). |
|
(2) |
Il-Linja Gwida BĊE/2014/15 ġiet emendata b’mod sostanzjali diversi drabi (4). Peress li huma meħtieġa aktar emendi, il-Linja Gwida qed tiġi rriformulata fl-interessi taċ-ċarezza u maqsuma fil-linji gwida l-ġodda li ġejjin: (a) Linja Gwida (UE) 2021/830 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/11) (5) dwar statistika tal-partiti tal-karta tal-bilanċ u statistika statistika dwar ir-rati tal-imgħax ta’ istituzzjonijiet finanzjarji monetarji, (b) Linja Gwida (UE) 2021/831 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/12) (6) dwar tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat dwar intermedjarji finanzjarji minbarra istituzzjonijiet finanzjarji monetarji, (c) Linja Gwida (UE) 2021/833 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/14) (7) dwar tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat dwar data bankarja kkonsolidata, (d) Linja Gwida (UE) 2021/832 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/13) (8) dwar rekwiżiti għar-rapportar dwar l-istatistika tal-ħlasijiet, u (e) Linja Gwida (UE) 2021/834 tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB/2021/15) (9) dwar tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat dwar ħruġ ta’ titoli. Għaldaqstant, il-Linja Gwida BĊE/2014/15 jeħtieġ li tiġi rrevokata. |
|
(3) |
Sabiex jiġi żgurat li l-ġbir u l-analiżi tat-tagħrif statistiku jkunu effettivi, il-BĊNi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ rapportar tal-Linja Gwida (UE) [2021/830 [(BĊE/2021/11) mill-istess data bħad-data tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ rapportar tar-Regolament (UE) 2021/379 (10) tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar l-entrati tal-karta bilanċjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (riformulazzjoni) (BĊE/2021/2), jiġifieri fl-1 ta’ Frar 2022. Għaldaqstant, il-BĊNi jenħtieġ li jikkonformaw ukoll mal-Linji Gwida (UE) 2021/831 (BĊE/2021/12), il-Linja Gwida (UE) 2021/832 (BĊE/2021/13), il-Linja Gwida (UE) 2021/833 (BĊE/2021/14) u l-Linja Gwida (UE) 2021/834 (BĊE/2021/15) mill-1 ta’ Frar 2022. |
|
(4) |
Għal raġunijiet ta’ ċertezza tad-dritt, il-Linja Gwida BĊE/2014/15 jenħtieġ li tiġi rrevokata fid-data li fiha l-BĊNi jikkonformaw ma’ dawk il-Linji Gwida riformulati. Għaldaqstant il-BĊNi jenħtieġ li jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida mill-1 ta’ Frar 2022, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Revoka
1. Il-Linja Gwida BĊE/2014/15 qiegħda tiġi rrevokata.
2. Ir-referenzi għal-Linja Gwida revokata għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal-Linja Gwida (UE) 2021/830 (BĊE/2021/11), il-Linja Gwida (UE) 2021/831 (BĊE/2021/12), il-Linja Gwida (UE) 2021/833 (BĊE/2021/14), il-Linja Gwida (UE) 2021/832 (BĊE/2021/13) u l-Linja Gwida (UE) 2021/834 (BĊE/2021/15) kif xieraq u skont it-tabelli ta’ korrelazzjoni fl-Annessi II sa VI.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
2. Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u l-BĊE għandhom jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida mill-1 ta’ Frar 2022.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-26 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1). Emendi riċenti għal dak ir-Regolament ġew riformulati fir-Regolament (UE) 2021/379 tat-22 ta’ Jannar 2021 tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar il-partiti tal-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2021/2) (ĠU L 73, 3.3.2021, p. 16).
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1409/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta’ Novembru 2013 dwar l-istatistika tal-ħlasijiet (BĊE/2013/43) (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 18).
(3) Linja Gwida BĊE/2014/15 tal-4 ta’ April 2014 dwar statistika monetarja u finanzjarja (ĠU L 340, 26.11.2014, p. 1).
(4) Linja Gwida (UE) 2015/571 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta’ Novembru 2014 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2014/43) (ĠU L 93, 9.4.2015, p. 82); Linja Gwida (UE) 2016/450 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Diċembru 2015 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2015/44) (ĠU L 86, 1.4.2016, p. 42); Linja Gwida (UE) 2017/148 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2016 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2016/45) (ĠU L 26, 31.1.2017, p. 1); Linja Gwida (UE) 2018/877 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta’ Ġunju 2018 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2018/17) (ĠU L 154, 18.6.2018, p. 22); u Linja Gwida (UE) 2019/1386 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Ġunju 2019 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2019/18) (ĠU L 232, 6.9.2019, p. 1).
(5) Linja Gwida (UE) 2021/830 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2021 dwar statistika tal-partiti tal-karta tal-bilanċ u statistika dwar ir-rati tal-imgħax ta’ istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2021/11).
(6) Linja Gwida (UE) 2021/831 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2021 dwar tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat dwar intermedjarji finanzjarji minbarra istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2021/12).
(7) Linja Gwida (UE) 2021/833 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2021 dwar tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat dwar data bankarja kkonsolidata (BĊE/2021/14).
(8) Linja Gwida (UE) 2021/832 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2021 dwar rekwiżiti ta’ rapportar dwar l-istatistika tal-ħlasijiet (BĊE/2021/13).
(9) Linja Gwida (UE) 2021/834 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2021 dwar tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat dwar ħruġ ta’ titoli (BĊE/2021/15).
(10) Ir-Regolament (UE) 2021/379 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2021 dwar l-entrati tal-karta bilanċjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2021/2) (ĠU L 73, 3.3.2021, p. 16).
ANNESS I
LINJA GWIDA RREVOKATA BIL-LISTA TAL-EMENDI SUĊĊESSIVI TAGĦHA
|
Linja Gwida 2014/810/UE tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ April 2014 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2014/15) (ĠU L 340, 26.11.2014, p. 1) |
|
|
Linja Gwida (UE) 2015/571 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta’ Novembru 2014 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2014/43) (ĠU L 93, 9.4.2015, p. 82) |
|
|
Linja Gwida (UE) 2016/450 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Diċembru 2015 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2015/44) (ĠU L 86, 1.4.2016, p. 42) |
|
|
Linja Gwida (UE) 2017/148 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2016 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2016/45) (ĠU L 26, 31.1.2017, p. 1) |
|
|
Linja Gwida (UE) 2018/877 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta’ Ġunju 2018 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2018/17) (ĠU L 154, 18.6.2018, p. 22) |
|
|
Linja Gwida (UE) 2019/1386 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Ġunju 2019 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2019/18) (ĠU L 232, 6.9.2019, p. 1) |
|
ANNESS II
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
|
Linja Gwida BĊE/2014/15 |
Linja Gwida (UE) 2021/830 dwar statistika tal-partiti tal-karta tal-bilanċ u statistika dwar ir-rati tal-imgħax ta’ istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2021/11) |
|
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 1(2) |
Artikolu 32 |
|
Artikolu 1(3), punti (a) u (b) |
Artikolu 31 |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 3(1) u Artikolu 7(1) |
Artikolu 3 u Artikolu 4 |
|
Artikolu 3(2), Artikolu 7(2), Artikolu 21(2) u Artikolu 22(2) |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu, Artikolu 21(3) u Artikolu 22(3) |
Artikolu 10 |
|
Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 30(3) |
|
Artikolu 3(4) |
Artikolu 30(2) |
|
Artikolu 3(5)(b) u Artikolu 10(3) |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 3(5)(c) |
Artikolu 30(7) |
|
Artikolu 4 |
Artikolu 30(4) |
|
Artikolu 5 |
— |
|
Artikolu 6 |
Artikoli 22 sa 24 |
|
Artikolu 8(1) u (3) |
Artikolu 19 |
|
Artikolu 8(2) u Artikolu 9(2) |
Artikolu 21 |
|
Artikolu 9(1) |
Artikolu 20 |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 11 |
Artikoli 25 sa 26 |
|
Artikolu 14 |
— |
|
Artikolu 17 |
Artikoli 11 sa 14 |
|
Artikolu 17a |
Artikoli 15 sa 18 |
|
Artikolu 21(1) u (4) |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 22(1) |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 27 |
Artikolu 30(1) |
|
Artikolu 28 |
Artikolu 33 |
|
Artikolu 29 |
Artikolu 34 |
|
Artikolu 30 |
Artikolu 35 |
|
Anness I |
— |
|
Anness II, Parti 1, (Tabelli 3a, 3b u 4) |
Anness II, Parti 2 |
|
Anness II, Parti 3 |
Anness VI |
|
Anness II, Partijiet 4 u 10 |
Anness II, Parti 1 |
|
Anness II, Parti 5 |
Anness V, Parti 1 |
|
Anness II, Parti 6 |
Anness V, Parti 2 |
|
Anness II, Parti 7 |
Anness II, Parti 3 |
|
Anness II, Parti 8 |
Anness VII |
|
Anness II, Parti 13 sa 15 |
Anness III |
|
Anness II, Parti 15a |
Anness IV |
|
Anness II, Parti 19 |
Anness II, Parti 5 |
|
Anness II, Parti 20 |
Anness II, Parti 4 |
|
Anness III |
— |
|
Anness IV |
Anness I |
ANNESS III
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
|
Linja Gwida BĊE/2014/15 |
Linja Gwida (UE) 2021/832 dwar rekwiżiti ta’ rapportar dwar l-istatistika tal-ħlasijiet (BĊE/2021/13) |
|
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 1(2) |
Artikolu 4(3) |
|
Artikolu 1(3)(d) |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 18(1) |
Artikolu 3(1) u (2) |
|
Artikolu 18(2) |
Artikolu 3(4), Artikolu 4(1) u (2) |
|
Artikolu 18(3) |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 18(4) |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 27 |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 28 |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 29 |
Artikolu 10 |
|
Artikolu 32 |
— |
|
Artikolu 33 |
Artikolu 12 |
|
— |
Artikolu 13 |
|
Parti 16 tal-Anness II |
Anness |
|
Anness II, Parti 16, Tabella 1 |
— |
|
Anness II, Parti 16, Tabella 1 – Mezzi ta’ saldu użati mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu |
Anness, Tabella A |
|
Anness II, Parti 16, Tabella 2 |
Anness, Tabella A |
|
Anness II, Parti 16, Tabella 3 |
— |
|
Anness II, Parti 16, Tabella 4 |
— |
|
Anness II, Parti 16, Tabella 5 |
Anness, Tabella B |
|
Anness II, Parti 16, Tabella 6 |
Anness, Tabella C |
|
Anness II, Parti 16, Tabella 7 |
Anness, Tabella D |
|
Taqsima 2 |
Artikolu 3(3) |
|
Anness III |
Artikolu 9 u premessa 10 |
ANNESS IV
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
|
Linja Gwida BĊE/2014/15 |
Linja Gwida (UE) 2021/831 dwar tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat dwar intermedjarji finanzjarji minbarra istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2021/12) |
|
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 1(2) |
Artikolu 20 |
|
Artikolu 1(3)(a) |
Artikolu 18 |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 15 |
Taqsima 6 |
|
Artikolu 19 |
Taqsima 2 |
|
Artikolu 20 |
Taqsima 5 |
|
Artikolu 23 |
Taqsima 7 |
|
Artikolu 26 |
Taqsima 4 |
|
Artikolu 26a |
Taqsima 3 |
|
Artikolu 27 |
Artikolu 19 |
|
Artikolu 28 |
Artikolu 21 |
|
Artikolu 29 |
Artikolu 22 |
|
Anness II, Parti 11 |
Anness I, Parti 4 |
|
Anness II, Parti 17 |
Anness I, Parti 1 u Artikolu 3(1)(a) u (b) |
|
Anness II, Parti 18 |
Artikolu 12(1) u Artikolu 13(3) |
|
Anness II, Parti 21 |
Anness I, Parti 5 |
|
Anness II, Parti 22 |
— |
|
Anness II, Parti 23 |
Anness I, Parti 1 u Artikolu 6(1)(a) u (c) |
|
— |
Anness I, Parti 3 |
|
Anness II, Parti 24 |
Artikolu 9(1)(a) u (c) |
|
Anness III |
Artikolu 21 |
|
Anness IV |
Anness II |
ANNESS V
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
|
Linja Gwida BĊE/2014/15 |
Linja Gwida (UE) 2021/833 dwar tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat dwar data bankarja kkonsolidata (BĊE/2021/14) |
|
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 1(2) |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 12(1) |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 12(4) |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 12(2) |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 12(3) |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 27 |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 28 |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 29 |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 32 |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 33 |
Artikolu 10 |
|
Anness II, Parti 9, Tabella 1(annwali) |
Anness I |
|
Anness II, Parti 9, Tabella 2(trimestrali) |
Anness II |
|
Anness III |
Artikolu 7 |
ANNESS VI
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
|
Linja Gwida BĊE/2014/15 |
Linja Gwida (UE) 2021/834 dwar tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat dwar ħruġ ta’ titoli (BĊE/2021/15) |
|
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 16(1) u (3) |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 16(2) |
Artikolu 4 |
|
Artikolu 1(3)(c) |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 27 |
Artikolu 6 |
|
— |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 28 |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 30 |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 29 |
Artikolu 10 |
|
Anness II, Parti 12 |
Anness I |
|
Anness III |
Artikolu 8 |
ANNESS VII
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
|
Linja Gwida BĊE/2014/15 |
Regolament (UE) 2021/379 dwar il-partiti tal-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2021/2). |
|
Artikolu 3(5)(a), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 9(1), punt (b) tal-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 3(5)(a), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 9(4), it-tieni u t-tielet subparagrafi |