|
11.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 208/1 |
LINJA GWIDA (UE) 2021/830 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-26 ta’ Marzu 2021
dwar statistika tal-partiti tal-karta tal-bilanċ u statistika dwar ir-rati tal-imgħax ta’ istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2021/11)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikoli 5.1, 12.1 u 14.3 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu skont it-Trattati, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jeħtieġ ir-rapportar ta’ tagħrif statistiku dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFI) tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn’ il quddiem ‘l-Istati Membri taż-żona tal-euro’). Dan it-tagħrif jipprovdi lill-BĊE bi stampa statistika komprensiva tal-iżviluppi monetarji fl-Istati Membri taż-żona tal-euro li huma meqjusa bħala territorju ekonomiku wieħed. Jeħtieġ ukoll tagħrif statistiku dettaljat biżżejjed biex tiġi żgurata l-utilità analitika kontinwa tal-aggregati monetarji taż-żona tal-euro u l-kontropartijiet għat-tmexxija ta’ analiżi makroekonomika u strutturali fil-livell tal-Unjoni. |
|
(2) |
Il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Banek Ċentrali Nazzjonali (BĊNi) għandu jiġi armonizzat tul iż-żona tal-euro kollha. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli komuni għall-ġbir u t-trattament ta’ dik l-informazzjoni. Huwa importanti li jiġi żgurat li dawk ir-regoli ma jimponux piż ta’ rapportar mhux raġonevoli fuq il-BĊNi. Il-BĊNi għandhom għalhekk jirrapportaw dak it-tagħrif statistiku lill-BĊE bl-użu tat-tagħrif statistiku miġbur skont ir-Regolament (UE) 2021/379 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/2) (1), ir-Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/34) (2) u r-Regolament (UE) Nru 1074/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/39) (3). Il-BĊE jista’ jagħmel użu mit-tagħrif statistiku rrapportat skont din il-Linja Gwida skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 (4). |
|
(3) |
Ċerti definizzjonijiet fir-Regolament (UE) Nru 2533/98 huma ukoll rilevanti għall-finijiet tar-rappurtaġġ skont din il-Linja Gwida u għandhom għalhekk japplikaw. |
|
(4) |
MFIs li huma parti mill-popolazzjoni attwali li tirrapporta huma meħtieġa jirrapportaw tagħrif statistiku relatat mal-karti tal-bilanċ tagħhom lill-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) tal-Istat Membru li fih huma residenti skont ir-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2). Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu definiti l-formati u l-proċeduri li l-BĊNi għandhom isegwu sabiex jirrapportaw lill-BĊE tagħrif statistiku derivat minn dik l-informazzjoni miġbura mill-popolazzjoni attwali li tirrapporta u mill-karta tal-bilanċ tal-BĊNi stess. Barra minn hekk, għal skopijiet ta’ rapportar statistiku, il-BĊE għandu jikseb tagħrif statistiku mill-karta tal-bilanċ tiegħu stess, li jikkorrispondi għat-tagħrif statistiku miksub mill-BĊNi mill-karti tal-bilanċ tagħhom. |
|
(5) |
Sabiex l-iżviluppi monetarji jkunu jistgħu jiġu analizzati skont it-tip ta’ MFIs, il-BĊE jiġbor statistika dwar il-karta tal-bilanċ aggregata tal-fondi tas-suq monetarju (“money market funds” – MMFs) u l-korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti għajr il-banek ċentrali. Sabiex tinkiseb din l-istatistika għaż-żona tal-euro u l-Istati Membri taż-żona tal-euro individwali, huwa meħtieġ li l-BĊE jiġbor mingħand il-BĊNi tagħrif statistiku dwar l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-MMFs. |
|
(6) |
Bil-għan li jiġi żgurat li t-tagħrif statistiku dwar is-settur tal-MFI rrapportat lill-BĊE ikun rappreżentattiv tal-popolazzjoni kollha li tirrapporta ta’ kull Stat Membru taż-żona tal-euro, għandhom jiġu stabbiliti regoli komuni dwar l-ingrossar għal MFIs żgħar li ġew eżentati minn ċerti rekwiżiti ta’ rapportar skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2) u skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34). Għall-istess raġuni, għandhom jiġu stabbiliti regoli komuni dwar l-ingrossar għall-MFIs li ntgħażlu mill-BĊNi permezz ta’ kampjun skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34). |
|
(7) |
Sabiex jiġu analizzati aħjar l-iżviluppi fir-rigward ta’ self mogħti minn MFIs lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji fiż-żona tal-euro u Stati Membri taż-żona tal-euro individwali, il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE, fejn disponibbli, tagħrif statistiku dwar self MFI lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji skont l-attività ekonomika. |
|
(8) |
Biex jikkumplimentaw l-analiżi tal-iżviluppi tal-kreditu fiż-żona tal-euro u fl-Istati Membri individwali taż-żona tal-euro, il-BĊNi għandhom jipprovdu informazzjoni lill-BĊE dwar linji ta’ kreditu mhux miġbuda tal-MFI mqassma skont is-settur istituzzjonali. Sabiex tittejjeb il-komparabbiltà bejn il-pajjiżi, il-BĊNi għandhom jirrapportaw tagħrif statistiku dwar linji ta’ kreditu mhux miġbuda li huma konsistenti mad-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u Regolament (UE) 2016/867 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/13) (6). |
|
(9) |
Jeħtieġ li l-BĊE jissorvelja t-trażmissjoni tal-politika monetarja permezz ta’ bidliet fir-rati tal-imgħax applikati mill-MFIs għad-depożiti u s-self fir-rigward tal-unitajiet domestiċi u l-korporazzjonijiet mhux finanzjarji. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu definiti l-formati u l-proċeduri li l-BĊNi għandhom isegwu sabiex jirrapportaw din l-informazzjoni lill-BĊE, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34). |
|
(10) |
Jeħtieġ li l-Eurosistema tuża l-istatistika tal-karta tal-bilanċ u tar-rata tal-imgħax tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji individwali miġbura skont ir-Regolament (UE) Nru 2021/379 (BĊE/2021/2) u r-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34), rispettivament, għall-finijiet tal-politika monetarja, l-istabbiltà finanzjarja u l-politika makroprudenzjali, kif ukoll għall-kompiti relatati mas-superviżjoni mikroprudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-Istati Membri taż-żona tal-euro. Il-BĊNi għandhom għalhekk ikunu meħtieġa jirrapportaw lill-BĊE l-istatistika individwali tal-partita tal-karta tal-bilanċ MFI (IBSI) u tar-rata tal-imgħax (IMIR). |
|
(11) |
Fil-5 ta’ Ġunju 2020, il-Kunsill Governattiv approva estensjoni tal-bord tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro għat-trażmissjoni lill-BĊE ta’ partiti individwali fil-karta tal-bilanċ (7), li t-trażmissjoni regolari tagħhom tibda fir-rigward tal-informazzjoni tal-karta tal-bilanċ li tirreferi għal Frar 2021. Sabiex jitnaqqas il-piż akbar ta’ rapportar għall-BĊNi li jirriżulta minn dik l-estensjoni, huwa xieraq li r-rekwiżiti relatati mat-trażmissjoni tal-informazzjoni IBSI għal dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkunu limitati meta mqabbla mat-trażmissjoni ta’ informazzjoni IBSI għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu inklużi fil-bord qabel l-estensjoni tagħha (istituzzjonijiet ewlenin). |
|
(12) |
Sabiex jikkumplimenta l-analiżi f’waqtha tal-iżviluppi monetarji u tal-kreditu, huwa xieraq li l-BĊE jirċievi tagħrif IBSI u IMIR fl-istess ħin bħall-aggregati nazzjonali għall-istituzzjonijiet ewlenin, li n-negozju tagħhom ikopri sehem sinifikanti tal-indikaturi aggregati rilevanti. Sabiex jiġu evitati interruzzjonijiet fis-serje taż-żmien tal-IBSI u l-IMIR u biex tiġi żgurata kopertura kontinwa tal-aggregati nazzjonali tal-istituzzjonijiet ewlenin, huwa xieraq li istituzzjoni ta’ kreditu ġdida li tirriżulta minn fużjoni, akkwiżizzjoni jew riorganizzazzjoni korporattiva oħra li tinvolvi istituzzjoni ewlenija waħda jew aktar tkun hija stess istituzzjoni ewlenija. Meta Stat Membru jadotta l-euro, huwa meħtieġ li jiġi identifikat liema mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu residenti għandhom ikunu istituzzjonijiet ewlenin għall-finijiet tal-analiżi f’waqtha tal-iżviluppi monetarji u tal-kreditu f’dak l-Istat Membru, filwaqt li jitqies ukoll il-piż tar-rapportar għall-BĊN rilevanti. |
|
(13) |
Skont l-Artikolu 12.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Centrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem, l-‘Istatut tas-SEBĊ’), il-Kunsill Governattiv jista' jiddeċiedi li jiddelega ċerti setgħat lill-Bord Eżekuttiv. Skont il-prinċipji ġenerali dwar id-delegazzjoni kif żviluppati u kkonfermati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, id-delegazzjoni ta' setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet għandha tkun limitata, proporzjonata u bbażata fuq kriterji speċifikati. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġi pprovdut li fejn il-Kunsill Governattiv jew il-Bord Eżekuttiv jagħti jew jirtira permess għall-BĊNi biex japplikaw limitu speċifikat għall-karti tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro li għalihom id-data individwali tiġi rrapportata lill-BĊE, huma għandhom jikkunsidraw jekk tali applikazzjoni tirriżultax f’piż ta’ rapportar sproporzjonat fuq dawk il-BĊNi. |
|
(14) |
Il-BĊE jżomm ir-Reġistru ta’ Data dwar Istituzzjonijiet u Affiljati (minn hawn ’il quddiem ‘RIAD’), repożitorju ċentrali ta' data ta' referenza dwar unitajiet istituzzjonali rilevanti għall-finijiet ta' statistika. Id-data ta’ referenza għal MFIs u l-informazzjoni dwar l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro li għalihom tiġi rrapportata data IBSI jew IMIR mill-BĊNi hija maħżuna f’RIAD skont il-Linja Gwida (UE) 2018/876 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/16) (8). Huwa għalhekk xieraq li tiġi speċifikata l-informazzjoni li l-BĊNi huma meħtieġa li jdaħħlu u jaġġornaw fir-RIAD fir-rigward tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro li għalihom tiġi rrapportata data IBSI jew IMIR. |
|
(15) |
Sabiex jitnaqqas il-piż kumplessiv tar-rapportar, it-tagħrif statistiku miġbur skont ir-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2) tintuża għall-kalkolu regolari tal-bażi ta’ riżerva tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġetti għar-reġim ta’ riżerva minima tal-BĊE skont ir-Regolament (UE) 2021/378 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2021/1) (9). Sabiex il-BĊE jipproduċi statistika dwar it-tqassim tal-bażi ta’ riżerva aggregata skont it-tipi ta’ obbligazzjonijiet, huwa meħtieġ li l-BĊNi jirrapportaw lill-BĊE tagħrif statistiku dwar il-bażi ta’ riżerva tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu għall-Istati Membri individwali taż-żona tal-euro. Huwa meħtieġ ukoll li l-BĊE jiġbor tagħrif statistiku dwar il-proporzjon makro sabiex jimmonitorja l-adegwatezza tat-tnaqqis standard imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1). |
|
(16) |
L-aggregati monetarji taż-żona tal-euro u l-kontropartijiet tagħhom huma derivati prinċipalment mid-data tal-karta tal-bilanċ MFI miġbura skont ir-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2). Madankollu, l-aggregati monetarji taż-żona tal-euro jinkludu mhux biss l-obbligazzjonijiet monetarji tal-MFIs iżda wkoll l-obbligazzjonijiet monetarji tal-gvern ċentrali u tal-istituzzjonijiet ġiro tal-uffiċċji postali (POGIs) li ma jappartjenux għas-settur tal-gvern ċentrali. Huwa għalhekk meħtieġ li t-tagħrif statistiku dwar il-POGIs li jirċievu depożiti minn istituzzjonijiet finanzjarji mhux monetarji residenti fiż-żona tal-euro skont ir-Regolament (UE) Nru 1074/2013 (BĊE/2013/39) jiġi rrapportat lill-BĊE. Għall-istess raġuni, huwa meħtieġ li t-tagħrif statistiku dwar l-obbligazzjonijiet monetarji tal-gvern ċentrali, u l-investimenti mill-gvern ċentrali ta’ flus kontanti u titoli maħruġa mill-MFIs taż-żona tal-euro, jiġi rrapportat lill-BĊE. Għaldaqstant, għandhom jiġu definiti l-formati u l-proċeduri għar-rapportar ta’ tali informazzjoni lill-BĊE. |
|
(17) |
Biex jgħinu fl-analiżi tal-istruttura u l-iżviluppi fis-settur bankarju taż-żona tal-euro, il-BĊNi għandhom jirrapportaw indikaturi finanzjarji strutturali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu skont il-mudelli speċifikati f’din il-Linja Gwida. Sabiex jitnaqqas il-piż tar-rapportar, il-BĊNi għandu jkollhom l-għażla li jagħmlu l-informazzjoni disponibbli f’sorsi ta’ data alternattivi, li jistgħu jintużaw mill-BĊE biex jikseb l-indikaturi meħtieġa soġġett għal ftehim mal-BĊE. |
|
(18) |
Ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) jemenda, inter alia, id-definizzjoni ta’ “istituzzjoni ta’ kreditu” fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 biex tinkludi ditti sistemiċi tal-investiment, li sakemm dawk id-ditti ma jkunux qed iwettqu attivitajiet konsistenti mal-istandards komuni, id-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet għall-klassifikazzjoni statistika tal-korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti, mhumiex MFIs. Konsegwentement, ir-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2) jiddistingwi l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kklassifikati fis-settur tal-MFI minn istituzzjonijiet ta’ kreditu mhux MFI fl-ambitu tal-popolazzjoni attwali li tirrapporta. Sabiex il-BĊE jissorvelja b’mod effettiv l-attivitajiet tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, huwa meħtieġ li l-informazzjoni miġbura mill-BĊNi minn istituzzjonijiet ta’ kreditu mhux MFI skont ir-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2) tiġi trażmessa lill-BĊE. |
|
(19) |
Sabiex jiġu żgurati l-preċiżjoni u l-kwalità tat-tagħrif statistiku miġbur mill-BĊE, huwa meħtieġ li jiġi previst il-monitoraġġ, il-verifika u, fejn xieraq, ir-reviżjoni tat-tagħrif statistiku rrapportat mill-BĊNi. Għall-istess raġunijiet, il-BĊNi għandhom jipprovdu spjegazzjonijiet lill-BĊE għal reviżjonijiet li jtejbu b’mod sinifikanti t-tagħrif statistiku rrapportat, jew meta jintalab mill-BĊE. |
|
(20) |
L-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ, flimkien mal-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jimplika li l-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro (minn hawn ’il quddiem ‘Stati Membri mhux fiż-żona tal-euro’) li qegħdin jippjanaw li jadottaw l-euro għandhom ifasslu u jimplimentaw miżuri għall-ġbir tat-tagħrif statistiku meħtieġ biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-istatistika tal-BĊE bi tħejjija għal tali adozzjoni tal-euro. Għaldaqstant, l-applikazzjoni ta’ din il-Linja Gwida tista’ tiġi estiża għall-BĊNi ta’ Stati Membri mhux fiż-żona tal-euro għal perjodu ta’ referenza definit, fejn xieraq. Barra minn hekk, sabiex il-BĊE jkun jista’ jikseb ħarsa ġenerali komprensiva tat-tagħrif statistiku miġbur u jwettaq analiżi rilevanti, il-BĊNi ta’ Stati Membri mhux fiż-żona tal-euro li jadottaw l-euro għandhom ikunu meħtieġa jipprovdu lill-BĊE b’tagħrif statistiku li jkopri perijodu speċifikat qabel l-adozzjoni tal-euro minnhom u l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni. |
|
(21) |
Sabiex il-BĊE jwettaq il-kompiti tiegħu, huwa xieraq li l-BĊNi jirrapportaw it-tagħrif statistiku meħtieġ sa data speċifikata. Għal dak il-għan u sabiex tingħata aktar ċarezza lill-BĊNi, huwa xieraq li l-BĊNi jirrapportaw ukoll skont il-kalendarju tar-rapportar ikkomunikat lill-BĊNi mill-BĊE. |
|
(22) |
Għandhom jiġu stabbiliti regoli komuni għall-pubblikazzjoni mill-BĊNi ta’ tagħrif statistiku dwar il-karti tal-bilanċ MFI li għandhom jiġu rrapportati skont din il-Linja Gwida sabiex jiġi żgurat rilaxx ordnat tal-aggregati sensittivi għas-suq ewlenin relatati. |
|
(23) |
Huwa xieraq li jiġi pprovdut metodu komuni ta’ trażmissjoni ta’ tagħrif statistiku rrapportat lill-BĊE għall-BĊNi kollha. Għaldaqstant, għandu jiġi miftiehem u speċifikat format ta’ trażmissjoni elettroniku armonizzat mis-SEBĊ. |
|
(24) |
Huwa meħtieġ li tiġi stabbilita proċedura biex isiru emendi tekniċi lill-Annessi ta' din il-Linja Gwida b'mod effettiv, kemm-il darba dawn l-emendi la jbiddlu l-qafas kunċettwali bażiku, u lanqas ma jaffettwaw il-piż tar-rapportar. Għaldaqstant, il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu jkun jista’ jagħmel tali emendi tekniċi u għandu jittieħed kont tal-fehmiet tal-Kumitat tal-Istatistika tas-SEBĊ meta tiġi segwita din il-proċedura. |
|
(25) |
Sabiex tiġi implimentata d-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv meħuda fil-5 ta’ Ġunju 2020 dwar l-estensjoni tal-istatistika tal-partiti tal-karta tal-bilanċ individwali, huwa meħtieġ li l-BĊNi iqisu l-bord estiż tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro għat-trażmissjoni regolari lill-BĊE ta’ statistika IBSI għall-perjodu ta’ referenza Frar 2021. Għalhekk, il-BĊNi għandhom jidentifikaw l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li għalihom id-data tal-IBSI u l-IMIR għandha tiġi rrapportata skont il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-Linja Gwida. Peress li l-Linja Gwida BĊE/2014/15 tal-Bank Ċentrali Ewropew (11) dwar l-istatistika monetarja u finanzjarja tkompli tapplika sal-1 ta’ Frar 2022, huwa meħtieġ li jiġu previsti rekwiżiti tranżitorji ta’ rappurtar skont din il-Linja Gwida sal-1 ta’ Frar 2022. Huwa meħtieġ ukoll illi l-BĊNi jirrapportaw dik l-informazzjoni mal-ħtiġijiet ta’ tempestività ta’ din il-Linja Gwida għal dak il-perjodu. |
|
(26) |
Barra minn hekk, fid-dawl tal-emendi għad-definizzjoni ta’ “istituzzjoni ta’ kreditu” fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 li japplikaw mis-26 ta’ Ġunju 2021, huwa meħtieġ li jiġu previsti rekwiżiti tranżitorji ta’ rapportar għall-BĊNi fuq il-partiti tal-karti tal-bilanċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu mhux MFI għall-perjodu mis-26 ta’ Ġunju 2021 sal-1 ta’ Frar 2022. |
|
(27) |
Sabiex jiġi żgurat li l-ġbir u l-analiżi ta’ tagħrif statistiku jkunu effettivi, il-BĊNi għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Linja Gwida mill-istess data bħad-data tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti l-ġodda ta’ rapportar fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2020/2). Din il-Linja Gwida għalhekk għandha tapplika mill-1 ta’ Frar 2022, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
TAQSIMA 1
SUĠĠETT U KAMP TA' APPLIKAZZJONI
Artikolu 1
Suġġett
Din il-Linja Gwida tistabbilixxi r-rekwiżiti ta’ rapportar għall-BĊNi dwar tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat fuq partiti tal-karta tal-bilanċ u rati tal-imgħax ta’ istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFIs), partiti tal-karta tal-bilanċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu mhux MFI, ir-riżervi minimi u l-indikaturi finanzjarji strutturali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, u tagħrif statistiku dwar l-istituzzjonijiet giro tal-uffiċċji postali (POGIs) u l-gvern ċentrali meħtieġ għall-kumpilazzjoni ta’ aggregati monetarji u kontropartijiet. B’mod partikolari, din il-Linja Gwida tispeċifika t-tagħrif li għandu jiġi rraportat mill-BĊNi lill-BĊE, it-trattament ta’ dak it-tagħrif, il-frekwenza u ż-żmien ta’ dak ir-rapportar u l-istandards li għandhom japplikaw lil dak ir-rapportar.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din il-Linja Gwida, japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2), Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/34) (12) u l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1074/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/39) (13).
Id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw ukoll:
|
(1) |
‘tagħrif statistiku’ tfisser ‘tagħrif statistiku’ kif iddefinit fl-Artikolu 1(11) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 (14); |
|
(2) |
‘perjodu ta’ produzzjoni’ tfisser il-perjodu bejn it-tempestivita` preskritta skont din il-Linja Gwida għar-rapportar ta’ tagħrif statistiku mill-BĊNi lill-BĊE sad-data li fiha l-BĊE jieqaf jilqa’ d-data; |
|
(3) |
‘bażi ta’ riżerva’ tfisser ‘bażi ta’ riżerva’ kif definit fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/1). |
|
(4) |
‘perjodu ta’ żamma’ tfisser ‘perjodu ta’ żamma’ kif definit fl-Artikolu 2(10) tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1). |
TAQSIMA 2
PARTITI TAL-KARTA TAL-BILANĊ MFI
Artikolu 3
Tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat dwar il-partiti tal-karta tal-bilanċ ta’ banek ċentrali
1. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE il-partiti tal-karta tal-bilanċ tas-settur tal-bank ċentrali li ġejjin:
|
(a) |
l-ammonti pendenti fl-aħħar tax-xahar speċifikati fit-Tabella 1 fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2), bl-eċċezzjoni ta’ dan li ġej:
|
|
(b) |
l-ammonti pendenti fl-aħħar tat-trimestru speċifikati fit-Tabelli 2, 3 u 4 fil-Parti 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2); |
|
(c) |
l-ammonti pendenti fl-aħħar tax-xahar u fl-aħħar tat-trimestru speċifikati fit-Tabella 1 fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ din il-Linja Gwida fuq il-bażi tal-aħjar stima, fejn id-data hija disponibbli; |
|
(d) |
l-ammonti pendenti fl-aħħar tat-trimestru speċifikati fit-Tabella 3 fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ din il-Linja Gwida; |
2. il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE t-tagħrif statistiku segwenti dwar aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni tas-settur tal-banek ċentrali:
|
(a) |
l-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni ta’ kull xahar speċifikati fit-Tabella 1A fil-Parti 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2), bl-eċċezzjoni ta’ dan li ġej:
|
|
(b) |
l-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni trimestrali speċifikati fit-Tabella 2A fil-Parti 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2); |
|
(c) |
l-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni ta’ kull xahar u trimestrali speċifikati fit-Tabella 1 fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ din il-Linja Gwida fuq bażi tal-aħjar stima, fejn id-data tkun disponibbli; |
|
(d) |
l-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni trimestrali speċifikati fit-Tabella 3 fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ din il-Linja Gwida. |
3. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE t-tagħrif statistiku li ġej dwar l-aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni tas-settur tal-banek ċentrali:
|
(a) |
l-aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni ta’ kull xahar fir-rigward ta’ kull partita ta’ ammont pendenti rapportata skont il-paragrafu 1 (a); |
|
(b) |
l-aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni trimestrali fir-rigward ta’ kull partita ta’ ammont pendenti speċifikati fit-Tabella 2 fil-Parti 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2), bl-eċċezzjoni tal-partiti li jirreferu għal tqassim ta’ self skont il-maturitajiet residwi; |
|
(c) |
l-aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni ta’ kull xahar u trimestrali speċifikati fit-Tabella 1 fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ din il-Linja Gwida fuq bażi tal-aħjar stima, fejn id-data tkun disponibbli; |
|
(d) |
l-aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni trimestrali speċifikati fit-Tabella 3 fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ din il-Linja Gwida. |
4. Il-BĊNi għandhom iġibu t-tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat skont dan l-Artikolu mis-sistemi kontabilistiċi tagħhom skont it-tabelli disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE (15) li jipprovdi pont bejn il-partiti tal-karta tal-bilanċ statistiċi u kontabilistiċi, u b’mod partikolari għandhom japplikaw dan li ġej:
|
(a) |
għall-partiti ta’ kontabbiltà 9.5 “klejms oħra fl-Eurosistema (nett)” u 10.4 “obbligazzjonijiet oħrajn fl-Eurosistema (nett)”, il-BĊNi għandhom jidentifikaw l-assi separatament mill-obbligazzjonijiet u għandhom jirrapportawhom fuq bażi grossa; |
|
(b) |
fejn il-partita ta’ kontabbiltà 14 “kontijiet ta’ rivalutazzjoni”, għandha tiġi rrapportata fuq bażi grossa għall-finijiet ta’ kontabbiltà, il-BĊNi għandhom jirrapportaw fuq bażi netta għall-iskopijiet statistiċi; |
|
(c) |
fejn il-BĊNi jirrivalutaw il-portafolli tat-titoli tagħhom fuq bażi ta’ kull xahar jew aktar frekwenti, għal kopijiet interni, kif imsemmi fl-Artikolu 9(2) tal-Linja Gwida (UE) 2016/2249 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/34) (16), dawk ir-rivalutazzjonijiet għandhom ikunu riflessi fit-tagħrif statistiku rrapportat skont il-paragrafu 2 fuq bażi ta’ kull xahar; |
|
(d) |
mingħajr preġudizzju għall-valutazzjonijiet applikati għal finijiet ta’ kontabilità, il-BĊNi għandhom japplikaw waħda mill-valwazzjonijiet li ġejjin għar-rapportar ta’ titoli miżmuma u maħruġa:
|
5. Fir-rigward tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE, it-tagħrif statistiku msemmi f’dan l-Artikolu għandu jsir disponibbli mill-qasam reponsabbli tal-BĊE lid-Direttorat Ġenerali tal-Istatistika tal-BĊE.
6. It-tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat skont dan l-Artikolu għandu jkun fuq bażi aggregata, u vverifikat skont l-Artikolu 30. It-taghrif statistiku dwar l-aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni u ta’ rivalutazzjoni għandu jiġi rrapportat skont l-Anness I ta’ din il-Linja Gwida.
Artikolu 4
Tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat fuq il-partiti tal-karta tal-bilanċ ta’ MFIs oħrajn
1. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE l-partiti tal-karta tal-bilanċ ta’ MFIs oħrajn li ġejjin:
|
(a) |
l-ammonti pendenti tal-aħħar tax-xahar speċifikati fit-Tabella 1 fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2), bl-eċċezzjoni tal-obbligazzjonijiet ta’ depożitu rrapportati biss minn istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġetti għal rekwiżiti ta’ riżerva; |
|
(b) |
l-ammonti pendenti fl-aħħar tat-trimestru speċifikati fit-Tabelli 2, 3 u 4 fil-Parti 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2); |
|
(c) |
l-ammonti pendenti tal-aħħar tax-xahar fuq titolizzazzjonijiet u trasferimenti ta’ self oħrajn speċifikati fit-Tabella 5b fil-Parti 5 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2); |
|
(d) |
l-ammonti pendenti tal-aħħar tax-xahar u l-aħħar tat-trimestru speċifikati fit-Tabella 2 fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ din il-Linja Gwida sa fejn id-data tkun disponibbli, inkluż fuq bażi tal-aħjar stima, meta d-data tkun disponibbli; |
|
(e) |
l-ammonti pendenti tal-aħħar tat-trimestru speċifikati fit-Tabella 3 fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ din il-Linja Gwida sa fejn id-data tkun disponibbli, inkluż fuq bażi tal-aħjar stima, meta d-data tkun disponibbli. |
2. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE t-tagħrif statistiku li ġej dwar l-aġġustamenti tar-rivalutazzjoni ta’ MFIs oħra:
|
(a) |
l-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni ta’ kull xahar speċifikati fit-Tabella 1A fil-Parti 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2); |
|
(b) |
l-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni ta’ kull xahar speċifikati fit-Tabella 5b fil-Parti 5 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2); |
|
(c) |
l-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni trimestrali speċifikati fit-Tabella 2A fil-Parti 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2); |
|
(d) |
l-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni ta’ kull xahar u trimestrali speċifikati fit-Tabella 2 fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ din il-Linja Gwida fuq bażi tal-aħjar stima, fejn id-data tkun disponibbli; |
|
(e) |
l-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni trimestrali speċifikati fit-Tabella 3 fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ din il-Linja Gwida fuq bażi tal-aħjar stima, fejn id-data tkun disponibbli. |
3. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE t-tagħrif statistiku li ġej dwar l-aġġustamenti tar-riklassifikazzjoni ta’ MFIs oħra:
|
(a) |
l-aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni ta’ kull xahar fir-rigward ta’ kull partita tal-ammont pendenti rapportata skont il-paragrafu 1 (a); |
|
(b) |
l-aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni ta’ kull xahar fir-rigward ta’ kull partita tal-ammont pendenti rapportata skont il-paragrafu 1 (c); |
|
(c) |
l-aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni trimestrali fir-rigward ta’ kull partita ta’ ammont pendenti speċifikati fit-Tabella 2 fil-Parti 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2), bl-eċċezzjoni tal-partiti li jirreferu għal tqassim ta’ self skont il-maturitajiet residwi; |
|
(d) |
l-aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni ta’ kull xahar u trimestrali speċifikati fit-Tabella 2 fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ din il-Linja Gwida fuq bażi tal-aħjar stima, fejn id-data tkun disponibbli; |
|
(e) |
l-aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni trimestrali speċifikati fit-Tabella 3 fil-Parti 1 tal-Anness II ta’ din il-Linja Gwida fuq bażi tal-aħjar stima, fejn id-data tkun disponibbli; |
4. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE t-tagħrif statistiku dwar it-trasferimenti ta’ self nett ta’ kull xahar kif speċifikat fit-Tabella 5a fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2).
5. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE t-tagħrif statistiku li ġej, fejn disponibbli, dwar self titolizzat jew ittrasferit b’xi mod ieħor minn MFIs li huma moqdija minn mhux MFIs:
|
(a) |
l-ammonti pendenti fl-aħħar tax-xahar ta’ self moqdi minn mhux MFIs kif speċifikati fit-Tabella 1 fil-Parti 2 tal-Anness II ta’ din il-Linja Gwida; |
|
(b) |
it-tranżazzjonijiet finanzjarji ta’ kull xahar fl-ammonti pendenti ta’ self moqdi minn mhux MFIs, eskluż l-impatt tat-trasferimenti ta’ self kif speċifikat fit-Tabella 1 fil-Parti 2 tal-Anness II ta’ din il-Linja Gwida. |
6. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw trasferimenti netti, ammonti pendenti, aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni u aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni kif speċifikat fit-Tabella 2 fil-Parti 2 tal-Anness II ta’ din il-Linja Gwida fejn il-BĊNi taw struzzjonijiet lill-MFIs biex jinkludu fir-rapportar tal-Blokk 1 tat-Tabelli 5a u 5b fil-Parti 5 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2) self trasferit minn MFI meta MFI domestiku ieħor jaġixxi bħala servizzjant, skont is-Sezzjoni 2.3 fil-Parti 5 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2).
7. It-tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat skont dan l-Artikolu għandu jkun fuq bażi aggregata, u vverifikat skont l-Artikolu 30. It-tagħrif statistiku dwar l-aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni u ta’ rivalutazzjoni għandu jiġi rrapportat skont l-Anness I ta’ din il-Linja Gwida. Fejn rilevanti, it-tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat skont dan l-Artikolu għandu jiġi ingrossat skont l-Artikolu 8.
Artikolu 5
Tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat dwar il-partiti tal-karta tal-bilanċ tal-fondi tas-suq monetarju (MMF)
1. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE tagħrif statistiku dwar l-ammonti pendenti tal-aħħar tat-trimestru tal-karti tal-bilanċ tal-MMF speċifikati fit-Tabelli 1 u 2 fil-Parti 3 tal-Anness II ta’ din il-Linja Gwida.
2. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE tagħrif statistiku dwar l-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni trimestrali speċifikati fit-Tabella 1 fil-Parti 3 tal-Anness II għal din il-Linja Gwida. Meta tingħata deroga skont l-Artikolu 9(6) tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2) lil xi MMFs jew lill-MMFs kollha fir-rigward tar-rapportar ta’ aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni, il-BĊNi għandhom jipprovdu informazzjoni fuq bażi tal-aħjar stima meta l-ammonti involuti jkunu sinifikanti.
3. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE tagħrif statistiku dwar l-aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni trimestrali speċifikati fit-Tabella 1 fil-Parti 3 tal-Anness II għal din il-Linja Gwida.
4. It-tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat skont dan l-Artikolu għandu jkun fuq bażi aggregata, u vverifikat skont l-Artikolu 30. It-taghrif statistiku dwar l-aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni u ta’ rivalutazzjoni għandu jiġi rrapportat skont l-Anness I ta’ din il-Linja Gwida. Fejn rilevanti, it-tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat skont dan l-Artikolu għandu jiġi ingrossat skont l-Artikolu 8.
Artikolu 6
Tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat dwar linji ta’ kreditu mhux miġbuda tal-MFI
1. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE, fuq bażi trimestrali, it-tagħrif statistiku li ġej dwar l-ammonti ta’ linji ta’ kreditu mhux miġbuda mogħtija minn MFIs oħrajn:
|
(a) |
l-ammonti pendenti speċifikati fit-Tabella 1 fil-Parti 4 tal-Anness II għal din il-Linja Gwida relatati mal-karta tal-bilanċ tal-aħħar tax-xahar ta’ kull xahar tat-trimestru; jew |
|
(b) |
l-ammonti pendenti speċifikati fit-Tabella 1 fil-Parti 4 tal-Anness II ta’ din il-Linja Gwida relatati mal-karta tal-bilanċ tal-aħħar tax-xahar għall-aħħar xahar tat-trimestru. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-BĊNi għandhom jirrapportaw tagħrif statistiku meta jkun disponibbli tagħrif attwali. Fejn ma tkunx disponibbli l-ebda informazzjoni attwali, il-BĊNi għandhom jirrapportaw stimi. |
2. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE tagħrif statistiku dwar l-aġġustamenti tar-riklassifikazzjoni fir-rigward ta’ kull ammont pendenti rrapportat skont il-paragrafu 1, fuq bażi tal-aħjar sforz.
3. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw tagħrif statistiku dwar linji ta’ kreditu mhux miġbuda tal-MFI b’referenza għal waħda jew it-tnejn milli ġejjin, fejn possibbli:
|
(a) |
‘ammont li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ’ kif definit fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 2016/867 (BĊE/2016/13); |
|
(b) |
‘faċilitajiet ta’ kreditu mhux miġbudin’ ikklassifikati bħala ‘riskju medju’, ‘riskju medju/baxx’ u ‘riskju baxx’, kif imsemmi fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. |
Fejn il-BĊNi ma jirrapportawx it-tagħrif statistiku b’referenza għall-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, il-BĊNi għandhom jirrapportaw it-tagħrif statistiku b’referenza għad-definizzjonijiet rilevanti nazzjonali.
4. It-tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat skont dan l-Artikolu għandu jkun fuq bażi aggregata, u vverifikat skont l-Artikolu 30. It-taghrif statistiku dwar l-aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni għandu jiġi rrapportat skont l-Anness I ta’ din il-Linja Gwida. Fejn rilevanti, it-tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat skont dan l-Artikolu għandu jiġi ingrossat skont l-Artikolu 8.
Artikolu 7
Tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat fuq self MFI lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji skont l-attività ekonomika
1. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE, fejn disponibbli, tagħrif statistiku dwar l-ammonti pendenti tal-aħħar tat-trimestru ta’ self MFI lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji taż-żona tal-euro mqassmim skont l-attività ekonomika wara l-klassifikazzjoni statistika ta’ attivitajiet ekonomiċi fl-Unjoni (NACE Rev 2) (18) skont il-Parti 5 tal-Anness II ta’ din il-Linja Gwida.
2. Il-BĊNi għandhom jagħtu spjegazzjonijiet lill-BĊE, fuq talba, dwar l-impatt tar-riklassifikazzjonijiet fuq ammonti pendenti rrapportati skont il-paragrafu 1, inklużi aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni rrapportati skont l-Artikolu 4(3).
3. It-tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat skont dan l-Artikolu għandu jkun fuq bażi aggregata, u vverifikat skont l-Artikolu 30.
Artikolu 8
Ingrossar tal-partiti tal-karta tal-bilanċ MFI
1. Fejn il-BĊNi jagħtu derogi lill-MFIs skont il-paragrafi 1, 2, 4, 6 u 7 tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2), il-BĊNi għandhom jingrossaw it-tagħrif statistiku miġbur skont dak ir-Regolament biex jirrappreżentaw il-popolazzjoni kollha li tirrapporta għall-finijiet tal-kompilazzjoni tat-tagħrif statistiku ta’ kull xahar u trimestrali li għandu jiġi rrapportat lill-BĊE skont din it-Taqsima.
2. Meta l-BĊNi jingrossaw tagħrif statistiku skont il-paragrafu 1, huma għandhom japplikaw mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
għal tagħrif dwar tqassim nieqes, għandhom jinġiebu stimi bl-applikazzjoni ta’ proporzjonijiet bbażati fuq subsett tal-popolazzjoni ta’ rappurtar attwali li hija kkunsidrata iktar rappreżentattiva tal-istituzzjonijiet tad-”denb” kif ġej:
|
|
(b) |
fl-applikazzjoni tal-punt (a), kemm l-istituzzjonijiet tad-“denb” u s-subsett tal-popolazzjoni ta’ rapportar attwali jistgħu jinqasmu f’gruppi differenti b’referenza għat-tip ta’ istituzzjoni; |
|
(c) |
meta l-kontribuzzjoni kkombinata tal-MMFs mogħtija derogi skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2) taqbeż it-30 % tal-karta tal-bilanċ MMF nazzjonali, il-BĊNi għandhom jingrossaw it-tagħrif statistiku relatat mal-MMFs separatament mill-korporazzjonijiet li jaċċettaw id-depożiti u skont waħda minn dawn li ġejjin:
|
|
(d) |
meta t-tagħrif statistiku miġbur skont ir-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2) bi frekwenza aktar baxxa jew b’tempestività aktar tard mit-tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat lill-BĊE skont din il-Linja Gwida, il-BĊNi għandhom jistmaw it-tagħrif statistiku għall-perjodi neqsin billi jew:
|
Għall-finijiet tal-punti (a) sa (d), il-proporzjonijiet jew kwalunkwe kalkolu intermedju ieħor użat għall-ingrossar jistgħu jiġu derivati minn informazzjoni miksuba minn awtoritajiet superviżorji meta dik l-informazzjoni tkun allinjata biżżejjed mat-tagħrif statistiku li għandu jiġi ingrossat.
3. Meta l-BĊNi jkunu taw deroga lill-MFIs skont l-Artikolu 9(7) tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2), għandhom jingrossaw billi jagħmlu stima tat-tagħrif statistiku trimestrali li għandu jiġi rrapportat lill-BĊE skont l-Artikolu 4 kif ġej:
|
(a) |
fejn il-BĊNi jiġbru tagħrif statistiku mill-MFIs skont ir-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2) bi frekwenza aktar baxxa minn trimestrali, huma jistgħu jużaw dak it-tagħrif statistiku għall-finijiet tal-istima tat-tagħrif statistiku għall-perjodi neqsin, jew jistgħu japplikaw tekniki ta’ stima statistika xierqa biex iqisu kwalunkwe tendenzi jew xejriet staġjonali; |
|
(b) |
fejn il-BĊNi jiġbru tagħrif statistiku mill-MFIs skont ir-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2) f’livell aktar aggregat, huma jistgħu jużaw dak it-tagħrif statistiku għall-finijiet ta’ stima tat-tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat lill-BĊE skont l-Artikolu 4, jew jistgħu jużaw tqassim xieraq bħala bażi għal dawn l-istimi; |
|
(c) |
fejn il-BĊNi jiġbru tagħrif statistiku trimestrali skont ir-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2) minn MFIs li jkopri mill-inqas 80 % tad-depożiti, self u investimenti f’titoli ta’ dejn u ishma/unitajiet ta’ fondi ta’ investiment, kollettivament, ta’ residenti fl-Istat Membru mhux taż-żona tal-euro li fir-rigward tagħhom tapplika d-deroga, huma għandhom jistmaw it-tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat fuq dik il-bażi; jew |
|
(d) |
fejn il-BĊNi jistmaw it-tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat fuq il-bażi ta’ sorsi alternattivi, huma għandhom jagħmlu l-aġġustamenti meħtieġa biex iqisu l-kunċetti u d-definizzjonijiet differenti applikati skont ir-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2) kif imqabbla ma’ dawk applikati f’dawk is-sorsi alternattivi. |
Artikolu 9
Tempestività
1. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE t-tagħrif statistiku ta’ kull xahar imsemmi f’din it-Taqsima sal-għeluq tan-negozju fil-15-il jum tax-xogħol wara t-tmiem tax-xahar li għalih jirreferi t-tagħrif, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2) u l-kalendarju tar-rapportar imsemmi fl-Artikolu 32.
2. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE t-tagħrif statistiku trimestrali msemmi f’din it-Taqsima sa tmiem il-ġurnata tax-xogħol tat-28 jum tax-xogħol wara t-tmiem tat-trimestru li għalih jirrelata t-tagħrif, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2) u l-kalendarju tar-rapportar imsemmi fl-Artikolu 32.
Artikolu 10
Reviżjonijiet
1. Il-BĊNi jistgħu jirrevedu t-tagħrif statistiku rrapportat skont din it-Taqsima kif ġej:
|
(a) |
reviżjonijiet għat-tagħrif statistiku l-aktar reċenti u preċedenti ta’ kull xahar irrapportat skont l-Artikoli 3 u 4 jistgħu jiġu sottomessi lill-BĊE fi kwalunkwe ħin; |
|
(b) |
reviżjonijiet għall-aħħar tagħrif statistiku trimestrali rrapportat skont l-Artikoli 3 u 4 jistgħu jiġu sottomessi lill-BĊE fi kwalunkwe ħin; |
|
(c) |
reviżjonijiet għat-tagħrif statistiku rrapportat skont l-Artikoli 3 u 4 minbarra r-reviżjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) jistgħu jiġu sottomessi lill-BĊE barra l-perjodu ta’ produzzjoni ta’ kull xahar; |
|
(d) |
reviżjonijiet għat-tagħrif statistiku rrapportat skont l-Artikoli 5 sa 7 jistgħu jiġu sottomessi lill-BĊE fi kwalunkwe ħin. |
Il-BĊNi jistgħu, wara li jinnotifikaw lill-BĊE, jirrevedu t-tagħrif statistiku msemmi fil-punt (c) matul perjodu ta’ produzzjoni ta’ kull xahar fejn ir-reviżjonijiet itejbu b’mod sinifikanti l-kwalità tat-tagħrif statistiku. Il-BĊE jista’ jipproċessa dawn ir-reviżjonijiet wara dak il-perjodu ta’ produzzjoni ta’ kull xahar. Il-BĊE għandu jinforma lill-BĊN rilevanti meta l-ipproċessar ta’ dawk ir-reviżjonijiet jiġi pospost sa wara l-perjodu ta’ produzzjoni ta’ kull xahar.
2. Il-BĊNi għandhom jipprovdu spjegazzjonijiet lill-BĊE għar-reviżjonijiet sottomessi skont il-paragrafu 1 fuq talba. Il-BĊNi għandhom jipprovdu wkoll spjegazzjonijiet lill-BĊE fiż-żewġ każijiet li ġejjin:
|
(a) |
Il-BĊNi għandhom jipprovdu spjegazzjonijiet għal reviżjonijiet ta’ mill-inqas EUR 5 biljun (f’valur assolut) u għandhom jipprovdu dawk l-ispjegazzjonijiet fl-istess ħin tar-reviżjonijiet u fi kwalunkwe każ qabel l-għeluq tal-produzzjoni tad-data mill-BĊE għal dak il-perjodu ta’ produzzjoni; |
|
(b) |
meta l-BĊNi jissottomettu reviżjonijiet matul perjodu ta’ produzzjoni ta’ kull xahar skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, għandhom jingħataw spjegazzjonijiet fil-ħin tar-rapportar. |
L-ispjegazzjonijiet ippreżentati skont l-ewwel subparagrafu għandhom jindikaw jekk ir-reviżjonijiet li jaffettwaw is-serje rrapportata humiex finali jew jistgħux ikunu soġġetti għal reviżjoni ulterjuri.
TAQSIMA 3
RATI TA’ IMGĦAX TAL-MFI
Artikolu 11
Tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat dwar statistika tar-rati tal-imgħax tal-MFI
1. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE l-informazzjoni li ġejja dwar ir-rati tal-imgħax applikati minn MFIs għal depożiti u self fir-rigward ta’ unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji (‘rati tal-imgħax MFI’ jew ‘MIR’):
|
(a) |
tagħrif statistiku nazzjonali ta’ kull xahar fir-rigward ta’ ammonti pendenti u negozju ġdid kif speċifikat fl-Appendiċi 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34); |
|
(b) |
it-tagħrif statistiku nazzjonali ta’ kull xahar fir-rigward ta’ negozju ġdid speċifikat fil-Parti 1 tal-Anness III ta’ din il-Linja Gwida. |
It-tagħrif statistiku rrapportat skont dan l-Artikolu għandu jkun fuq bażi aggregata, u vverifikat skont l-Artikolu 30. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw dak it-tagħrif skont il-Parti 3 tal-Anness III ta’ din il-Linja ta’ Gwida fejn applikabbli.
2. Il-BĊNi jistgħu jagħtu derogi relatati mal-indikaturi li ġejjin:
|
(a) |
l-indikaturi 62 sa 85 fit-Tabelli 3 u 4 tal-Appendiċi 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34) fir-rigward ta’ dan li ġej:
|
|
(b) |
l-indikaturi 37 sa 54 it-Tabelli 3 u 4 tal-Appendiċi 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34) fejn il-volum tan-negozju aggregat nazzjonali tal-partita korrispondenti relatata mal-indikaturi 37 sa 54 u li tkopri s-self kollu li jirrappreżentaw anqas minn 10 % tal-volumi tan-negozju aggregati nazzjonali tas-somma tas-self kollu fl-istess kategorija ta’ daqs u anqas minn 2 % tal-volumi tan-negozju għall-istess daqs u l-istess kategorija ta’ perijodu inizjali tal-fissazzjoni tar-rata tal-imgħax fil-livell taż-żona tal-euro. |
Derogi mogħtija mill-BĊNi skont l-ewwel subparagrafu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34).
3. Meta derogi huma mogħtija skont il-paragrafu 2, il-livelli msemmija fih għandhom jiġu vverifikati mill-BĊNi fuq bażi annwali.
Artikolu 12
Ingrossar tal-istatistiċi tar-rata tal-imgħax tal-MFI
1. Fejn it-tagħrif statistiku dwar l-MIR riċevuta mill-BĊNi ma tirrappreżentax il-popolazzjoni attwali li tirrapporta minħabba l-użu tal-kampjunar, il-BĊNi għandhom jagħżlu u jżommu l-kampjun u ingrossar tat-tagħrif statistiku dwar il-volum tan-negozju l-ġdid biex jiżguraw li 100 % tal-popolazzjoni li tirrapporta tkun rappreżentata, kif speċifikat fil-Parti 2 tal-Anness III ta’ din il-Linja Gwida.
2. Meta l-BĊNi jagħtu derogi għar-rekwiżiti ta’ rapportar dwar l-istatistika tar-rati tal-imgħax MFI skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34) jew l-Artikolu 11(2) ta’ din il-Linja Gwida, it-tagħrif statistiku rrapportat skont l-Artikolu 11(1) ta’ din il-Linja Gwida għandu jiġi trasferit għall-perjodi ta’ kull xahar neqsin billi jiġu applikati tekniki ta’ stima statistika xierqa biex jitqiesu x-xejriet fl-informazzjoni jew ix-xejriet staġjonali.
Artikolu 13
Tempestività
Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE t-tagħrif statistiku imsemmi fl-Artikolu 11 sal-għeluq tan-negozju fid-19-il jum tax-xogħol wara t-tmiem tax-xahar li għalih jirreferi t-tagħrif, skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34) u l-kalendarju tar-rapportar imsemmi fl-Artikolu 32.
Artikolu 14
Reviżjonijiet
1. Il-BĊNi jistgħu jirrevedu t-tagħrif statistiku rrapportat skont din it-Taqsima fi kwalunkwe ħin ħlief matul il-perjodu ta’ produzzjoni rilevanti, fejn il-BĊNi jistgħu jirrevedu biss it-tagħrif statistiku rrapportat għall-perjodu ta’ referenza preċedenti.
Il-BĊNi jistgħu, wara li jinnotifikaw lill-BĊE, jirrevedu t-tagħrif statistiku rrapportat skont din it-Taqsima matul il-perjodu ta’ produzzjoni rilevanti fejn ir-reviżjonijiet itejbu b’mod sinifikanti l-kwalità tat-tagħrif statistiku. Il-BĊE jista’ jipproċessa dawn ir-reviżjonijiet wara dak il-perjodu ta’ produzzjoni. Il-BĊE għandu jinforma lill-BĊN rilevanti meta l-ipproċessar ta’ dawk ir-reviżjonijiet jiġi pospost sa wara l-perjodu ta’ produzzjoni ta’ kull xahar.
2. Il-BĊNi għandhom jipprovdu fuq talba mill-BĊE l-ispjegazzjonijiet li ġejjin għal reviżjonijiet ippreżentati skont il-paragrafu 1:
|
(a) |
spjegazzjonijiet għal reviżjonijiet li jtejbu b’mod sinifikanti l-kwalità tat-tagħrif statistiku rrapportat lill-BĊE; |
|
(b) |
spjegazzjonijiet għal reviżjonijiet ta’ tagħrif statistiku rrapportat lill-BĊE għal perjodi ta’ qabel ix-xahar ta’ referenza preċedenti. |
L-ispjegazzjonijiet ippreżentati skont l-ewwel subparagrafu għandhom jindikaw jekk ir-reviżjonijiet li jaffettwaw is-serje rrapportata humiex finali jew jistgħux ikunu soġġetti għal reviżjoni ulterjuri.
TAQSIMA 4
PARTITI INDIVIDWALI TAL-KARTA TAL-BILANĊ MFI U RATI TAL-IMGĦAX
Artikolu 15
Identifikazzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li għalihom għandu jiġi rrapportat tagħrif statistiku individwali
1. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw tagħrif statistiku stabbilit fl-Artikolu 16 għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma residenti fl-Istati Membri taż-żona tal-euro, ħlief għal dawn li ġejjin:
|
(a) |
istituzzjonijiet ta’ kreditu mhux MFI; |
|
(b) |
istituzzjonijiet tad-“denb”; u |
|
(c) |
istituzzjonijiet ta’ kreditu li għandhom assi totali ugwali għal jew inqas minn EUR 100 miljun, fejn il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ta permess lill-BĊN rilevanti skont il-paragrafu 2. |
Għall-finijiet tar-rapportar ta’ tagħrif statistiku lill-BĊE skont l-Artikolu 16, il-BĊN rilevanti jista’ jirrapporta tagħrif statistiku għal gruppi ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu. Dawk il-gruppi ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiġu identifikati mill-BĊNi f’konsultazzjoni mal-BĊE.
2. Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jista’ jagħti permess biex jiġi applikat il-limitu msemmi fil-paragrafu 1(c) fuq talba mill-BĊN rilevanti fejn il-piż tar-rapportar għal dak il-BĊN ikun affettwat b’mod sproporzjonat. Fejn il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jikkunsidra li l-piż tar-rapportar għal dak il-BĊN ma jkunx għadu affettwat b’mod sproporzjonat, huwa jista’ jirtira dak il-permess fuq talba mill-BĊN rilevanti.
3. Il-BĊNi għandhom jirreġistraw l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-gruppi ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu msemmija fil-paragrafu 1 fir-Reġistru ta’ data dwar Istituzzjonijiet u Affiljati (RIAD) stabbilit skont il-Linja Gwida (UE) 2018/876 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/16) (19).
4. Il-BĊNi għandhom jirreġistraw l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-gruppi ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu msemmija fil-paragrafu 1 li huma istituzzjonijiet ewlenin għall-fini ta’ din it-Taqsima fejn tapplika kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
l-istituzzjoni ta’ kreditu hija membru tal-bord ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li għalihom ġiet trażmessa data individwali tal-MFI lill-BĊE għall-perjodu ta’ referenza Jannar 2021 skont l-Artikolu 17a(1) tal-Linja Gwida ECB/2014/15; |
|
(b) |
l-istituzzjoni ta’ kreditu tkun istituzzjoni ta’ kreditu ġdida li tirriżulta minn fużjoni, akkwiżizzjoni jew riorganizzazzjoni korporattiva oħra li tinvolvi istituzzjoni ewlenija waħda jew aktar li sseħħ wara d-dħul fis-seħħ ta’ din il-Linja Gwida; |
|
(c) |
l-istituzzjoni ta’ kreditu hija residenti ta’ Stat Membru li jadotta l-euro wara d-dħul fis-seħħ ta’ din il-Linja Gwida u hija identifikata bħala istituzzjoni ewlenija mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE, f’konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Istatistika. |
Fejn il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jidentifika istituzzjonijiet ewlenin skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, huwa għandu jinnotifika lill-BĊN rilevanti b’dan.
5. Meta l-BĊNi jkunu ngħataw permess biex jeskludu istituzzjonijiet ta’ kreditu li għandhom assi totali ugwali għal jew inqas minn EUR 100 miljun skont il-paragrafu 1(c), huma għandhom jirrevedu l-assi totali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mill-inqas darba kull tliet snin u jirreġistraw l-informazzjoni fir-RIAD skont dan. Il-Kunsill Governattiv għandu jiġi infurmat bir-riżultati ta’ dik ir-reviżjoni mingħajr dewmien żejjed.
6. Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jista’ jiddelega s-setgħa lill-Bord Eżekuttiv biex jagħti jew jirtira permess skont il-paragrafu 2. Din id-delega għandha tikkunsidra jekk il-piż tar-rapportar għall-BĊN rilevanti jkunx affettwat b’mod sproporzjonat.
7. Fejn il-Bord Eżekuttiv jeżerċita s-setgħa delegata lilu skont il-paragrafu 6, huwa għandu jinforma lill-Kunsill Governattiv mingħajr dewmien żejjed dwar kwalunkwe deċiżjoni meħuda.
Artikolu 16
Tagħrif statistik li għandu jiġi rrapportat fuq partiti individwali tal-karta tal-bilanċ MFI u rati tal-imgħax (IBSI u IMIR)
1. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE tagħrif statistiku miġbur skont ir-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2) fuq il-partiti individwali tal-karta tal-bilanċ (IBSI) tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu msemmija fl-Artikolu 15(1) li ġejjin:
|
(a) |
l-ammonti pendenti fl-aħħar tax-xahar speċifikati fit-Tabelli 1 u 2 tal-Anness IV ta’ din il-Linja Gwida; |
|
(b) |
l-ammonti pendenti fl-aħħar tat-trimestru speċifikati fit-Tabelli 1 u 2 tal-Anness IV ta’ din il-Linja Gwida; |
Fejn il-BĊNi jiġbru t-tagħrif statistiku msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu fuq bażi ta’ kull xahar, huma jistgħu minflok jirrapportaw lill-BĊE l-ammonti pendenti tal-aħħar tax-xahar għal dawk il-partiti.
2. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE s-“sensieli anċillari” ta’ kull xahar speċifikati fit-Tabelli 1 u 2 fl-Anness IV għal din il-Linja Gwida relatata mal-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu msemmija fl-Artikolu 15(1), skont l-Anness I ta’ din il-Linja Gwida. Dawk is-sensieli anċillari għandhom jinkludu waħda jew it-tnejn minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni u ta’ riklassifikazzjoni; |
|
(b) |
trasferimenti ta’ self. |
3. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE t-tagħrif statistiku li ġej dwar ir-rata tal-imgħax individwali MFI (IMIR) miġbur skont ir-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34) mill-istituzzjonijiet ewlenin imsemmija fl-Artikolu 15(4):
|
(a) |
ir-rati tal-imgħax ta’ kull xahar applikati għall-ammonti pendenti ta’ depożiti denominati f’euro ta’ u self lil unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji residenti fiż-żona tal-euro speċifikati fit-Tabella 3 fl-Anness IV ta’ din il-Linja Gwida; |
|
(b) |
il-volumi ta’ negozju ġodda ta’ kull xahar ta’ depożiti ddenominati f’euro ta’ u self lil unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji residenti fiż-żona tal-euro speċifikati fit-Tabella 3 fl-Anness IV ta’ din il-Linja Gwida; |
|
(c) |
ir-rati tal-imgħax ta’ kull xahar applikati għal volumi ta’ negozju ġodda ta’ depożiti ddenominati f’euro ta’ u self lil unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji residenti fiż-żona tal-euro speċifikati fit-Tabella 3 fl-Anness IV ta’ din il-Linja Gwida. |
4. Meta jiġi rrapportat tagħrif statistiku għal gruppi ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu msemmija fl-Artikolu 15(1), il-BĊNi għandhom japplikaw dan li ġej:
|
(a) |
l-ammonti pendenti rrapportati mill-BĊNi skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu kkalkulati bħala s-somma tal-ammonti pendenti tal-membri individwali tal-grupp; |
|
(b) |
is-sensiela anċillari rrapportata mill-BĊNi skont il-paragrafu 2 għandha tiġi kkalkolata bħala s-somma tas-sensiela anċillari tal-membri individwali tal-grupp; |
|
(c) |
ir-rati tal-imgħax irrapportati mill-BĊNi skont il-paragrafu 3 għandhom ikunu kkalkulati bħala medji ppeżati, filwaqt li l-volum tal-grupp huwa kkalkulat bħala s-somma ta’ volumi individwali. Jekk il-BĊN jiġbor l-informazzjoni dwar il-grupp fuq bażi ta' istituzzjoni b'istituzzjoni, il-medji tar-rata tal-imgħax għandhom ikopru biss l-istituzzjonijiet li huma inklużi fil-kampjun nazzjonali tal-MIR u mhumiex soġġetti għal derogi; l-istess approċċ japplika għall-volumi tal-grupp. |
5. Il-BĊNi għandhom jipprovdu spjegazzjonijiet lill-BĊE, fuq talba u fuq il-bażi tal-aħjar sforz, dwar fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet, riorganizzazzjonijiet korporattivi oħra u trasferimenti ta’ self li seħħew matul ix-xahar ta’ referenza li għandhom impatt fuq it-tagħrif statistiku tal-istituzzjonijiet ewlenin irrapportati skont dan l-Artikolu.
6. Il-BĊE jista’ juża u jikkondividi fi ħdan l-Eurosistema l-ispjegazzjonijiet ipprovduti skont il-paragrafu 5 sabiex jappoġġa l-analiżi tad-data filwaqt li jqis ir-reġim ta’ kunfidenzjalità applikabbli.
Artikolu 17
Tempestività
1. Il-BĊi għandhom jirrapportaw lill-BĊE t-tagħrif statistiku rrapportat skont il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 16 għall-istituzzjonijiet ewlenin imsemmija fl-Artikolu 15(4) sal-għeluq tan-negozju fil-15-il jum tax-xogħol wara l-perjodu ta’ referenza li għalih jirreferu, u skont il-kalendarju tar-rapportar imsemmi fl-Artikolu 32. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-BĊNi għandhom jirrapportaw it-tagħrif statistiku lill-BĊE sal-għeluq tan-negozju fl-20 jum tax-xogħol wara l-perjodu ta’ referenza li għalih jirreferu, u skont il-kalendarju tar-rapportar imsemmi fl-Artikolu 32.
2. Il-BĊi għandhom jirrapportaw lill-BĊE t-tagħrif statistiku rrapportat skont l-Artikolu 16(3) sal-għeluq tan-negozju fid-19-il jum tax-xogħol wara l-perjodu ta’ referenza li għalih jirreferu, u skont il-kalendarju tar-rapportar imsemmi fl-Artikolu 32.
Artikolu 18
Reviżjonijiet
1. Fejn il-BĊNi jirrevedu t-tagħrif statistiku skont l-Artikolu 10, huma għandhom ukoll, fejn rilevanti, jirrevedu t-tagħrif statistiku IBSI rrapportat skont il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 16.
2. Reviżjonijiet għat-tagħrif statistiku rrapportat skont il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 16 relatati ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li mhumiex istituzzjonijiet ewlenin għandhom jiġu rrapportati mill-BĊNi fuq bażi tal-aħjar sforz.
3. Fejn il-BĊNi jirrevedu t-tagħrif statistiku skont l-Artikolu 14, huma għandhom ukoll, fejn rilevanti, jirrevedu t-tagħrif statistiku IMIR irrapportat skont l-Artikolu 16(3).
4. Il-BĊNi għandhom jipprovdu spjegazzjonijiet lill-BĊE, fuq talba, għal reviżjonijiet sottomessi skont dan l-Artikolu.
TAQSIMA 5
RIŻERVI MINIMI TAL-ISTITUZZJONIJIET TA' KREDITU
Artikolu 19
Tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat dwar il-bażi ta’ riżerva
1. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE t-tagħrif statistiku dwar l-ammonti pendenti tal-aħħar tax-xahar speċifikati fit-Tabella 1 fil-Parti 1 tal-Anness V għal din il-Linja Gwida relatata mal-bażi ta’ riżerva aggregata tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kif ikkalkolati skont ir-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1).
2. It-tagħrif statistiku rrapportat skont il-paragrafu 1 għandu jiġi derivat mit-tagħrif statistiku stabbilit fir-Regolament 2021/379 (BĊE/2021/2) li jinġabar mill-BĊN minn istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma soġġetti għal riżervi minimi skont ir-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1).
Għal dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma istituzzjonijiet ta’ “denb”, il-BĊNi għandhom jużaw fil-kalkolu tal-bażi ta’ riżerva aggregata tal-aħħar xahar it-tagħrif statistiku tal-aħħar trimestru disponibbli wara l-pubblikazzjoni mill-BĊE ta’ tagħrif statistiku trimestrali miġbur skont l-Artikolu 4 ta’ din il-Linja Gwida.
3. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE tagħrif statistiku dwar il-provvediment ta’ somma f’daqqa aggregata speċifikata fit-Tabella 2 fil-Parti 1 tal-Anness V ta’ din il-Linja Gwida li titnaqqas mir-riżervi minimi tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1).
4. Il-BĊNi jistgħu jirrevedu t-tagħrif statistiku rrapportat skont dan l-Artikolu fi kwalunkwe ħin. Meta r-reviżjonijiet jiġu rrapportati mill-BĊNi skont dan l-Artikolu wara li jkun beda l-perjodu ta’ manutenzjoni, il-BĊE jista’ jagħżel li ma jipproċessax dawk ir-reviżjonijiet.
Meta parti notifikanti tirrevedi l-bażi ta’ riżerva tagħha skont l-Artikolu 7(5) tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1), il-BĊNi għandhom jirrevedu t-tagħrif statistiku rrapportat skont dan l-Artikolu.
Artikolu 20
Tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat dwar l-istatistika tal-proporzjon makro
Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE tagħrif statistiku dwar l-ammonti pendenti tal-aħħar tax-xahar relatati mal-proporzjon makro kif speċifikat fit-tabella fil-Parti 2 tal-Anness V ta’ din il-Linja Gwida.
It-tagħrif statistiku rrapportat skont l-ewwel subparagrafu għandu jinkiseb mill-BĊNi mit-tagħrif statistiku disponibbli ta’ kull xahar miġbur minn istituzzjonijiet ta’ kreditu skont ir-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2). Meta t-tagħrif statistiku li għand jiġi rrapportat ma jkunx applikabbli għal Stat Membru, il-BĊN rilevanti għandu jirrapporta t-tagħrif statistiku bħala żero.
Artikolu 21
Tempestività
Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE t-tagħrif statistiku rilevanti ta’ kull xahar imsemmi fl-Artikoli 19 u 20 sal-għeluq tan-negozju fl-aħħar jum tax-xogħol ta’ qabel ma jibda l-perjodu ta’ manutenzjoni rilevanti, u skont il-kalendarju tar-rapportar imsemmi fl-Artikolu 32.
TAQSIMA 6
ISTITUZZJONIJIET ĠIRO TAL-UFFIĊĊJI POSTALI (POGIS) U GVERN ĊENTRALI
Artikolu 22
Tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat dwar POGIs u gvern ċentrali
1. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE t-tagħrif statistiku dwar l-ammonti pendenti tal-aħħar tax-xahar speċifikati fit-Tabella 1 fl-Anness VI għal din il-Linja Gwida biex ikopru dawn li ġejjin:
|
(a) |
POGIs li jirrapportaw skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1074/2013 (BĊE/2013/39); |
|
(b) |
obbligazzjonijiet monetarji tal-gvern ċentrali u investimenti mill-gvern ċentrali ta’ flus kontanti u titoli maħruġa minn MFIs taż-żona tal-euro. |
2. Il-BĊNi m'għandhomx ikunu meħtieġa jirrapportaw tagħrif statistiku skont dan l-Artikolu meta t-tagħrif statistiku msemmi fil-paragrafu 1(a) ma jeżistix u l-assi u l-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(b) ma jeżistux jew huma insinifikanti.
3. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE l-aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni fir-rigward ta’ kull partita ta’ ammont pendenti rrapportata skont il-paragrafu 1, kif speċifikat fit-Tabella 1 fl-Anness VI ta’ din il-Linja Gwida.
4. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni, fejn sinifikanti, kif speċifikat fit-Tabella 1 fl-Anness VI ta’ din il-Linja Gwida.
5. It-tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat skont dan l-Artikolu għandu jkun fuq bażi aggregata, u vverifikat skont l-Artikolu 30. It-tagħrif statistiku dwar l-aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni u ta’ rivalutazzjoni għandu jiġi rrapportat skont l-Anness I ta’ din il-Linja Gwida.
Artikolu 23
Tempestività
Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE t-tagħrif statistiku msemmi f’din it-Taqsima sal-għeluq tan-negozju fil-15-il jum tax-xogħol wara t-tmiem tax-xahar li għalih jirreferi t-tagħrif, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1074/2013 (BĊE/2013/39) u l-kalendarju tar-rapportar imsemmi fl-Artikolu 32 ta’ din il-Linja Gwida.
Artikolu 24
Reviżjonijiet
1. Il-BĊNi jistgħu jirrevedu t-tagħrif statistiku rrapportat skont din it-Taqsima kif ġej:
|
(a) |
reviżjonijiet għat-tagħrif statistiku l-aktar reċenti u preċedenti ta’ kull xahar jistgħu jiġu sottomessi lill-BĊE fi kwalunkwe ħin; |
|
(b) |
reviżjonijiet għat-tagħrif statistiku ta’ kull xahar minbarra dak it-tagħrif statistiku ta’ kull xahar l-aktar reċenti u preċedenti jistgħu jiġu sottomessi barra mill-perjodu ta’ produzzjoni ta’ kull xahar. |
Il-BĊNi jistgħu, wara li jinnotifikaw lill-BĊE, jirrevedu t-tagħrif statistiku msemmi fil-punt (b) matul perjodu ta’ produzzjoni ta’ kull xahar fejn dan itejjeb b’mod sinifikanti l-kwalità tat-tagħrif. Il-BĊE jista’ jipproċessa dawn ir-reviżjonijiet wara l-perjodu ta’ produzzjoni ta’ kull xahar. Il-BĊE għandu jinforma lill-BĊN rilevanti meta l-ipproċessar ta’ dawk ir-reviżjonijiet jiġi pospost sa wara l-perjodu ta’ produzzjoni ta’ kull xahar.
2. Il-BĊNi għandhom jipprovdu spjegazzjonijiet lill-BĊE għar-reviżjonijiet irrapportati skont il-paragrafu 1 fuq talba u hekk kif ġej:
|
(a) |
Il-BĊNi għandhom jipprovdu spjegazzjonijiet għal reviżjonijiet ta’ mill-inqas EUR 5 biljun (f’valur assolut) u għandhom jipprovdu dawk l-ispjegazzjonijiet fl-istess ħin tar-reviżjonijiet u fi kwalunkwe każ qabel l-għeluq tal-produzzjoni tad-data mill-BĊE għal dak il-perjodu ta’ produzzjoni; |
|
(b) |
meta l-BĊNi jissottomettu reviżjonijiet matul perjodu ta’ produzzjoni ta’ kull xahar skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, għandhom jingħataw spjegazzjonijiet fil-ħin tar-rapportar. |
L-ispjegazzjonijiet ippreżentati skont l-ewwel subparagrafu għandhom jindikaw jekk ir-reviżjonijiet li jaffettwaw is-serje rrapportata humiex finali jew jistgħux ikunu soġġetti għal reviżjoni ulterjuri.
TAQSIMA 7
INDIKATURI FINANZJARJI STRUTTURALI (SFIS) TA’ ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU
Artikolu 25
Tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat dwar SFIs ta’ istituzzjonijiet ta' kreditu
1. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE l-SFIs dwar istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma MFIs kif speċifikat fl-Anness VII għal din il-Linja Gwida. SFIs għandhom jiġu rrapportati fuq bażi aggregata, u vverifikat skont l-Artikolu 30.
Bħala deroga mill-ewwel subparagrafu, il-BĊN jista’ jipprovdi t-tagħrif statistiku msemmi permezz ta’ sorsi ta’ data alternattivi. Il-BĊE jista’ juża dak it-tagħrif biex jikseb l-SFIs ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, soġġett għal ftehim bejn il-BĊE u l-BĊN.
2. Fejn it-tagħrif statistiku rrapportat skont il-paragrafu 1 ma jinkludix il-popolazzjoni kollha li tirrapporta, il-BĊNi għandhom jingrossaw dak it-tagħrif statistiku biex jirrappreżenta l-popolazzjoni kollha li tirrapporta.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-BĊNi għandhom jipprovdu spjegazzjonijiet lill-BĊE.
3. Il-BĊNi jistgħu jirrevedu t-tagħrif irrapportat skont dan l-Artikolu waqt il-perjodu ta’ produzzjoni u jistgħu jagħtu spjegazzjonijiet dwar dawk ir-reviżjonijiet fuq talba tal-BĊE.
Artikolu 26
Tempestività
Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE t-tagħrif statistiku annwali għall-SFIs imsemmija fl-Artikolu 25 sal-aħħar ta’ Marzu ta’ kull sena u skont il-kalendarju tar-rapportar imsemmi fl-Artikolu 32 b’referenza għas-sena preċedenti, minbarra l-indikatur ‘numru ta’ impjegati ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu’ li għandu jiġi pprovdut sal-aħħar ta’ Mejju ta’ kull sena u skont il-kalendarju tar-rapportar imsemmi fl-Artikolu 32, b’referenza għas-sena preċedenti.
TAQSIMA 8
ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU MHUX MFI
Artikolu 27
Tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat fuq il-partiti tal-karta tal-bilanċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu mhux MFI
1. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE il-partiti tal-karta tal-bilanċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu mhux MFI li ġejjin:
|
(a) |
l-ammonti pendenti fl-aħħar tax-xahar speċifikati fit-Tabella 1 fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (EU) 2021/379 (BĊE/2021/2), bl-eċċezzjoni ta’ dan li ġej:
|
|
(b) |
l-ammonti pendenti fl-aħħar tat-trimestru speċifikati fit-Tabelli 2, 3 u 4 fil-Parti 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2), bl-eċċezzjoni tal-partiti li għalihom ingħataw derogi dwar rekwiżiti ta’ rapportar statistiku mill-BĊNi skont l-Artikolu 9(5)(b) tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2). |
2. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE t-tagħrif statistiku segwenti dwar aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu mhux MFI:
|
(a) |
l-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni ta’ kull xahar speċifikati fit-Tabella 1A fil-Parti 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2), bl-eċċezzjoni ta’ dan li ġej:
|
|
(b) |
L-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni trimestrali speċifikati fit-Tabella 2A fil-Parti 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2), bl-eċċezzjoni tal-partiti li għalihom ingħataw derogi dwar rekwiżiti ta’ rapportar statistiku mill-BĊNi skont l-Artikolu 9(5)(b) tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2). |
3. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE t-tagħrif statistiku li ġej dwar l-aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu mhux MFI:
|
(a) |
l-aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni ta’ kull xahar fir-rigward ta’ kull partita tal-ammont pendenti rapportata skont il-paragrafu 1(a); |
|
(b) |
l-aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni trimestrali fir-rigward ta’ kull partita tal-ammont pendenti speċifikati fit-Tabella 2 fil-Parti 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2), bl-eċċezzjoni tal-partiti li għalihom ingħataw derogi dwar rekwiżiti ta’ rapportar statistiku mill-BĊNi skont l-Artikolu 9(5)(b) tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2). |
4. Il-BĊNi m’għandhomx ikunu meħtieġa jirrapportaw tagħrif statistiku skont dan l-Artikolu f’xi wieħed mill-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
ma jkun hemm l-ebda istituzzjoni ta’ kreditu mhux MFI residenti; jew |
|
(b) |
il-BĊN rilevanti ta derogi dwar ir-rapportar ta’ tagħrif statistiku skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2) lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu mhux MFI residenti kollha skont l-Artikolu 9(5)(a) ta’ dak ir-Regolament. |
5. It-tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat skont dan l-Artikolu għandu jkun fuq bażi aggregata, u vverifikat skont l-Artikolu 30. It-tagħrif statistiku dwar l-aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni u ta’ rivalutazzjoni għandu jiġi rrapportat skont l-Anness I ta’ din il-Linja Gwida.
Artikolu 28
Tempestività
1. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE t-tagħrif statistiku ta’ kull xahar imsemmi f’din it-Taqsima sal-għeluq tan-negozju fil-15-il jum tax-xogħol wara t-tmiem tax-xahar li għalih jirreferi t-tagħrif, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2) u l-kalendarju tar-rapportar imsemmi fl-Artikolu 32 ta’ din il-Linja Gwida.
2. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw lill-BĊE t-tagħrif statistiku trimestrali msemmi f’din it-Taqsima sa tmiem il-ġurnata tax-xogħol tat-28 jum tax-xogħol wara t-tmiem tat-trimestru li għalih jirrelata t-tagħrif, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2) u l-kalendarju tar-rapportar imsemmi fl-Artikolu 32 ta’ din il-Linja Gwida.
Artikolu 29
Reviżjonijiet
1. Il-BĊNi jistgħu jirrevedu t-tagħrif statistiku rrapportat skont din it-Taqsima fi kwalunkwe ħin.
2. Il-BĊNi għandhom jipprovdu spjegazzjonijiet lill-BĊE għar-reviżjonijiet sottomessi skont il-paragrafu 1 fuq talba.
L-ispjegazzjonijiet ippreżentati skont l-ewwel subparagrafu għandhom jindikaw jekk ir-reviżjonijiet li jaffettwaw is-serje rrapportata humiex finali jew jistgħux ikunu soġġetti għal reviżjoni ulterjuri.
TAQSIM 9
VERIFIKA, RAPPORTAR TAD-DATA B’LURA U TRAŻMISSJONI
Artikolu 30
Verifika u spjegazzjonijiet
1. Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 2533/98, Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2), Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34) u Regolament (UE) Nru 1074/2013 (BĊE/2013/39), il-BĊNi għandhom jimmoniterjaw u jiżguraw il-kwalità u l-affidabbiltà tat-tagħrif statistiku disponibbli lill-BĊE skont din il-Linja Gwida.
2. Qabel ma jirrapportaw it-tagħrif statistiku lill-BĊE skont din il-Linja Gwida, il-BĊNi għandhom jivverifikaw li t-tagħrif jissodisfa r-restrizzjonijiet lineari pprovduti u miżmuma mill-BĊE inkluż, fejn rilevanti, restrizzjonijiet lineari relatati mal-konsistenza fil-frekwenzi kollha.
Il-BĊNi għandhom jipprovdu spjegazzjonijiet lill-BĊE fuq talba ta’ kwalunkwe diskrepanza identifikata bis-saħħa ta’ dik il-verifika.
3. Il-BĊNi għandhom jivverifikaw dan li ġej fir-rigward tar-restrizzjonijiet lineari li għandhom x’jaqsmu mal-konsistenza fil-frekwenzi msemmija fil-paragrafu 2:
|
(a) |
li t-tagħrif statistiku trimestrali huwa konsistenti mat-tagħrif statistiku korrispondenti ta’ kull xahar irrapportat skont l-Artikoli 3 u 4; |
|
(b) |
li t-tagħrif statistiku trimestrali huwa konsistenti mat-tagħrif statistiku korrispondenti ta’ kull xahar irrapportat skont l-Artikolu 27; |
|
(c) |
li t-tagħrif statistiku trimestrali dwar il-partiti tal-karta tal-bilanċ tal-MMFs irrapportat skont l-Artikolu 5 huwa konsistenti mat-tagħrif korrispondenti tal-aħħar tat-trimestru dwar il-partiti tal-karta tal-bilanċ ta’ MFIs oħra irrapportat skont l-Artikolu 4. |
Fejn it-tagħrif statistiku msemmi fil-punt (a) ma jkunx konsistenti fil-frekwenzi, il-BĊNi għandhom, fuq bażi tal-aħjar sforz, jissottomettu reviżjonijiet ta’ tagħrif statistiku li huwa konsistenti fil-frekwenzi permezz ta’ stima.
4. Il-BĊNi għandhom jimmonitorjaw il-konsistenza, bl-użu tat-tabelli ta’ assoċjazzjoni ddedikati msemmija fl-Artikolu 3(4), bejn l-ammonti pendenti tal-aħħar tax-xahar irrapportati skont l-Artikolu 3(1)(a) u kwalunkwe wieħed mill-ammonti pendenti li ġejjin irrapportati skont il-Linja Gwida (UE) 2016/2249 (BĊE/2016/34):
|
(a) |
id-dikjarazzjoni finanzjarja ta’ kuljum tal-Eurosistema prodotta għall-aħħar jum tax-xogħol tax-xahar; |
|
(b) |
l-aħħar rendikont finanzjarju ta’ kull ġimgħa diżaggregat tax-xahar rispettiv. |
Il-BĊNi għandhom jipprovdu lill-BĊE, fuq talba, bir-riżultati tal-monitoraġġ tal-konsistenza msemmi fl-ewwel subparagrafu u spjegazzjonijiet tad-diskrepanzi bejn l-ammonti pendenti.
5. Meta l-BĊNi jirrapportaw in-numru ta’ friegħi u sussidjarji ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu mhux residenti kif speċifikat fl-Anness VII skont l-Artikolu 25, huma għandhom jiżguraw li dan it-tagħrif statistiku jkun konsistenti, mill-1999 ’il quddiem, mal-informazzjoni rreġistrata fil-lista ta’ MFIs għal finijiet statistiċi stabbilita skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2).
6. Il-BĊNi għandhom jipprovdu spjegazzjonijiet fuq talba mill-BĊE dwar l-iżviluppi fit-tagħrif statistiku rrapportat skont din il-Linja Gwida, inklużi interruzzjonijiet fit-tagħrif statistiku rrapportat meta mqabbla mal-perjodu ta’ referenza preċedenti.
7. Fejn il-BĊNi jistmaw tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat skont din il-Linja Gwida, huma għandhom jipprovdu spjegazzjonijiet lill-BĊE fuq talba.
Artikolu 31
Rekwiżiti ta’ rapportar tad-data b’lura f’każ ta’ adozzjoni tal-euro
1. Meta Stat Membru mhux fiż-żona tal-euro jadotta l-euro wara d-dħul fis-seħħ ta’ din il-Linja Gwida, il-BĊN ta’ dak l-Istat Membru għandu jirrapporta dan li ġej lill-BĊE.
|
(a) |
tagħrif statistiku dwar l-istatistika tal-partiti tal-karta tal-bilanċ MFI, inkluża l-istatistika tal-karta tal-bilanċ tal-MMF, għall-perjodi ta’ referenza ta’ rapportar kollha sa mill-adeżjoni fl-Unjoni ta’ dak l-Istat Membru u fi kwalunkwe każ għal mill-inqas tliet snin qabel l-adozzjoni tal-euro mill-Istat Membru; |
|
(b) |
tagħrif statistiku dwar l-istatistika tal-partiti tal-karta tal-bilanċ MFI għat-tliet snin qabel l-adeżjoni tal-Istat Membru fl-Unjoni, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mal-BĊE. |
2. Il-BĊNi tal-Istati Membri li jadottaw l-euro għandhom jikkumpilaw it-tagħrif statistiku msemmi fil-paragrafu 1 daqslikieku l-Istat Membru kien parti miż-żona tal-euro matul il-perjodi ta’ referenza kollha. Għal dan il-għan, il-BĊNi jistgħu jużaw tagħrif statistiku rrapportat lill-BĊE qabel l-adozzjoni tal-euro mill-Istat Membru skont l-iskemi ta’ rapportar adattati mill-BĊE għall-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw tagħrif statistiku skont ir-rekwiżiti li kienu applikabbli għall-Istati Membri taż-żona tal-euro fil-perjodi ta’ referenza rispettivi, sakemm il-BĊE u l-BĊN rilevanti ma jaqblux li jeskludu xi tagħrif statistiku.
3. Il-BĊNi tal-Istati Membri taż-żona tal-euro għandhom jirrapportaw lill-BĊE pożizzjonijiet ma’ residenti ta’ Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro li jadottaw l-euro wara d-dħul fis-seħħ ta’ din il-Linja Gwida fir-rigward tal-istatistika tal-partiti tal-karta tal-bilanċ MFI li tkopri t-tliet snin qabel dik l-adozzjoni, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mal-BĊE. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw biss l-ammonti pendenti ta’ kull xahar ta’ dawk il-pożizzjonijiet li ġew irrapportati skont ir-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2), u li jaqbżu l-EUR 50 miljun. Il-BĊNi jistgħu jirrapportaw ukoll ammonti pendenti ta’ kull xahar ta’ dawk il-pożizzjonijiet li huma taħt il-EUR 50 miljun fuq bażi volontarja.
Artikolu 32
Kalendarju ta’ rapportar
Sa l-aħħar ta’ Settembru ta’ kull sena, il-BĊE għandu jikkomunika d-dati eżatti tat-trażmissjoni lill-BĊNi fil-forma ta’ kalendarju ta’ rapportar. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw it-tagħrif statistiku skont din il-Linja Gwida skont dak il-kalendarju ta’ rapportar.
Artikolu 33
Trażmissjoni
1. Il-BĊNi għandhom jittrażmettu t-tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat skont din il-Linja Gwida b’mod elettroniku, bl-użu tal-mezzi speċifikati mill-BĊE. Il-format tal-messaġġ statistiku żviluppat għal dan l-iskambju elettroniku ta’ tagħrif statistiku għandu jkun il-format miftiehem mis-SEBĊ.
2. Fejn ma japplikax il-paragrafu 1, il-BĊNi jistgħu jużaw mezzi oħra għat-trażmissjoni ta’ tagħrif statistiku bil-kunsens minn qabel tal-BĊE.
TAQSIMA 10
PROĊEDURA TA’ EMENDA SIMPLIFIKATA U PUBBLIKAZZJONI
Artikolu 34
Proċedura ta’ emenda simplifikata
Wara li jqis il-fehmiet tal-Kumitat tal-Istatistika, il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu jagħmel kwalunkwe emenda teknika meħtieġa fl-Annessi, sakemm dawk l-emendi la jibdlu l-qafas kunċettwali sottostanti, u lanqas ma jaffettwaw il-piż tar-rapportar tal-aġenti li jirrapportaw fl-Istati Membri. Il-Bord Eżekuttiv għandu jinforma lill-Kunsill Governattiv bi kwalunkwe emenda bħal din mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 35
Pubblikazzjoni
Il-BĊNi m’għandhomx jippubblikaw kontribuzzjonijiet nazzjonali għall-aggregati monetarji taż-żona tal-euro u l-kontropartijiet tagħhom sakemm il-BĊE ma jkunx ippubblika dawn l-aggregati. Meta l-BĊNi jippublikaw dan it-tagħrif, għandhom ikunu l-istess bħall-informazzjoni li kkontribwew għall-aktar pubblikazzjoni reċenti tal-aggregati taż-żona tal-euro. Meta l-BĊNi jirriproduċu aggregati taż-żona tal-euro ppubblikati mill-BĊE, għandhom jirriproduċuhom fedelment.
TAQSIMA 11
L-EWWEL RAPPORTAR U DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI
Artikolu 36
L-ewwel rapportar
1. L-ewwel rapportar għal tagħrif statistiku ta’ kull xahar li għandu jiġi rrapportat skont din il-Linja Gwida għandu jibda bit-tagħrif statistiku għal Jannar 2022.
2. L-ewwel rapportar għal tagħrif statistiku trimestrali li għandu jiġi rrapportat skont din il-Linja Gwida għandu jibda bit-tagħrif statistiku għall-ewwel trimestru tal-2022. It-tagħrif statistiku trimestralili għandu jiġi rrapportat għar-raba’ trimestru ta’ 2021 għandu jiġii rrapportat mal-Partijiet 1, 4, 7, 19 u 20 tal-Anness II għall-Linja Gwida (BĊE/2014/15) dwat statistika monetarja u finanzjarja.
3. L-ewwel rapportar għal tagħrif statistiku annwali li għandu jiġi rrapportat skont din il-Linja Gwida għandu jibda bit-tagħrif statistiku għal 2021.
Artikolu 37
Dispożizzjonijiet tranżitorji
1. Għall-perjodu mill-15 ta’ April 2021 sal-1 ta’ Frar 2022, meta l-BĊNi jirrapportaw informazzjoni dwar l-IBSI skont l-Artikolu 17a tal-Linja Gwida BĊE/2014/15 dwar l-istatistika monetarja u finanzjarja, huma għandhom jidentifikaw l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li għalihom din l-informazzjoni għandha tiġi rrapportata skont l-Artikolu 15 ta’ din il-Linja Gwida. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw dik l-informazzjoni lill-BĊE skont ir-rekwiżiti ta’ tempestività stabbiliti fl-Artikolu 17 ta’ din il-Linja Gwida għall-perjodu mill-15 ta’ April 2021 sat-1 ta’ Frar 2022.
2. Għall-perjodu mill-15 ta’ April 2021 sal-1 ta’ Frar 2022, fejn il-BĊNi jirrapportaw informazzjoni dwar l-IMIR skont l-Artikolu 17a tal-Linja Gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja, huma għandhom jirrapportaw dik l-informazzjoni għall-istituzzjonijiet ewlenin kif msemmija fl-Artikolu 15(4) ta’ din il-Linja Gwida. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw dik l-informazzjoni lill-BĊE skont ir-rekwiżiti ta’ tempestività stabbiliti fl-Artikolu 17 ta’ din il-Linja Gwida għall-perjodu mill-15 ta’ April 2021 sal-1 ta’ Frar 2022.
3. Għall-perjodu mis-26 ta’ Ġunju 2021 sal-1 ta’ Frar 2022, il-BĊNi għandhom jirrapportaw it-tagħrif statistiku miġbur minn istituzzjonijiet ta’ kreditu mhux MFI skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2) skont it-Taqsima 8 ta’ din il-Linja Gwida. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw dik l-informazzjoni lill-BĊE sa mhux aktar tard mid-29 ta’ April 2022.
TAQSIMA 12
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 38
Dħul fis-seħħ
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
2. Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u l-BĊE għandhom jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida mill-1 ta’ Frar 2022.
Artikolu 39
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-26 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Ir-Regolament (UE) 2020/379 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2021 dwar il-partiti tal-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2021/2) (ĠU 73, 3.3.2021, p. 16).
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2013 dwar statistika fuq rati ta’ imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/34) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 51).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1074/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Ottubru 2013 dwar obbligi ta’ rapportar statistiku għal istituzzjonijiet ġiro tal-uffiċċji tal-posta li jirċievu depożiti mingħand residenti fiż-żona tal-euro li mhumiex istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/39) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 94).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol.3, p. 23).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) 2016/867 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Mejju 2016 dwar il-ġbir ta' mikrodejta dwar il-kreditu u r-riskju tal-kreditu (BĊE/2016/13) (ĠU L 144, 1.6.2016, p. 44).
(7) Ara d-Deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE tas-26 ta’ Ġunju 2020, disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE: www.ecb.europa.eu
(8) Linja Gwida (UE) 2018/876 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta' Ġunju 2018 dwar id-Database tar-Reġistru tal-Istituzzjonijiet u l-Affiljati (BĊE/2018/16) (ĠU L 154, 18.6.2018, p. 3).
(9) Ir-Regolament (UE) 2021/378 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2021 dwar l-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ riżerva minimi (BĊE/2021/1) (ĠU L 73, 3.3.2021, p. 1).
(10) Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 1–63).
(11) Linja Gwida BĊE/2014/15 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ April 2014 dwar statistika monetarja u finanzjarja (ĠU L 340, 26.11.2014, p. 1)
(12) Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Settembru 2013 dwar statistika fuq rati ta’ imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/34) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 51).
(13) Regolament (UE) Nru 1074/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Ottubru 2013 dwar obbligi ta’ rapportar statistiku għal istituzzjonijiet ġiro tal-uffiċċji tal-posta li jirċievu depożiti mingħand residenti fiż-żona tal-euro li mhumiex istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/39) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 94).
(14) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol.3, p. 23).
(15) Ara “Bridging tables between the accounting balance sheet items of the NCBs and the ECB and the items to be reporting for statistical purpose” (It-tabelli ta’ assoċjazzjoni bejn il-partiti kontabilistiċi tal-karta tal-bilanċ tal-BĊNi u l-BĊE u l-partiti li għandhom jiġu rrapportati għal finijiet statistiċi) ippubblikat fuq is-sit web tal-BĊE www.ecb.europa.eu
(16) Linja Gwida (UE) 2016/2249 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-3 ta’ Novembru 2016 dwar il-qafas legali għall-kontabilità u r-rapportar finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (BĊE/2016/34) (ĠU L 347, 20.12.2016, p. 37).
(17) Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).
(18) Kif stipulat fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni statistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar oqsma speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).
(19) Linja Gwida (UE) 2018/876 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta' Ġunju 2018 dwar id-Database tar-Reġistru tal-Istituzzjonijiet u l-Affiljati (BĊE/2018/16) (ĠU L 154, 18.6.2018, p. 3).
ANNESS I
RAPPORTAR TA’ AĠĠUSTAMENTI U D-DERIVAZZJONI TA’ TRANŻAZZJONIJIET
PARTI 1
Deskrizzjoni ġenerali tal-proċedura għad-derivazzjoni tat-tranżazzjonijiet
It-tranżazzjonijiet finanzjarji huma l-akkwist nett ta’ assi finanzjarji jew it-tiġrib nett ta’ obbligazzjonijiet għal kull tip ta’ strument finanzjarju, jiġifieri s-somma tat-tranżazzjonijiet finanzjarji kollha li jiġru matul il-perjodu ta’ rapportar rilevanti. Il-qafas għad-derivazzjoni tat-tranżazzjonijiet għall-partiti tal-karta tal-bilanċ (BSI) tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (MFI) huwa bbażat fuq is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet Reġjonali u Nazzjonali (minn hawn’ il quddiem l- “ESA 2010”) stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Id-devjazzjonijiet minn dan l-istandard internazzjonali isiru dwar kemm il-kontenut tad-data u l-ismijiet ta’ kunċetti statistiċi, fejn meħtieġ. Dan l-Anness huwa interpretat skont l-ESA 2010, ħlief jekk ir-Regolament (UE) Nru 2021/379 (BĊE/2021/2) (2) jew din il-Linja Gwida espliċitament jew impliċitament jieħdu preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet tagħha.
Fil-kuntest tal-istatistika BSI, il-BĊE jikkalkola t-tranżazzjonijiet billi jieħu, għal kull partita tal-assi u l-obbligazzjonijiet, id-differenza bejn l-ammonti pendenti fid-dati tal-aħħar tal-perjodu tar-rapportar, u mbagħad jitneħħa l-effett tal-iżviluppi li m’humiex ir-riżultat ta’ tranżazzjonijiet, (‘aġġustamenti’). Dawn huma miġbura fil-kategoriji ewlenin “aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni”, “aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni”, u “aġġustamenti tar-rata tal-kambju”. Il-Banek Ċentrali Nazzjonali (BĊNi) jirrapportaw “aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni” u “aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni” lill-BĊE biex dawn l-effetti mhux ta’ tranżazzjoni jistgħu jitneħħew fil-kalkolu tat-transazzjonijiet. L-“aġġustamenti tar-rata tal-kambju” huma normalment derivati mill-BĊE. It-tranżazzjonijiet jiġu kkalkulati fuq bażi netta, jiġifieri ma hemm l-ebda rekwiżit li jiġu identifikati t-tranżazzjonijiet finanzjarji grossi jew il-fatturat. It-tranżazzjonijiet finanzjarji ġeneralment għandhom jitkejlu bil-valur tat-tranżazzjoni — il-valur li bih l-assi jiġu akkwistati/disposti u/jew l-obbligazzjonijiet jinħolqu, jiġu likwidati jew skambjati — li mhux neċessarjament ikun l-istess bħall-prezz elenkat fis-suq jew il-valur ġust tal-assi fil-mument tat-tranżazzjoni. Il-valur tat-tranżazzjoni ma jinkludix tariffi għall-ogħti ta’ servizz, tariffi, kummissjonijiet, jew pagamenti simili għas-servizzi mogħtija biex jitwettqu t-tranżazzjonijiet;
Dan l-Anness jirrevedi l-metodoloġija għad-derivazzjoni ta' tranżazzjonijiet fil-kuntest ta' statistika BSI. Il-parti 2 tiffoka fuq il-prinċipji għar-rappurtar ta’ aġġustamenti mill-BĊNi lill-BĊE (3). Il-parti 3 imbagħad tħares lejn l-adattamenti speċjali li saru fil-qafas tal-kompilazzjoni għall-istatistika dwar il-BSI.
Iktar dettalji u eżempji numeriċi huma pprovduti fil-‘Manwali dwar l-istatistiċi tal-karta tal-bilanċ tal-MFI’ (Manual on MFI balance sheet statistics) ppublikati fuq is-sit web tal-BĊE.
PARTI 2
Rapportar ta’ aġġustamenti mill-BĊNi lill-BĊE
1. Prinċipji sottostanti għall-aġġustamenti
L-aġġustamenti tar-riklassifikazzjoni u tar-rivalutazzjoni huma soġġetti għall-istess sistema ta’ kontabilità b’entrati doppji bħall-ammonti pendenti u għalhekk huma bbilanċjati. Meta partita ta’ bbilanċjar tkun meħtieġa minħabba l-valwazzjonijiet differenti li japplikaw għall-karta tal-bilanċ tal-istatistika, meta mqabbla mal-karta tal-bilanċ tal-kontabbiltà — jiġifieri “diskrepanza statistika/kontabilistika” — din għandha tiġi rreġistrata f’“obbligazzjonijiet li jifdal” (bħala ammont pożittiv jew negattiv, kif xieraq).
Imgħax fuq depożiti, self u titoli ta’ dejn maħruġa u miżmuma għandhom jiġu rreġistrat fuq bażi tad-dovuti, imma ma għandhom qatt jiġu rreġistrati bħala tranżazzjoni bl-istrument ikkonċernat. Għal self u depożiti dan huwa ggarantit mir-rekwiżit speċifikat fil-Parti 2 tal-Anness II għar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2) biex jiġi rreġistrat l-imgħax akkumulat fuq dawn l-istrumenti f’“assi li jifdal” u “obbligazzjonijiet li jifdal”. Ir-Regolament, madankollu, ma fih l-ebda regola dwar it-trattament tal-imgħax akkumulat fuq titoli ta’ dejn maħruġa jew miżmuma. Fil-fatt, l-imgħax akkumulat spiss huwa intrinsiku għall-prezzijiet tas-suq u diffiċli biex jiġi sseparat mill-prezz tal-kontabilità hekk kif inhu rrapportat fil-karta tal-bilanċ tal-istatistika. Fl-interess ta’ data koerenti u komparabbli bejn il-pajjiżi, għandu jiġi applikat dan li ġej:
|
(a) |
jekk imgħax akkumulat huwa intrinsiku għall-prezz tal-kontabbiltà kif inhu rrapportat fil-karta ta’ bilanċ tal-istatistika, għandu jkun soġġett għal “aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni”; |
|
(b) |
jekk imgħax akkumulat jiġi eskluż mill-ammont pendenti tat-titoli li magħhom għandu x’jaqsam fil-karta ta’ bilanċ tal-istatistika, huwa kklassifikat taħt “assi li jifdal” u “obbligazzjonijiet li jifdal” u mhux trattat bħala aġġustament tar-rivalutazzjoni. |
Dan it-trattament issuġġerit huwa rifless ukoll fir-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti f’din il-Linja Gwida (ara l-Parti 1 tal-Anness II).
Meta jiġi rrapportat aġġustament ta’ kull xahar, dan jista’ jaffettwa t-tqassim tal-partiti rrappurtati kull tliet xhur. Il-konsistenza hija assigurata bejn iż-żewġ settijiet ta’ data, jiġifieri, fejn applikabbli, is-somma ta’ l-aġġustamenti ta’ kull xahar għandha tkun daqs aġġustament trimestrali. Jekk limitu huwa stabbilit għall-aġġustamenti trimestrali, jew l-aġġustamenti trimestrali ma jistgħux jiġu identifikati għal kollox jew fl-istess livell ta’ dettall bħall-aġġustament ta’ kull xahar, l-aġġustament huwa kkalkolat biex jiġu evitati d-diskrepanzi bl-aġġustament irrapportat għad-data ta’ kull xahar.
2. Aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni
“Aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni” jinkludu kwalunkwe bidla fil-karta tal-bilanċ tas-settur ta’ referenza li tirriżulta minn bidliet fil-kompożizzjoni u l-istruttura tal-popolazzjoni li tirrapporta, bidliet fil-klassifikazzjoni tal-istrumenti finanzjarji u l-kontropartijiet, bidliet fid-definizzjonijiet statistiċi u l-korrezzjoni (parzjali) tal-iżbalji tar-rapportar, li kollha kemm huma jagħtu lok għal interruzzjonijiet fis-serje u b’hekk jaffettwaw il-komparabbiltà ta’ żewġ ammonti pendenti fi tmiem il-perjodu suċċessivi. It-tkabbir taż-żona tal-euro jista’ jitqies bħala każ speċjali ta’ riklassifikazzjoni.
Il-BĊNi jirrapportaw data dwar l-aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni, kif speċifikat f’din il-Linja Gwida bl-użu ta’ data rrapportata direttament mill-popolazzjoni li tirrapporta, informazzjoni superviżorja, spezzjonijiet għall-plawsibilità, inkjesti ad hoc (eż. li jkunu relatati ma' min ikun qiegħed fuq barra), ħtiġijiet tal-istatistika nazzjonali, informazzjoni fuq min jingħaqad mal-popolazzjoni li tirrapporta jew min jitlaq minnha, u kwalunkwe sors ieħor disponibbli għalihom. BĊNi jidentifikaw tibdil fl-ammonti pendenti minħabba riklassifikazzjonijiet u jirrapportaw l-ammont nett. Żieda netta fl-ammonti pendenti minħabba riklassifikazzjonijiet tiddaħħal b’sinjal pożittiv, u tnaqqis nett fl-ammonti pendenti b’sinjal negattiv.
Stimi ta’ aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni jistgħu jsiru mill-BĊNi, b’mod partikolari meta l-informazzjoni ma tkunx disponibbli faċilment jew ta’ kwalità fqira. Il-BĊE mhuwiex mistenni li jagħmel aġġustamenti ex post sakemm il-BĊNi ma jidentifikawx tibdil sostanzjali minħabba riklassifikazzjonijiet fid-data finali li ma jistgħux jiġu kkoreġuti fi żmien debitu mill-BĊNi. F’dan il-każ il-BĊE jista’ jagħmel aġġustamenti ex post bi ftehim mal-BĊN rilevanti.
Fil-prinċipju, il-BĊNi jirrapportaw ‘aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni’ għal kull partita speċifikata f’din il-Linja Gwida. F’każijiet fejn l-ammonti ta’ riklassifikazzjoni stmati huma inqas minn EUR 5 miljun għall-karta tal-bilanċ proprja tal-BĊN, jew inqas minn EUR 50 miljun għall-karta tal-bilanċ aggregata ta’ aġenti oħra li jirrapportaw, il-BĊNi jistgħu jirrapportaw ammonti ta’ aġġustament ta’ riklassifikazzjoni ta’ żero jew bħala valur nieqes. Dawn il-limiti huma maħsuba biex jgħinu lill-BĊNi jiddeċiedu jagħmlux kumpilazzjoni ta’ aġġustamenti jew le. Madankollu, meta tinġabar informazzjoni relattivament iddettaljata minkejja l-limitu, jista’ jkun kontroproduttiv li l-BĊN jipprova japplika dak il-limitu. Din il-flessibbiltà hija mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit għal konsistenza fid-data rrapportata għall-perjodu ta’ referenza, u bejn id-data ta’ kull xahar u dik trimestrali, kif deskritt hawn taħt.
Fil-limiti definiti mill-politika ta’ reviżjoni, il-BĊNi jikkoreġu żbalji ta’ rapportar f’ammonti pendenti hekk kif l-iżbalji jiġu identifikati. Idealment, il-korrezzjonijiet ineħħu kompletament l-iżball mill-ammonti pendenti, speċjalment fejn l-iżball jaffettwa perjodu wieħed jew medda ta’ żmien limitata. F'dawn iċ-ċirkustanzi, m'hemm l-ebda waqfa fis-serje. Madankollu, meta l-iżball jaffettwa d-data storika u ma ssir l-ebda korrezzjoni tad-data tal-passat jew isir biss għal medda ta’ żmien limitata, imbagħad isseħħ waqfa bejn l-ewwel perjodu biċ-ċifra kkoreġuta u l-aħħar perjodu li jkun fih iċ-ċifra skorretta. F’dan il-każ, il-BĊNi jidentifikaw id-daqs tal-waqfa li ssir u jdaħħlu aġġustament taħt “aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni”. Prattiki simili japplikaw għall-implimentazzjoni ta’ bidliet fid-definizzjonijiet statistiċi li jaffettwaw id-data rrappurtata, kif ukoll għall-korrezzjoni għal waqfiet li jistgħu jkunu minħabba l-introduzzjoni, il-bidla jew l-abbandun ta’ metodi ta’ l-ingrossar.
Il-limitu għat-trattament tat-trasferimenti ta’ assi bħala tranżazzjonijiet huwa definit mill-eżistenza ta’ żewġ unitajiet istituzzjonali separati li jaġixxu bi ftehim reċiproku. Jekk, madankollu, it-trasferimenti jseħħu bħala riżultat tal-ħolqien jew l-għajbien ta’ unità istituzzjonali, dawn għandhom jiġu ttrattati bħala “aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni”. B’mod partikolari, jekk fużjoni jew akkwiżizzjoni twassal għall-għajbien ta’ unità istituzzjonali waħda jew aktar, il-kontropożizzjonijiet kollha li eżistew bejn l-istituzzjonijiet li jkunu qed jingħaqdu jiġu nnettjati fiż-żmien meta l-unitajiet ma jibqgħux jeżistu mis-sistema u l-aġġustamenti tar-riklassifikazzjoni jridu jiġu rrappurtati kif xieraq. Diviżjonijiet korporattivi huma tratti b’mod simetriku.
3. Aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni
L-"aġġustmenti ta' rivalutazzjoni" irrapportati skont din il-Linja Gwida huma normalment ikkompilati mill-BĊNi fuq il-bażi ta’ data rapportata direttament mill-popolazzjoni li tirrapporta. Madankollu, il-BĊNi jistgħu jkopru ukoll dawn ir-rekwiżiti tar-rapportar indirettament (eż. billi jiġbru data dwar it-tranżazzjonijiet direttament) jew permezz ta’ data titolu b’titolu jew data oħra rrapportata mill-popolazzjoni li tirrapporta u fi kwalunkwe każ huma permessi li jiġbru data addizzjonali mill-aġenti li jirrapportaw kif meħtieġ.
4. Aġġustamenti tar-rata tal-kambju
Movimenti fir-rati tal-kambju kontra l-euro li jiġru bejn id-dati tar-rapportar ta’ l-aħħar tal-perjodu jagħtu lok għall-bidliet fil-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-valuta barranija meta mfissra f’euro. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw l-assi u l-obbligazzjonijiet denominati f’valuta barranija maqluba f’euro bl-użu tar-rati tal-kambju ta’ referenza tal-BĊE prevalenti fil-jum li għalih tirreferi d-data. Peress li kwalunkwe bidla fl-ammonti pendenti li jirriżultaw minn movimenti fir-rati tal-kambju jirrappreżentaw qligħ/telf f’investimenti u mhumiex tranżazzjonijiet finanzjarji, l-effetti ta’ valutazzjoni jeħtieġ li jiġu identifikati sabiex ikunu jistgħu jiġu esklużi mit-tranżazzjonijiet. Aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni minħabba r-rata tal-kambju jistgħu jinkludu wkoll tibdiliet fil-valutazzjoni li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet fl-assi/obbligazzjonijiet, jiġifieri qligħ/telf realizzat; madankollu, hemm prattiċi nazzjonali diverġenti f’dan ir-rigward.
Il-BĊE normalment jikseb l-aġġustamenti neċessarji tar-rata tal-kambju bbażati fuq l-informazzjoni statistika pprovduta mill-BĊNi. Meta l-BĊNi jkunu f’pożizzjoni li jikkompilaw aġġustamenti fir-rata tal-kambju aktar preċiżi, huma jistgħu minflok jaqblu mal-BĊE li jittrażmettu aġġustamenti fir-rata tal-kambju li se jintużaw mill-BĊE biex jidderiva tranżazzjonijiet.
PARTI 3
Regoli speċjali u adattamenti
1. Fondi tas-suq tal-flus
Il-BĊNi jinkludu data ta’ aġġustamenti dwar fondi tas-suq monetarju (MMFs) meta jissodisfaw l-obbligi ta’ rapportar tagħhom fir-rigward ta’ “aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni” u “aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni”. Dawn l-aġġustamenti huma wkoll irrapportati separatament għal MMFs skont l-iskema ta’ rapportar trimestrali dedikata.
Il-BĊNi jirrapportaw aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni meta jkun hemm bidla fil-popolazzjoni li tirrapporta MMF, kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2), li tirriżulta minn emendi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-entitajiet awtorizzati bħala MMFs skont ir-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Bidla fil-popolazzjoni ta’ rapportar MMF li tirriżulta minn bidla fil-politika ta’ investiment ta’ fond tiġi rreġistrata bħala tranżazzjoni finanzjarja u mhux bħala riklassifikazzjoni. Dan jirriżulta mill-fatt li kwalunkwe bidla fil-politika ta’ investiment trid tiġi miftiehma mill-investituri qabel il-bidla u għalhekk titqies bħala deċiżjoni ta’ investiment attiva.
L-Artikolu 9(6) tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2) jipprovdi li l-BĊNi jistgħu jagħtu derogi lill-MMFs kollha jew uħud minnhom fir-rigward tar-rapportar tal-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni. F’dawn il-każijiet, il-BĊNi għandhom madankollu jipprovdu informazzjoni fuq bażi tal-aħjar stima meta l-ammonti involuti jkunu sinifikanti, skont l-Artikolu 5(2) ta’ din il-Linja Gwida.
Il-kalkolu tal-aġġustamenti tar-rivalutazzjoni fuq l-assi tal-MMF isegwi l-proċedura komuni applikabbli għall-MFIs kollha Fuq in-naħa tal-obbligazzjonijiet, bidliet pożittivi fil-valur tal-ishma/unitajiet tal-MMF tradizzjonalment tqiesu bħala tranżazzjonijiet, b’mod parallel mal-pagament (għall-kuntrarju tad-dovuti) tal-imgħax fuq id-depożiti, li jimplika li l-kontroparti tar-rivalutazzjonijiet fuq in-naħa tal-assi ma tkunx “ishma/unitajiet tal-fondi tas-suq monetarju” iżda “obbligazzjonijiet li jifdal”. Madankollu, fir-rigward ta’ każijiet fejn ishma/unitajiet MMF jonqsu fil-prezz bħala riżultat ta’ telf fuq l-assi tal-fond, dan ma jistax jitqabbel mal-pagamenti tal-imgħax. F’dan l-isfond, it-Tabella 1A tal-Parti 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2) tinkludi rekwiżiti dwar l-aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni għall-ishma/unitajiet MMF; il-BĊNi għandhom jużaw din il-partita biex jibbilanċjaw ir-rivalutazzjonijiet tal-prezz fuq in-naħa tal-assi, fejn rilevanti. L-allokazzjoni għandha ssir b’tali mod li tkopri biss ir-rivalutazzjonijiet attwali tal-prezzijiet li huma riflessi bħala bidliet fil-valur tal-ishma/unitajiet MMF.
2. Statistiċi dwar partita tal-karta tal-bilanċ MFI individwali (IBSI)
Skont l-Artikolu 16(2) ta’ din il-Linja Gwida, il-BĊNi jirrapportaw sensiela anċillari li tkopri aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni u riklassifikazzjoni (ara l-Parti 2 ta’ dan l-Anness) u trasferimenti ta’ self fuq bażi tal-aħjar sforz.
Sabiex jitnaqqas il-piż tar-rapportar, il-BĊNi jistgħu japplikaw approċċ ta' limitu meta jirrapportaw is-sensiela anċillari. B’mod partikolari, fejn l-ammont assolut tas-sensiela anċillari li għandha tiġi rrapportata jkun taħt il-massimu ta’ EUR 50 miljun u 1 % tal-ammont pendenti rispettiv, jiġifieri limitu = massimu (EUR 50 miljun, 1 % tal-ammont pendenti), il-BĊNi jistgħu minflok jirrapportaw l-ammont bħala żero jew bħala valur nieqes. Dan il-limitu minimu, li japplika wkoll għal gruppi ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, huwa indikattiv u jimmira li jgħin lill-BĊNi biex jiddeċiedu jekk jagħmlux aġġustament jew le. Meta l-informazzjoni ma tkunx disponibbli faċilment jew tkun ta’ kwalità fqira, il-BĊN jista’ jiddeċiedi jew li jagħmel stimi jew li jirrapporta valur nieqes.
Barra minn hekk u skont din il-Linja Gwida, il-BĊNi huma meħtieġa biss li jirrapportaw sensiela anċillari għal istituzzjonijiet ta’ kreditu li mhumiex istituzzjonijiet ewlenin sal-punt li t-tagħrif statistiku jinġabar minn dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu skont ir-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2). Fejn l-ebda tagħrif statistiku meħtieġ għar-rappurtar ta’ sensiela anċillari ma tkun disponibbli mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li mhumiex istituzzjonijiet ewlenin, il-BĊNi jistgħu jirrapportaw valur nieqes.
3. POGIs u l-gvern ċentrali
Il-BĊNi jirrapportaw, fejn rilevanti, tagħrif statistiku dwar il-POGIs u l-gvern ċentrali li jkopri l-obbligazzjonijiet monetarji tagħhom fil-konfront tal-istituzzjonijiet finanzjarji mhux monetarji residenti fiż-żona tal-euro u l-investimenti tagħhom fi flus kontanti u titoli maħruġin mill-MFIs taż-żona tal-euro skont l-Artikolu 6 ta’ din il-Linja Gwida. Għall-fini tal-kompilazzjoni tat-tranżazzjonijiet, l-aġġustamenti huma, fil-prinċipju, ipprovduti wkoll f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti għall-istatistika tal-karta tal-bilanċ MFI, għalkemm fil-prattika bidliet minħabba tibdil fir-rata tal-kambju jew fil-prezzijiet tas-suq x’aktarx ma jseħħux. Dawn id-data huma rapportati kif indikat fl-Anness VI.
(1) Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).
(2) Regolament (UE) Nru 2021/379 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2021 dwar il-karta tal-bilanċ tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2021/2) (ĠU 73, 3.3.2021, p.16).
(3) L-istess metodoloġija tapplika fir-rigward tat-tagħrif statistiku li għandu jiġi rrapportat fuq il-karta tal-bilanċ tal-BĊE skont l-Artikolu 3(5) ta’ din il-Linja Gwida.
(4) Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-fondi tas-suq monetarju (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 8).
ANNESS II
PARTI 1
Tabella 1
Partiti addizzjonali li għandhom jiġu rrapportati għall-karti tal-bilanċ għal banek ċentrali (1)
|
PARTITI TAL-KARTI TAL-BILANĊ |
Total |
Żona tal-euro |
Il-kumplament tad-dinja |
|
|||
|
|
|
Domestiċi |
Żona tal-euro minbarra domestiċi |
|
Mhux MFIs |
||
|
OBBLIGAZZJONIJIET |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
li minnhom: Karti tal-flus |
|
|
|
|
|
||
|
Karti tal-flus tal-euro |
M (†) |
|
|
|
|
||
|
Karti tal-flus ta' denominazzjoni nazzjonali (2) |
M (†) |
|
|
|
|
||
|
li minnhom: Muniti |
|
|
|
|
|
||
|
Muniti ddenominati f'euro |
M (†) |
|
|
|
|
||
|
Muniti f’denominazzjonijiet nazzjonali (2) |
M (†) |
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
M |
||
|
|
|
|
|
M |
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
sa sena (3) |
|
M |
M |
M |
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
li minnhom: partiti tranżitorji |
M |
|
|
|
|
||
|
li minnhom: partiti ta’ sospensjoni |
M |
|
|
|
|
||
|
li minnhom: obbligazzjonijiet intra-Eurosistema dwar karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni |
|
M |
|
|
|||
|
li minnhom: dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw obbligazzjonijiet kontra partijiet terzi |
M |
|
|
|
|
||
|
li minnhom: ekwità netta tal-unitajiet domestiċi f'riżervi ta' fondi tal-pensjoni (4) |
Q (#) |
|
|
|
|
||
|
li minnhom: aġġustament għal diskrepanzi statistiċi/tal-kontabilità (5) |
M (#) |
|
|
|
|
||
|
Kontraparti ta’ SDRs |
M (#) |
|
|
|
|
||
|
ASSI |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
li minnu: depożiti relatati mar-riżerva internazzjonali miżmuma mal-BĊE (6) |
|
|
M |
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
li minnhom: imgħax akkumulat fuq it-titoli ta' dejn miżmuma (7) |
Q |
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
li minnhom: partiti tranżitorji |
M |
|
|
|
|
||
|
li minnhom: partiti ta’ sospensjoni |
M |
|
|
|
|
||
|
li minnhom: pretensjonijiet intra-Eurosistema fuq karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni |
|
M |
|
|
|||
|
li minnhom: ħlas minn qabel ta’ premiums tal-assigurazzjoni u riżervi għal pretensjonijiet pendenti (8) |
Q (#) |
|
|
|
|
||
|
li minnhom: pretensjonijiet relatati ma’ muniti fiċ-ċirkolazzjoni maħruġa mill-gvern ċentrali |
|
M |
|
|
|
||
|
li minnhom: imgħax akkumulat fuq it-titoli ta' dejn miżmuma (7) |
Q |
|
|
|
|
||
|
Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (deheb monetarju biss) |
M (#) |
|
|
|
|
||
|
Ammonti riċevibbli minn FMI — drittijiet ta’ ġbid, SDRs, oħrajn |
M (#) |
|
|
|
|
||
Tabella 2
Partiti addizzjonali li għandhom jiġu rrapportati għall-kartzża tal-bilanċ ta’ MFIs oħrajn (9)
|
PARTITI TAL-KARTI TAL-BILANĊ |
Total |
Żona tal-euro |
Il-kumplament tad-dinja |
|
|||
|
|
|
Domestiċi |
Żona tal-euro minbarra domestiċi |
|
Mhux MFIs |
||
|
OBBLIGAZZJONIJIET |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
li minnhom: obbligazzjoni tal-kontroparti għal self mhux dekontabilizzat (10) |
|
M |
M |
M |
|
||
|
|
|
|
|
M |
||
|
|
|
|
|
M |
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
sa sena |
|
M (#) |
M (#) |
M (#) |
|
||
|
Iktar minn sena u sa sentejn |
|
M (#) |
M (#) |
M (#) |
|
||
|
Euro |
|
|
|
|
|
||
|
sa sena |
|
M (#) |
M (#) |
M (#) |
|
||
|
Iktar minn sena u sa sentejn |
|
M (#) |
M (#) |
M (#) |
|
||
|
Muniti barranin |
|
|
|
|
|
||
|
sa sena |
|
M (#) |
M (#) |
M (#) |
|
||
|
Iktar minn sena u sa sentejn |
|
M (#) |
M (#) |
M (#) |
|
||
|
li minnhom: imgħax akkumulat fuq titoli ta' dejn maħruġa (12) |
Q |
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
li minnhom: partiti tranżitorji |
M |
|
|
|
|
||
|
li minnhom: partiti ta’ sospensjoni |
M |
|
|
|
|
||
|
li minnhom: dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw obbligazzjonijiet kontra partijiet terzi |
M |
|
|
|
|
||
|
li minnhom: ekwità netta tal-unitajiet domestiċi f'riżervi ta' fondi tal-pensjoni (13) |
Q (#) |
|
|
|
|
||
|
li minnhom: imgħax akkumulat fuq titoli ta' dejn maħruġa (12) |
Q |
|
|
|
|
||
|
li minnhom: aġġustament għal diskrepanzi statistiċi/tal-kontabilità (14) |
M (#) |
|
|
|
|
||
|
ASSI |
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
li minnhom: imgħax akkumulat fuq it-titoli ta' dejn miżmuma (12) |
Q |
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
||
|
li minnhom: partiti tranżitorji |
M |
|
|
|
|
||
|
li minnhom: partiti ta’ sospensjoni |
M |
|
|
|
|
||
|
li minnhom: ħlas minn qabel ta’ premiums tal-assigurazzjoni u riżervi għal pretensjonijiet pendenti (15) |
Q (#) |
|
|
|
|
||
|
li minnhom: imgħax akkumulat fuq it-titoli ta' dejn miżmuma (12) |
Q |
|
|
|
|
||
Tabella 3
Self li jingħata lil intermedjarji finanzjarji oħrajn taż-żona euro + awżiljari finanzjarji + istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u dawk li jisilfu l-flus (S.125+S.126+S.127)
Ammonti pendenti, aġġustament ta’ rivalutazzjoni u aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni (trimestrali)
|
PARTITI TAL-KARTA TAL-BILANĊ |
A. Domestiċi |
B. Żona tal-euro minbarra domestiċi |
||||||
|
|
Total |
Intermedjarji finanzjarji oħra (S.125) |
Awżiljarji finanzjarji (S.126) |
Istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u dawk li jisilfu l-flus (S.127) |
Total |
Intermedjarji finanzjarji oħra (S.125) |
Awżiljarji finanzjarji (S.126) |
Istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u dawk li jisilfu l-flus (S.127) |
|
ASSI |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Self |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
sa sena |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
iktar minn sena u sa 5 snin |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
aktar minn 5 snin |
|
|
|
|
|
|
|
|
PARTI 2
Ammonti pendenti u tranżazzjonijiet finanzjarji, bl-esklużjoni tal-impatt ta' trasferimenti ta' self (ta’ kull xahar)
Trasferimenti netti, ammonti pendenti, aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni u aġġustamenti ta’ rivalutazzjoni (ta’ kull xahar) (2)
PARTI 3
Ammonti pendenti, aġġustament ta’ rivalutazzjoni u aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni (trimestrali)
Tabella 2
Partiti fil-karta tal-bilanċ MMF - Analiżi skont il-munita
Ammonti pendenti (trimestrali)
|
PARTITI TAL-KARTA TAL-BILANĊ |
Valuti kollha |
Euro |
Valuti oħrajn |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
GBP |
USD |
JPY |
CHF |
|
ASSI |
|
|
|
|
|
|
|
|
Self |
|
|
|
|
|
|
|
|
Bqija tad-dinja |
|
|
|
|
|
|
|
|
Titoli ta' dejn miżmuma |
|
|
|
|
|
||
|
Domestiċi |
|
|
|
|
|||
|
maħruġa minn MFIs |
|
|
|
|
|
|
|
|
maħruġa minn mhux MFIs |
|
|
|
|
|
|
|
|
Żona tal-euro minbarra domestiċi |
|
|
|
|
|
|
|
|
maħruġa minn MFIs |
|
|
|
|
|
|
|
|
maħruġa minn mhux MFIs |
|
|
|
|
|
|
|
|
Bqija tad-dinja |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Rekwiżiti (trimestrali) indirizzati lill-MFIs bir-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2). |
||||||
|
|
|||||||
PARTI 4
Tabella 1
Statistika dwar linji ta’ kreditu mhux miġbuda tal-MFI
Ammonti pendenti u aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni
|
Partiti mhux fuq il-karta tal-bilanċ |
A. Domestiċi |
B. Żona tal-euro minbarra domestiċi |
Ċ. Bqija tad-dinja |
|
|
|||
|
|
|||
|
Linji ta’ kreditu mhux miġbuda |
|
|
|
|
Total |
|
|
|
|
MFIs (S.121+S.122+ S.123) |
|
|
|
|
Gvern ġenerali (S.13) |
|
|
|
|
Fondi ta’ investiment li mhumiex MMF (S.124) |
|
|
|
|
Intermedjarji finanzjarji oħrajn + awżiljari finanzjarji + istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi u dawk li jisilfu l-flus (S.125+S.126+S.127) |
|
|
|
|
Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128) |
|
|
|
|
Fondi tal-pensjoni (S.129) |
|
|
|
|
Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11) |
|
|
|
|
Unitajiet domestiċi + istituzzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ li jservu l-unitajiet domestiċi (S.14 + S.15) |
|
|
PARTI 5
Self lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji skont il-fergħa ta’ attività
Il-BĊNi jew jirrapportaw data għal taqsimiet individwali skont il-Mudell I, jew, jekk id-data ma tkunux disponibbli għat-taqsimiet individwali, skont il-Mudell II.
Il-BĊNi jirrapportaw ammonti pendenti fir-rigward ta’ self lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji domestiċi u, meta disponibbli, self lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji ta’ Stati Membri taż-żona tal-euro oħrajn, separatament. Id-data kollha tiġi rrapportata f’miljuni ta’ EUR.
|
Mudell I |
Mudell II |
||||||||||
|
1 |
|
1 |
|
||||||||
|
2 |
|
2 |
|
||||||||
|
3 |
|
3 |
|
||||||||
|
4 |
|
4 |
+
|
||||||||
|
5 |
|
||||||||||
|
6 |
|
5 |
|
||||||||
|
7 |
|
6 |
|
||||||||
|
8 |
|
7 |
|
||||||||
|
9 |
|
8 |
+
|
||||||||
|
10 |
|
||||||||||
|
11 |
|
9 |
+
+
|
||||||||
|
12 |
|
||||||||||
|
13 |
|
||||||||||
|
14 |
It-taqsimiet li jifdal kollha rilevanti għall-korporazzjonijiet mhux finanzjarji |
10 |
It-taqsimiet li jifdal kollha rilevanti għall-korporazzjonijiet mhux finanzjarji |
||||||||
Nota: L-ittri jirreferu għall-klassifikazzjoni NACE Rev.2 korrispondenti.
(1) Ammonti pendenti li għandhom jiġu rrapportati għall-partiti kollha. Aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni u ta’ rivalutazzjoni li għandhom jiġu rrapportati għaċ-ċelloli mmarkati (#). Aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni biss li għandhom jiġu rrapportati għaċ-ċelloli mmarkati (†).
(2) Karti tal-flus u muniti denominati fil-muniti nazzjonali ta' qabel li jibqgħu pendenti wara l-adozzjoni tal-euro. Id-data għandha tiġi rrapportata għal tal-anqas 12-il xahar wara t-tkabbir.
(3) Li għandu jiġi rrapportat biss jekk il-fenomenu huwa applikabbli.
(4) Dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw obbligazzjonijiet kontra parti terzi li huma obbligazzjonijiet tal-MFIs ma' unitajiet domestiċi fil-forma ta’ provvedimenti tekniċi stabbiliti sabiex jipprovdu pensjonijiet lill-impjegati. Tipikament, dan jirreferi għal fondi tal-pensjoni tal-impjegati li ma jkunux ġew esterjorizzati lil istituzzjoni indipendenti.
(5) Din il-partita tirrappreżenta aġġustament, f’termini netti, magħmula biex tiġi bbilanċjata l-karta tal-bilanċ tal-istatistika għal diskrepanzi bejn il-valutazzjonijiet statistiċi u ta’ kontabbiltà ta’ assi u obbligazzjonijiet rrapportati.
(6) Din il-partita tinkludi l-pretensjonijiet tal-BĊNi ddenominati f’euro ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi ta’ munita barranija mill-BĊNi lill-BĊE.
(7) Dovuti li għandhom jiġu rrapportati fi ħdan iit-titoli ta’ dejn jew fl-assi li jifdal skont il-prattiċi nazzjonali.
(8) Il-parti ta’ primjums gross imħallsa mill-MFIs li għandha tiġi allokata għall-perjodu ta’ kontabbiltà li jmiss flimkien ma’ pretensjonijiet minn MFIs li għadhom mhux saldati.
(9) Ammonti pendenti li għandhom jiġu rrapportati għall-partiti kollha. Aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni u ta’ rivalutazzjoni li għandhom jiġu rrapportati għaċ-ċelloli mmarkati (#). Aġġustamenti ta’ riklassifikazzjoni biss li għandhom jiġu rrapportati għaċ-ċelloli mmarkati (†).
(10) Dawn il-partiti jirrappreżentaw l-obbligazzjoni tal-kontroparti lejn self titolizzat iżda mhux dekontabilizzat mill-karta tal-bilanċ MFI skont l-istandards ta' kontabilità applikabbli.
(11) Bla ħsara għal ftehim bejn il-BĊE u BĊN, ma huwiex meħtieġ li din is-serje tiġi rrapportata mill-BĊN meta l-BĊE juża sorsi tad-data alternattivi.
(12) Dovuti li għandhom jiġu rrapportati fil-kategorija ta' strument korrispondenti jew fil-bqija tal-assi/bqija tal-obbligazzjonijiet b'konformità mal-prattiċi nazzjonali.
(13) Dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw obbligazzjonijiet kontra partijiet terzi li huma obbligazzjonijiet tal-MFIs ma' unitajiet domestiċi fil-forma ta’ provvedimenti tekniċi stabbiliti sabiex jipprovdu pensjonijiet lill-impjegati. Tipikament, dan jirreferi għal fondi tal-pensjoni tal-impjegati li ma jkunux ġew esterjorizzati lil istituzzjoni indipendenti.
(14) Din il-partita tirrappreżenta aġġustament, f’termini netti, magħmula biex tiġi bbilanċjata l-karta tal-bilanċ tal-istatistika għal diskrepanzi bejn il-valutazzjonijiet statistiċi u ta’ kontabbiltà ta’ assi u obbligazzjonijiet rrapportati.
(15) Il-parti ta’ premiums gross imħallsa mill-MFIs li għandha tiġi allokata għall-perjodu ta’ kontabbiltà li jmiss flimkien ma’ pretensjonijiet minn MFIs li għadhom mhux saldati.
ANNESS III
PARTI 1
Statistika tar-rata tal-imgħax tal-MFI (MIR) addizzjonali ta’ kull xahar
Tabella 1: Self li jdur u overdrafts u kreditu ta' konvenjenza u kreditu estiż tal-kard tal-kreditu
|
|
Settur |
Tip ta’ strument |
Indikatur ġdid tan-negozju |
Obbligu ta’ rapportar |
|
Self f’EUR |
Lil unitajiet domestiċi |
Self li jdur u overdrafts u kreditu ta' konvenjenza u kreditu estiż tal-kard tal-kreditu |
86 |
AAR/NDER, ammont |
|
Lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji |
Self li jdur u overdrafts u kreditu ta' konvenjenza u kreditu estiż tal-kard tal-kreditu |
87 |
AAR/NDER, ammont |
|
1. |
Għall-finijiet tal-istatistika tal-MIR, ‘self li jdur u overdrafts’, ‘kreditu ta’ konvenjenza tal-kard ta’ kreditu’ u ‘kreditu estiż tal-kard ta’ kreditu’ għandhom l-istess tifsira kif deskritt fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2) (1), irrispettivament mill-perjodu inizjali tagħhom tal-fissazzjoni tar-rata tal-imgħax. Penali fuq overdrafts applikati bħala komponent ta' imposti oħra, eż. fil-forma ta' tariffi speċjali, mhumiex koperti mir-rata miftiehma annwalizzata (AAR) kif iddefinit fil-Parti 1 tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34) tal-Bank Ċentrali Ewropew (2). AAR jew rata effettiva ddefinita b’bod ristrett (NDER - narrowly defined effective rate) hija rrapportata għall-kategoriji inklużi fit-Tabella 1 ta’ dan l-Anness. Ir-rappurtar tal-AAR/NDER huwa akkumpanjat mill-volumi tan-negozju ġdid. |
|
2. |
F'każ ta’ self li jdur u overdrafts u kreditu ta' konvenjenza tal-kard tal-kreditu u kreditu estiż tal-kard tal-kreditu, il-kunċett ta’ volumi ta’ negozju ġodda huwa ekwivalenti għal ammonti pendenti. L-indikaturi 86 u 87 huma kalkulati abbażi tal-partiti 12, 23, 32 u 36 fl-Appendiċi 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34), u l-ammonti pendenti rapportati għal self li jdur u overdrafts, kreditu ta' konvenjenza tal-kard tal-kreditu u kreditu estiż tal-kard tal-kreditu skont l-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2). Ir-rati ta' imgħax huma kkalkolati bħala medji ppeżati tal-partiti korrispondenti fl-Appendiċi 2 għall-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34), billi tintuża rata ta' imgħax ta' żero għall-kreditu ta’ konvenjenza tal-kard tal-kreditu. L-indikaturi 86 u 87 huma intiżi biex jipprovdu kontinwità mal-indikaturi 12 u 23 (“overdrafts”) kif iddefinit qabel fir-Regolament (KE) Nru 63/2002 (BĊE/2001/18) (3) (issa mħassar), jiġifieri qabel l-emendi tagħhom bir-Regolament (KE) Nru 290/2009 (BĊE/2009/7) (4).
Tabella 2: Rati ta' imgħax fuq self innegozjat mill-ġdid għall-unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji
|
||||||||||||||||||||||||||
|
3. |
Għall-finijiet tal-istatistika tar-rata ta' imgħax tal-MFI, is-self innegozjat mill-ġdid lill-unitajiet domestiċi u l-korporazzjonijiet mhux finanzjarji jinkludi s-self kollu lil negozju ġdid, minbarra self li jdur u overdrafts u debitu ta' kard tal-kreditu, li jkunu ngħataw iżda jkun għadhom ma tħallsux lura fiż-żmien meta ġew innegozjati mill-ġdid. Fir-rigward ta' self ittrasferit minn istituzzjoni oħra, l-innegozjar mill-ġdid jirreferi għal self lil negozju ġdid li jkun ingħata mill-istituzzjoni li qed tbiegħ jew tgħaddi s-self. AAR jew NDER biss tiġi rrapportata għall-kategoriji inklużi fit-Tabella 2 abbażi tal-aqwa sforz minbarra l-volumi mitluba skont ir-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34). |
PARTI 2
Għażla tal-popolazzjoni attwali tar-rapportar u ż-żamma tal-kampjun għall-istatistika dwar ir-rata tal-imgħax tal-MFI
Taqsima 1: Għażla tal-popolazzjoni attwali tar-rapportar
1. Proċedura ta' għażla ġenerali
|
1. |
Il-BĊNi japplikaw il-proċedura illustrata fil-figura ta' hawn taħt biex jagħżlu l-aġenti ta' rapportar għall-ġbir tal-istatistika dwar ir-rata ta' imgħax tal-MFI skont ir-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34). Din il-proċedura hija ddefinita kif ġej:
|
2. Ċensiment jew kampjun
|
2. |
Kull BĊN jagħżel l-aġenti li jirrapportaw tiegħu minn fost l-MFIs, minbarra l-banek ċentrali u l-MMFs, fil-popolazzjoni tar-rapportar ta' referenza li tkun residenti fl-istess Stat Membru li l-munita tiegħu tkun l-euro (‘Stat Membru taż-żona tal-euro’) bħall-BĊN. |
|
3. |
Sabiex jintgħażlu l-aġenti li jirrapportaw, il-BĊNi għandhom jew japplikaw ċensiment jew isegwu approċċ ta' teħid ta' kampjuni f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi li ġejjin. |
|
4. |
Fil-każ ta' ċensiment, il-BĊN jistaqsi lil MFI residenti fil-popolazzjoni tar-rapportar ta’ referenza biex jirrappurtaw statistika dwar rati ta' imgħax MFI. Il-varjabbli li għandhom jiġu miġbura permezz taċ-ċensiment huma r-rati ta' imgħax u l-ammonti ta' negozju ġdid u r-rati ta' imgħax fuq ammonti pendenti. |
|
5. |
Fil-kaz ta' kampjun, hija biss għażla ta' MFIs fil-popolazzjoni ta' rapportar ta' referenza li tintalab biex tirrapporta. Il-varjabbli li għandhom jiġu stmati permezz tal-kampjun huma r-rati ta' imgħax u l-ammonti ta' negozju ġdid u r-rati ta' imgħax fuq ammonti pendenti. Dawn jissejħu varjabbli ta' kampjunar. Sabiex jitnaqqas ir-riskju li r-riżultati ta' stħarriġ ta' kampjunar jitbegħdu mill-valuri veri (mhux magħrufa) fil-popolazzjoni tar-rapportar ta' referenza, il-kampjun għandu jitfassal b'mod li jkun rappreżentattiv tal-popolazzjoni tar-rapportar ta' referenza. Għall-fini ta' statistika dwar ir-rata ta' imgħax tal-MFI, kampjun huwa kkunsidrat rappreżentattiv jekk il-karatteristiċi kollha li huma rilevanti għal statistika dwar rata ta' imgħax tal-MFI u inerenti fil-popolazzjoni ta' rapportar ta' referenza huma riflessi wkoll fil-kampjun. Sabiex isir il-kampjun tal-bidu, BĊNi jistgħu jużaw approssimazzjonijiet u mudelli tajbin biex jipproduċu l-iskema ta' kampjunar ukoll jekk id-data sottostanti, miksuba minn sorsi eżistenti, ma tkunx taqbel perfettament mad-definizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34). |
3. Stratifikazzjoni tal-popolazzjoni ta’ rappurtar ta’ referenza
|
6. |
Sabiex jiġi żgurat li l-kampjun huwa rappreżentattiv, kull BĊN li jagħżel l-approċċ ta' kampjunar għall-istatistika tar-rata ta' imgħax MFI għandu jistratifika b'mod xieraq il-popolazzjoni ta' rapportar ta' referenza qabel l-għażla ta' xi aġent li jirrapporta. Stratifikazzjoni tfisser li l-popolazzjoni ta’ rapportar ta' referenza N terġa' tinqasam f'subpopolazzjonijiet jew strata N1, N2, N3… NL. Dawn is-subdiviżjonijiet jew strata m'għandhomx jidħlu f'xulxin, u flimkien għandhom jagħmlu l-popolazzjoni ta’ rapportar ta' referenza:
N1 + N2 + N3 + … + NL = N |
|
7. |
Il-BĊNi jiddefinixxu l-kriterji ta' stratifikazzjoni li jippermettu s-subdiviżjoni tal-popolazzjoni ta' rapportar ta' referenza fi strati omoġenji. L-istrati jitqiesu omoġenji jekk is-somma tad-differenzi ġewwa l-istrat tal-varjabbli fil-kampjun huwa sostanzjalment aktar baxx mid-differenza totali fil-popolazzjoni attwali sħiħa ta’ rappurtar (5). Il-kriterji ta' stratifikazzjoni huma marbutin mal-istatistika tar-rata ta' imgħax tal-MFI, jiġifieri hemm relazzjoni bejn il-kriterji ta' stratifikazzjoni u r-rati ta' imgħax u l-ammonti li għandhom jiġu stmati mill-kampjun. |
|
8. |
Kull BĊN li jagħżel il-metodu tal-kampjunar għandu jidentifika mill-inqas kriterju wieħedta' stratifikazzjoni biex ikun assigurat li l-kampjun ta' MFIs ikun rappreżentattiv tal-Istat Membru taż-żona tal-euro rilevanti u li jkun hemm żbalji mill-inqas fil-kampjunar. BĊNi għandhom jagħmlu sforz biex jiddefinixxu l-ġerarkija ta’ kriterji ta’ stratifikazzjoni. Dawn għandhom iqisu ċirkostanzi nazzjonali u għalhekk għandhom ikunu speċifiċi għal kull Stat Membru taż-żona tal-euro. |
|
9. |
L-għażla tal-aġenti li jirrapportaw għandha ssir fil-forma ta' kampjunar fi stadju wieħed wara li l-istrata kollha jkunu ġew iddefiniti. Huwa f'dan l-istadju biss li aġenti li jirrapportar jintgħażlu mill-popolazzjoni ta’ rapportar ta' referenza. Ma tistax issir għażla intermedja. |
4. Allokazzjoni tal-kampjun fost l-istrata u l-għażla tal-aġenti li jirrapportaw
|
10. |
Wara li jagħtu tifsira tal-istrata nazzjonali skont il-paragrafi 6 u 7, il-BĊNi li jagħżlu l-metodu tal-kampjunar għandhom jagħmlu l-kampjun billi jagħżlu l-aġenti li jirrapportaw attwali minn kull stratum. Id-daqs kollu tal-kampjun nazzjonali “n” għandu jkun l-għadd tal-qisien tal-kampjuni n1, n2, n3, …, nL għal kull stratum:
n1 + n2 + n3 + … + nL = n. |
|
11. |
Kull BĊN jagħżel l-allokazzjoni l-aktar xierqa tad-daqs tal-kampjun nazzjonali n fost l-istrati. Għalhekk, għal kull stratum, il-BĊNi jiddefinixxu kemm jintagħżlu aġenti li jirrapportaw nh mit-total tal-MFIs, Nh. Ir-rata ta' kampjunar nh/Nh għal kull stratum h tippermetti l-istima tal-varjanza ta' kull stratum. Dan jimplika li jintgħażlu tal-anqas żewġ aġenti li jirrapportaw minn kull stratum. |
|
12. |
Sabiex jintgħażlu l-aġenti li jirrapportaw attwali f'kull stratum, il-BĊNi jew jinkludu l-istituzzjonijiet kollha fl-istratum, jew iwettqu kampjunar każwali jew jagħżlu l-akbar istituzzjonijiet għal kull stratum. Fil-każ ta' kampjun każwali, l-għażla każwali tal-istituzzjonijiet f'kull stratum jitwettaq bl-istess probabbiltà għall-istituzzjonijiet kollha jew bi probabbiltà proporzjonali għad-daqs tal-istituzzjoni. BĊNi li jużaw kampjunar każwali jew għażla tal-akbar istituzzjonijiet jistgħu jagħżlu li jinkludu l-istituzzjonijiet kollha għal xi strata. |
|
13. |
Informazzjoni fuq id-daqs ta' kull istituzzjoni ta' kreditu jew istituzzjonijiet oħra fil-popolazzjoni potenzjali tar-rappurtaġġ tista' tinkiseb fuq livell nazzjonali mill-istatistika tal-karta tal-bilanċ ta' MFI miġbura skont ir-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2). Il-BĊNi għandhom jużaw depożiti u self iddenominati fl-euro totali fil-konfront tal-unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji residenti fi Stati Membri taż-żona tal-euro, li hija dik il-parti tal-karta tal-bilanċ li hija rilevanti għall-istatistika dwar ir-rata ta' imgħax tal-MFI, jew indikatur mill-qrib. |
|
14. |
L-istatistika tar-rata ta' imgħax tal-MFI għandha tkun imsejsa fuq għażla mingħajr sostituzzjoni, jiġifieri kull MFI fil-popolazzjoni potenzjali tar-rappurtaġġ għandha tintgħażel darba biss. |
|
15. |
Jekk BĊN jiddeċiedi dwar ċensiment tal-MFIs kollha fi strat, il-BĊN jista’ jikkampjuna f’dak l-istrat fil-livell tal-fergħa. Il-prekundizzjoni hija li l-BĊN jkollu lista sħiħa ta’ friegħi li jkopru n-negozju kollu tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet oħrajn fl-istrat, u jkollu data xierqa sabiex jivvaluta d-differenzi tar-rati tal-imgħax fuq negozju ġdid fil-konfront ta’ unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji tul il-friegħi. Għall-għażla u l-manteniment tal-friegħi, japplikaw l-obbligi kollha stabbiliti f’din il-Linja Gwida. Il-friegħi magħżula jsiru aġenti li jirrapportaw kunċettwali suġġetti għall-obbligi kollha ta’ rappurtar stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34). Din il-proċedura hija mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta' kull MFI li għaliha jappartjenu l-friegħi, biex ikunu aġenti li jirrapportaw. |
5. Daqs minimu tal-kampjun nazzjonali
|
16. |
Id-daqs minimu tal-kampjun nazzjonali huwa ddefinit b'mod differenti skont jekk il-BĊN rilevanti japplikax il-kampjuni każwali jew jagħżilx l-akbar istituzzjonijiet għal kull stratum. |
|
17. |
Jekk BĊN japplika kampjunar każwali fl-għażla tal-istituzzjonijiet ta' rapportar attwali, id-daqs minimu tal-kampjun nazzjonai għandu jkun tali li l-iżball każwali massimu għar-rati ta' imgħax fuq negozju ġdid bħala medja fuq il-kategoriji ta' strumenti kollha ma jaqbiżx l-10 punti ta' bażi f'livell ta' kunfidenza ta' 90 % (6). |
|
18. |
L-iżball każwali massimu huwa definit bħala |
|
19. |
Jekk BĊN jagħżel l-akbar istituzzjoni għal kull strat, il-kwalità tal-kampjun għandha tkun ibbażata fuq il-kejl tal-medja ta’ żball assolut (MAE - mean absolute error) sintetiku. Il-MAE sintetiku attwali m’ għandux jaqbeż il-limitu ta’ MAE b’varjazzjoni fiż-żmien li jassumi żball ta’ 10 punti ta’ bażi f’kull stratum u indikatur. |
|
20. |
Il-MAES sintetiċi għal stimatur partikolari
fejn:
Bc , Bk bħala l-volum f’kategorija ta’ rata tal-imgħax ta’ MFI partikolari ic 1bħala l-medja tar-rata tal-imgħax fil-kategorija c
Bj 0 bħala l-volum li jikkorrispondi man-nuqqas ta’ rapportar attwali fi strat partikolari j Bj 1 bħala l-volum li jikkorrispondi għar-rapportar attwali fi strat partikolari j. Jekk jiġi applikat il-kampjunar Bj 1 jirreferi għall-volumi ingrossati. Il-proċess ta’ ingrossar huwa deskritt aktar fit-Taqsima 4. B bħala l-volum totali għall-istrati kollha, jiġifieri t-total ta’ Bj 0 u Bj 1 tal-istrati kollha
ij 1bħala r-rata tal-imgħax medja ppeżata li tikkorrispondi għar-rapportar attwali fi strat partikolari j
Fil-każ ta’ kopertura ta’ volum żero f’wieħed mill-istrati rrappurtati, għandha tintuża l-medja
|
|
21. |
L-iżball kawżali massimu u l-MAE sintetiku huma kkalkulati separatament għan-negozju ġdid u ammonti pendenti. Għal negozju ġdid, l-iżball każwali massimu u l-MAE sintetiku għandhom jiġu kkalkolati abbażi tal-indikaturi 1 sa 11, 13 sa 22, u 24 sa 29 kif deskritt fl-Appendiċi 2 għall-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34). Għal ammonti pendenti, l-iżball każwali massimu u l-MAE sintetiku għandhom jiġu kkalkolati abbażi tal-indikaturi 1 sa 14 kif deskritt fl-Appendiċi 1 għall-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34). |
|
22. |
Id-daqs minimu tal-kampjun nazzjonali jirreferi kemm għall-kampjun minimu inizjali u l-kampjun minimu wara manteniment hekk kif iddefinit fis-sezzjoni li jmiss dwar manteniment tal-kampjun tal-popolazzjoni attwali li tirrapporta. Minħabba fużjonijiet u dawk li jitilqu, il-kampjun jista' jonqos fid-daqs matul iż-żmien sal-perjodu ta' manteniment li jmiss. |
|
23. |
BĊNi jistgħu jagħżlu aktar aġenti li jirrapportaw minn dak imfisser bħala d-daqs minimu tal-kampjun nazzjonali, partikolarment fejn ikun meħtieġ li tiżdied ir-rappreżentattività tal-kampjun nazzjonali fid-dawl ta' l-istruttura tas-sistema finanzjarja nazzjonali. |
|
24. |
Għandu jkun hemm konsistenza bejn l-għadd ta' MFIs fil-popolazzjoni ta’ referenza li tirrapporta u d-daqs tal-kampjun minimu. Il-BĊNi jistgħu iħallu MFIs li jkunu residenti fi Stat Membru wieħed taż-żona tal-euro u li jkunu inklużi individwalment fil-lista ta' MFIs kif stabbilita u aġġornata skond il-prinċipji ta' klassifikazzjoni msemmija fit-Taqsima 1 tal-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2), li jirrappurtaw dwar statistika ta' rati ta' imgħax MFI flimkien bħalha grupp. Il-grupp isir agent li jirrapporta nozzjonali. Dan ifisser li l-grupp jirrapporta dwar statistika ta' rati tal-imgħax MFI daqs li kieku kienu MFI wieħed, jiġifieri huma jirrapurtaw rata tal-imgħax medja waħda għal kull kategorija ta' strument li tkopri grupp sħiħ minflok rata waħda għal kull MFI magħduda fil-lista ta' MFIs. Fl-istess waqt, il-MFIs fil-grupp xorta għandhom jitqiesu bħala istituzzjonijiet individwali fil-popolazzjoni li tirrapporta ta’ referenza u fil-kampjun. |
Taqsima 2: Manteniment tal-kampjun tal-popolazzjoni attwali li tirrapporta
6. Manteniment tal-kampjun matul iż-żmien
|
25. |
BĊNi li jagħżlu l-metodu tal-kampjunar għandhom jassiguraw li l-kampjun jibqa' rappreżentattiv matul iż-żmien. |
|
26. |
BĊNi għalhekk għandhom jeżaminaw ir-rappreżentattività tal-kampjun tagħhom mill-inqas darba fis-sena. Jekk ikun hemm tibdil sustanzjali fil-popolazzjoni li tirrapporta ta’ referenza, dan għandu jkun rifless fil-kampjun wara dan l-eżami ta' kull sena. |
|
27. |
F'intervalli ta' mhux aktar minn tliet snin, BĊNi għandhom jerġgħu jagħmlu eżami regolari tal-kampjun, filwaqt li jqisu lil dawk li jkunu daħlu fil-popolazzjoni li tirrapporta ta’ referenza, lil dawk li jkunu telqu mill-popolazzjoni li tirrapporta ta’ referenza u attwali, kif ukoll tibdil ieħor fil-katatteristiċi ta' l-aġenti li jirrapportar, u japplikaw id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 5 dwar id-daqs minimu tal-kampjun nazzjonali. L-eżami regolari tal-kampun għandu jkun bbażat fuq valutazzjoni tal-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-għażla tal-popolazzjoni attwali li tirrapporta hekk kif hemm fit-Taqsima 1, ibbażat fuq data ta’ kull xahar li tikkorrispondi mal-aħħar ta’ kull trimestru tas-sena li fiha jseħħ l-eżami. Iżda, il-BĊNi jistgħu jivverifikaw u jaġġornaw il-kampjun tagħhom aktar ta' spiss. |
|
28. |
Matul iż-żmien, il-kampjun għandu jkun addattat biex jinkludi lil dawk li jkunu daħlu fil-popolazzjoni li tirrapporta ta’ referenza sabiex ikun jista' jibqa' rappreżentattiv tal-popolazzjoni li tirrapporta ta’ referenza. BĊNi għalhekk għandhom jieħdu kampjun nb mill-popolazzjoni ta' dawk kollha li jkunu ssieħbu Nb. L-għażla komplimentari ta' istituzzjonijiet li jkunu ssieħbu nb minn fost l-għadd kollu ta' mseħbin Nb għandha tissejjaħ kampjunar inkrimentali matul iż-żmien. |
|
29. |
Matul iż-żmien, il-kampjun għandu jiġi aġġustat b'mod li juri lil dawk li jitilqu mill-popolazzjoni li tirrapporta ta’ referenza u attwali. L-ebda aġġustament huwa meħtieġ jekk in-numru ta’ dawk li jitilqu mill-popolazzjoni li tirrapporta ta’ referenza Nd huwa proporzjonat man-numru ta’ dawk li jitilqu mill-kampjun nd (każ 1). Jekk l-istituzzjonijiet jitilqu mill-popolazzjoni potenzjali li tirrapporta u ma jkunux fil-kampjun, il-kampjun isir kbir wisq meta jitqabbel mad-daqs tal-popolazzjoni potenzjali li tirrapporta (każ 2). Jekk jitilqu relattivament iktar istituzzjonijiet mill-kampjun milli l-popolazzjoni potenzjali li tirrapporta, il-kampjun isir zgħir wisq matul iż-żmien u jista' ma jibqax rappreżentattiv (każ 3). Fil-każijiet 2 u 3, jekk jintuża l-kampjunar każwali għall-għażla tal-istituzzjonijiet attwali li jirrapportaw il-piżijiet relattivi għal kull istituzzjoni fil-kampjun għandhom jiġu aġġustati permezz ta' metodu statistiku stabbilit meħud mit-teorija tal-kampjunar. Il-piż relattiv għal kull aġent li jirrpporta ikun l-invers tal-probabbiltà tiegħu li jintgħażel u b’hekk ikun hemm il-fattur tal-espansjoni. Fil-każ 2, meta l-kampjun ikun relattivament kbir wisq għall-popolazzjoni, l-ebda aġent li jirrapporta m'għandu jitneħħa mill-kampjun. Fil-każ 3, jekk jintgħażlu l-akbar istituzzjonijiet, il-kampjun jiġi aġġustat billi jintgħażlu istituzzjonijiet addizzjonali skont id-daqs tagħhom. |
|
30. |
Matul iż-żmien, il-kampjun għandu jiġi aġġustat biex jirrifletti t-tibdil fil-karatteristiċi tal-aġenti li jirrapportaw. Dawn it-tibdiliet jistgħu jseħħu minħabba fużjonijiet, diviżjonijiet, tkabbir tal-istituzzjonijiet, eċċ. Uħud mill-aġenti li jirrapportaw jistgħu jibdlu l-istrat. Bħal fil-każijiet 2 u 3 għal dawk li jitilqu, il-kampjun għandu jiġi aġġustat permezz ta' metodu statistiku stabbilit meħud mit-teorija tal-kampjunar. Probabbiltajiet ta’ għażla u piżijiet ġodda huma allokati fejn il-BĊNi jwettqu kampjunar każwali. |
Taqsima 3: Kwistjonijiet oħra dwar il-kampjunar
7. Konsistenza
|
31. |
Sabiex ikun hemm konsistenza bejn l-istatistika tar-rati ta' imgħax MFI fuq ammonti pendenti li jirreferu għal depożiti u li jirreferu għal self u għal negozju ġdid li jirreferi għal depożiti u li jirreferi għal self, i-BĊNi li jagħżlu l-metodu tal-kampjunar għandhom jużaw l-istess aġenti li jirrapportaw għall-ġbir ta' din l-istatistika. BĊNi jistgħu jagħżlu wkoll il-metodu tal-kampjunar għal sotto-sett ta' statistika tar-rati tal-imgħax MFI u ċensiment għall-bqija. Iżda huma ma jistgħux jużaw żewġ kampjuni differenti jew aktar. |
8. Innovazzjoni finanzjarja
|
32. |
Fil-proċedura tal-kampjunar, il-BĊNi ma għandhomx ikopru kull prodott li jeżisti fuq livell nazzjonali. Madankollu, ma jistgħux jeskludu kategorija sħiħa ta’ strument minħabba li l-ammonti involuti huma żgħar ħafna. Għalhekk, jekk kategorija ta' strument tkun offruta minn istituzzjoni waħda biss, din l-istituzzjoni għandha tkun rappreżentata fil-kampjun. Jekk kategorija ta' strument ma kinitx teżisti fi Stat Membru taż-żona tal-euro fiż-żmien meta jittieħed il-kampjunar tal-bidu, iżda ddaħħlet minn istituzzjoni wara, din l-istituzzjoni għandha tintgħażel għall-kampjun meta jsir l-eżami li jkun imiss dwar rappreżentattività. Jekk jinħoloq prodott ġdid, l-istituzzjonijiet fil-kampjun għandhom idaħħluh fir-rapport li jkun imiss, billi l-aġenti li jirrapportaw kollha jeħtiġilhom jirrapportaw dwar il-prodotti kollha tagħhom. |
Taqsima 4: Rati medji nazzjonali tal-imgħax ppeżati u volumi ta’ negozju totali nazzjonali
|
33. |
Il-BĊNi jirċievu rati medji tal-imgħax ppeżati u ammonti relatati tan-negozju mill-aġenti li jirrapportaw residenti attwali tagħhom u jikkalkolaw ir-rati medji nazzjonali tal-imgħax ppeżati għal kull kategorija ta’ strument abbażi tal-volumi tan-negozju ingrossati għal kull strat. Id-data hija rrapportata lill-BĊE. |
|
34. |
Fejn huwa applikat il-kampjunar każwali, l-istimatur tar-rata ta’ imgħax fil-livelli tal-istratum u dak nazzjonali għandu jkun konsistenti mal-proċedura ta’ kampjunar, kampjun każwali sempliċi jew mal-probabbiltà proporzjonali għad-daqs użat, u dan jimplika li jintużaw ammonti ngrossati għall-ippeżar tar-rati ta’ imgħax. |
|
35. |
Fejn jintgħażlu l-akbar istituzzjonijiet, l-istimatur tar-rati għandu jaggrega r-rati fl-istituzzjonijiet fl-istess strat bl-ippeżar bl-ammonti rrapportati, u l-aggregazzjonijiet fl-istrata kollha għandhom isiru billi jiġu applikati l-volumi ingrossati f’kull strat. |
|
36. |
Għal kull waħda mill-kategoriji ta’ strumenti dwar ammonti pendenti, jiġifieri l-indikaturi 1 sa 26 fl-Appendiċi 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34), il-BĊNi jipprovdu rata medja nazzjonali tal-imgħax ippeżata. |
|
37. |
Għal kull waħda mill-kategoriji ta’ strumenti dwar negozju ġdid, jiġifieri l-indikaturi 1 sa 23 u 30 sa 85 fl-Appendiċi 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34), il-BĊNi jipprovdu rata medja nazzjonali tal-imgħax ippeżata. Barra minn dan, għal kull wieħed mill-indikaturi 2 sa 4, 8 sa 11, 13 sa 22, 33 sa 35 u 37 sa 85 fl-Appendiċi 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34), il-BĊNi jipprovdu l-ammont ta’ negozju ġdid imwettaq fuq livell nazzjonali f’kull kategorija ta’ strumenti matul ix-xahar ta’ referenza. Għall-kategoriji tal-istrumenti li jirreferu għal self innegozjat mill-ġdid lil unitajiet domestiċi u korporazzjonijiet mhux finanzjarji (l-indikaturi 88 sa 91 fl-Appendiċi 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34), hija meħtieġa biss informazzjoni dwar il-volumi, u l-informazzjoni dwar ir-rati tal-imgħax tinġabar fuq bażi tal-aħjar sforz. Dawn l-ammonti ta’ negozju ġdid jirreferu għat-total tal-popolazzjoni, jiġifieri għall-popolazzjoni ta’ referenza li tirrapporta kollha u, b’mod simili għall-volumi ta’ negozju ġodda l-oħra, din iċ-ċifra hija stmata permezz tal-proċedura ta’ ingrossar murija fil-paragrafi 38 sa 40 |
|
38. |
Jekk jintuża kampjunar każwali jew l-għażla tal-akbar istituzzjonijiet biex jintgħażlu l-aġenti li jirrapportaw, jintużaw fatturi ta’ espansjoni għall-ingrossar tal-volumi ta’ negozju L-ingrossar huwa applikat fil-livell tal-istrat. |
|
39. |
Jekk jintuża l-approċċ ta’ kampjunar kawżali, il-fatturi ta’ espansjoni huma definiti bħala l-invers tal-probabbiltajiet tal-għażla πi
, jiġifieri 1/πi
. L-ammont ta’ negozju ġdid stmat għat-total tal-popolazzjoni, B, imbagħad jiġi kkalkulat permezz tal-formula ġenerika li ġejja:
fejn: B bħala t-total ta’ volum ta’ negozju Bi bħala l-ammont ta’ negozju ġdid ta’ istituzzjoni i πi bħala l-probabbilta' tal-istituzzjoni li tagħżel i |
|
40. |
Jekk tintuża l-għażla tal-approċċ tal-akbar istituzzjoni, il-fatturi ta’ espansjoni għal kull strat j huma ddefiniti bħala l-maqlub tal-proporzjon tal-kopertura tal-istrat permezz tal-formula li ġejja:
fejn:
Nj 0 bħala n-numru ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu mhux inklużi fil-kampjun fl-istrat j Nj 1 bħala n-numru ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-kampjun fl-istrat j. |
|
41. |
Fatturi ta’ espansjoni EFj kif iddefinit fil-paragrafu 40 fir-rigward ta’ negozju ġdid huma kkalkolati billi jiġu sostitwiti volumi ġodda tan-negozju bl-ammonti pendenti relatati. Il-volum ingrossat tal-istrat j, imbagħad jiġi kkalkolat bħala l-fattur ta’ espansjoni għall-istrat j immoltiplikat mill-volum irrapportat għall-istrat j. |
|
42. |
Il-BĊNi jipprovdu r-rati tal-imgħax tal-MFI dwar ammonti dovuti u negozju ġdid lill-BĊE sa erba’ postijiet deċimali. Dan huwa mingħajr preġudizzju għal kull deċiżjoni meħuda mill-BĊNi dwar il-livell ta’ preċiżjoni li huma jixtiequ japplikaw meta jiġbru d-data. Ir-riżultati ppubblikati ma jinkludux aktar minn żewġ postijiet deċimali. |
|
43. |
Il-BĊNi jiddokumentaw kull (bidliet fi) ftehim regolatorji li jaffettwaw l-istatistika tar-rati tal-imgħax MFI fin-noti metodoloġiċi li jingħataw mad-data nazzjonali. |
|
44. |
Il-BĊNi li jagħżlu l-metodu tal-kampjuni għall-għażla tal-aġenti li jirrapportaw, jagħtu stima tal-iżbalji fost il-kampjuni għall-kampjun inizjali. Stima ġdida tingħata wara kull manteniment tal-kampjun. |
Parti 3
Trattament ta’ prodotti speċifiċi għall-istatistika tar-rata tal-imgħax MFI
|
1. |
It-trattament tal-prodotti ddefiniti fil-paragrafi li ġejjin għandu jintuża bħala referenza għall-prodotti b’karatteristiċi simili. |
|
2. |
Depożitu jew self step-up (step-down) huwa depożitu jew self b’maturità fissa li għalih tiġi applikata rata tal-imgħax li tiżdied (titnaqqas) minn sena għal sena b’numru ffissat minn qabel ta’ punti perċentwali. Depożiti u self step-up (step-down) huma strumenti b’rati fissi tal-imgħax fuq il-maturità sħiħa. Ir-rata tal-imgħax għall-maturità sħiħa tad-depożitu jew self u t-termini u l-kundizzjonijiet l-oħra huma miftiehma minn qabel fil-ħin t0 meta l-kuntratt huwa ffirmat. Eżempju ta’ depożitu step-up huwa depożitu b’maturità miftiehma ta’ erba’ snin, li jirċievi imgħax ta’ 5 % fl-ewwel sena, 7 % fit-tieni sena, 9 % fit-tielet u 13 % fir-raba’. L-AAR fuq negozju ġdid, li hija koperta fil-ħin t0 fl-istatistika tar-rati tal-imgħax MFI, hija l-medja ġeometrika tal-fatturi ‘1 + rata tal-imgħax’. Skont l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34), il-BĊNi jistgħu jitolbu lill-aġenti li jirrapportaw biex jimplimentaw l-NDER għal dan it-tip ta’ prodott. L-AAR fuq ammonti pendenti li hija koperta mill-ħin t0 sa t3 hija r-rata applikata mill-aġent li jirrapporta fil-ħin tal-kalkolu tar-rata tal-imgħax MFI, jiġifieri bl-użu tal-eżempju ta’ depożitu b’maturità miftiehma ta’ erba’ snin 5 % fil-ħin t0, 7 % fil-ħin t1, 9 % fil-ħin t2 u 13 % fil-ħin t3. |
|
3. |
Għall-finijiet tal-istatistika tar-rati tal-imgħax MFI, is-self meħud bħala parti minn “linji ta’ kreditu” għandu l-istess tifsira kif iddefinit fi u huwa kklassifikat fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2). Huma biss ammonti pendenti, jiġifieri ammonti miġbuda u li jkunu għadhom ma tħallsux lura fil-kuntest ta’ linja ta’ kreditu, huma koperti bħala negozju ġdid u riflessi fl-istatistika tar-rati tal-imgħax MFI. Ammonti disponibbli permezz ta’ linja ta’ kreditu li jkunu għadhom ma nġibdux jew li jkunu tħallsu lura diġa' ma jitqisux, kemm jekk huma negozju ġdid jew ammonti pendenti. |
|
4. |
Kuntratt umbrella jippermetti lill-konsumatur jiġbed self minn diversi tipi ta’ kontijiet ta’ self sa ċertu ammont massimu li japplika għall-kontijiet ta’ self flimkien. Fil-ħin tal-ftehim dwar kuntratt umbrella, il-forma li s-self jieħu u/jew id-data li fiha s-self jinġibed u/jew ir-rata tal-imgħax, m’humiex speċifikati, imma tista’ tinftiehem firxa ta’ possibbiltajiet. Dan il-kuntratt umbrella m’huwiex kopert bl-istatistika tar-rati tal-imgħax MFI. Madankollu, malli jinġibed self miftiehem taħt kuntratt umbrella, huwa kopert taħt il-partita korrispondenti fl-istatistika tar-rati tal-imgħax MFI, kemm f’negozju ġdid u ammonti pendenti. |
|
5. |
Jistgħu jeżistu depożiti ta' tfaddil b' rata tal-imgħax bażika flimkien ma’ rigal (premium) kontra l-infedelta' u/jew rigal ta’ tkabbir. Fil-ħin li jsir id-depożitu, m’huwiex ċert jekk ir-rigal jitħallasx jew le. Il-ħlas jiddependi fuq l-attitudni futura u mhix magħrufa lejn it-tfaddil tal-unitajiet domestiċi jew ta’ korporazzjoni mhux finanzjarja. Bħala konvenzjoni, dawn ir-rigali kontra l-infedelta' jew rigali ta’ tkabbir m’humiex inklużi fl-AAR fuq negozju ġdid. L-AAR fuq ammonti pendenti tkopri dejjem ir-rati applikati mill-aġent li jirrapporta fil-ħin tal-kalkolu tar-rati tal-imgħax MFI. Għaldaqstant, jekk dan ir-rigal kontra l-infedelta' jew rigal ta’ tkabbir jingħata mill-aġent li jirrapporta, dan huwa rifless fl-istatistika dwar ammonti pendenti. |
|
6. |
Is-self jista’ jiġi offrut lil unitajiet domestiċi jew korporazzjonijiet mhux finanzjarji b’ kuntratti ta’ derivattivi assoċjati, jiġifieri tpartit/limitu massimu/limitu minimu (‘swap/cap/floor’) tar-rata tal-imgħax etċ. Bħala konvenzjoni, dawn il-kuntratti ta’ derivattivi assoċjati m’għandhomx jiddaħħlu fl-AAR fuq negozju ġdid. L-AAR fuq ammonti pendenti tkopri dejjem ir-rati applikati mill-aġent li jirrapporta fil-ħin tal-kalkolu tar-rati tal-imgħax MFI. Għaldaqstant, jekk dan il-kuntratt ta’ derivattivi huwa eżerċitat u l-aġent li jirrapporta jaġġusta r-rata tal-imgħax imposta fuq l-unitajiet domestiċi jew il-korporazzjoni mhux finanzjarja, dan huwa rifless fl-istatistika dwar ammonti pendenti. |
|
7. |
Id-depożiti jistgħu jiġu offruti b’żewġ komponenti: depożitu b’maturità miftiehma li għalih tiġi applikata rata fissa tal-imgħax, u derivattiv imdeffes (‘embedded derivative’) b’redditu li huwa marbut mal-andament ta’ indiċi ddefinit ta’ borża jew ma’ rata tal-kambju bilaterali, suġġett għal dħul minimu ggarantit ta’ 0 %. Il-maturità taż-żewġ komponenti tista’ tkun l-istess jew tista’ tvarja. L-AAR fuq negozju ġdid tkopri r-rata tal-imgħax għad-depożitu bil-maturità miftiehma, billi hija tirrifetti l-ftehim bejn id-depożitant u l-aġent li jirrapporta u hija magħrufa meta jitqiegħdu l-flus. Ir-redditu fuq il-komponent l-ieħor tad-depożitu, marbut mal-andament tal-indiċi ta’ borża jew ma’ rata tal-kambju bilaterali, huwa magħruf biss ex post meta l-prodott jimmatura u għalhekk ma jkunx jista’ jiġi kopert bir-rata tan-negozju ġdid. Għaldaqstant, huwa kopert biss ir-redditu minimu ggarantit (is-soltu 0 %). L-AAR fuq ammonti pendenti tkopri dejjem ir-rata tal-imgħax applikata mill-aġent li jirrapporta fil-ħin tal-kalkolu tar-rati tal-imgħax MFI. Sal-jum tal-maturità, ir-rata fuq id-depożitu b’maturità miftiehma tinqabad kif ukoll ir-redditu minimu ggarantit fuq id-depożitu li jinkludi d-derivattiv imdeffes. Huwa biss fiż-żmien tal-maturità li r-rati tal-imgħax MFI fuq ammonti pendenti jirriflettu l-AAR li jitħallas mill-aġent li jirrapporta. |
|
8. |
Id-depożiti b’maturità ta’ aktar minn sentejn kif iddefinit fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2) jistgħu jinkludu kontijiet ta’ tfaddil għall-pensjoni. Il-parti prinċipali ta’ kontijiet ta’ tfaddil għall-pensjoni jistgħu jitqiegħdu f’titoli u mbagħad ir-rata tal-imgħax fuq il-kontijiet tiddependi fuq ir-rendiment (‘yield’) ta’ dawk it-titoli. Il-parti li jifdal tal-kontijiet ta’ tfaddil għall-pensjoni tista’ tinżamm fi flus kontanti u r-rata tal-imgħax tiġi ddeterminata mill-istituzzjoni ta’ kreditu jew dik oħra bl-istess mod kif jiġri għal depożiti oħra. Fil-ħin meta jsir id-depożitu, id-dħul totali lill-unitajiet domestiċi mill-kontijiet ta’ tfaddil għall-pensjoni ma jkunx magħruf u jista’ jkun ukoll negattiv. Barra minn dan, fil-ħin li jsir id-depożitu, tinftiehem rata tal-imgħax bejn l-unitajiet domestiċi u l-istituzzjoni ta’ kreditu jew dik oħra, li tapplika biss għall-parti tad-depożitu; din ma tapplikax għall-parti investita f’titoli. Għaldaqstant, hija biss il-parti tad-depożitu li m’hijiex investita f’titoli li hija koperta bl-istatistika tar-rati tal-imgħax MFI. L-AAR fuq negozju ġdid li hija rrapportata hija r-rata miftiehma bejn l-unitajiet domestiċi u l-aġent li jirrapporta għall-parti tad-depożitu fil-ħin li jsir id-depożitu. L-AAR fuq ammonti pendenti hija r-rata applikata mill-aġent li jirrapporta għall-parti tad-depożitu tal-kontijiet ta’ tfaddil għall-pensjoni fil-ħin tal-kalkolu tar-rata tal-imgħax MFI. |
|
9. |
Pjanijiet ta’ tfaddil għal self għal xiri tad-djar huma skemi ta’ tfaddil fuq żmien twil li jistgħu jagħtu redditu baxx imma, wara ċertu perijodu ta’ tfaddil, jagħtu lill-unitajiet domestiċi jew lill-korporazzjoni mhux finanzjarja d-dritt għal self għal xiri tad-djar b’rata skontata. Skont il-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2), dawn il-pjanijiet ta’ tfaddil huma kklassifikati bħala depożiti b'maturità miftiehma ta’ aktar minn sentejn sakemm jintużaw bħala depożiti. Hekk kif dawn jinbidlu f’self, jiġu kklassifikati bħala self lil unitajiet domestiċi għal xiri ta’ djar. L-aġenti li jirrapportaw jirrappurtaw bħala negozju ta’ depożitu ġdid ir-rata tal-imgħax li tinftiehem fil-ħin li jsir id-depożitu inizjali. L-ammont korrispondenti ta’ negozju ġdid huwa l-ammont ta’ flus li jkunu tpoġġew. Iż-żieda ta’ dan l-ammont fuq id-depożitu matul iż-żmien hija koperta biss bl-ammonti pendenti. Fil-ħin meta d-depożitu jinbidel f’self, dan is-self ġdid huwa rreġistrat bħala negozju ta’ self ġdid. Ir-rata tal-imgħax hija r-rata skontata li tiġi offruta mill-aġent li jirrapporta. Il-piż huwa l-ammont totali tas-self li jingħata lill-unitajiet domestiċi jew lill-korporazzjoni mhux finanzjarja. |
|
10. |
Skont Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2021/379 (BĊE/2021/2), id-depożiti li jsiru skont il-pjan Franċiż irregolat tad-djar “plan d'épargne-logement” (PEL) huma kklassifikati bħala depożiti b’maturità miftiehma ta’ aktar minn sentejn. Il-gvern jirregola l-kundizzjonijiet li jiggvernaw dawn il-PELs u jiffissa r-rata tal-imgħax, li tibqa’ l-istess matul il-perijodu sħiħ ta’ maturità tad-depożitu, jiġifieri kull “ġenerazzjoni” ta’ PELs għandha l-istess rata tal-imgħax. Il-PELs jinżammu għal ta’ lanqas erba’ snin u kull sena l-konsumatur jiddepożita ammont minimu ffissat minn qabel, imma jitħalla jżid il-ħlasijiet f’kull ħin matul iż-żmien tal-iskema. L-aġenti li jirrapportaw jirrappurtaw d-depożitu inizjali bħala negozju ġdid fil-ftuħ ta’ PEL ġdid. L-ammont ta’ flus li jitqiegħed għall-bidu fil-PEL jista’ jkun baxx ħafna, li jfisser li l-“piż” mogħti lir-rata ta’ negozju ġdid ikun ukoll relattivament baxx. Dan il-metodu jiżgura li r-rata ta’ negozju ġdid tirrifletti dejjem il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-ġenerazzjoni ta’ bħalissa ta’ PELs. It-tibdiliet fir-rata tal-imgħax applikata għall-PELs ġodda huma riflessi fir-rata l-ġdida tan-negozju. Ir-reazzjoni tal-konsumaturi f’termini ta’ ċaqliq fil-portafoll minn depożiti oħra fuq żmien twil għal PELs li kienu jeżistu qabel, m’hijiex riflessa fir-rati l-ġodda tan-negozju imma biss fir-rati fuq ammonti pendenti. Fl-aħħar tal-perjodu ta’ erba’ snin, il-konsumatur jista’ jew isaqsi għal self b’rata mraħħsa jew iġedded il-kuntratt. Billi dan it-tiġdid tal-PEL huwa mwettaq awtomatikament mingħajr l-ebda involviment attiv tal-konsumatur, u billi t-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt inkluża r-rata tal-imgħax m’humiex innegozjati mill-ġdid, skont il-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34) dan it-tiġdid m’huwiex meqjus bħala negozju ġdid. Malli jġedded il-kuntratt, il-konsumatur jitħalla jagħmel depożiti addizzjonali, bil-kundizzjoni li l-ammont pendenti ma jaqbiżx limitu massimu ddefinit u l-kuntratt ma jaqbiżx numru massimu ddefinit ta’ snin ta’ maturità. Jekk jintlaħqu l-limitu massimu jew il-maturità massima, il-kuntratt jeħel. L-unitajiet domestiċi jew il-korporazzjoni mhux finanzjarja żżomm id-drittijiet ta’ self u xorta tingħata imgħax skont il-kundizzjonijiet li japplikaw dak iż-żmien tal-ftuħ tal-PEL sakemm il-flus jitħallew fil-ktieb tal-bank. Il-gvern jagħti sussidju f’termini ta’ ħlas ta’ imgħax flimkien mar-rata tal-imgħax offruta mill-istituzzjoni ta’ kreditu jew dik oħra. Skont il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1072/2013 (BĊE/2013/34), hija biss dik il-parti mill-ħlas tal-imgħax li hija offruta mill-istituzzjoni ta’ kreditu jew dik oħra li tinqabad fl-istatistika tar-rati tal-imgħax MFI. Is-sussidju tal-gvern, li huwa mħallas imma mhux mill-istituzzjoni ta’ kreditu jew dik oħra, huwa injorat. |
|
11. |
Rati tal-imgħax negattivi fuq depożiti għandhom jiġu inklużi fir-rati tal-imgħax MFI diment li tali rati mhumiex eċċezzjonali meta jitqiesu l-kundizzjonijiet tas-suq. |
(1) Regolament (UE) 2021/379 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2021 dwar l-entrati tal-karta bilanċjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2021/2) (ĠU L 73, 3.3.2021, p.16).
(2) Regolament (UE) Nru 1072/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 24 ta’ Settembru 2013 dwar statistika fuq rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/34) ) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 51).
(3) Regolament (KE) Nru 63/2002 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta' Diċembru, 2001, dwar statistika fuq rati ta' imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji għal depożiti u self għal familji u korporazzjonijiet mhux finanzjarji (BĊE/2001/18) (ĠU L L 10, 12.1.2002, p. 24).
(4) Regolament (KE) Nru 290/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-31 ta’ Marzu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 63/2002 (BĊE/2001/18) dwar l-istatistika fir-rigward tar-rati tal-imgħax applikati mill-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji għal depożiti u self fil-konfront ta’ households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji (BĊE/2009/7) (ĠU L 94, 8.4.2009, p. 75).
(5) jiġifieri s-somma tal-varjanzi ġewwa l-istrat iddefinita bħala
(6) Il-BĊNi jistgħu jittraduċu direttament il-miżura assoluta ta' 10 punti bażi f'livell ta' kunfidenza ta' 90% f'miżura relattiva f'termini tal-koeffiċjent tal-varjazzjoni massima aċċettabbli tal-istimatur.
(7) Innota illi t-Tabelli 1 u 2 fid-dokument statistiku tal-BĊE ntitolat ‘Quality measures in non-random sampling’ (Miżuri ta’ kwalità f’kampjunar mhux kawżali, disponibbli fuq is-sit web ta’ BĊE www.ecb.europa.eu., jenfasizzaw ir-r-riżultati ta’ MAE sintetiku għall-istimaturi tal-ewwel u t-tielet kwartil applikat f’kull pajjiż.
ANNESS IV
Tabella 1
Tabella 2
Tabella 3
|
KATEGORIJI TA' STRUMENTI GĦAL RATI TAL-IMGĦAX FUQ AMMONTI DOVUTI |
||||
|
|
Settur |
Tip ta’ strument |
Maturità oriġinali |
Obbligu ta’ rapportar |
|
Depożiti f’EUR |
Minn unitajiet domestiċi |
B’maturità miftehma |
Sa sentejn |
AAR |
|
Aktar minn sentejn |
AAR |
|||
|
Minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji |
B’maturità miftehma |
Sa sentejn |
AAR |
|
|
Aktar minn sentejn |
AAR |
|||
|
Self f’EUR |
Lil unitajiet domestiċi |
Għal xiri ta' dar |
Sa sena |
AAR |
|
Aktar minn sena u sa 5 snin |
AAR |
|||
|
Aktar minn 5 snin |
AAR |
|||
|
Għal konsum u għanijiet oħra |
Sa sena |
AAR |
||
|
Aktar minn sena u sa 5 snin |
AAR |
|||
|
Aktar minn 5 snin |
AAR |
|||
|
Lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji |
Total |
Sa sena |
AAR |
|
|
|
Aktar minn sena u sa 5 snin |
AAR |
||
|
|
Aktar minn 5 snin |
AAR |
||
|
|
||||
|
KATEGORIJI TA' STRUMENTI GĦAL RATI TAL-IMGĦAX FUQ NEGOZJU ĠDID |
|
|
||
|
|
Settur |
Tip ta’ strument |
Maturita' oriġinali, perijodu ta’ notifika, perijodu inizjali tal-iffissar tar-rata tal-imgħax |
Obbligu ta’ rapportar |
|
Depożiti f’EUR |
Minn unitajiet domestiċi |
Mil-lejl għan-nhar (*) |
|
AAR |
|
B’maturità miftehma |
Maturità sa sena |
AAR, ammont |
||
|
Maturità ta’ aktar minn sena u sa sentejn |
AAR, ammont |
|||
|
Maturità ta’ aktar minn sentejn |
AAR, ammont |
|||
|
Jinfeda wara avviż (*) |
Notifika sa 3 xhur |
AAR |
||
|
Notifika ta’ aktar minn 3 xhur |
AAR |
|||
|
Minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji |
Mil-lejl għan-nhar (*) |
|
AAR |
|
|
B’maturità miftehma |
Maturità sa sena |
AAR, ammont |
||
|
Maturità ta’ aktar minn sena u sa sentejn |
AAR, ammont |
|||
|
Maturità ta’ aktar minn sentejn |
AAR, ammont |
|||
|
|
Riakkwisti |
|
|
|
|
Self f’EUR |
Lil unitajiet domestiċi |
Self li jdur u overdrafts u kreditu ta' konvenjenza u kreditu estiż tal-kard tal-kreditu (*) |
AAR |
|
|
Għall-konsum |
Rata varjabbli u sa sena perjodu għall-iffissar tar-rata inizjali |
AAR, ammont |
||
|
Perjodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa 5 snin |
AAR, ammont |
|||
|
Perjodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin |
AAR, ammont |
|||
|
Għal xiri ta’ djar |
Rata varjabbli u sa sena perjodu għall-iffissar tar-rata inizjali |
AAR, ammont |
||
|
Perjodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa 5 snin |
AAR, ammont |
|||
|
Perjodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin u sa 10 snin |
AAR, ammont |
|||
|
Perjodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin |
AAR, ammont |
|||
|
Għal skopijiet oħra |
Rata varjabbli u sa sena perjodu għall-iffissar tar-rata inizjali |
AAR, ammont |
||
|
Perjodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 1 snin u sa 5 snin |
AAR, ammont |
|||
|
Perjodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin |
AAR, ammont |
|||
|
Lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji |
Self li jdur u overdrafts u kreditu ta' konvenjenza u kreditu estiż tal-kard tal-kreditu (*) |
AAR |
||
|
Self ieħor sa ammont ta’ EUR 0,25 miljun |
Rata varjabbli u perjodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali sa tliet xhur |
AAR, ammont |
||
|
Perjodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 xhur u sa sena |
AAR, ammont |
|||
|
Perjodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa 3 snin |
AAR, ammont |
|||
|
Perjodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 snin u sa 5 snin |
AAR, ammont |
|||
|
Perjodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin u sa 10 snin |
AAR, ammont |
|||
|
Perjodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin |
AAR, ammont |
|||
|
Self ieħor fuq ammont ta' EUR 0,25 miljun u sa EUR 1 miljun |
Rata varjabbli u perjodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali sa tliet xhur |
AAR, ammont |
||
|
Perjodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 xhur u sa sena |
AAR, ammont |
|||
|
Perjodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn sena u sa 3 snin |
AAR, ammont |
|||
|
Perjodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 3 snin u sa 5 snin |
AAR, ammont |
|||
|
Perjodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin u sa 10 snin |
AAR, ammont |
|||
|
Perjodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 10 snin |
AAR, ammont |
|||
|
Self ieħor ta’ ammont ta’ iktar minn EUR 1 miljun |
Rata varjabbli u sa sena perjodu għall-iffissar tar-rata inizjali |
AAR, ammont |
||
|
Perjodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 1 snin u sa 5 snin |
AAR, ammont |
|||
|
Perjodu tal-fissazzjoni tar-rata inizjali ta’ aktar minn 5 snin |
AAR, ammont |
|||
(*) Għal dawn l-indikaturi l-volumi tan-negozju huma inklużi fl-iskema ta' rapportar għal BSI individwali.
ANNESS V
PARTI 1
Statistika tal-bażi ta’ riżerva
Tabella 1
Data tal-partita tal-karta tal-bilanċ meħtieġa għall-kumpilazzjoni ta’ statistika fuq il-bażi ta’ riżerva
|
|
Dinja |
|
||
|
PARTITI TAL-KARTI TAL-BILANĊ |
Kontropartijiet kollha, minbarra l-Eurosistema istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona euro suġġetti għar-rekwiżiti ta’ riżerva minima |
Total |
||
|
OBBLIGAZZJONIJIET |
|
|
||
|
|
|
|
||
|
|
|
||
|
RI |
|
||
|
||||
|
||||
|
|
|
||
|
R2 |
|
||
|
||||
|
R3 |
|
||
|
|
|
||
|
Sa sentejn |
R4 |
|
||
|
Aktar minn sentejn (1) |
|
R5 |
Tabella 2
Data tal-partita tal-karta ta’ bilanċ għal skopijiet ta’ kontroll
|
|
A. Domestiċi |
|
|
Mhux allokati |
|
Konċessjoni ta’ somma f’daqqa |
R6 |
Kalkolu tal-konċessjoni ta’ somma f’daqqa aggregata għal finijiet ta’ kontroll (R6):
Għall-finijiet tal-kalkolu tal-konċessjoni ta’ somma f’daqqa aggregata, il-BĊNi jieħdu l-inqas minn:
|
(a) |
il-partiti tal-bażi ta’ riżerva mmultiplikati bil-proporzjon ta’ riżerva applikabbli, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1); u |
|
(b) |
il-konċessjoni ta’ somma f’daqqa speċifikata fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1). |
Il-BĊNi jaggregaw dawn l-ammonti fl-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha li huma meħtieġa jżommu riżervi, filwaqt li jqisu wkoll ir-regoli li japplikaw għall-konċessjonijiet ta’ somom f’daqqa tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu msemmija fl-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (UE) 2021/378 (BĊE/2021/1), fejn rilevanti.
PARTI 2
Statistika tal-proporzjon makro
Data tal-partita tal-karta tal-bilanċ għall-kumpilazzjoni tal-proporzjon makro
|
KARTA TAL-BILANĊ |
A. Domestiċi |
B. Żona tal-euro minbarra domestiċi |
Ċ. Bqija tad-dinja |
D. Total |
||||
|
PARTITI |
MFIs |
Mhux MFIs |
MFIs |
Mhux MFIs |
||||
|
OBBLIGAZZJONIJIET |
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Sa sentejn |
|
|
|
|
|
MR1 |
||
|
ASSI |
|
|
|
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
||
|
Sa sentejn |
MR2 |
|
MR3 |
|
|
|
||
(1) Titoli ta’ dejn maħruġin b’maturità miftehma ta’ aktar minn sentejn jinkludu wkoll l-ammonti ta’ titoli miżmumin minn istituzzjonijiet ta’ kreditu oħrajn bla ħsara għar-rekwiżiti ta’ riżerva, mill-BĊE jew mill-BĊNi ta’ l-Istati Membri parteċipanti.
ANNESS VI
ANNESS VII
Indikaturi Finanzjarji Strutturali (SFIs) ta’ istituzzjonijiet ta’ Kreditu
1.
Numru ta’ uffiċċji (friegħi lokali) tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu (CIs) kollha fl-Istat Membru. “Uffiċċju” tirreferi għal post tan-negozju identifikabbli ġeografikament. L-uffiċċji ta’ unitajiet istituzzjonali li ma humiex CIs għandhom jiġu esklużi, anki jekk dawn ikunu tal-istess grupp ta’ CI (grupp bankarju).
2.
Numru ta’ impjegati tas-CIs. Dan l-indikatur jirreferi għan-numru ta' impjegati għal kull CI residenti matul is-sena ta’ referenza. Il-BĊNi għandhom isegwu l-kunċett użat meta jirrapportaw “Impjieg domestiku” għal RIAD skont il-Linja Gwida (UE) 2018/876 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2018/16). Impjegati ta’ unitajiet istituzzjonali li ma humiex CIs għandhom jiġu esklużi, anki jekk dawn l-istituzzjonijiet ikunu tal-istess grupp bankarju. Fejn data attwali ma tkunx disponibbli, il-BĊNi għandhom jagħtu stima.
3.
Numru ta’ friegħi ta’ CIs minn Stati Membri oħrajn. Dan l-indikatur jirreferi għan-numru ta’ friegħi CI residenti fl-Istat Membru li jirrapporta li s-CIs finali li tikkontrollaha kienu residenti fi Stati Membri oħra fi tmiem il-perjodu ta’ referenza. Friegħi li fl-aħħar mill-aħħar huma kkontrollati minn CIs domestiċi għandhom jiġu esklużi.
4.
Assi totali ta’ friegħi ta’ CIs minn Stati Membri oħrajn. Dan l-indikatur jirriferi għat-total tal-karta tal-bilanċ aggregata tal-friegħi koperti mill-indikatur “numru ta’ friegħi ta’ CIs minn Stati Membri oħra” fl-aħħar tal-perijodu ta’ referenza.
5.
Numru ta’ sussidjarji ta’ CIs minn Stati Membri oħrajn. Dan l-indikatur jirreferi għan-numru ta’ sussidjarji CI residenti fl-Istat Membru li jirrapporta li s-CIs finali li tikkontrollaha kienu residenti fi Stati Membri oħra fi tmiem il-perjodu ta’ referenza. Is-sussidjarji li fl-aħħar mill-aħħar huma kkontrollati minn CIs domestiċi għandhom jiġu esklużi.
6.
Assi totali ta’ sussidjarji ta’ CIs minn Stati Membri oħrajn. Dan l-indikatur jirriferi għall-aggregat totali tal-karta tal-bilanċ tas-sussidjarji koperti mill-indikatur “numru ta’ sussidjarji ta’ CIs minn Stati Membri oħra”.
7.
Numru ta’ fergħat ta’ CIs minn pajjiżi terzi Dan l-indikatur jirreferi għan-numru ta’ fergħat ta’ CI residenti fl-Istat Membru li jirrapporta li s-CIs finali li jikkontrollawha kienu residenti f’pajjiżi li ma kinux Stati Membri fi tmiem il-perjodu ta’ referenza. Friegħi li fl-aħħar mill-aħħar huma kkontrollati minn CIs domestiċi għandhom jiġu esklużi.
8.
Assi totali ta’ friegħi ta’ Cis minn pajjiżi terzi. Dan l-indikatur jirriferi għat-total tal-karta tal-bilanċ aggregata tal-friegħi koperti mill-indikatur “numru ta’ friegħi ta’ CIs minn pajjiżi terzi”.
9.
Numru ta’ sussidjarji ta’ Cis minn pajjiżi terzi. Dan l-indikatur jirreferi għall-għadd ta’ sussidjarji CI residenti fl-Istat Membru li jirrapporta li s-CIs finali li jikkontrollawhom kienu residenti f’pajjiżi li ma kinux Stati Membri tal-Unjoni fi tmiem il-perjodu ta’ referenza. Sussidjarji li fl-aħħar mill-aħħar huma kkontrollati minn CIs domestiċi għandhom jiġu esklużi.
10.
Assi totali tas-sussidjarji ta’ Cis minn pajjiżi terzi. Dan l-indikatur jirriferi għat-total tal-karta ta’ bilanċ aggregata tas-sussidjarji koperti mill-indikatur “numru ta’ sussidjarji ta’ CIs minn pajjiżi terzi.
11.
Numru ta’ friegħi ta’ CIs minn Stati Membri oħra taż-żona tal-euro. Dan l-indikatur jirreferi għan-numru ta’ friegħi CI residenti fl-Istat Membru li jirrapporta li s-CIs finali li tikkontrollaha kienu residenti fi Stati Membri taż-żona tal-euro fi tmiem il-perjodu ta’ referenza. Friegħi li fl-aħħar mill-aħħar huma kkontrollati minn CIs domestiċi għandhom jiġu esklużi.
12.
Assi totali ta’ friegħi ta’ CIs minn Stati Membri taż-żona tal-euro. Dan l-indikatur jirriferi għall-aggregat totali tal-karta tal-bilanċ tal-friegħi koperti mill-indikatur “numru ta’ friegħi ta’ CIs minn Stati Membri taż-żona tal-euro”.
13.
Numru ta’ sussidjarji ta’ CIs minn Stati Membri taż-żona tal-euro. Dan l-indikatur jirreferi għan-numru ta’ sussidjarji residenti fl-Istat Membru li jirrapporta li s-CIs finali li jikkontrollawhom kienu residenti fi Stati Membri taż-żona tal-euro (minbarra l-Istat Membru li jirrapporta) fi tmiem il-perjodu ta’ referenza.
14.
Assi totali ta’ sussidjarji ta’ CIs minn Stati Membri taż-żona tal-euro. Dan l-indikatur jirriferi għall-aggregat totali tal-karta tal-bilanċ tas-sussidjarji koperti mill-indikatur “numru ta’ sussidjarji ta’ CIs minn Stati Membri taż-żona tal-euro”.
15.
Sehem tal-akbar ħames CIs fl-assi totali (‘CR5’). Dan l-indikatur jirreferi għall-konċentrazzjoni tan-negozju bankarju. Il-BĊNi għandhom jadottaw il-metodu aggregat mhux konsolidat li ġej biex iġibuh: (a) jiggradaw it-totali tal-karta tal-bilanċ tas-CIs kollha li jirrapportaw; (b) jikkalkolaw (i) is-somma tal-akbar ħames totali tal-karta tal-bilanċ; u (ii) is-somma tat-totali tal-karti tal-bilanċ kollha; u (c) jikkalkolaw il-proporzjon ta’ (i) fuq (ii). Id-data li għandha tiġi rrapportata lill-BĊE għandha tiġi espressa bħala perċentwali, eż. valur ta' 72,4296% għandu jiġi rrapportat bħala 72,4296 u mhux bħala 0,7243. Għalkemm il-kompożizzjoni tal-akbar ħames banek tista’ tinbidel maż-żmien, il-BĊNi għandhom jipprovdu biss is-sehem tal-akbar ħames CIs f’punt speċifiku ta’ żmien (tmiem ta’ Diċembru tas-sena ta’ referenza). Għall-finijiet ta’ dan l-indikatur, il-BĊNi jistgħu, fejn ikun miftiehem b’mod speċifiku mal-BĊE, jittrattaw CIs speċifiċi konnessi ma’ gruppi bħala CI unika fejn dan jipprovdi rappreżentazzjoni aktar sinifikanti tal-konċentrazzjoni tas-settur bankarju.
16.
Indiċi ta’ Herfindahl (HI) għall-assi totali tas-CIs B’mod simili għall-indikatur preċedenti, dan jirreferi għall-konċentrazzjoni tan-negozju bankarju. Il-BĊNi għandhom isegwu kemm jista’ jkun il-metodu “aggregat”. F’dan il-każ, il-kalkolu tal-indiċi HI għandu jinkludi l-karta tal-bilanċ ikkonsolidata ta’ kull CI inkluża fil-grupp, possibilment bl-użu tal-informazzjoni tal-kontabbiltà li tinsab fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali ta’ dawn l-istituzzjonijiet. Fejn mhux is-CIs kollha huma fir-rapport tad-data tal-aħħar, għandu jsir ingrossar tad-data.L-HI huwa miksub billi jingħaddu flimkien il-kwadri tal-ishma tas-suq tas-CIs kollha fis-settur bankarju u għandhom jiġu rrapportati lill-BĊE skont il-formola li ġejja:
HI = Σn i = 1 (Xi / X)2 , fejn:
|
n |
= |
in-numru totali ta’ CIs fl-Istat Membru |
|
Xi |
= |
assi totali ta’ CIi |
|
X |
= |
Σn i = 1Xi = assi totali tas-CIs kollha tal-Istat Membru. |
Għall-finijiet ta’ dan l-indikatur, il-BĊNi jistgħu, fejn ikun miftiehem b’mod speċifiku mal-BĊE, jittrattaw CIs speċifiċi konnessi ma’ gruppi bħala CI unika fejn dan jipprovdi rappreżentazzjoni aktar sinifikanti tal-konċentrazzjoni tas-settur bankarju.
17.
Indiċi Herfindahl (HI) għall-kreditu domestiku totali Għal dan l-indikatur, il-prinċipji ta’ metodoloġija adottati għall-kalkolu tal-Indiċi ta’ Herfindahl għall-assi totali tas-CIs għandu jiġi segwit. Madankollu, l-assi totali għandhom jiġi ssostitwiti b’ kreditu totali, li huwa ddefinit bħala self u assi ta’ titoli tad-dejn fil-konfront ta’ mhux MFIs domestiċi, eskluż gvern ġenerali (1). Għall-finijiet ta’ dan l-indikatur, il-BĊNi jistgħu, fejn ikun miftiehem b’mod speċifiku mal-BĊE, jittrattaw CIs speċifiċi konnessi ma’ gruppi bħala CI unika fejn dan jipprovdi rappreżentazzjoni aktar sinifikanti tal-konċentrazzjoni tas-settur bankarju.Tabella 1.
Indikaturi finanzjarji strutturali ta’ Istituzzjonijiet ta’ Kreditu (CIs)
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
Numru ta' impjegati |
N30 |
|
|
|
||||||||
|
Numru ta’ uffiċċji |
N40 |
|
|
|
||||||||
|
Numru ta' fergħat |
|
N10 |
N10 |
N10 |
||||||||
|
Numru ta’ sussidjarji |
|
N20 |
N20 |
N20 |
||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
Indiċi Herfindahl għall-assi totali tas-CIs |
H10 |
|
|
|
||||||||
|
Indiċi Herfindahl għall-kreditu domestiku totali |
H20 |
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
Sehem tal-ħames l-akbar CIs f'assi totali (CR5) |
S10 |
|
|
|
||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||
|
Assi totali tal-friegħi |
|
T11 |
T11 |
T11 |
||||||||
|
Assi totali tas-sussidjarji |
|
T12 |
T12 |
T12 |
||||||||
|
|
|
|
|
|
(1) Taqsima S.13 tas-Sistema Ewropea tal-Kontijiet Reġjonali u Nazzjonali (ESA 2010) stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil.