|
25.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 184/4 |
LINJA GWIDA (UE) 2021/827 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tad-29 ta’ April 2021
li temenda l-Linja Gwida BĊE/2013/24 dwar ir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (BĊE/2021/20)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 5.1 u 5.2, u l-Artikoli 12.1 u 14.3 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-iżviluppi ekonomiċi u statistiċi f’dawn l-aħħar snin ħolqu l-ħtieġa ta’ reviżjoni u aġġornament tar-rekwiżiti ta’ rapportar għall-kontijiet finanzjarji trimestrali sabiex tiġi żgurata r-rilevanza kontinwa tagħhom għall-analiżijiet ekonomiċi. |
|
(2) |
Rendikont aktar dettaljat tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħra (OFIs) isir dejjem aktar importanti għall-analiżi tal-finanzjament settorjali u l-konnettività. Ir-rekwiżiti għall-kontijiet finanzjarji trimestrali stabbiliti fil-Linja Gwida BĊE/2013/24 tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) jeħtieġ li jiġu mmodifikati biex jirrikjedu r-rapportar tar-rendikonti tas-settur tal-OFI. |
|
(3) |
Għal fehim aħjar tal-globalizzazzjoni u l-fużjoni u l-akkwiżizzjonijiet transfruntiera, ir-rekwiżiti għall-kontijiet finanzjarji trimestrali stabbiliti fil-Linja Gwida BĊE/2013/24 jeħtieġ li jiġu mmodifikati biex jippermettu l-qsim tal-investiment dirett barrani (FDI) ta’ strumenti finanzjarji magħżula, abbażi tad-definizzjonijiet previsti fir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (id-dispożizzjoni 7.98 tal-Kapitolu 7 ( il-kategoriji ta’ reġistrazzjoni tal-FDI) u t-Tabella 18.14 tal-Anness A (rabtiet bejn il-kategoriji funzjonali tal-BPM6 u l-kategoriji tal-istrumenti finanzjarji tal-ESA)). |
|
(4) |
Ir-rapportar tas-sottosettur tal-banek ċentrali fil-kontijiet finanzjarji trimestrali ġie introdott fl-2019 fuq bażi volontarja. Dan issa għandu jkun meħtieġ mil-Linja Gwida BĊE/2013/24 sabiex jiġi kopert is-sett sħiħ tar-rekwiżiti ta’ rapportar nazzjonali rilevanti. |
|
(5) |
Barra minn hekk, ir-rekwiżit li tiġi rrapportata data nazzjonali għall-assi u l-obbligazzjonijiet finanzjarji stabbilit fil-Linja Gwida BĊE/2013/24 jeħtieġ li jiġi mmodifikat biex jippermetti rendikonti addizzjonali tal-istrumenti għall-assigurazzjoni tal-ħajja u l-intitolamenti tal-pensjoni biex jappoġġaw l-analiżi tal-istabbiltà ekonomika u finanzjarja. |
|
(6) |
Ir-rekwiżit stabbilit fil-Linja Gwida BĊE/2013/24 dwar l-għoti ta’ informazzjoni ta’ spjegazzjoni dwar avvenimenti kbar individwali u r-raġunijiet għar-reviżjonijiet tal-kontijiet finanzjarji nazzjonali trimestrali jenħtieġ li jiġi emendat biex jipprovdi għal avvenimenti jew reviżjonijiet li jkunu iżgħar minn 0,2 % tal-prodott domestiku gross trimestrali taż-żona tal-euro iżda sinifikanti fil-livell nazzjonali. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (3) jenħtieġ li l-Istati Membri jorganizzaw ruħhom fil-qasam tal-istatistika u jikkooperaw bis-sħiħ mas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali sabiex jiżguraw it-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 5 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew. |
|
(8) |
Għaldaqstant, il-Linja Gwida BĊE/2013/24 għandha tiġi emendata f’dan is-sens, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emendi
Il-Linja Gwida BĊE/2013/24 hija emendata kif ġej:
|
1. |
fl-Artikolu 1, il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. ‘żona tal-euro’ tfisser it-territorju ekonomiku tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) u l-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja (EFSF);”; |
|
2. |
fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Ir-rekwiżiti tad-‘data supplimentari’ għandhom ikopru tranżazzjonijiet u stokks għall-perijodu mill-aħħar trimestru tal-2012 sat-trimestru ta’ referenza. Id-data supplimentari speċifikata fil-kolonna ‘H’ tat-Tabelli 1, 2, 4 u 5 tal-Anness I (data supplimentari li tirreferi għas-settur tal-gvern), u fil-kolonna ‘B’, ringieli 3 u 17, tat-Tabelli 4 u 5 tal-Anness I (data supplimentari li tirreferi għal selfiet bejn korporazzjonijiet mhux finanzjarji) tista’ tiġi rrapportata fuq bażi volontarja.”; |
|
3. |
fl-Artikolu 2, il-paragrafu 3, il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
4. |
fl-Artikolu 2, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej: “5. Is-setturi korrispondenti ‘taż-żona tal-euro ħlief għal dawk domestiċi’ u ‘residenti barra miż-żona tal-euro’ speċifikati fir-ringieli 16–29 tat-Tabelli 3–7 u fir-ringieli 15–27 tat-Tabelli 8–9 tal-Anness I għandhom jiġu aġġustati biex jirriflettu l-kompożizzjoni taż-żona tal-euro fid-data tar-rapportar. Dan l-aġġustament għandu jsir kull meta Stat Membru jadotta l-euro. Id-data għandha tiġi riveduta skont ir-rekwiżiti tad-data differenti kif speċifikat fil-paragrafi 2, 3 u 4, fuq bażi tal-aħjar stima.”; |
|
5. |
fl-Artikolu 2, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “6. B’eżenzjoni mill-paragrafi 1 sa 5, il-BĊNi ma għandhomx ikunu meħtieġa jittrażmettu xi waħda minn dawn li ġejjin:
|
|
6. |
fl-Artikolu 2, il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: “7. Flimkien mad-data rrapportata skont il-paragrafi 2 sa 5, il-BĊNi għandhom jipprovdu informazzjoni ta’ spjegazzjoni dwar:
|
|
7. |
fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Il-BĊE għandu jippubblika l-aggregati fiż-żona tal-euro li huwa jiġbor, kif ukoll id-’data nazzjonali’ miġbura taħt l-Artikolu 2, kif deskritta fil-paragrafi 3 sa 5 tiegħu, meqjusa bħala rilevanti mill-Kumitat tal-Istatistika, ħlief għad-data dwar il-kaxxi fir-ringieli 16–29 tat-Tabelli 3–7 u fir-ringieli 15–27 tat-Tabelli 8–9 tal-Anness I (li tirreferi għas-setturi kontropartijiet ‘taż-żona tal-euro ħlief għal dawk domestiċi’ u ‘residenti barra miż-żona tal-euro’).”; |
|
8. |
fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw id-’data supplimentari’ deskritta fl-Artikolu 2(2) lill-BĊE fi żmien 85 jum kalendarju mit-tmiem tat-trimestru ta’ referenza. Il-Bord Eżekuttiv jista’ jnaqqas din l-iskadenza għal 82 jum kalendarju, jekk xieraq, billi jikkunsidra l-fehmiet tal-Kumitat tal-Istatistika. Il-Bord Eżekuttiv għandu jinforma lill-Kunsill Governattiv bid-deċiżjoni tiegħu mingħajr dewmien żejjed. Il-BĊE għandu jinnotifika lill-BĊNi bi kwalunkwe bidla fil-perijodu ta’ rapportar mill-inqas sena qabel l-ewwel data ta’ rapportar li għaliha tapplika. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw l-informazzjoni ta’ spjegazzjoni assoċjata lill-BĊE fi żmien 87 jum kalendarju mit-tmiem tat-trimestru ta’ referenza.”; |
|
9. |
L-Anness I huwa sostitwit bl-Anness ta’ din il-Linja Gwida. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
2. Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida mill-1 ta’ Ġunju 2021.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, id-29 ta’ April 2021.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Linja gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta’ Lulju 2013 dwar ir-rekwiżiti ta’ rapportar tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (BĊE/2013/24) (ĠU L 2, 7.1.2014, p. 34).
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).
ANNESS
L-Anness I għal-Linja Gwida BĊE/2013/24 huwa sostitwit minn dan li ġej:
”ANNESS I
REKWIŻITI TA’ RAPPORTAR TAD-DATA
Sommarju tar-rekwiżiti tad-data
|
Artikolu |
Kontenut |
Tabelli |
Tip ta’ data |
Perijodu ta’ referenza |
L-ewwel data ta’ rapportar |
Tempesitività |
Osservazzjonijiet |
||||||||||||||||||||||
|
Stokks |
Tranżazzjonijiet |
Bidliet oħra fil-volum |
|||||||||||||||||||||||||||
|
2(2) 4(1) |
Data supplimentari; kaxxi b’kulur iswed biss- għajr rendikont ta’ OFI |
|
|
|
|
2012K4 ’il quddiem |
Sett2014 |
Data tat-tmiem tat-trimestru ta’ referenza (t)+85 (informazzjoni ta’ spjegazzjoni f’t+87) |
|
||||||||||||||||||||
|
2(2) 4(1) |
Data supplimentari; kaxxi b’kulur iswed biss– rendikont tal-OFI |
|
|
|
|
2013K4 ’il quddiem |
Ġun2022 |
t+85 (informazzjoni ta’ spjegazzjoni f’t+87) |
|
||||||||||||||||||||
|
2(2) 4(1) |
Data supplimentari; kaxxi b’kulur iswed biss– rendikont tal-OFI |
|
|
|
|
2013K4 ’il quddiem |
Mar2024 |
t+85 (informazzjoni ta’ spjegazzjoni f’t+87) |
|
||||||||||||||||||||
|
2(3) (a) 2(5) 3(2) 3(3) (a), (b) 4(2) |
Data nazzjonali; il-kaxxi kollha - għajr il-FDI, Assigurazzjoni u Pensjoni, u rendikont tal-OFI |
|
|
|
|
2012K4 ’il quddiem |
Sett2014 |
t+97 |
|
||||||||||||||||||||
|
2(3) (a) 3(3) (a) 4(2) |
Data nazzjonali - FDI |
|
|
|
|
2013K4 ’il quddiem |
Mar2023 |
t+97 |
|
||||||||||||||||||||
|
2(3) (a) 3(3) (a) 4(2) |
Data nazzjonali – Assigurazzjoni u Pensjoni |
|
|
|
|
2016K4 ’il quddiem |
Mar2023 |
t+97 |
|
||||||||||||||||||||
|
2(3) (a) 3(3) (a), (b) 4(2) |
Data nazzjonali — rendikont tal-OFI |
|
|
|
|
2013K4 ’il quddiem |
Ġun2022 |
t+97 |
|
||||||||||||||||||||
|
2(3) (a) 3(3) (a), b) 4(2) |
Data nazzjonali — rendikont tal-OFI |
|
|
|
|
2013K4 ’il quddiem |
Mar2024 |
t+97 |
|
||||||||||||||||||||
|
2(3) (b) 2(5) 3(2) 3(3) (c) 4(2) |
Data nazzjonali; il-kaxxi kollha - backdata |
|
|
|
|
1999K1–2012K3 |
Sett2017 |
t+97 |
|
||||||||||||||||||||
|
2(4) 2(5) 3(2) 3(3) (a), (b) 4(2) |
Data nazzjonali; il-kaxxi kollha |
|
|
|
|
2013K4 ’il quddiem |
Sett2015 |
t+97 |
|
||||||||||||||||||||
ANNESS II
Tabella 1:
Assi finanzjarji1), 2)
Tabella 2:
Passiv1), 2)
Tabella 7:
Titoli ta’ dejn fuq perjodu ta’ żmien qasir (F.32)1)