27.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 342/45 |
DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1716
tad-29 ta’ Ġunju 2021
li temenda d-Direttiva 2014/47/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ modifiki fid-deżinjazzjonijiet tal-kategoriji tal-vetturi li jirriżultaw minn emendi għal-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/47/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-ispezzjonijiet tekniċi waqt it-traġitt tal-affidabbiltà stradali ta’ vetturi kummerċjali li jiċċirkolaw fl-Unjoni u li jirrevoka d-Direttiva 2000/30/KE (1), u partikolarment l-Artikolu 21 tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2014/47/UE tapplika għal vetturi kummerċjali b’veloċità skont id-disinn ta’ aktar minn 25 km/h tal-kategoriji elenkati fl-Artikolu 2(1) ta’ dik id-Direttiva. Dawk il-kategoriji huma ddeterminati b’referenza għad-Direttivi 2003/37/KE (2) u 2007/46/KE (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
(2) |
Id-Direttivi 2003/37/KE u 2007/46/KE tħassru, rispettivament, bir-Regolament (UE) Nru 167/2013 (4), u bir-Regolament (UE) 2018/858 (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
(3) |
Minħabba l-bidliet fid-deżinjazzjonijiet tal-kategoriji tal-vetturi li rriżultaw mit-tħassir tad-Direttiva 2003/37/KE bir-Regolament (UE) Nru 167/2013, jenħtieġ li jiġu aġġornati l-kategoriji tal-vetturi msemmija fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/47/UE, kif ukoll il-punt 6 tal-Anness IV ta’ dik id-Direttiva. |
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Direttiva 2014/47/UE tiġi emendata kif xieraq, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2014/47/UE hija emendata kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Fl-Anness IV, il-punt 6 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mis-27 ta’ Settembru 2022, il-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.
Huma għandhom japplikaw il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 1 mis-27 ta’ Settembru 2022.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu dik ir-referenza meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir dik ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 127, 29.4.2014, p. 134.
(2) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 2003/37/KE tas-26 ta’ Mejju 2003, dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati u r-revoka tad-Direttiva 74/150/KEE (ĠU L 171, 9.7.2003, p. 1).
(3) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija, (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1).
(5) Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).