25.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 225/69


DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1047

tal-5 ta’ Marzu 2021

li temenda d-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġġornament tal-lista ta’ prodotti relatati mad-difiża f’konformità mal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea aġġornata tas-17 ta’ Frar 2020

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2009/43/KE tapplika għall-prodotti relatati mad-difiża kif stabbiliti fl-Anness. Dak l-Anness għandu jikkorrispondi strettament għal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea ġiet adottata mill-Kunsill fit-19 ta’ Marzu 2007 u ġiet aġġornata diversi drabi. Fis-17 ta’ Frar 2020, il-Kunsill adotta Lista Militari Komuni aġġornata tal-Unjoni Ewropea (2). Għalhekk huwa neċessarju li tiġi aġġornata l-lista ta’ prodotti relatati mad-difiża stabbilita fl-Anness tad-Direttiva 2009/43/KE.

(3)

Għaldaqstant id-Direttiva 2009/43/KE jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(4)

F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (3), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li, f’każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom tkun akkumpanjata minn dokument wieħed jew iktar, fejn tiġi spjegata l-korrelazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet ekwivalenti tal-istrumenti nazzjonali ta’ traspożizzjoni,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness tad-Direttiva 2009/43/KE huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru 2021 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mis-7 ta’ Ottubru 2021.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif ssir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Marzu 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1.

(2)  ĠU C 85, 13.3.2020, p. 1.

(3)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.


ANNESS

Lista ta' Prodotti relatati mad-Difiża

Nota 1

Termini fil-"virgoletti" huma termini definiti. Irreferi għal 'Definizzjonijiet ta' Termini użati f'din il-Lista' annessa għal din il-Lista.

Nota 2

F’xi każijiet is-sustanzi kimiċi huma elenkati bl-isem u bin-numru Chemical Abstracts Service (CAS). Il-lista tapplika għal kimiki tal-istess formula strutturali (inklużi l-idrati) irrispettivament mill-isem jew min-numru tas-CAS. In-numri tas-CAS huma murija sabiex jassistu fl-identifikazzjoni ta’ kimika jew taħlita partikolari, irrispettivament min-nomenklatura. In-numri CAS ma jistgħux jintużaw bħala identifikaturi uniċi minħabba li xi forom tas-sustanza kimika elenkata għandhom numri CAS differenti, u taħlitiet li jkollhom sustanza kimika elenkata jista’ jkollhom ukoll numri CAS differenti.

ML (1)1

 

Armi b’kanna lixxa b’kalibru ta’ inqas minn 20 mm, armamenti oħra u armi awtomatiċi b’kalibru ta’ 12,7 mm (kalibru 0.50 pulzier) jew inqas u aċċessorji, kif ġej, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:

Nota

ML1. ma japplikax għal:

a.

Armi tan-nar iddiżinjati apposta għal munizzjon inerti u li mhumiex kapaċi jirrilaxxaw projettili;

b.

Armi tan-nar iddiżinjati apposta biex iwaddbu projettili marbuta mingħajr karga splussiva qawwija jew kollegament ta' komunikazzjoni, għal distanza mhux inqas minn jew ekwivalenti għal 500 m;

c.

Armi li jużaw munizzjon fi skartoċċ li ma jisparax miċ-ċentru u li mhumiex tat-tip ta’ sparar kompletament awtomatiku;

d.

"Armi tan-nar diżattivati".

a.

Azzarini u pistoli kkumbinati, pistoli tal-idejn, mitraljatriċi, submitraljatriċi u volley guns;

Nota

ML1.a. ma japplikax għal dan li ġej:

a.

Azzarini u pistoli kkumbinati, manifatturati qabel l-1938;

b.

Riproduzzjonijiet ta' azzarini u pistoli kkumbinati, li l-oriġinali tagħhom kienu manifatturati qabel l-1890;

c.

Pistoli tal-idejn, volley guns u machine guns manifatturati qabel l-1890, u r-riproduzzjonijiet tagħhom;

d.

Azzarini jew pistoli tal-idejn, iddiżinjati apposta biex jisparaw projettili inerti permezz ta’ arja kkumpressata jew CO2;

e.

Pistoli tal-idejn ddiżinjat apposta għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

1. Qtil ta' annimali domestiċi; jew

2.

Trankwilizzar tal-annimali.

b.

Armi b'kanna lixxa kif ġej:

1.

Armi b’kanna lixxa ddiżinjati apposta għall-użu militari;

2.

Armi b’kanna lixxa oħrajn kif ġej:

a.

Armi tat-tip awtomatiku;

b.

Armi tat-tip semiawtomatiku jew b’azzjoni pompa;

Nota

ML1.b.2. ma japplikax għal armi ddiżinjati apposta biex jisparaw projettili inerti permezz ta’ arja kkumpressata jew CO2.

Nota

ML1.b. ma japplikax għal dan li ġej:

a.

Armi b’kanna lixxa manifatturati qabel l-1938;

b.

Riproduzzjonijiet ta’ armi b’kanna lixxa, li l-oriġinali tagħhom kienu manifatturati qabel l-1890;

c.

Armi b’kanna lixxa użati għal skopijiet ta’ kaċċa jew sport. Dawn l-armi ma jridux ikunu ddiżinjati apposta għall-użu militari jew tat-tip ta’ sparar kompletament awtomatiku;

d.

Armi b’kanna lixxa ddiżinjati apposta għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

1.

Qtil ta' annimali domestiċi;

2

Trankwilizzar tal-annimali;

3.

Testijiet sismiċi;

4.

Sparar ta’ projettili industrijali; jew

5.

Strumenti splussivi Improvizzati (IEDs) ta’ Tfixkil.

N.B.

Għal strumenti ta’ tfixkil, ara ML4. u l-entrata 1A006 fil-Lista tal-UE ta’ żu Doppju.

c.

Armi li jużaw munizzjon mingħajr skartoċċ;

d.

Aċċessorji ddiżinjati għall-armamenti speċifikati minn ML1.a., ML1.b. jew ML1.c., kif ġej:

1.

Kompartimenti għall-kartriġis li jinqalgħu;

2.

Suppressuri jew moderaturi tal-ħoss;

3.

Muntaturi speċjali tal-ixkubetti;

4.

Suppressuri tal-flash;

5.

Apparat ta’ mira ottiku b’ipproċessar elettroniku tal-immaġni;

6.

Apparat ta’ mira ottiku ddiżinjat apposta għall-użu militari.

ML2

 

Armi b’kanna lixxa b’kalibru ta’ 20 mm jew aktar, armi jew armament oħra b’kalibru akbar minn 12,7 mm (kalibru ta’ 0.50 pulzier), projetturi ddiżinjati jew modifikati apposta għall-użu militari u aċċessorji, kif ġej, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:

a.

Xkubetti, howitzers, kanuni, kanuni tat-tip mortar, armi ta’ kontra t-tankijiet tal-gwerra, armi li jisparaw projettili, kanuni tal-fjammi militari, azzarini, azzarini mingħajr imbuttatura wara l-isparatura u armi biċ-ċilindru lixx;

Nota 1

ML2.a. jinkludi injetturi, apparati tal-metering, tankijiet tal-ħażna u komponenti oħra ddiżinjati apposta għall-użu b’kargi propellanti likwidi għal kwalunkwe mit-tagħmir speċifikat minn ML2.a.

Nota 2

ML2.a. ma japplikax għal armi kif ġej:

a.

Azzarini, armi b’kanna lixxa u pistoli kkumbinati, manifatturati qabel l-1938;

b.

Riproduzzjonijiet ta’ azzarini, armi b'kanna lixxa u pistoli kkumbinati, li l-oriġinali tagħhom kienu manifatturati qabel l-1890;

c.

Xkubetti, howitzers, kanuni u kanuni tat-tip mortar, manifatturati qabel l-1890;

d.

Armi b’kanna lixxa użati għal skopijiet ta’ kaċċa jew sport. Dawn l-armi ma jridux ikunu ddiżinjati apposta għall-użu militari jew tat-tip ta’ sparar kompletament awtomatiku;

e.

Armi b’kanna lixxa ddiżinjati apposta għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

1.

Qtil ta' annimali domestiċi;

2.

Trankwilizzar tal-annimali;

3.

Testijiet sismiċi;

4.

Sparar ta’ projettili industrijali; jew

5.

Strumenti splussivi Improvizzati (IEDs) ta’ Tfixkil;

N.B.

Għal strumenti ta’ tfixkil, ara ML4. u l-entrata 1A006 fil-Lista tal-UE ta’ Użu Doppju.

f.

Lanċaturi manwali ta’ projettili ddiżinjati apposta biex iwaddbu projettili marbuta mingħajr karga splussiva qawwija jew kollegament ta’ komunikazzjoni, fuq distanza ta’ inqas minn jew ekwivalenti għal 500 m.

b.

Projetturi ddiżinjati jew modifikati apposta għall-użu militari, kif ġej:

1.

Projetturi ta’ kanisters tad-duħħan;

2.

Projetturi ta’ kanisters tal-gass;

3.

Projetturi ta’ materjal pirotekniku;

Nota

ML2.b. ma japplikax għal pistoli tas-sinjal.

c.

Aċċessorji ddiżinjati apposta għall-armi speċifikati f’ML2.a., kif ġej:

1.

Apparat ta’ mira u muntaturi għall-apparat ta’ mira, iddiżinjati apposta għall-użu militari;

2.

Tagħmir għat-trażżin tas-senjatura;

3.

Montaturi;

4.

Kompartimenti għall-kartriġis li jinqalgħu;

d.

Ma ntużawx mill-2019.

ML3

 

Munizzjon u apparati tal-issettjar tal-fjus, kif ġej, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:

a.

Munizzjon għall-armi speċifikati minn ML1, ML2 jew ML12;

b.

Apparati tal-issettjar tal-fjus iddiżinjati apposta għal munizzjon speċifikati minn ML3.a.

Nota 1

Komponenti ddiżinjati apposta speċifikati minn ML3 jinkludu:

a.

Fabbrikazzjonijiet tal-metall jew tal-plastik bħal inkwini tal-kapsa, bullet cups, links tal-kartriġis, faxex li jduru u partijiet tal-metall tal-munizzjon;

b.

Apparati tas-safing u l-armar, fjusijiet, sensuri u apparati ta’ inizjazzjoni;

c.

Provvisti tal-enerġija b’output operatorju ta’ darba waħda għoli;

d.

Skrataċ kombustibbli għall-ikkargar;

e.

Submunizzjonijiet inkluż bombi żgħar, mini żgħar u projettili ggwidati terminalment.

Nota 2

ML3.a. ma japplika għall-ebda wieħed minn dawn li ġejjin:

a.

Munizzjon irbattut mingħajr projettili (blank star);

b.

Munizzjon inert ta’ struzzjoni b’kaxxetta mtaqqba;

c.

Munizzjon ieħor bjank u inerti, li ma jinkludix komponenti ddiżinjati għal munizzjon attiv; jew

d.

Komponenti ddiżinjati apposta għal munizzjon bjank jew inerti, speċifikati f’din in-Nota 2.a., b. jew c.

Nota 3

ML3.a. ma japplikax għal kartriġis iddiżinjati apposta għal kwalunkwe wieħed mill-finijiet li ġejjin:

a.

Sinjalar;

b.

Tbeżżigħ tal-għasafar; jew

c.

Mixegħla ta’ flares tal-gass fi bjar taż-żejt.

ML4

 

Bombi, torpedos, rokits, missili, apparati u kargi splussivi oħra u tagħmir u aċċessorji relatati, kif ġej, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:

N.B.1:

Għal tagħmir ta’ gwida u ta’ navigazzjoni, ara ML11.

N.B.2:

Għal Sistemi ta’ Protezzjoni tal-Missili tal-Inġenji tal-Ajru (AMPS), ara ML4.c.

a.

Bombi, torpedos, granati, kanisters tad-duħħan, rokits, mini, missili, kargi tal-fond, kargi tad-dimolizzjoni, apparati tad-dimolizzjoni, kits tad-dimolizzjoni, apparati “pirotekniċi”, kartriġis u simulaturi (jiġifieri, tagħmir li jimita l-karatteristiċi ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn l-oġġetti), iddiżinjat apposta għal użu militari;

Nota

ML4.a. jinkludi:

a.

Granati tad-duħħan, bombi tan-nar, bombi inċendjarji u apparati splussivi;

b.

Nozzles tal-missili jew tar-rokits u nosetips ta’ vettura ta’ dħul mill-ġdid.

b.

Tagħmir li għandu dan kollu li ġej:

1.

Iddiżinjat apposta għall-użu militari; kif ukoll

2.

Iddiżinjat apposta għal attivitajiet relatati ma’ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

a.

Oġġetti speċifikati minn ML4.a; jew

b.

Strumenti Splussivi Improvizzati (IEDs).

Nota Teknika:

Għall-fini ta’ ML4.b.2. “attivitajiet” tapplika għall-maniġġ, l-isparar, il-pożizzjonament, il-kontroll, id-diżinneskament, id-detonazzjoni, l-attivazzjoni, il-motorizzazzjoni b’output operattiv ta’ darba waħda, l-ingann, l-iġġammjar, il-knis, is-sejbien, id-disturb jew ir-rimi.

Nota 1

ML4.b. jinkludi:

a.

Tagħmir ta’ likwifikazzjoni tal-gass mobbli li kapaċi jipproduċi 1,000 kg jew aktar ta’ gass kuljum f’forma likwida;

b.

Kejbil ta’ konduzzjoni elettrika li jżomm fil-wiċċ adatt għall-knis ta’ mini manjetiċi.

Nota 2

ML4.b. ma japplikax għal apparati li jinżammu fl-idejn, limitati mid-disinn unikament għas-sejbien ta’ oġġetti tal-metall u li mhumiex kapaċi jiddistingwu bejn mini u oġġetti tal-metall oħrajn.

c.

Sistemi ta’ Protezzjoni tal-Inġenji tal-Ajru mill-Missili (AMPS).

Nota

ML4.c. ma japplikax għal AMPS li għandhom dan kollu li ġej:

a.

Kwalunkwe wieħed mis-sensuri antimissili li ġejjin:

1.

Sensuri passivi li jkollhom l-ogħla rispons bejn 100-400 nm; jew

2.

Sensuri antimissili b’impulsi attivi Doppler;

b.

Sistemi li joħorġu l-kontromiżuri;

c.

Flares, li juru kemm firma viżibbli kif ukoll firma infrared, biex jiddisturbaw missili mill-wiċċ għas-sema; kif ukoll

d.

Installati fuq “inġenju tal-ajru ċivili” u li għandu dan kollu li ġej:

1.

L-AMPS hija operabbli biss f’“inġenju tal-ajru ċivili” speċifiku li fih tkun installata l-AMPS speċifika u li għalih inħareġ kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

a.

Ċertifikat tat-Tip ċivili maħruġ mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tal-UE jew Stati Parteċipanti tal-Ftehim ta’ Wassenaar; jew

b.

Dokument ekwivalenti rikonoxxut mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO);

2.

L-AMPS tuża protezzjoni biex tipprevjeni aċċess mhux awtorizzat għal “software”; kif ukoll

3.

L-AMPS tinkorpora mekkaniżmu attiv li jġiegħel lis-sistema ma tiffunzjonax meta titneħħa mill-“inġenju tal-ajru ċivili” li fih tkun ġiet installata.

ML5

 

Tagħmir għall-kontroll tal-isparar, ta’ sorveljanza u ta’ twissija, u sistemi relatati, tagħmir ta’ ttestjar u allinjament u kontromiżura, kif ġej, iddiżinjat apposta għall-użu militari, u komponenti u aċċessorji ddiżinjati apposta għalihom:

a.

Apparat ta’ mira, kompjuters għall-ibbumbardjar, tagħmir ta’ puntament u sistemi għall-kontroll tal-armi;

b.

Tagħmir ieħor għall-kontroll tal-isparar, ta' sorveljanza u ta' twissija, u sistemi relatati, kif ġej:

1.

Sistemi ta’ akkwist, deżinjazzjoni, telemetrija, sorveljanza jew insegwiment tal-bersall;

2.

Tagħmir ta’ sejbien, ta’ rikonoxximent jew ta’ identifikazzjoni;

3.

Tagħmir għall-fużjoni tad-data jew għall-integrazzjoni ta’ sensuri;

c.

Tagħmir ta’ kontromiżura għall-oġġetti speċifikati minn ML5.a. jew ML5.b.;

Nota

Għall-finijiet ta’ ML5.c., it-tagħmir ta’ kontromiżura jinkludi t-tagħmir ta’ sejbien.

d.

Tagħmir ta’ test jew ta’ allinjament fuq il-post, iddiżinjat apposta għall-oġġetti speċifikati minn ML5.a., ML5.b. jew ML5.c.

ML6

 

Vetturi tal-art u komponenti, kif ġej:

N.B.

Għal tagħmir ta’ gwida u ta’ navigazzjoni, ara ML11.

a.

Vetturi tal-art u komponenti għalihom, iddiżinjati jew modifikati apposta għal użu militari;

Nota 1

ML6.a. jinkludi:

a.

Tankijiet u vetturi armati militari oħra u vetturi militari mgħammra b’muntaturi għall-armamenti jew it-tagħmir għat-tqegħid ta’ mini jew l-isparar ta’ munizzjon speċifikati minn ML4;

b.

Vetturi blindati;

c.

Vetturi anfibji u vetturi tajbin għal ġol-ilma;

d.

Vetturi tal-irkupru jew vetturi għall-irmunkar jew għat-trasportazzjoni ta’ munizzjon jew sistemi ta’ armi u tagħmir assoċjat ta’ maniġġar tat-tagħbija;

e.

Trejlers.

Nota 2

Modifika ta’ vettura tal-art għall-użu militari speċifikat minn ML6.a. teħtieġ bidla strutturali, elettrika jew mekkanika li tkun tinvolvi komponent wieħed jew aktar iddiżinjati apposta għal użu militari. Tali komponenti jinkludu:

a.

Koperturi ta’ tajers pnewmatiċi ta’ għamla ddiżinjati apposta biex ikunu tajbin kontra l-balal;

b.

Protezzjoni blindata ta’ partijiet vitali (pereżempju, it-tankijiet tal-fjuwil jew il-kabini tal-vetturi);

c.

Rinforzi jew muntaturi speċjali għall-armi;

d.

Tidwil tal-black-out.

b.

Vetturi oħra tal-art u komponenti, kif ġej:

1.

Vetturi li għandhom dan kollu li ġej:

a.

Manifatturati jew mgħammra b’materjali jew komponenti li jipprovdu protezzjoni ballistika ugwali għal-livell III (NIJ (3) 0108.01, Settembru 1985, jew “standards ekwivalenti”) jew aħjar minnu;

b.

Trażmissjoni biex tiġi pprovduta enerġija kemm għar-roti ta’ quddiem kif ukoll ta’ wara fl-istess ħin, inklużi dawk għall-vetturi li jkollhom roti addizzjonali għal skopijiet ta’ ġarr ta’ tagħbija kemm jekk misjuqa kif ukoll jekk mhux misjuqa;

c.

Klassi tal-Piż Gross tal-Vettura (Gross Vehicle Weight Rating – GVWR) ta’ aktar minn 4,500 kg; kif ukoll

d.

Iddiżinjati jew modifikati għal użu off-road;

2.

Komponenti li għandhom dan kollu li ġej:

a.

Iddiżinjati apposta għal vetturi speċifikati f’ML6.b.1.; kif ukoll

b.

Jipprovdu protezzjoni ballistika ugwali għal-livell III (NIJ 0108.01, Settembru 1985) jew aħjar minnu, jew “standards ekwivalenti”.

N.B.

Ara wkoll ML13.a.

Nota 1

ML6 ma japplikax għal vetturi ċivili ddiżinjati jew modifikati biex jiġu trasportati flus jew oġġetti ta' valur.

Nota 2

ML6. ma japplikax għal vetturi li jissodisfaw dan kollu li ġej;

a.

Ġew manifatturati qabel l-1946;

b.

Ma għandhomx l-oġġetti speċifikati f’dan l-Anness u manifatturati wara l-1945, minbarra riproduzzjonijiet ta’ komponenti oriġinali jew aċċessorji għall-vettura; kif ukoll

c.

Ma jinkorporawx armi speċifikati f’ML1., ML2. jew ML4. sakemm ma jkunux inoperabbli u ma jkunux jistgħu jisparaw xi projettili.

ML7

 

Aġenti kimiċi, “aġenti bijoloġiċi”, “aġenti ta' kontroll ta’ rvellijiet”, materjali radjuattivi, tagħmir, komponenti u materjali relatati, kif ġej:

a.

“Aġenti bijoloġiċi” jew materjali radjuattivi, magħżulin jew modifikati sabiex ikunu aktar effettivi biex jipproduċu vittmi umani jew annimali, jiddegradaw tagħmir jew jagħmlu ħsara lill-uċuh tar-raba’ jew lill-ambjent;

b.

Aġenti kimiċi tal-gwerra (CW) inkluż:

1.

Aġenti li jattakkaw is-sistema nervuża:

a.

O-Alkil (daqs jew inqas minn C10, inkluż ċikloalkil) alkil (Metil, Etil, n-Propil jew Isopropil) – fosfonofluworidati, bħal:

 

Sarin (GB):O-Isopropil metilfosfonofluworidat (CAS 107-44-8); kif ukoll

 

Soman (GD):O-Pinakolil metilfosfonofluworidat (CAS 96-64-0);

b.

O-Alkil (daqs jew inqas minn C10, inkluż ċikloalkil) N,N-dialkil (Metil, Etil, n-Propil jew Isopropil) fosforamidoċjanidati, bħal:

 

Tabun (GA):O-Etil N, N-dimetilfosforamidoċjanidat (CAS 77-81-6);

c.

O-Alkil (H jew daqs jew inqas minn C10, inkluż ċikloalkil) S-2-dialkil (Metil, Etil, n-Propil jew Isopropil)-amminoetil alkil (Metil, Etil, n-Propil jew Isopropil) fosfonotijolati u mluħa alkilati u protonati korrispondenti, bħal:

 

VX: O-Etil S-2-diisopropilamminoetil metil fosfonotijolat (CAS 50782-69-9);

2.

Aġenti viżikanti kimiċi tal-gwerra:

a.

Mustardi tal-kubrit, bħal:

1.

2-Kloroetilklorometilsulfid (CAS 2625-76-5);

2.

Bis(2-kloroetil) sulfur (CAS 505-60-2);

3.

Bis(2-kloroetiltijo) metan (CAS 63869-13-6);

4.

1,2-bis (2-kloroetiltijo) etan (CAS 3563-36-8);

5.

1,3-bis (2-kloroetiltijo) -n-propan (CAS 63905-10-2);

6.

1,4-bis (2-kloroetiltijo) -n-butan (CAS 142868-93-7);

7.

1,5-bis (2-kloroetiltijo) -n-pentan (CAS 142868-94-8);

8.

Bis (2-kloroetiltijometil) etere (CAS 63918-90-1);

9.

Bis (2-kloroetiltijometil) etere (CAS 63918-89-8);

b.

Lewisiti, bħalma huma:

1.

2-klorovinildikloroarsin (CAS 541-25-3);

2.

Tris (2-klorovinil) arsin (CAS 40334-70-1);

3.

Bis (2-klorovinil) kloroarsin (CAS 40334-69-8);

c.

Mustardi tan-nitroġenu, bħal:

1.

HN1: bis (2-kloroetil) etilammina (CAS 538-07-8);

2.

HN2: bis (2-kloroetil) metilammina (CAS 51-75-2);

3.

HN3: tris (2-kloroetil) ammina (CAS 555-77-1);

3.

Aġenti inkapaċitanti għall-gwerra kimika, bħalma huma:

a.

3-Kwinuklidinil benzilat (BZ) (CAS 6581-06-2);

4.

Aġenti defoljanti għall-gwerra kimika, bħalma huma:

a.

Butil 2-kloro-4-fluworofenossiaċetat (LNF);

b.

Aċidu 2,4,5-triklorofenossiaċetiku (CAS 93-76-5) imħallat mal-aċidu 2,4-diklorofenossiaċetiku (CAS 94-75-7) (Aġent Oranġjo (CAS 39277-47-9));

c.

Prekursuri binarji u prekursuri ewlenin għall-gwerra kimika, kif ġej:

1.

Alkil (Metil, Etil, n-Propil jew Isopropil) Fosfonil Difluworidi, bħal:

 

DF: Metil Fosfonildifluworid (CAS 676-99-3);

2.

O-Alkil (H jew daqs jew inqas minn C10, inkluż ċikloalkil) O-2-dialkil (Metil, Etil, n-Propil jew Isopropil)-amminoetil alkil (Metil, Etil, n-Propil jew Isopropil) fosfoniti u mluħa alkilati u protonati korrispondenti, bħal:

 

QL: O-Etil O-2-di-isopropilamminoetil metilfosfonit (CAS 57856-11-8);

3.

Klorosarin: O-Isopropil metilfosfonokloridat (CAS 1445-76-7);

4.

Klorosoman: O-Pinakolil metilfosfonokloridat (CAS 7040-57-5);

d.

“Aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet”, sustanzi kimiċi kostitwenti attivi u taħlitiet tagħhom, inkluż:

1.

α-Bromobenżeneaċetonitril, (Bromobenżil ċjanur) (CA) (CAS 5798-79-8);

2.

[(2-klorofenil) metilen] propandinitril, (o-Klorobenżilidenemalononitril (CS) (CAS 2698-41-1);

3.

2-Kloro-1-feniletanon, Klorur ta’ fenilaċil (ω-kloroaċetofenon) (CN) (CAS 532-27-4);

4.

Dibenż-(b,f)-1,4-ossażefin, (CR) (CAS 257-07-8);

5.

10-Kloro-5,10-diidrofenarsażin, (Klorur ta’ fenarsażin), (Adamsit), (DM) (CAS 578-94-9);

6.

N-Nonanoilmorfolin, (MPA) (CAS 5299-64-9);

Nota 1

ML7.d ma japplikax għal “aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet” ippakkjati b’mod individwali għal finijiet ta’ difiża personali.

Nota 2

ML7.d. ma japplikax għal sustanzi kimiċi kostitwenti attivi, u taħlitiet tagħhom, identifikati u ppakkjati għall-produzzjoni tal-ikel jew finijiet mediċi.

e.

Tagħmir iddiżinjat jew modifikat apposta għall-użu militari, iddiżinjat jew modifikat għad-disseminazzjoni ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:

1.

Materjali jew aġenti speċifikati minn ML7.a., ML7.b. jew ML 7d.; jew

2.

Aġenti kimiċi tal-gwerra magħmula minn prekursuri speċifikati minn ML7.c.;

f.

Tagħmir protettiv u ta’ dekontaminazzjoni, iddiżinjat jew modifikat apposta għal użu militari, komponenti u taħlitiet ta’ sustanzi kimiċi kif ġej:

1.

Tagħmir, iddiżinjat jew modifikat għad-difiża kontra materjali speċifikati minn ML7.a., ML7.b. jew ML7.d., u komponenti ddiżinjati apposta għal dan;

2.

Tagħmir, iddiżinjat jew modifikat għad-dekontaminazzjoni ta’ oġġetti kkontaminati b’materjali speċifikati minn ML7.a. jew ML7.b., u komponenti ddiżinjati apposta għal dan;

3.

Taħlitiet kimiċi żviluppati jew ifformulati apposta għad-dekontaminazzjoni ta’ oġġetti kontaminati minn materjali speċifikati minn ML7.a. jew ML7.b.;

Nota

ML7.f.1. jinkludi:

a.

Unitajiet ta’ kondizzjonament tal-arja ddiżinjati jew modifikati għal filtrazzjoni nukleari, bijoloġika jew kimika;

b.

Ilbies ta’ protezzjoni.

N.B.

Għal maskli tal-gass u tagħmir protettiv u ta’ dekontaminazzjoni ċivili, ara wkoll l-entrata 1A004 fuq il-Lista tal-UE ta’ Użu Doppju.

g.

Tagħmir iddiżinjat jew modifikat apposta għall-użu militari, iddiżinjat jew modifikat għas-sejbien jew l-identifikazzjoni ta’ materjali speċifikati minn ML7.a., ML7.b. jew ML7.d., u komponenti ddiżinjati apposta għal dan;

Nota

ML7.g. ma japplikax għal dożimetri personali għall-monitoraġġ ta’ radjazzjoni.

N.B.

Ara wkoll l-entrata 1A004 fuq il-Lista tal-UE ta’ Użu Doppju.

h.

“Bijopolimeri” ddiżinjati jew ipproċessati apposta għas-sejbien jew l-identifikazzjoni ta’ aġenti kimiċi tal-gwerra speċifikati minn ML7.b., u l-kulturi ta’ ċelloli speċifiċi użati biex dawn jiġu prodotti;

i.

“Bijokatalisti” għad-dekontaminazzjoni jew id-degradazzjoni ta’ aġenti kimiċi tal-gwerra, u s-sistemi bijoloġiċi tagħhom, kif ġej:

1.

“Bijokatalisti” ddiżinjati apposta għad-dekontaminazzjoni jew id-degradazzjoni ta’ aġenti kimiċi tal-gwerra speċifikati minn ML7.b., u li jirriżultaw mis-selezzjoni taħt direzzjoni fil-laboratorju jew il-manipulazzjoni ġenetika ta’ sistemi bijoloġiċi;

2.

Sistemi bijoloġiċi li fihom l-informazzjoni ġenetika speċifika għall-produzzjoni ta’ “bijokatalisti” speċifikati minn ML7.i.1., kif ġej:

a.

"Vektors ta' espressjoni";

b.

Virusijiet;

c.

Kulturi ta’ ċelloli.

Nota 1

ML7.b. u ML7.d. ma japplikawx għal dan li ġej:

a.

Klorur ċjanoġenu (CAS 506-77-4). Ara l-entrata 1C450.a.5. fuq il-Lista tal-UE ta’ Użu Doppju;

b.

Aċidu idroċijaniku (CAS 74-90-8);

c.

Kloru (CAS 7782-50-5);

d.

Klorur karbonil (fosġenu) (CAS 75-44-5). Ara l-entrata 1C450.a.4. fuq il-Lista tal-UE ta’ Użu Doppju;

e.

Difosġen (triklorometil-kloroformat) (CAS 503-38-8);

f.

Ma ntużax mill-2004;

g.

Bromur ksilil, orto: (CAS 89-92-9), meta: (CAS 620-13-3), para: (CAS 104-81-4);

h.

Benżil bromur (CAS 100-39-0);

i.

Benżil jodur (CAS 620-05-3);

j.

Aċetun bromo (CAS 598-31-2);

k.

Bromur ċjanoġenu (CAS 506-68-3);

l.

Metiletilketon bromo (CAS 816-40-0);

m.

Aċetun kloro (CAS 78-95-5);

n.

Jodoaċetat etil (CAS 623-48-3);

o.

Aċetun jodo (CAS 3019-04-3);

p.

Kloropikrin (CAS 76-06-2). Ara l-entrata 1C450.a.7. fuq il-Lista ta’ Użu-Doppju tal-UE.

Nota 2

Il-kulturi taċ-ċelloli u s-sistemi bijoloġiċi speċifikati minn ML7.h. u ML7.i.2. huma esklussivi u dawn is-subpunti ma japplikawx għal ċelloli jew sistemi bijoloġiċi għal finijiet ċivili, bħal dawk agrikoli, farmaċewtiċi, mediċinali, veterinarji, ambjentali, ġestjoni tal-iskart, jew fl-industrija tal-ikel.

ML8

 

“Materjali enerġetiċi”, u sustanzi relatati, kif ġej:

N.B.1.

Ara wkoll l-entrata 1C011 fuq il-Lista tal-UE ta’ Użu Doppju.

N.B.2.

Għal kargi u tagħmir, ara ML4 u l-entrata 1A008 dwar il-Lista tal-UE ta’ Użu Doppju.

Noti Tekniċi

1.

Għall-finijiet ta’ ML8, eskluż ML8.c.11. jew Ml8.c.12., ‘taħlita’ tirreferi għal kompożizzjoni ta’ żewġ sustanzi jew aktar b’minn tal-inqas sustanza waħda elenkata fis-subpunti ML8.

2.

Kwalunkwe sustanza elenkata fis-subpunti ta’ ML8 hija soġġetta għal din il-lista, anki meta użata f’applikazzjoni minbarra dik indikata. (pereżempju, TAGN hija fil-biċċa l-kbira użata bħala splussiv iżda tista’ tintuża wkoll bħala fjuwil jew bħala ossidant.)

3.

Għall-finijiet ta’ ML8., id-daqs tal-partiċella huwa d-dijametru medju tal-partiċella fuq bażi ta’ piż jew volum. Standards internazzjonali jew nazzjonali ekwivalenti ser jintużaw fit-teħid ta’ kampjuni u fid-determinazzjoni tad-daqs tal-partiċella.

a.

“Splussivi” kif ġej, u ‘taħlitiet’ tagħhom:

1.

ADNBF (amminodinitrobenżofurossan jew 7-ammino-4,6-dinitrobenżofurażan-1-ossidu) (CAS 97096-78-1);

2.

BNCP (cis-bis (5-nitrotetrażolatu) tetra ammina-kobalt (III) perklorat) (CAS 117412-28-9);

3.

CL-14 (diammino dinitrobenżofurossan jew 5,7-diammino-4,6-dinitrobenżofurażan-1-ossidu) (CAS 117907-74-1);

4.

CL-20 (HNIW jew Eżanitrueżaażajsowurtżitan) (CAS 135285-90-4); klatrati ta’ CL-20 (ara wkoll ML8.g.3. u g.4. għall-“prekursuri” tiegħu);

5.

CP (2-(5-ċjanotetrażolatu) penta ammina-kobalt (III) perklorat) (CAS 70247-32-4);

6.

DADE (1,1-diammino-2,2-dinitroetilen, FOX-7) (CAS 145250-81-3);

7.

DATB (diamminotrinitrobenżen) (CAS 1630-08-6);

8.

DDFP (1,4-dinitrodifurażanopiperażin);

9.

DDPO (2,6-diammino-3,5-dinitropirażin-1-ossidu, PZO) (CAS 194486-77-6);

10.

DIPAM (3,3'-diammino-2,2',4,4',6,6'-eżanitrobifenil jew dipikrammid) (CAS 17215-44-0);

11.

DNGU (DINGU jew dinitroglikoluril) (CAS 55510-04-8);

12.

Furażani kif ġej:

a.

DAAOF (DAAF, DAAFox, jew diamminoażossifurażan);

b.

DAAzF (diamminoażofurażan) (CAS 78644-90-3);

13.

HMX u derivati (ara wkoll ML8.g.5. għall-“prekursuri” tiegħu), kif ġej:

a.

HMX (Ċiklotetrametilentetranitrammina, ottaidru-1,3,5,7-tetranitro-1,3,5,7-tetrażin, 1,3,5,7-tetranitro-1,3,5,7-tetraża-ċikloottan, ottoġen jew ottoġene) (CAS 2691-41-0);

b.

analogi difluworoamminati ta’ HMX;

c.

K-55 (2,4,6,8-tetranitro-2,4,6,8-tetraażabiċiklo [3,3,0]-ottanon-3, tetranitrosemiglikouril jew keto-biċikliko HMX) (CAS 130256-72-3);

14.

HNAD (eżanitroadamantan) (CAS 143850-71-9);

15.

HNS (eżanitrostilben) (CAS 20062-22-0);

16.

Imidażoli kif ġej:

a.

BNNII (Ottaidro-2,5-bis(nitroimmino)imidażo [4,5-d]imidażol);

b.

DNI (2,4-dinitroimidażol) (CAS 5213-49-0);

c.

FDIA (1-fluworo-2,4-dinitroimidażol);

d.

NTDNIA (N-(2-nitrotriażolo)-2,4-dinitroimidażol);

e.

PTIA (1-pikril-2,4,5-trinitroimidażol);

17.

NTNMH (1-(2-nitrotriażolo)-2-dinitrometilen idrażina);

18.

NTO (ONTA jew 3-nitro-1,2,4-triażol-5-on) (CAS 932-64-9);

19.

Polinitrokubani b’aktar minn erba’ gruppi ta’ nitro;

20.

PYX (2,6-Bis(pikrilammino)-3,5-dinitropiridina) (CAS 38082-89-2);

21.

RDX u derivati, kif ġej:

a.

RDX (ċiklotrimetilentrinitrammina, ċiklonit, T4, eżaidro-1,3,5-trinitro-1,3,5-triażin, 1,3,5-trinitro-1,3,5-triaża-ċikloeżan, eżoġen jew eżoġene) (CAS 121-82-4);

b.

Keto-RDX (K-6 jew 2,4,6-trinitro-2,4,6-triażaċikloeżanon) (CAS 115029-35-1);

22.

TAGN (triamminogwanidinenitrat) (CAS 4000-16-2);

23.

TATB (triamminotrinitrobenżen) (CAS 3058-38-6) (ara wkoll ML8.g.7 għall-“prekursuri” tiegħu);

24.

TEDDZ (3,3,7,7-tetrabis(difluworoammina) ottaidro-1,5-dinitro-1,5-diażoċina);

25.

Tetrażoli kif ġej:

a.

NTAT (nitrotriażol amminotetrażol);

b.

NTNT (1-N-(2-nitrotriażolo)-4-nitrotetrażol);

26.

Tetril (trinitrofenilmetilnitrammina) (CAS 479-45-8);

27.

TNAD (1,4,5,8-tetranitro-1,4,5,8-tetraażadekalin) (CAS 135877-16-6) (ara wkoll ML8.g.6. għall-"prekursuri" tiegħu);

28.

TNAZ (1,3,3-trinitroażetidina) (CAS 97645-24-4) (ara wkoll ML8.g.2. għall-“prekursuri” tiegħu);

29.

TNGU (SORGUYL jew tetranitroglikoluril) (CAS 55510-03-7);

30.

TNP (1,4,5,8-tetranitro-piridażino[4,5-d]piridażina) (CAS 229176-04-9);

31.

Triażini kif ġej:

a.

DNAM (2-ossi-4,6-dinitroammino-s-triażina) (CAS 19899-80-0);

b.

NNHT (2-nitroimmino-5-nitro-eżaidro-1,3,5-triażina) (CAS 130400-13-4);

32.

Triażoli kif ġej:

a.

5-ażido-2-nitrotriażol;

b.

ADHTDN (4-ammino-3,5-diidrażino-1,2,4-triażol dinitrammida) (CAS 1614-08-0);

c.

ADNT (1-ammino-3,5-dinitro-1,2,4-triażol);

d.

BDNTA ([bis-dinitrotriażol]ammina);

e.

DBT (3,3'-dinitro-5,5-bi-1,2,4-triażol) (CAS 30003-46-4);

f.

DNBT (dinitrobistriażol) (CAS 70890-46-9);

g.

Ma ntużax mill-2010;

h.

NTDNT (1-N-(2-nitrotriażol) 3,5-dinitrotriażol);

i.

PDNT (1-pikril-3,5-dinitrotriażol);

j.

TACOT (tetranitrobenżotriażolobenżotriażol) (CAS 25243-36-1);

33.

“Splussivi” mhux elenkati xi mkien ieħor f’ML8.a. u li għandhom xi wieħed minn dawn li ġejjin:

a.

Veloċità ta’ detonazzjoni li taqbeż it-8,700 m/s, b’densità massima, jew

b.

Pressjoni ta’ detonazzjoni li taqbeż l-34 GPa (340 kbar);

34.

Ma ntużatx mill-2013;

35.

DNAN (2,4-dinitroanisol) (CAS 119-27-7);

36.

TEX (4,10-Dinitro-2,6,8,12-tetraossa-4,10-diażaisowurtżitan);

37.

GUDN (Gwanilurea dinitrammid) FOX-12 (CAS 217464-38-5);

38.

Tetrażini, kif ġej:

a.

BTAT (Bis(2,2,2-trinitroetil)-3,6-diamminotetrażina);

b.

LAX-112 (3,6-diammino-1,2,4,5-tetrażina-1,4-diossidu);

39.

Materjali joniċi enerġetiċi bejn 343 K (70 °C) u 373 K (100 °C) u b’veloċità ta’ detonazzjoni li taqbeż is-6,800 m/s jew pressjoni ta’ detonazzjoni li taqbeż it-18-il GPa (180 kbar);

40.

BTNEN (Bis(2,2,2-trinitroetil)-nitrammina) (CAS 19836-28-3);

41.

FTDO (5,6-(3',4'-furazano)- 1,2,3,4-tetrażina-1,3-diossidu);

42.

EDNA (Etilinedinitrammina) (CAS 505-71-5);

43.

TKX-50 (Diidrossilammonju 5,5'-bistetrażol-1,1'-diolat);

Nota

ML8.a. jinkludi ‘kokristalli splussivi’.

Nota Teknika

‘Kokristall splussiv’ huwa materjal solidu li huwa magħmul minn arranġament tridimensjonali f’ordni ta’ żewġ molekuli splussivi jew aktar, fejn tal-anqas wieħed minnhom ikun speċifikat fi ML8.a.

b.

“Propellanti”, kif ġej:

1.

Kwalunkwe “propellant” solidu b’impuls speċifiku teoretiku (taħt kondizzjonijiet standard) ta’ aktar minn:

a.

240 sekonda għal “propellant” mhux metallizzat, mhux aloġenizzat;

b.

250 sekonda għal “propellant” mhux metallizzat, aloġenizzat; jew

c.

260 sekonda għal “propellant” metallizzat;

2.

Ma ntużatx mill-2013;

3.

“Propellanti” b’forza kostanti ta’ aktar minn 1,200 kJ/kg;

4.

"Propellenti" li jistgħu jifilħu rata ta’ ħruq lineari ta’ stat kostanti ta’ aktar minn 38 mm/s f’kundizzjonijiet standard (kif imkejla fl-għamla ta’ filament uniku inibit) ta’ pressjoni ta’ 6.89 MPa (68.9 bar) u 294 K (21 °Ċ);

5.

“Propellanti” bbażati fuq Elastomeru Modifikat fuq Fużjoni Doppja (EMCDB) b’estensibbiltà bi stress massimu ta’ aktar minn 5 f’temperatura ta’ 233 K (- 40oC);

6.

Kwalunkwe “propellant” li fih sustanzi speċifikati minn ML8.a.;

7.

“Propellanti”, mhux speċifikati xi mkien ieħor f’dan l-Anness, iddiżinjati apposta għall-użu militari;

c.

“Pirotekniċi”, fjuwils u sustanzi relatati, kif ġej, u ‘taħlitiet’ tagħhom:

1.

Fjuwils tal-“inġenji tal-ajru” fformulati apposta għal finijiet militari;

Nota 1

ML8.c.1 ma japplikax għall-fjuwils tal-“inġenji tal-ajru” li ġejjin: JP-4, JP-5, u JP-8.

Nota 2 Fjuwils tal-“inġenji tal-ajru” speċifikati minn ML8.c.1. huma prodotti mitmuma mhux il-kostitwenti tagħhom.

2.

Alane (idrur tal-aluminju) (CAS 7784-21-6);

3.

Borani, kif ġej, u derivati tagħhom:

a.

Karborani;

b.

Omologi tal-boran, kif ġej:

1.

Dekaboran (14) (CAS 17702-41-9);

2.

Pentaboran (9) (CAS 19624-22-7);

3.

Pentaboran (11) (CAS 18433-84-6);

4.

Idrażina u derivati, kif ġej (ara wkoll ML8.d.8. u d.9. għal derivati ossidanti tal-idrażina):

a.

Idrażina (CAS 302-01-2) f’konċentrazzjonijiet ta’ 70 % jew aktar;

b.

Idrażina monometil (CAS 60-34-4);

c.

Idrażina dimetil simmetrika (CAS 540-73-8);

d.

Idrażina dimetil simmetrika (CAS 57-14-7);

Nota

ML8.c.4.a. ma japplikax għal ‘taħlitiet’ ta’ idrażina fformulati apposta għall-kontroll tal-korrużjoni.

5.

Fjuwils tal-metall, ‘taħlitiet’ tal-fjuwils jew ‘taħlitiet’“pirotekniċi”, b’forma ta’ partiċelli kemm jekk sferiċi, atomizzati, sferojdali, ifflejkjati jew mitħuna, manifatturati minn materjal li jikkonsisti f’99 % jew aktar minn kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

a.

Metalli, kif ġej, u ‘taħlitiet’ tagħhom:

1.

Berillju (CAS 7440-41-7) f’daqsijiet ta’ partiċelli ta’ anqas minn 60 μm;

2.

Trab tal-ħadid (CAS 7439-89-6) b’daqs ta’ partiċelli ta’ 3 μm jew anqas prodott bir-riduzzjoni ta’ ossidu tal-ħadid bl-idroġenu;

b.

‘Taħlitiet’ li fihom kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

1.

Zirkonju (CAS 7440-67-7), manjeżju (CAS 7439-95-4) jew ligi ta’ dawn f’daqsijiet ta’ partiċelli ta’ anqas minn 60 μm; jew

2.

Fjuwils minn boron (CAS 7440-42-8) jew karbur tal-boron (CAS 12069-32-8) ta’ purezza ta’ 85 % jew ogħla u daqsijiet ta’ partiċelli ta’ anqas minn 60 μm;

Nota 1

ML8.c.5. japplika għal “splussivi” u fjuwils, kemm jekk il-metalli jew il-ligi huma maqbuda f'kapsula tal-aluminju, tal-manjeżju, taż-żirkonju, jew tal-berillju, kif ukoll jekk le.

Nota 2

ML8.c.5.b. japplika biss għall-fjuwils tal-metall f’forma ta’ partiċelli meta jkunu mħallta ma’ sustanzi oħra biex jifformaw ‘taħlita’ fformulata għall-iskopijiet militari bħal sospensjoni magħquda ta’ “propellant” likwidu, “propellanti” solidi, jew ‘taħlitiet’“pirotekniċi”.

Nota 3

ML8.c.5.b.2. ma japplikax għal boron u karbur tal-boron arrikkit b’boron-10 (20 % jew aktar ta’ kontenut totali ta’ boron-10.)

6.

Materjali militari, li fihom ħaxxiena għal fjuwils idrokarburi, ifformulati apposta għall-użu f'kanuni tal-fjammi jew munizzjonijiet inċendjarji, bħal stearati tal-metall (pereżempju, ottal (CAS 637-12-7)) jew palmitati;

7.

Perklorati, klorati u kromati, kompożitati b’metall fi trab jew komponenti oħra ta’ fjuwils b’kontenuti għolja ta’ enerġija;

8.

Trab tal-aluminju sferiku jew sferojdali (CAS 7429-90-5) b’daqs ta’ partiċelli ta’ 60 μm jew anqas u manifatturat minn materjal b’kontenut ta’ aluminju ta’ 99 % jew aktar;

9.

Subidridu tat-titanju (TiHn) ta’ stojkjometrija ekwivalenti għal n= 0,65-1,68;

10.

Fjuwils likwidi b’densità ta’ enerġija għolja mhux speċifikati f’ML8.c.1., kif ġej:

a.

Fjuwils mħallta, li jinkludu fjuwils kemm solidi kif ukoll likwidi, (pereżempju tajn tal-boron), b’densità ta’ enerġija bbażata fuq il-massa ta’ 40 MJ/kg jew iktar;

b.

Fjuwils u addittivi ta’ fjuwils oħrajn b’densità ta’ enerġija għolja (pereżempju, kuban, soluzzjonijiet joniċi, JP-7, JP-10) li għandhom densità ta’ enerġija bbażata fuq il-volum ta’ 37,5 GJ għal kull metru kubu jew iktar, b’temperatura ta’ 293 K (20 °C) u pressjoni tal-atmosfera (101.325 kPa);

Nota

ML8.c.10.b. ma japplikax għal fjuwils fossili raffinati jew bijofjuwils, jew fjuwils għal magni ċċertifikati għall-użu fl-avjazzjoni ċivili.

11.

Materjali “pirotekniċi” u piroforiċi, kif ġej:

a.

Materjali “pirotekniċi” jew piroforiċi fformulati speċifikament sabiex itejbu jew jikkontrollaw il-produzzjoni ta’ enerġija rradjata fi kwalunkwe parti tal-ispettru IR;

b.

Taħlitiet tal-manjeżju, politetrafluworoetilen (PTFE) u kopolimeru ta’ difluworidu-eżafluworopropilen tal-viniliden (pereżempju, MTV);

12.

Taħlitiet tal-fjuwils, taħlitiet “pirotekniċi” jew “materjali enerġetiċi”, mhux speċifikati mkien ieħor f’ML8, li għandhom dan kollu li ġej:

a.

Li fihom aktar minn 0,5 % ta’ partiċelli ta’ kwalunkwe minn dan li ġej:

1.

Aluminju;

2.

Berillju;

3.

Boron;

4.

Żirkonju;

5.

Manjeżju; jew

6.

Titanju;

b.

Partiċelli speċifikati minn ML8.c.12.a. b’daqs anqas minn 200 nm fi kwalunkwe direzzjoni; kif ukoll

c.

Partiċelli speċifikati minn ML8.c.12.a. b’kontenut tal-metall ta’ 60 % jew aktar;

Nota

ML8.c.12. jinkludi termiti.

d.

Ossidanti, kif ġej, u ‘taħlitiet’ tagħhom:

1.

ADN (ammonju dinitrammid jew SR 12) (CAS 140456-78-6);

2.

AP (ammonju perklorat) (CAS 7790-98-9);

3.

Komposti magħmula minn fluworu u kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

a.

Aloġeni oħrajn;

b.

Ossiġenu; jew

c.

Nitroġenu;

Nota 1

ML8.d.3 ma japplikax għal kloru trifluworid (CAS 7790-91-2).

Nota 2

ML8.d.3 ma japplikax għal nitroġenu trifluworid (CAS 7783-54-2) fl-istat gassuż tiegħu.

4.

DNAD (1,3-dinitro-1,3-diażetidina) (CAS 78246-06-7);

5.

HAN (idrossilammonju nitrat) (CAS 13465-08-2);

6.

HAP (idrossilammonju perklorat) (CAS 15588-62-2);

7.

HNF (idrażinju nitroformat) (CAS 20773-28-8);

8.

Nitrat tal-idrażina (CAS 37836-27-4);

9.

Perklorat tal-idrażina (CAS 27978-54-7);

10.

Ossidanti likwidi magħmula minn jew li fihom aċidu nitriku fumanti aħmar inibit (IRFNA) (CAS 8007-58-7);

Nota

ML8.d.10 ma japplikax għal aċidu nitriku fumanti mhux inibit.

e.

Bajnders, plastikizzaturi, monomeri u polimeri, kif ġej:

1.

AMMO (ażidometilmetilossetan u l-polimeri tiegħu) (CAS 90683-29-7) (ara wkoll ML8.g.1. għall-“prekursuri” tiegħu);

2.

BAMO (3,3-bis(ażidometil)ossetan u l-polimeri tiegħu) (CAS 17607-20-4) (ara wkoll ML8.g.1. għall-“prekursuri” tiegħu);

3.

BDNPA (bis (2,2-dinitropropil)aċetal) (CAS 5108-69-0);

4.

BDNPF (bis (2,2-dinitropropil)formal) (CAS 5917-61-3);

5.

BTTN (butantrioltrinitrat) (CAS 6659-60-5) (ara wkoll ML8.g.8. għall-“prekursuri” tiegħu);

6.

Monomeri, plastikizzaturi jew polimeri enerġetiċi, ifformulati b’mod speċjali għall-użu militari u li fihom kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin;

a.

Gruppi ta’ nitro;

b.

Gruppi ta’ ażido;

c.

Gruppi ta’ nitrat;

d.

Gruppi ta’ nitraża; jew

e.

Gruppi ta’ difluworoammin;

7.

FAMAO (3-difluworoamminometil-3-ażidometil ossetan) u l-polimeri tiegħu;

8.

FEFO (bis-(2-fluworo-2,2-dinitroetil) formal) (CAS 17003-79-1);

9.

FPF-1 (poli-2,2,3,3,4,4-eżafluworopentan-1,5-diol formal) (CAS 376-90-9);

10.

FPF-3 (poli-2,4,4,5,5,6,6-ettafluworo-2-tri-fluworometil-3-ossaettan-1,7-diol formal);

11.

GAP (polimeru ta’ gliċidilażid) (CAS 143178-24-9) u d-derivati tiegħu;

12.

HTPB (ħidroksil polibutadjen terminat) b’funzjonalità idroksila daqs jew akbar minn 2,2 u inqas minn jew daqs 2,4, valur idroksil ta’ anqas minn 0,77 meq/g, u viskosità fi 30 °C ta’ anqas minn 47 poise (CAS 69102-90-5);

13.

Poli(epikloroidrin) alkoħol funzjonalizzat, b’piż molekolari ta’ anqas minn 10 000, kif ġej:

a.

Poli(epikloroidrindiol);

b.

Poli(epikloroidrintriol)

14.

NENAs (komposti nitratoetilnitrammini) (CAS 17096-47-8, 85068-73-1, 82486-83-7, 82486-82-6 u 85954-06-9);

15.

PGN (poli-GLYN, poligliċidilnitrat jew poli(nitratometil ossiran)) (CAS 27814-48-8);

16.

Poli-NIMMO (poli (nitratometilmetilossetan), poli-NMMO jew poli(3-Nitratometil-3-metilossetan)) (CAS 84051-81-0);

17.

Polinitroortokarbonati;

18.

TVOPA (1,2,3-tris[1,2-bis(difluworoammino)etossi] propan jew tris vinossi propan addott) (CAS 53159-39-0);

19.

4,5 diażidometil-2-metil-1,2,3-triażol (iso-DAMTR);

20.

PNO (Poli(3-nitrato ossetan));

21.

TMETN (Trimetiloletan trinitrat) (CAS 3032-55-1);

f.

“Addittivi”, kif ġej:

1.

Ram saliċilat bażiku (CAS 62320-94-9);

2.

BHEGA (bis-(2-idrossietil) glikolammid) (CAS 17409-41-5);

3.

BNO (butadienenitrilossidu);

4.

Derivati tal-ferroċen kif ġej:

a.

Butaċen (CAS 125856-62-4);

b.

Katoċen (2,2-bis-etilferroċenil propan) (CAS 37206-42-1);

c.

Aċidi karbossiliċi tal-ferroċen u esteri tal-aċidi karbossiliċi tal-ferroċen;

d.

n-butil-ferroċen (CAS 31904-29-7);

e.

Derivattivi polimeri addotti tal-ferroċen oħra mhux speċifikati mkien ieħor f’ML8.f.4. ;

f.

Etil ferroċen (CAS 1273-89-8);

g.

Propil ferroċen;

h.

Pentil ferroċen (CAS 1274-00-6);

i.

Diċiklopentil ferroċen;

j.

Diċikloeżil ferroċen;

k.

Dietil ferroċen (CAS 1273-97-8);

l.

Dipropil ferroċen;

m.

Dibutil ferroċen (CAS 1274-08-4);

n.

Dieżil ferroċen (CAS 93894-59-8);

o.

Aċetil ferroċen (CAS 1271-55-2)/1,1'-diaċetil ferroċen (CAS 1273-94-5);

5.

Beta-resorċilat taċ-ċomb (CAS 20936-32-7) jew beta-risorċilat tar-ram (CAS 70983-44-7);

6.

Ċitrat taċ-ċomb (CAS 14450-60-3);

7.

Kelati taċ-ċomb-ram ta’ beta-risorċilat jew saliċilati (CAS 68411-07-4);

8.

Maleat taċ-ċomb (CAS 19136-34-6);

9.

Saliċilat taċ-ċomb (CAS 15748-73-9);

10.

Stannat taċ-ċomb (CAS 12036-31-6);

11.

MAPO (tris-1-(2-metil)ażiridinil fosfin ossidu) (CAS 57-39-6); BOBBA 8 (bis(2-metil ażiridinil) 2-(2-idrossipropanossi) propilammin fosfin ossidu); u derivati MAPO oħra;

12.

Metil BAPO (bis(2-metil ażiridinil) metilammin fosfin ossidu) (CAS 85068-72-0);

13.

N-metil-p-nitroanilin (CAS 100-15-2);

14.

3-Nitraża-1,5-pentan diisoċjanat (CAS 7406-61-9);

15.

Aġenti ta’ gganċjar organo-metalliċi kif ġej:

a.

Neopentil[diallil]oxi, tri[dioctil]fosfat-titanate (CAS 103850-22-2); magħruf ukoll bħala titanju IV, 2,2[bis 2-propenolato-metil, butanolato, tris (dioctil) fosfato] (CAS 110438-25-0); jew LICA 12 (CAS 103850-22-2);

b.

Titanju IV, [(2-propenolato-1) metil, n-propanolatometil] butanolato-1, tris[diottil] pirofosfat jew KR3538;

c.

Titanju IV, [(2-propenolato-1) metil, n-propanolatometil] butanolato-1, tris(diottil) fosfat;

16.

Poliċjanodifluworoamminoetileneossidu;

17.

Aġenti li jgħaqqdu kif ġej:

a.

1,1R,1S-trimesoil-tris(2-etilażiridina) (HX-868, BITA) (CAS 7722-73-8);

b.

Ammidi ażirdini polifunzjonali bi strutturi ta’ rinforz isoftaliċi, trimesiċi, isoċjanuriċi jew trimetiladipiċi u li għandhom ukoll grupp ażiridiniku ta’ 2-metil jew 2-etil;

Nota

Il-punt ML.8.f.17.b. jinkludi:

a.

1,1H- Isoftaloil-bis(2-metilażiridina)(HX-752) (CAS 7652-64-4);

b.

2,4,6-tris(2-etil-1-ażiridinil)-1,3,5-triażina (HX-874) (CAS 18924-91-9);

c.

1,1'-trimetiladipoil-bis(2-etilażiridina) (HX-877)(CAS 71463-62-2).

18.

Propilenimmina (2-metilażiridina) (CAS 75-55-8);

19.

Ossidu tal-ħadid fin ħafna (Fe2O3) (CAS 1317-60-8) b’medda tal-wiċċ speċifika aktar minn 250 m2/g u daqs medju tal-partiċelli ta’ 3,0 nm jew anqas;

20.

TEPAN (tetraetilinpentaamminakrilonitril) (CAS 68412-45-3); poliammini ċjanoetilati u l-imluħa tagħhom;

21.

TEPANOL (tetraetilenepentaamminaakrilonitrilegliċidol) (CAS 68412-46-4); poliammini ċjanoetilati addotti bi gliċidol u l-imluħa tagħhom;

22.

TPB (trifenil bismut) (CAS 603-33-8);

23.

TEPB (Tris (etossifenil) bismut) (CAS 90591-48-3);

g.

“Prekursuri” kif ġej:

N.B.

F’ML8.g. ir-referenzi huma għal “Materjali Enerġetiċi” speċifikati manifatturati minn dawn is-sustanzi.

1.

BCMO (3,3-bis(klorometil)ossetan) (CAS 78-71-7)

(ara wkoll ML8.e.1. u e.2.);

2.

Melħ dinitroażetidin-t-butil (CAS 125735-38-8) (ara wkoll ML8.a.28.);

3.

Derivati tal-eżaażaisowurtżitan inkluż HBIW (eżabenżileżaażaisowurtżitan) (CAS 124782-15-6) (ara wkoll ML8.a.4.) u TAIW (tetraaċetildibenżileżaażaisowurtżitan) (CAS 182763-60-6) (ara wkoll ML8.a.4.);

4.

Ma ntużatx mill-2013;

5.

TAT (1,3,5,7 tetraaċetil-1,3,5,7,-tetraaża ċiklo-ottan) (CAS 41378-98-7) (ara wkoll ML8.a.13.);

6.

1,4,5,8-tetraażadekalin (CAS 5409-42-7) (ara wkoll ML8.a.27.);

7.

1,3,5-triklorobenżen (CAS 108-70-3) (ara wkoll ML8.a.23.);

8.

1,2,4-triidrossibutan (1,2,4-butantriol) (CAS 3068-00-6) (ara wkoll ML8.e.5.);

9.

DADN (1,5-diaċetil-3,7-dinitro-1, 3, 5, 7-tetraaża-ċikloottan) (ara wkoll ML8.a.13).

h.

Trab u forom ta’ ‘materjal reattiv’, kif ġej:

1.

Trab ta’ xi wieħed mill-materjali li ġejjin, b’daqs tal-partiċella ta’ inqas minn 250 μm f’kull direzzjoni u mhux speċifikati mkien ieħor minn ML8:

a.

Aluminju;

b.

Nijobju;

c.

Boron;

d.

Żirkonju;

e.

Manjeżju;

f.

Titanju;

g.

Tantalju;

h.

Tungstenu;

i.

Molibdenu; jew

j.

Afnju;

2.

Forom, mhux speċifikati minn ML3, ML4, ML12 jew ML16, magħmulin minn trab speċifikati minn ML8.h.1.

Noti Tekniċi

1.

‘Materjali reattivi’ huma ddiżinjati biex jipproduċu reazzjoni esotermika biss b’rati ta’ pressjoni għolja u għal użu bħala kisjiet jew koperturi f’testati.

2.

Trab ta’ ‘materjal reattiv’ jiġi prodott, pereżempju, minn proċess ta’ tħin bl-isferi b’livell għoli ta’ enerġija.

3.

Forom ta’ ‘materjal reattiv’ jiġu prodotti, pereżempju, minn sinterizzazzjoni selettiva bil-laser.

Nota 1

ML8 ma japplikax għas-sustanzi li ġejjin dment li mhumiex magħquda jew imħallta mal-"materjal enerġetiku" speċifikat f'ML8.a. jew metalli fi trab speċifikati minn ML8.c.:

a.

Pikrat tal-ammonju (CAS 131-74-8);

b.

Trab iswed;

c.

Eżanitrodifenilammina (CAS 131-73-7);

d.

Difluworoammina (CAS 10405-27-3);

e.

Nitrolamtu (CAS9056-38-6);

f.

Nitrat tal-potassju (CAS 7757-79-1);

g.

Tetranitronaftalina;

h.

Trinitruaniżol;

i.

Trinitronaftalina;

j.

Trinitrossilen;

k.

N-pirrolidinon; 1-metil-2-pirrolidinon (CAS 872-50-4);

l.

Diottilmaleat (CAS 142-16-5);

m.

Etileżilakrilat (CAS 103-11-7);

n.

Trietilaluminju (TEA) (CAS 97-93-8), trimetilaluminju (TMA) (CAS 75-24-1), u alkili tal-metall piroforiċi oħra u arili tal-litju, sodju, manjeżju, żingu jew boron;

o.

Nitroċellulożju (CAS 9004-70-0);

p.

Nitrogliċerina (jew gliċeroltrinitrat, trinitrogliċerina) (NG) (CAS 55-63-0);

q.

2,4,6-trinitrutoluwen (TNT) (CAS 118-96-7);

r.

Etilendiamminadinitrat (EDDN) (CAS 20829-66-7);

s.

Pentaeritritoltetranitrat (PETN) (CAS 78-11-5);

t.

Ażid taċ-ċomb (CAS 13424-46-9), stifnat taċ-ċomb normali (CAS 15245-44-0) u stifnat taċ-ċomb bażiku (CAS 12403-82-6) u splussivi primarji jew kompożizzjonijiet ta’ innesk li fihom ażidi jew kumplessi ta’ ażid;

u.

Trietilenglikoldinitrat (TEGDN) (CAS 111-22-8);

v.

2,4,6-trinitroresorċinol (aċidu stifniku) (CAS 82-71-3);

w.

Dietildifenilureja (CAS 85-98-3); dimetildifenilurea (CAS 611-92-7); metiletildifenil urea [Ċentraliti];

x.

N,N-difenilurea (difenilurea mhux simmetrika) (CAS 603-54-3);

y.

Metil-N,N-difenilurea (difenilurea mhux simmettrika tal-metil) (CAS 13114-72-2);

z.

Metil-N,N-difenilurea (difenilurea mhux simmettrika tal-metil) (CAS 64544-71-4);

aa.

2-Nitrodifenilammina (2-NDPA) (CAS 119-75-5);

bb.

4-Nitrodifenilammina (4-NDPA) (CAS 836-30-6);

cc.

2,2-dinitropropanol (CAS 918-52-5);

dd.

Nitrogwanidina (CAS 556-88-7)(ara l-entrata 1C011.d. fuq il-Lista tal-UE ta’ Użu Doppju).

Nota 2

ML8. ma japplikax għall-perklorat tal-ammonju (ML8.d.2.), NTO (ML8.a.18.) jew katoċen (ML8.f.4.b.), u għandu jissodisfa dan kollu:

a.

Magħmulin u fformulati b’mod speċjali għal apparat li jiġġenera l-gass għal użu ċivili;

b.

Komposti jew imħalltin, permezz ta’ bajnders jew plastifikanti ffurmati bis-sħana u mhux attivi, u li għandhom massa ta’ anqas minn 250 g;

c.

B’mhux aktar minn 80 % ta’ ammonju perklorat (ML8.d.2.) f’massa ta’ materjal attiv;

d.

B’4 g jew anqas ta’ NTO (ML8.a.18.); kif ukoll

e.

B’1 g jew anqas ta’ katoċen (ML8.f.4.b.).

ML9

 

Bastimenti tal-gwerra (fil-wiċċ jew ta’ taħt l-ilma), tagħmir navali speċjali, aċċessorji, komponenti u bastimenti tal-wiċċ oħra, kif ġej:

N.B.

Għal tagħmir ta' gwida u ta' navigazzjoni, ara ML11.

a.

Bastimenti u komponenti, kif ġej:

1.

Bastimenti (tal-wiċċ jew ta’ taħt l-ilma) iddiżinjati jew modifikati apposta għal użu militari, irrispettivament mill-istat kurrenti ta’ tiswija jew kondizzjoni ta’ ħidma, u kemm jekk fihom sistemi jew armaturi ta’ fornitura ta’ armi kif ukoll jekk le, u bwieq jew partijiet mill-bwieq għal tali bastimenti, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom għal użu militari;

Nota

ML9.a.1. jinkludi vetturi ddiżinjati jew modifikati apposta għat-twassil tal-bugħaddasa.

2.

Bastimenti tal-wiċċ, għajr dawk speċifikati f’ML9.a.1., li għandhom kwalunkwe element minn dawn, installati jew integrati fil-bastiment:

a.

Armi awtomatiċi - speċifikati f’ML1, jew armi speċifikati f’ML2, ML4, ML12 jew ML19, jew ‘muntaturi’ jew punti ta’ konnessjoni (hard points) għal armi b’kalibru ta’ 12,7 mm jew aktar;

Nota Teknika

‘Muntaturi’ tirreferi għal muntaturi tal-armi jew tisħiħ strutturali għall-fini li jiġu installati l-armi.

b.

Sistemi għall-kontroll tan-nar speċifikati f’ML5;

c.

Għandhom dan kollu li ġej:

1.

‘Protezzjoni Kimika, Bijoloġika, Radjoloġika u Nukleari (CBRN)’; kif ukoll

2.

‘Sistema pre-wet jew wash down’ iddiżinjata għal finijiet ta’ dekontaminazzjoni; jew

Noti Tekniċi

1.

‘Protezzjoni CBRN’ hija spazju intern awtonomu li fih karatteristiċi bħal pressjoni eċċessiva, iżolament tas-sistemi ta’ ventilazzjoni, numru limitat ta’ fetħiet għall-ventilazzjoni li jkunu mgħammra b’filtri CBRN u punti ta’ aċċess għall-persunal limitati li jkunu mgħammra b’air-locks.

2.

‘Sistema pre-wet jew washdown’ hija sistema li tisprejja l-ilma baħar li tista’ xxarrab fl-istess waqt is-sovrastruttura esterna u l-gverti ta’ bastiment.

d.

Sistemi attivi ta’ kontromiżuri għal armi speċifikati f’ML4.b., ML5.c. jew ML11.a. u li għandhom kwalunkwe element minn dawn li ġejjin:

1.

‘Protezzjoni CBRN’;

2.

Buq u sovrastruttura ddiżinjati apposta biex inaqqsu l-marka li titħalla fuq ir-radar;

3.

Tagħmir għat-tnaqqis tal-marka termali, (pereżempju sistema għat-tkessiħ tal-gassijiet tal-egżost), għajr dak maħsub apposta biex ikabbar l-effiċjenza ġenerali tal-impjant tal-enerġija jew biex jitnaqqas l-impatt ambjentali; jew

4.

Sistema ta’ degaussing iddiżinjata biex tnaqqas is-senjatura manjetika tal-bastiment kollu;

b.

Magni u sistemi ta’ propulsjoni, kif ġej, iddiżinjati apposta għall-użu militari, u komponenti u aċċessorji tagħhom iddiżinjati apposta għall-użu militari:

1.

Magni diżil iddiżinjati apposta għas-sottomarini;

2.

Magni jaħdmu bl-elettriku ddiżinjati apposta għas-sottomarini u li għandhom l-elementi kollha li ġejjin:

a.

Ħruġ ta' enerġija ta' aktar minn 0,75 MW (1000 hp);

b.

Irriversjar rapidu;

c.

Imkessħa bil-likwidu; kif ukoll

d.

Kompletament magħluqa;

3.

Magni diżil mhux manjetiċi li għandhom l-elementi kollha li ġejjin:

a.

Output ta' enerġija ta' 37,3 kW (50 hp) jew aktar; kif ukoll

b.

Kontenut ‘mhux manjetiku’ li jaqbeż il-75 % tal-massa totali;

Nota Teknika

Għall-finijiet ta' Ml9.b.3, ‘mhux manjetiku’ tfisser li l-permeabilità relattiva hija inqas minn 2.

4.

Sistemi ta’ ‘Propulsjoni Indipendenti mill-Arja’ (AIP) iddiżinjati apposta għas-sottomarini;

Nota Teknika

‘Propulsjoni Indipendenti mill-Arja’ (AIP) tippermetti lil sottomarin taħt l-ilma jopera s-sistema ta’ propulsjoni tiegħu, mingħajr aċċess għal ossiġenu atmosferiku, għal żmien itwal minn dak li kien ikun possibbli mill-batteriji. Għall-finijiet ta’ ML9.b.4, AIP ma tinkludix enerġija nukleari.

c.

Apparat ta’ sejbien ta’ taħt l-ilma, iddiżinjat apposta għall-użu militari, u l-kontrolli u l-komponenti tiegħu ddiżinjati apposta għall-użu militari;

d.

Xbieki kontra s-sottomarini u xbieki kontra t-torpedos, iddiżinjati apposta għall-użu militari;

e.

Ma ntużatx mill-2003;

f.

Penetraturi u konnetturi tal-buq, iddiżinjati apposta għall-użu militari, li jippermettu l-interazzjoni ma’ tagħmir estern għal bastiment, u l-komponenti tagħhom iddiżinjati apposta għall-użu militari;

Nota

ML9.f. jinkludi konnetturi għal bastimenti li huma tat-tip tal-konduttur uniku, ta’ diversi kondutturi, koassjali jew waveguide, u penetraturi tal-buq għall-bastimenti, li t-tnejn li huma kapaċi jibqgħu jirreżistu d-dħul tal-ilma minn barra u li jżommu l-karatteristiċi meħtieġa fi profonditajiet marini li jaqbżu l-100 m; u konnetturi tal-fibrottika u penetraturi ottiċi tal-buq, iddiżinjati apposta għat-trasmissjoni ta’ raġġi "laser", irrispettivament mill-profondità. ML9.f. ma japplikax għal penetraturi tal-buq control-rod bix-xaft propulsiv u idrodinamiċi.

g.

Bearings silenzjużi li għandhom kwalunkwe wieħed mill-komponenti tagħhom li ġejjin, iddiżinjati apposta għall-użu militari:

1.

Sospensjoni bil-gass jew manjetika;

2.

Kontrolli tal-marka attiva; jew

3.

Kontrolli għas-soppressjoni tal-vibrazzjonijiet.

h.

Tagħmir li jiġġenera enerġija nukleari jew tagħmir ta’ propulsjoni, iddiżinjat apposta għall-bastimenti speċifikati f’ML9.a. u komponenti tagħhom iddiżinjati jew ‘modifikati’ apposta għall-użu militari.

Nota Teknika

Għall-fini ta’ ML9.h, ‘modifikati’ tfisser kwalunkwe bidla strutturali, elettrika, mekkanika jew ta’ tip ieħor li tipprovdi oġġett mhux militari b’kapaċitajiet ekwivalenti għal oġġett li huwa ddiżinjat apposta għall-użu militari.

Nota

ML9.h. jinkludi “reatturi nukleari”.

ML10

 

“Inġenji tal-ajru”, “vetturi eħfef mill-arja”, “vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ” (“UAVs”), aeromagni u tagħmir għall-“inġenji tal-ajru”, tagħmir u komponenti relatati, kif ġej, iddiżinjati jew modifikati apposta għall-użu militari:

N.B.

Għal tagħmir ta' gwida u ta' navigazzjoni, ara ML11.

a.

“Inġenji tal-ajru” u “vetturi eħfef mill-arja” b’ekwipaġġ, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom;

b.

Ma ntużatx mill-2011;

c.

“Inġenji tal-ajru” mingħajr ekwipaġġ u “vetturi eħfef mill-arja”, u tagħmir relatat, kif ġej, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:

1.

“UAVs”, Vetturi tal-Ajru Pilotati mill-Bogħod (RPVs), vetturi programmabbli awtonomi u “vetturi eħfef mill-arja” mingħajr ekwipaġġ;

2.

Lanċaturi, tagħmir ta’ rkupru u tagħmir għall-appoġġ fuq l-art;

3.

Tagħmir iddiżinjat għall-kmand jew il-kontroll;

d.

Magni aeronawtiċi bi propulsjoni u komponenti ddiżinjati apposta għalihom;

e.

Tagħmir għall-għoti tal-fjuwil fl-ajru ddiżinjat jew modifikat apposta għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin, u komponenti ddiżinjati apposta għalih:

1.

“Inġenji tal-ajru” speċifikati minn ML10.a.; jew

2.

“Inġenji tal-ajru” mingħajr ekwipaġġ speċifikati minn ML10.c.;

f.

‘Tagħmir tal-art’ iddiżinjat apposta għall-“inġenji tal-ajru” speċifikati minn ML10.a. jew għall-magni tal-ajru speċifikati minn ML10.d.;

Nota Teknika

It-‘tagħmir tal-art’ jinkludi tagħmir għall-għoti tal-fjuwil bi pressjoni u tagħmir iddiżinjat biex jiffaċilita operazzjonijiet f’żoni ristretti.

g.

Tagħmir għas-salvataġġ tal-ekwipaġġ tal-ajru, tagħmir għas-sikurezza tal-ekwipaġġ tal-ajru u apparat ieħor għat-tluq ta’ emerġenza, mhux speċifikati f’ML10.a., iddiżinjati għall-“inġenji tal-ajru” speċifikati minn ML10.a.;

Nota

ML10.g. ma jikkontrollax elmi tal-ekwipaġġ tal-ajru li ma jinkorporawx it-tagħmir speċifikat f’dan l-Anness, jew li ma għandhomx muntaturi jew armar għalih.

N.B.

Għall-elmi ara wkoll ML13.c.

h.

Paraxutijiet, paragliders u tagħmir relatat, kif ġej, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:

1.

Paraxutijiet mhux speċifikati xi mkien ieħor f’dan l-Anness;

2.

Paragliders;

3.

Tagħmir maħsub apposta għal paraxutisti ta’ altitudni għolja (pereżempju, ilbies, elmi speċjali, sistemi għat-teħid tan-nifs, tagħmir tan-navigazzjoni);

i.

Tagħmir bi ftuħ ikkontrollat jew sistemi ta’ pilotaġġ awtomatiku, iddiżinjati għal tagħbijiet mitfugħa bil-paraxut.

Nota 1

ML10.a. ma japplikax għal “inġenji tal-ajru” u “vetturi eħfef mill-arja” jew varjanti ta’ dawk l-“inġenji tal-ajru” ddiżinjati apposta għall-użu militari, u li jkunu dan kollu li ġej:

a.

Li ma jkunux “inġenji tal-ajru” tal-ġlied;

b.

Li ma jkunux ikkonfigurati għall-użu militari u mhumiex mgħammra b’tagħmir jew aċċessorji ddiżinjati jew modifikati apposta għall-użu militari; kif ukoll

c.

Ċertifikat għal użu ċivili mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tal-UE jew Stati Parteċipanti tal-Ftehim ta’ Wassenaar.

Nota 2

ML10.d. ma japplikax għal:

a.

Aeromagni maħsuba jew modifikati għall-użu militari li ġew iċċertifikati mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta’ Stat Membru wieħed jew aktar tal-UE jew Stati Parteċipanti tal-Ftehim ta’ Wassenaar għall-użu fl-“inġenji tal-ajru ċivili”, jew komponenti ddiżinjati apposta għalihom;

b.

Magni reċiprokanti jew komponenti ddiżinjati apposta għalihom, ħlief dawk iddiżinjati apposta għal “UAVs”.

Nota 3

Għall-finijiet ta’ ML10.a. u ML10.d., komponenti ddiżinjati apposta u tagħmir relatat għal “inġenji tal-ajru” mhux militari jew aeromagni modifikati għall-użu militari, japplika biss għal dawk il-komponenti militari u għal tagħmir militari relatat meħtieġ għall-modifika għal użu militari.

Nota 4

Għall-finijiet ta’ ML10.a., l-użu militari jinkludi: ġlied, tkixxif militari, attakk, taħriġ militari, appoġġ loġistiku, u trasport u tfigħ mill-ajru ta’ truppi jew tagħmir militari.

Nota 5

ML10.a. ma japplikax għal “inġenji tal-ajru” u “vetturi eħfef mill-arja” li għandhom dan kollu li ġej:

a.

Ġew manifatturati għall-ewwel darba qabel l-1946;

b.

Ma jinkludux oġġetti speċifikati f’dan l-Anness, dment li l-oġġetti ma jkunux meħtieġa biex jiġu sodisfatti standards ta’ sikurezza u ajrunavigabbiltà ta’ awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta’ Stat Membru wieħed jew aktar tal-UE jew ta’ Stati Parteċipanti tal-Ftehim ta’ Wassenaar; kif ukoll

c.

Ma jinkorporawx armi speċifikati f’dan l-Anness, ħlief jekk dawn ma jistgħux jitħaddmu jew jitreġġgħu lura għall-operazzjoni.

Nota 6

ML10.d ma japplikax għal aeromagni bi propulsjoni li ġew immanifatturati għall-ewwel darba qabel l-1946.

ML11

 

Tagħmir elettroniku, “inġenji spazjali” u komponenti, mhux speċifikati xi mkien ieħor f’dan l-Anness, kif ġej:

a.

Tagħmir elettroniku ddiżinjat apposta għall-użu militari u komponenti ddiżinjati apposta għalih;

Nota

ML11.a. jinkludi:

a.

Tagħmir ta’ kontromiżura elettroniku u tagħmir ta’ kontrokontromiżura elettroniku (jiġifieri, tagħmir iddiżinjat sabiex jintroduċi sinjali estranji jew skorretti f’riċevituri tal-komunikazzjoni bir-radar jew bir-radju jew inkella jfixkel ir-riċezzjoni, l-operat jew l-effettività ta’ riċevituri elettroniċi avversarji inkluż it-tagħmir ta’ kontromiżura tagħhom), inkluż tagħmir tal-iġġammjar u kontra l-iġġammjar;

b.

Tubi b’aġilità ta’ frekwenza;

c.

Sistemi jew tagħmir elettroniċi, iddiżinjati għas-sorveljanza jew għall-monitoraġġ tal-ispettru elettromanjetiku għal finijiet ta’ intelligence militari jew ta’ sigurtà jew b’kontroazzjoni għal tali sorveljanza u monitoraġġ;

d.

Tagħmir ta’ kontromiżuri ta’ taħt l-ilma, inkluż iġġammjar u ingannaturi akustiċi u manjetiċi, iddiżinjati biex jintroduċu sinjali estranji jew skorretti f’riċevituri tas-sonar;

e.

Tagħmir ta’ sigurtà għall-ipproċessar tad-data, tagħmir għas-sigurtà tad-data u tagħmir ta’ sigurtà għal linji ta’ trażmissjoni u ta’ senjalazzjoni, bl-użu ta’ proċessi ta’ ċifraġġ;

f.

Tagħmir għall-identifikazzjoni, l-awtentikazzjoni u l-ikkargar ta’ ċwievet krittografiċi u tagħmir għall-ġestjoni, il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ ċwievet krittografiċi;

g.

Tagħmir ta’ gwida u navigazzjoni;

h.

Tagħmir għat-trasmissjoni ta’ komunikazzjonijiet diġitali bir-radju b’diffużjoni troposferika;

i.

Demodulaturi diġitali ddiżinjati apposta għal intelligence tas-sinjali;

j.

“Sistemi awtomatizzati ta’ kmand u kontroll”.

N.B.

Għal “software” assoċjat mar-radju definit permezz ta’ “Software” (SDR) militari, ara ML21.

b.

Tagħmir tal-iġġammjar ta’ “Sistema ta’ navigazzjoni bis-satellita” u komponenti ddiżinjati apposta għalih;

c.

“Inġenji spazjali” ddiżinjati jew modifikati apposta għall-użu militari, u komponenti tal-“inġenji spazjali” ddiżinjati apposta għall-użu militari.

ML12

 

Sistemi ta’ armi b’enerġija kinetika b’veloċità għolja u tagħmir relatat, kif ġej, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:

a.

Sistemi ta’ armi b’enerġija kinetika ddiżinjati apposta għall-qerda jew biex jisfrattaw il-missjoni tal-bersall;

b.

Faċilitajiet ta’ ttestjar u evalwazzjoni u mudelli ta’ ttestjar iddiżinjati apposta, inklużi strumentazzjoni u miri dijanjostiċi, għall-ittestjar dinamiku ta’ projettili u sistemi tal-enerġija kinetika.

N.B.

Għal sistemi tal-armi li jużaw munizzjon subkalibru jew li jagħmlu użu biss minn propulsjoni kimika u munizzjon għalihom, ara ML1 sa ML4.

Nota 1

ML12 jinkludi li ġej meta jkunu ddiżinjati apposta għal sistemi ta' armi b'enerġija kinetika:

a.

Sistemi ta’ propulsjoni għat-tfigħ kapaċi jaċċelleraw mases akbar minn 0,1 g għal veloċitajiet li jaqbżu 1,6 km/s, f’modi ta’ tluq uniċi jew rapidi;

b.

Tagħmir ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija prima, ta’ armatura elettrika, ta’ ħażna tal-enerġija (pereżempju kapaċitaturi li jaħżnu kwantità kbira ta’ enerġija), ta’ amministrazzjoni termali, ta’ kondizzjonament, ta’ swiċċjar jew ta’ trattament tal-fjuwil; u interfaċċi elettriċi bejn il-provvista tal-enerġija, il-kanun u l-funzjonijiet l-oħra ta’ kmand elettriku tat-turretta;

N.B.

Ara wkoll 3A001.e.2. dwar il-Lista tal-UE ta’ Użu Doppju għall-kapaċitaturi li jaħżnu kwantità kbira ta’ enerġija.

c.

Sistemi ta’ akkwiżizzjoni u insegwiment tal-bersall, kontroll tal-isparar jew valutazzjoni tad-dannu;

d.

Sistemi awtogwidati ta’ riċerka, ta’ gwida jew ta’ propulsjoni devjata (aċċellerazzjoni laterali) għal projettili.

Nota 2

ML12 japplika għal sistema ta’ armi bl-użu ta’ kwalunkwe wieħed mill-metodi li ġejjin ta’ propulsjoni:

a.

Elettromanjetika;

b.

Elettrotermali;

c.

Plasma;

d.

Gass ħafif; jew

e.

Kimika (meta użata flimkien ma’ kwalunkwe wieħed minn dawn ta’ hawn fuq).

ML13

 

Tagħmir, kostruzzjonijiet u komponenti blindati jew protettivi, kif ġej:

a.

Pjanċa metallika jew mhux metallika blindata, li għandha xi wieħed minn dawn li ġejjin:

1.

Manifatturata sabiex tikkonforma ma’ standard jew speċifikazzjoni militari; jew

2.

Adatta għall-użu militari;

N.B.

Għall-korazzi tal-ġisem, ara ML13.d.2.

b.

Kostruzzjonijiet ta’ materjali metalliċi jew nonmetalliċi, jew taħlitiet tagħhom, iddiżinjati apposta sabiex jipprovdu protezzjoni ballistika għal sistemi militari, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom;

c.

Elmi manifatturati skont standards jew speċifikazzjonijiet militari, jew standards nazzjonali komparabbli, u strutturi esterni, inforra, jew kuxxinetti għal konfort iddiżinjati apposta għalihom;

N.B.

Għal komponenti jew aċċessorji oħra ta' elmi militari, ara l-entrata rilevanti f’dan l-Anness.

d.

Korazzi tal-ġisem jew ilbies protettiv, u komponenti għalihom, kif ġej:

1.

Korazzi rotob tal-ġisem jew ilbies protettiv, manifatturati b’konformità ma’ standards jew speċifikazzjonijiet militari, jew l-ekwivalenti, u komponenti maħsuba apposta għalihom;

Nota

Għall-finijiet ta’ ML13.d.1., l-istandards jew l-ispeċifikazzjonijiet militari jinkludu, bħala minimu, speċifikazzjonijiet għal protezzjoni minn frammentazzjoni.

2.

Korazzi iebsa tal-ġisem li jipprovdu protezzjoni ballistika sal-livell III jew aktar (NIJ 0101.06, Lulju 2008) jew “standards ekwivalenti.

Nota 1

ML13.b. jinkludi materjali ddiżinjati apposta sabiex jiffurmaw blindaġġ reattiv għall-isplussivi jew sabiex jiġu mibnija xelters militari.

Nota 2

ML13.c. ma japplikax għal elmi tal-azzar konvenzjonali, la modifikati u lanqas iddiżinjati biex jaċċettaw, u lanqas mgħammra bi kwalunkwe tip ta’ apparat aċċessorju.

Nota 3

ML13.c. u d. ma japplikax għal elmi, korazzatura tal-ġisem jew indumenti protettivi meta jkunu qed jakkumpanjaw l-utent tagħhom għall-protezzjoni personali tal-utent stess.

Nota 4

L-uniċi elmi ddiżinjati apposta għal persunal responsabbli għar-rimi tal-bombi li huma speċifikati mill-ML13.c. huma dawk iddiżinjati apposta għall-użu militari.

N.B. 1

Ara wkoll l-annotazzjoni 1A005 fuq il-Lista tal-UE ta’ Użu Doppju.

N.B. 2

Għal "materjali fibrużi jew filamentari" użati fil-manifattura ta' korazzi tal-ġisem u elmi, ara l-entrata 1C010 fil-Lista tal-UE ta' Użu Doppju .

ML14

 

‘Tagħmir speċjalizzat għal taħriġ militari’, jew għas-simulazzjoni ta’ xenarji militari, simulaturi ddiżinjati apposta għal taħriġ fl-użu ta’ kwalunkwe arma tan-nar jew arma kkontrollata minn ML1 jew ML2, u komponenti u aċċessorji ddiżinjati apposta għalihom.

Nota Teknika

It-terminu ‘tagħmir speċjalizzat għal taħriġ militari’ jinkludi tipi militari ta’ trejners ta’ attakk, ta’ trejners ta’ titjir operattiv, ta’ trejners għall-bersall radar, ta’ ġeneraturi ta’ bersall radar, ta’ apparati ta’ taħriġ fl-isparar, ta’ trejners għall-gwerra antisottomarini, ta’ simulaturi tat-titjir (inklużi ċ-ċentrifugi previsti għall-bniedem, iddestinati għat-taħriġ ta’ piloti/astronawti), ta’ trejners radar, ta’ simulaturi ta’ titjir strumentali, ta’ simulaturi ta’ navigazzjoni, ta’ simulaturi ta’ tfigħ ta’ missili, ta’ tagħmir għall-bersall, ta’ “inġenji tal-ajru” telegwidati, ta’ trejners tal-armamenti, ta’ trejners għall-gwida ta’ “inġenji tal-ajru” mingħajr pilota, ta’ unitajiet ta’ taħriġ mobbli u ta’ tagħmir tat-taħriġ għal operazzjonijiet militari tal-art.

Nota 1

ML14 jinkludi sistemi ta’ ġenerazzjoni tal-immaġni u ta’ ambjent interattiv għas-simulaturi, meta ddiżinjati jew modifikati apposta għall-użu militari.

Nota 2

ML14 ma japplikax għal tagħmir iddiżinjat apposta għal taħriġ fl-użu ta’ armi tal-kaċċa jew għall-isports.

ML15

 

Tagħmir ta’ immaġni jew kontromiżura, kif ġej, iddiżinjat apposta għall-użu militari, u komponenti u aċċessorji ddiżinjati apposta għalihom:

a.

Rekorders u tagħmir ta’ pproċessar tal-immaġni;

b.

Kameras, tagħmir fotografiku u tagħmir għall-ipproċessar tal-pellikoli;

c.

Tagħmir għall-intensifikazzjoni tal-immaġni;

d.

Tagħmir għal immaġni bl-infraaħmar jew għal immaġni termali;

e.

Tagħmir għall-elaborazzjoni tal-immaġni radar;

f.

Tagħmir ta’ kontromiżura jew ta’ kontrokontromiżura, għat-tagħmir speċifikat minn ML15.a. sa ML15.e.

Nota

ML15.f. jinkludi tagħmir iddiżinjat sabiex jiddegrada l-operat jew l-effettività tas-sistemi militari ta’ immaġni jew sabiex inaqqas l-effetti ta’ tali degradazzjoni.

Nota

ML15 ma japplikax għal “tubi intensifikaturi tal-immaġni tal-ewwel ġenerazzjoni” jew tagħmir iddiżinjat apposta sabiex jinkorpora “tubi intensifikaturi tal-immaġni tal-ewwel ġenerazzjoni”.

N.B.

Għall-klassifikazzjoni ta’ apparati ta’ mira li jinkorporaw “tubi intensifikaturi tal-immaġni tal-ewwel ġenerazzjoni” ara ML1., ML2. u ML5.a.

N.B.

Ara wkoll l-entrati 6A002.a.2. u 6A002.b. fuq il-Lista tal-UE ta' Użu Doppju.

ML16

 

Foroġ, kasti u prodotti oħra mhux kompluti, iddiżinjati apposta għal oġġetti speċifikati minn ML1 sa ML4, ML6, ML9, ML10, ML12 jew ML19.

Nota

ML16. japplika għal prodotti mhux kompluti meta jkunu identifikabbli mill-kompożizzjoni tal-materjal, il-ġeometrija jew il-funzjoni.

ML17

 

Tagħmir, materjal u “libreriji” mixxellanji, kif ġej, u komponenti ddiżinjati apposta għalihom:

a.

Apparat għall-għadis u għall-għawm taħt l-ilma, maħsuba jew modifikati apposta għall-użu militari, kif ġej:

1.

Awtorespiraturi għall-għadis, b’ċirkwit magħluq jew nofsu magħluq;

2.

Apparat għall-għawm taħt l-ilma ddiżinjat apposta għall-użu mal-apparat tal-għadis speċifikat f’ML17.a.1.;

N.B.

Ara wkoll 8A002.q. dwar il-Lista tal-UE ta’ Użu Doppju.

b.

Tagħmir tal-kostruzzjoni ddiżinjat apposta għall-użu militari;

c.

Aċċessorji, kisjiet u trattamenti, għas-soppressjoni tas-senjatura, iddiżinjati apposta għall-użu militari;

d.

Tagħmir għall-assistenza teknika fuq il-post iddiżinjat apposta għall-użu f’żona ta’ ġlied;

e.

“Robots”, kontrolluri tar-“robots” u “apparati tat-tarf” tar-“robots”, li jkollhom kwalunkwe waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

Iddiżinjat apposta għall-użu militari;

2.

Jinkorporaw mezzi għall-protezzjoni ta’ linji idrawliċi kontra panċers ikkawżati minn frammenti ballistiċi (pereżempju, li jinkorporaw linji awtosiġillanti) u ddiżinjati biex jużaw fluwidi idrawliċi b’punti ta’ flaxx ogħla minn 839 K (566 °C); jew

3.

Iddiżinjati apposta jew klassifikati biex joperaw f’ambjent sottopost għal impulsi elettromanjetiċi (EMP);

Nota Teknika

Impuls elettromanjetiku ma jirreferix għall-interferenza mhux intenzjonata kkawżata mir-radjazzjoni elettromanjetika minn tagħmir (pereżempju makkinarju, elettrodomestiċi jew tagħmir tal-elettronika) li jinsab fil-viċinanza jew minn sajjetti.

f.

“Libreriji” ddiżinjati jew modifikati apposta għall-użu militari b’sistemi, tagħmir jew komponenti, speċifikati f’dan l-Anness;

g.

Tagħmir li jiġġenera enerġija nukleari jew tagħmir ta’ propulsjoni, mhux speċifikat xi mkien ieħor, iddiżinjati apposta għall-użu militari u komponenti għalihom iddiżinjati jew ‘modifikati’ apposta għall-użu militari;

Nota

ML17.g. jinkludi “reatturi nukleari”.

h.

Tagħmir jew materjal, miksi jew ittrattat għas-soppressjoni tas-senjatura, iddiżinjat apposta għall-użu militari, minbarra dawk speċifikati xi mkien ieħor f’dan l-Anness;

i.

Simulaturi ddiżinjati apposta għal “reatturi nukleari” militari;

j.

Ħwienet tat-tiswija mobbli ddiżinjati jew ‘modifikati’ apposta għall-manutenzjoni ta’ tagħmir militari;

k.

Ġeneraturi ta’ fuq il-post iddiżinjati jew ‘modifikati’ apposta għall-użu militari;

l.

Kontejners intermodali jew xażijiet tal-vetturi li jiżżarmaw (jiġifieri swap bodies) tal-istandard ISO, iddiżinjati jew ‘modifikati’ apposta għall-użu militari;

m.

Laneċ, mhux speċifikati xi mkien ieħor f’dan l-Anness, pontijiet u pontuni, iddiżinjati apposta għall-użu militari;

n.

Mudelli ta’ ttestjar iddiżinjati apposta għall-“iżvilupp” ta’ oġġetti speċifikati minn ML4, ML6, ML9 jew ML10;

o.

Tagħmir ta’ protezzjoni mil-“laser” (pereżempju, protezzjoni tal-għajnejn u protezzjoni sensorjali) iddiżinjat apposta għall-użu militari;

p.

“Ċelluli tal-fjuwil” minbarra dawk speċifikati xi mkien ieħor f’dan l-Anness, iddiżinjati jew ‘modifikati’ apposta għall-użu militari.

Noti Tekniċi

1.

Ma ntużawx mill-2014.

2.

Għall-fini ta’ ML17, ‘modifikati’ tfisser kwalunkwe bidla strutturali, elettrika, mekkanika jew ta’ tip ieħor li tipprovdi oġġett mhux militari b’kapaċitajiet ekwivalenti għal oġġett li huwa ddiżinjat apposta għall-użu militari.

ML18

 

Tagħmir ta’ “produzzjoni”, faċilitajiet għal testijiet ambjentali u komponenti, kif ġej:

a.

Tagħmir ta’ ‘produzzjoni’ ddiżinjat jew modifikat apposta għall-‘produzzjoni’ ta’ prodotti speċifikati f’dan l-Anness, u komponenti ddiżinjati apposta għalih;

b.

Faċilitajiet ta’ ttestjar ambjentali ddiżinjati apposta jew tagħmir iddiżinjat apposta għalihom, għaċ-ċertifikazzjoni, il-kwalifikazzjoni jew l-ittestjar ta’ prodotti speċifikati f’dan l-Anness.

Nota Teknika

Għall-finijiet ta’ ML18, it-terminu ‘produzzjoni’ jinkludi d-disinn, l-eżaminazzjoni, il-manifattura, l-ittestjar u l-iċċekkjar.

Nota

ML18.a. u ML18.b. jinkludu t-tagħmir li ġej:

a.

Nitraturi kontinwi;

b.

Apparat jew tagħmir tal-ittestjar ċentrifugali li għandu kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

1.

Misjuq b'mutur jew muturi li għandu/hom potenza nominali totali ta’ aktar minn 298 kW (400 hp);

2.

Kapaċi jġorr payload ta’ 113 kg jew aktar; jew

3.

Kapaċi jeżerċita aċċellerazzjoni ċentrifugali ta’ 8 g jew aktar fuq tagħbija ta’ 91 kg jew aktar;

c.

Pressi għad-deidratazzjoni;

d.

Ekstruders tal-viti ddiżinjati jew modifikati apposta għal estrużjoni militari “splussiva”;

e.

Magni li jaqtgħu għad-daqs ta’ “propellanti” estrużi;

f.

Sweetie barrels (tumblers) ta’ dijametru ta’ 1,85 m jew aktar u li għandhom kapaċità tal-prodott ‘il fuq minn 227 kg;

g.

Miksers kontinwi għal “propellanti” solidi;

h.

Imtieħen idrawliċi għat-tfarrik jew it-tħin tal-ingredjenti ta’ “splussivi” militari;

i.

Tagħmir biex jinkisbu kemm l-isferiċità kif ukoll l-uniformità tal-partiċelli tat-trab metalliku elenkat f’ML8.c.8.;

j.

Konvertituri tal-kurrent ta’ konvezzjoni għall-konverżjoni tal-materjali elenkati f’ML8.c.3.

ML19

 

Sistemi ta’ armi b’enerġija diretta (DEW), tagħmir relatat jew ta’ kontromiżura u mudelli ta’ ttestjar, kif ġej, u komponenti maħsuba apposta għalihom:

a.

Sistemi “laser” iddiżinjati apposta għall-qerda jew biex jisfrattaw il-missjoni tal-bersall;

b.

Sistemi b’raġġi tal-partiċelli kapaċi jeqirdu jew jisfrattaw il-missjoni tal-bersall;

c.

Sistemi b’potenza għolja ta’ Frekwenza Radju (RF) li kapaċi jeqirdu jew jisfrattaw il-missjoni tal-bersall;

d.

Tagħmir iddiżinjat apposta biex isib jew jidentifika lil, jew biex jiddefendi minn, sistemi speċifikati minn ML19.a. sa ML19.c.;

e.

Mudelli għal test fiżiku għas-sistemi, tagħmir u komponenti speċifikati minn ML19;

f.

Sistemi “laser” iddiżinjati apposta biex jikkawżaw agħma permanenti lil viżjoni mhux megħjuna, jiġifieri lill-għajn mikxufa jew lill-għajn b’tagħmir li jikkoreġi l-vista.

Nota 1

Sistemi DEW speċifikati minn ML19 jinkludu sistemi li l-kapaċità tagħhom ġejja mill-applikazzjoni kontrollata ta’:

a.

“Lasers” ta’ potenza suffiċjenti biex teffettwa distruzzjoni simili għall-mod ta’ munizzjon konvenzjonali;

b.

Aċċelleraturi ta’ partiċelli li jipprojettaw raġġ ta’ partiċelli kkargati jew newtrali b’potenza distruttiva;

c.

Trażmettituri ta’ raġġ ta’ frekwenza radju b’potenza ta’ pulsazzjoni għolja jew potenza ta’ medja għolja li jipproduċu kampi suffiċjentement intensi li jwaqqfu l-ħidma ta’ ċirkwiti elettroniċi f’bersall imbiegħed.

Nota 2

ML19 jinkludi li ġej meta ddiżinjat apposta għal sistemi ta’ armi b’enerġija diretta:

a.

Ġenerazzjoni tal-enerġija prima, ħżin ta’ enerġija, swiċċjar, kondizzjonament tal-enerġija jew tagħmir għall-maniġġ tal-fjuwil;

b.

Sistemi għal akkwiżizzjoni jew insegwiment tal-bersall;

c.

Sistemi li kapaċi jivvalutaw il-ħsara, il-qerda tal-bersall jew l-isfrattu tal-missjoni tiegħu;

d.

Tagħmir għal maniġġar, propogazzjoni jew ippuntar tar-raġġi;

e.

Tagħmir b’kapaċità ta’ tidwir malajr tar-raġġi għal operazzjonijiet rapidi b’bersalli multipli;

f.

Apparat ottiku adattiv u konjugaturi tal-fażi;

g.

Injettaturi tal-kurrent għal raġġi tal-joni negattivi tal-idroġenu;

h.

Komponenti ta’ aċċelleratur “kwalifikat għall-ispazju”;

i.

Tagħmir biex jillenbuta raġġ negattiv ta’ joni;

j.

Tagħmir biex jikkontrolla u jdawwar malajr raġġ ta’ joni ta’ enerġija għolja;

k.

Fojls “kwalifikati għall-ispazju” biex jinnewtralizzaw raġġi ta’ isotopi tal-idroġenu negattivi.

ML20

 

Tagħmir krijoġeniku u “superkonduttiv”, kif ġej, u komponenti u aċċessorji ddiżinjati apposta għalih:

a.

Tagħmir iddiżinjat apposta jew konfigurat biex ikun installat f’vettura għal applikazzjonijiet militari fuq l-art, fuq il-baħar, fl-ajru jew fl-ispazju, kapaċi li joperaw waqt li jkunu f’ċaqliq jew li jipproduċu jew iżommu temperaturi taħt il-103 K(- 170 °C);

Nota

ML20.a. jinkludi sistemi mobbli li jinkorporaw jew jużaw aċċessorji jew komponenti manifatturati minn materjali konduttivi non-metalliċi jew non-elettriċi, bħal plastiks jew materjali imprenjati bl-eposside.

b.

Tagħmir elettriku “superkonduttiv” (makkinarju rotanti jew trasformaturi) iddiżinjat jew konfigurat apposta biex ikun installat f’vettura għal applikazzjonijiet militari fuq l-art, fuq il-baħar, fl-ajru jew fl-ispazju, u li kapaċi jaħdem waqt li tkun miexja.

Nota

ML20.b. ma japplikax għal ġeneraturi omopolari ibridi ta’ kurrent dirett li għandhom armaturi tal-metall normali b’lasta waħda li ddur f’kamp manjetiku prodott minn bobini superkonduttivi, jekk dawk il-bobini huma l-uniċi komponenti superkonduttivi fil-ġeneratur.

ML21

 

“Software” kif ġej:

a.

“Software” ddiżinjat jew modifikat apposta għal kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

1.

“Żvilupp”, “produzzjoni”, operazzjoni jew manutenzjoni ta’ tagħmir speċifikat f’dan l-Anness;

2.

“Żvilupp” jew “produzzjoni” ta’ materjali speċifikati f’dan l-Anness; jew

3.

“Żvilupp”, “produzzjoni”, operazzjoni jew manutenzjoni ta’ “software” speċifikat f’dan l-Anness.

b.

“Software” speċifiku, minbarra dak speċifikat minn ML21.a., kif ġej:

1.

“Software” ddiżinjat apposta għal użu militari u maħsub apposta għall-immudellar, is-simulazzjoni jew l-evalwazzjoni ta’ sistemi ta’ armi militari;

2.

“Software” ddiżinjat apposta għal użu militari u ddiżinjat apposta għall-immudellar jew is-simulazzjoni ta’ xenarji operazzjonali militari;

3.

“Software” għad-determinazzjoni tal-effetti ta’ armi konvenzjonali, nukleari, kimiċi jew bijoloġiċi;

4.

“Software” ddiżinjat apposta għall-użu militari u ddiżinjat apposta għal Kmand, Komunikazzjonijiet, Kontroll u Intelligence (C3I) jew applikazzjonijiet ta’ Kmand, Komunikazzjonijiet, Kontroll, Kompjuter u Intelligence (C4I);

5.

“Software” ddiżinjat jew modifikat apposta għat-twettiq ta’ operazzjonijiet ċibernetiċi offensivi militari;

Nota 1

ML21.b.5. jinkludi "software" ddiżinjat li jiddistruġġi, jiddanneġġa, jiddegrada jew ifixkel sistemi, tagħmir jew “software”, speċifikat f’dan l-Anness, “software” ta’ rikonjizzjoni ċibernetika u kmand u kontroll ċibernetiċi għalih.

Nota 2

għal “rispons għal inċidenti ċibernetiċi”, limitati għal użu mhux militari ML21.b.5. ma japplikax għad-”divulgazzjoni ta’ vulnerabbiltà” jew prontezza jew rispons ta’ ċibersigurtà difensiva.

c.

“Software”, mhux speċifikat minn ML21.a. jew ML21.b., iddiżinjat jew modifikat apposta biex jippermetti li tagħmir mhux speċifikat f’dan l-Anness jaqdi l-funzjonijiet militari ta’ tagħmir speċifikat f’dan l-Anness.

N.B.

Ara sistemi, tagħmir jew komponenti speċifikati f’dan l-Anness għal “kompjuters diġitali” bi skop ġenerali li jkollu “software” installat speċifikat minn ML21.c.

ML22

 

“Teknoloġija”, kif ġej:

a.

“Teknoloġija” barra dik speċifikata f’ML22.b., li hija “meħtieġa” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni”, l-operazzjoni, l-installazzjoni, il-manutenzjoni (iċċekkjar), it-tiswija, rinnovament maġġuri jew arredament ta’ oġġetti speċifikati f’dan l-Anness;

b.

“Teknoloġija”, kif ġej:

1.

"Teknoloġija""meħtieġa" għad-disinn ta', l-assemblaġġ ta' komponenti fi, u l-operazzjoni, żamma fl-ordni u tiswija ta' installazzjonijiet ta' produzzjoni kompluti għal oġġetti speċifikati f’dan l-Anness, anke jekk il-komponenti ta' dawn l-installazzjonijiet ta' produzzjoni ma jkunux speċifikati;

2.

“Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“iżvilupp” u l-“produzzjoni” ta’ armamenti żgħar anke jekk użati biex jipproduċu riproduzzjonijiet ta’ armamenti żgħar ta’ antikità;

3.

Ma ntużatx mill-2013;

N.B.

Ara ML22.a. għal “teknoloġija” preċedentement speċifikata minn ML22.b.3.

4.

Ma ntużatx mill-2013;

N.B.

Ara ML22.a. għal “teknoloġija” preċedentement speċifikata minn ML22.b.4.

5.

“Teknoloġija”“meħtieġa” esklużivament għall-inkorporazzjoni ta’ “bijokatalisti”, speċifikata minn ML7.i.1., f’sustanzi ta’ ġarr militari jew materjal militari.

Nota 1

“Teknoloġija”“meħtieġa” għall-“iżvilupp”, il-“produzzjoni” jew l-operazzjoni, l-installazzjoni, il-manutenzjoni (iċċekkjar), it-tiswija, rinnovament maġġuri jew l-arredament ta’ oġġetti speċifikati f’dan l-Anness tibqa’ taħt kontroll anke meta applikabbli għal kwalunkwe oġġett mhux speċifikat f’dan l-Anness.

Nota 2

ML22 ma japplikax għal:

a.

“Teknoloġija” li hija l-minimu meħtieġ għall-installazzjoni, l-operazzjoni, iż-żamma fl-ordni (iċċekkjar) jew it-tiswija ta’ dawk l-oġġetti li ma humiex ikkontrollati jew li l-esportazzjoni tagħhom ġiet awtorizzata;

b.

“Teknoloġija” li hija “fl-isfera pubblika”, “riċerka xjentifika bażika” jew l-informazzjoni minima meħtieġa għal applikazzjonijiet għal privattiva;

c.

“Teknoloġija” għal induzzjoni manjetika għal propulsjoni kontinwa ta’ tagħmir ta’ trasport ċivili.

DEFINIZZJONIJIET TA’ TERMINI UŻATI F’DIN IL-LISTA

Dawn li ġejjin huma definizzjonijiet ta’ termini użati f’din il-Lista, f’ordni alfabetiku.

Nota 1

Id-definizzjonijiet japplikaw fil-Lista kollha. Ir-referenzi huma biss konsultattivi u ma għandhom l-ebda effett fuq l-applikazzjoni universali ta’ termini definiti fil-Lista kollha.

Nota

2:Il-kliem u t-termini li jinsabu f'din il-Lista ta' Definizzjonijiet jieħdu biss it-tifsira definita fejn din hija indikata billi jkunu "bejn virgoletti doppji". Definizzjonijiet ta’ termini bejn ‘virgoletti uniċi’ huma mogħtija f’nota Teknika għall-punt rilevanti. F’istanzi oħrajn, il-kliem u t-termini jieħdu t-tifsiriet aċċettati komunement (dizzjunarju).

ML8

 

“Addittivi”

Sustanzi użati f’formulazzjonijiet splussivi biex itejbu l-proprjetajiet tagħhom.

ML8, 10, 14

 

“Inġenji tal-ajru”

Vettura li ttir bi ġwienaħ fissi, ġwienaħ b’ġeometrija varjabbli, ġwienaħ li jduru (ħelikopter), rotor li jista’ jinklina jew ġwienaħ li jinklinaw.

 

 

“Diriġibili”

Vettura li ttir bil-magni u li żżomm fl-arja permezz ta’ gass (ġeneralment l-elju, preċedentement l-idroġenu) li huwa eħfef mill-arja.

ML11

 

“Sistemi Awtomatizzati ta’ Kmand u Kontroll”

Sistemi elettroniċi, li permezz tagħhom informazzjoni li hija essenzjali għall-operat effettiv tar-raggruppament, il-formazzjoni maġġuri, il-formazzjoni tattika, l-unità, il-bastiment, is-sottounità jew l-armi kkmandati tiddaħħal, tiġi pproċessata jew tiġi trażmessa. Dan jinkiseb permezz tal-użu ta’ hardware tal-kompjuter u hardware ieħor iddiżinjat biex jappoġġa l-funzjonijiet ta’ organizzazzjoni militari ta’ kmand u kontroll. Il-funzjonijiet ewlenin ta’ sistema awtomatizzata ta’ kmand u kontroll huma: il-ġbir awtomatizzat, il-kumulazzjoni, il-ħażna u l-ipproċessar effiċjenti ta’ informazzjoni; il-preżentazzjoni tas-sitwazzjoni u ċ-ċirkostanzi li jaffettwaw it-tħejjija u t-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ ġlied; kalkoli operazzjonali u tattiċi għall-allokazzjoni ta’ riżorsi fost ir-raggruppamenti tal-forza jew l-elementi tal-ordni operazzjonali tal-battalja jew l-iskjerament fil-battalja skont il-missjoni jew il-fażi tal-operazzjoni; it-tħejjija ta’ data għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni u t-teħid ta’ deċiżjonijiet fi kwalunkwe stadju matul l-operazzjoni jew il-battalja; is-simulazzjoni ta’ operazzjonijiet permezz tal-kompjuter.

ML22

 

“Riċerka xjentifika bażika”

Xogħol sperimentali jew teoriku magħmul prinċipalment biex jintlaħaq tagħrif ġdid tal-prinċipji fundamentali ta’ fenomeni jew fatti osservabbli, mhux primarjament dirett lejn skop prattiku jew objettiv speċifiku.

ML7, 22

 

“Bijokatalisti”

“Enżimi” għal reazzjonijiet kimiċi jew bijokimiċi speċifiċi jew komposti bijoloġiċi oħrajn li jingħaqdu ma’ u jaċċelleraw id-degradazzjoni ta’ aġenti kimiċi tal-gwerra.

Nota Teknika

‘Enżimi’ tfisser “bijokatalisti” għal reazzjonijiet kimiċi jew bijokimiċi speċifiċi.

ML7

 

“Aġenti bijoloġiċi”

Patoġeni jew tossini, magħżula jew modifikati (bħal alterazzjoni fil-purità, ħajja fuq l-ixkaffa, virulenza, karatteristiċi disseminattivi, jew reżistenza għal radjazzjoni UV) sabiex jipproduċu vittmi umani jew annimali, jiddegradaw it-tagħmir jew jagħmlu ħsara lill-uċuh tar-raba’ jew lill-ambjent.

ML7

 

“Bijopolimeri”

Makromolekuli bijoloġiċi kif ġej:

a.

Enżimi għal reazzjonijiet kimiċi jew bijokimiċi speċifiċi;

b.

‘Antikorpi’‘antiidjotipiċi’, ‘monoklonali’ jew ‘poliklonali’;

c.

‘Riċetturi’ ddiżinjati apposta jew ipproċessati apposta.

Noti Tekniċi

1.

‘Antikorpi antiidjotipiċi’ tfisser antikorpi li jingħaqdu mas-siti ta’ għaqda ta’ antiġen speċifiku ta’ antikorpi oħrajn;

2.

‘Antikorpimonoklonali’ tfisser proteini li jingħaqdu ma’ sit antiġeniku wieħed u huma prodotti minn klonu singolu ta’ ċelloli;

3.

‘Antikorpipoliklonali’ tfisser taħlita ta’ proteini li jingħaqdu ma’ sit antiġeniku speċifiku u huma prodotti minn aktar minn klonu wieħed ta’ ċelloli;

4.

'Riċetturi' tfisser strutturi makromolekulari bijoloġiċi kapaċi li jgħaqqdu l-ligands, u din l-għaqda taffetwa funzjonijiet fiżjoloġiċi.

ML4, 10

 

“Inġenju tal-Ajru Ċivili”

Dawk l-“inġenji tal-ajru” elenkati skont id-deżinjazzjoni f’listi ta’ ċertifikazzjoni ta’ ajrunavigabbiltà ppubblikati mill-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri tal-UE jew Stati Parteċipanti tal-Ftehim ta’ Wassenaar biex itiru fuq rotot ċivili kummerċjali interni u esterni jew għal użu leġittimu ċivili, privat jew kummerċjali.

ML21

 

“Rispons għal inċidenti ċibernetiċi”

Il-proċess tal-iskambju ta’ informazzjoni meħtieġa dwar inċident ċibernetiku ma’ individwi jew organizzazzjonijiet responsabbli għat-twettiq jew il-koordinazzjoni ta’ rimedju biex jiġi indirizzat l-inċident ċibernetiku.

ML1

 

“Armi tan-nar diżattivati”

Arma tan-nar li għamluha inkapaċi li tispara kwalunkwe projettili permezz ta’ proċessi definiti mill-awtorità nazzjonali tal-Istat Membru tal-UE jew ta’ Stat Parteċipanti fil-Ftehim ta’ Wassenaar. Dawn il-proċessi jimmodifikaw b’mod permanenti l-elementi essenzjali tal-arma tan-nar. Skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, id-diżattivazzjoni tal-arma tan-nar tista’ tiġi attestata b’ċertifikat maħruġ minn awtorità kompetenti u jista’ jiġi mmarkat permezz ta’ timbru fuq parti essenzjali tal-arma tan-nar.

ML17, 21, 22

 

“Żvilupp”

Huwa relatat mal-istadji kollha qabel il-produzzjoni serjali, bħal: disinn, riċerka dwar disinn, analiżi tad-disinn, kunċetti tad-disinn, l-immuntar u l-ittestjar ta’ prototipi, skemi ta’ produzzjoni ta’ piloti, data tad-disinn, il-proċess tat-trasformazzjoni ta’ data tad-disinn fi prodott, disinn ta’ konfigurazzjoni, disinn ta’ integrazzjoni, l-arranġamenti skont pjan.

ML21

 

“Kompjuter diġitali”

Tagħmir li jista’, fil-forma ta’ varjabbli diskret wieħed jew aktar, iwettaq dan kollu li ġej:

a.

Jaċċetta data;

b.

Jaħżen data jew struzzjonijiet f'apparat b'memorja fissa jew modifikabbli (li tista' terġa' tinkiteb);

c.

Jipproċessa data permezz ta' sekwenza ta' struzzjonijiet maħżuna li hija modifikabbli; kif ukoll

d.

Jipprovdi output ta' data.

Nota Teknika

Modifiki ta' sekwenza maħżuna ta' struzzjonijiet jinkludu s-sostituzzjoni ta' apparat b'memorja fissa, iżda mhux bidla fiżika fil-wajering jew fl-interkonnessjonijiet.

ML17

 

“Apparati tat-tarf”

Ħattafa, ‘unitajiet attivi ta’ għodda’ u kull għodda oħra li hija magħquda mal-pjanċa fit-tarf ta’ driegħ manipulatur ta’ “robot”.

Nota Teknika

‘Unitajiet attivi ta’ għodda’ huma apparat biex tkun applikata potenza motiva, proċessar ta’ enerġija jew sensitizzazzjoni lil oġġett li qiegħed isir xogħol fuqu.

ML8

 

“Materjali enerġetiċi”

Sustanzi jew taħlitiet li jirreaġixxu kimikament biex joħorġu enerġija rikjesta għall-applikazzjoni intenzjonata tagħhom. “Splussivi”, “pirotekniċi” u “propellanti” huma subklassijiet ta’ materjali enerġetiċi.

ML6, 13

 

“Standards ekwivalenti”

Standards nazzjonali jew internazzjonali komparabbli rikonoxxuti minn Stat Membru wieħed jew aktar tal-UE jew Stati Parteċipanti tal-Ftehim ta’ Wassenaar u applikabbli għall-entrata rilevanti.

ML8, 18

 

“Splussivi”

Sustanzi solidi, likwidi jew gassużi jew taħlitiet ta’ sustanzi li, fl-applikazzjoni tagħhom bħala karga primarja, booster jew prinċipali f’testata tal-gwerra, f’applikazzjoni għat-twaqqigħ jew applikazzjonijiet oħrajn, huma meħtieġa li jiddetonaw.

ML7

 

“Vektors ta’ espressjoni”

Ġarriera (eż. plasmid jew virus) użati biex ikun introdott materjal ġenetiku f’ċelloli ospiti.

ML13

 

“Materjali fibrużi jew bil-filamenti”

Jinkludu:

a.

Monofilamenti kontinwi;

b.

Nisġiet u rovings kontinwi;

c.

Tapes, tessuti, tapiti żgħar random u malji;

d.

Fibri mqattgħin, fibri staple u kutri koerenti tal-fibra;

e.

Whiskers, jew monokristallini jew polikristallini, ta’ kwalunkwe tul;

f.

Polpa ta’ poliammid aromatiku.

ML15

 

“Tubi intensifikaturi tal-immaġni tal-ewwel ġenerazzjoni”

Tubi ffokati elettrostatikament, li jużaw fibraottika jew pjanċi b’wiċċ tal-ħġieġ għad-dħul u l-ħruġ, fotokatodi multialkalini (S-20 jew S-25), imma mhux amplifikaturi bi pjanċa mikrokanali.

ML17

 

“Ċellola tal-fjuwil”

Tagħmir elettrokimiku li jikkonverti l-enerġija kimika direttament f’Elettriku ta’ Kurrent Dirett (DC), bil-konsum ta’ fjuwil minn sors estern.

ML22

 

“Fl-isfera pubblika”

Din tfisser “teknoloġija” jew “software” disponibbli mingħajr restrizzjonijiet għal aktar disseminazzjoni.

Nota:

Restrizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur ma jneħħux lit-“teknoloġija” jew lis-“software” milli jibqgħu “fl-isfera pubblika”.

ML9, 19

 

"Lejżer"

Oġġett li jipproduċi dawl koerenti fl-ispazju u fil-ħin permezz ta’ amplifikazzjoni b’emissjoni stimolata ta’ radjazzjoni.

ML17

 

“Librerija” (databażi teknika parametrika)

Ġabra ta’ informazzjoni teknika, li referenza għaliha tista’ ttejjeb il-prestazzjoni ta’ sistemi, tagħmir jew komponenti rilevanti.

ML10

 

“Vetturi eħfef mill-arja”

Balloons u “diriġibili” li jiddependu fuq arja sħuna jew gassijiet eħfef mill-arja bħal elju jew idroġenu biex jitilgħu.

“Mikroprogramm”

Sekwenza ta’ struzzjonijiet elementari li jinżammu f’ħażna speċjali, li l-eżekuzzjoni tagħhom tibda bl-introduzzjoni tal-istruzzjoni ta’ referenza tagħha f’reġistru ta’ struzzjonijiet.

ML17

 

“Reattur nukleari”

Jinkludi l-oġġetti fi jew imwaħħlin direttament ma’ reċipjent reattur, it-tagħmir li jikkontrolla l-livell ta’ potenza fil-qalba, u l-komponenti li normalment fihom jew jiġu f’kuntatt dirett ma’ jew jikkontrollaw il-likwidu għat-tkessiħ primarju tal-qalba tar-reattur.

ML8

 

“Prekursuri”

Sustanzi kimiċi ta’ speċjalità użati fil-manifattura ta’ splussivi.

ML 21, 22

 

“Produzzjoni”

Tfisser l-istadji kollha tal-produzzjoni, bħal: l-inġinerija, il-manifattura, l-integrazzjoni, l-assemblaġġ (immuntar), l-ispezzjoni, l-ittestjar, l-iżgurar tal-kwalità ta’ prodott.

 

 

“Programm”

Sekwenza ta’ struzzjonijiet sabiex jitwettaq jew jiġi kkonvertit proċess f’forma eżegwibbli minn kompjuter elettroniku.

ML8

 

“Propellanti”

Sustanzi jew taħlitiet li jirreaġixxu kimikament biex jipproduċu volumi kbar ta’ gassijiet jaħarqu b’rati kontrollati biex iwettqu xogħol mekkaniku.

ML4, 8

 

“Pirotekniku/ċi”

Taħlitiet ta’ fjuwils solidi jew likwidi u ossidaturi li, meta jitqabbdu, jgħaddu minn reazzjoni enerġetika qawwija b’rata kontrollata intenzjonati biex jipproduċu dewmien speċifiċi fil-ħin, jew kwantitajiet ta’ sħana, storbju, duħħan, dawl viżibbli jew radjazzjoni infraħamra. Il-piroforiċi huma subklassi tal-pirotekniċi, li ma jinkludux ossidanti iżda jaqbdu spontanjament mal-kuntatt mal-arja.

ML22

 

“Meħtieġa”

Kif applikata għat-“teknoloġija”, tirreferi biss għal dak il-porzjon ta’ “teknoloġija” li huwa partikolarment responsabbli biex jilħaq jew jeċċedi l-livelli kontrollati ta’ eżekuzzjoni, karatteristiċi jew funzjonijiet. “Teknoloġija”“meħtieġa” bħal din tista’ tkun kondiviża bejn prodotti differenti.

ML7

 

“Aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet”

Sustanzi li, taħt il-kondizzjonijiet mistennijin tal-użu għal finijiet ta’ kontroll tal-irvellijiet, jipproduċu rapidament fil-bnedmin irritazzjoni tas-sensi jew effetti fiżiċi li jiddiżabilitaw li jitilqu fi żmien qasir wara t-terminazzjoni tal-esponiment. (Il-gassijiet tad-dmugħ huma subsett ta’ “aġenti għall-kontroll tal-irvellijiet”.)

ML17

 

"Robot"

Mekkaniżmu għal manipulazzjoni, li jista’ jkun tal-varjetà mogħdija kontinwa (continuous path) jew punt għal punt, jista’ juża sensuri, u għandu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

a.

Huwa multifunzjonali;

b.

Huwa kapaċi li jippożizzjona jew jorjenta materjal, partijiet, għodod jew tagħmir speċjali permezz ta’ movimenti varjabbli fi spazju tridimensjonali;

c.

Jinkorpora tliet servoapparati, jew aktar, b’ċirkwit magħluq jew miftuħ, li jistgħu jinkludu muturi ta’ pass pass (stepping); kif ukoll

d.

Għandu "programmabbiltà aċċessibbli għall-utent" permezz tal-metodu għallem/irrepeti jew permezz ta' kompjuter elettroniku li jista' jkun kontrollur tal-loġika programmabbli, jiġifieri mingħajr intervent mekkaniku.

“programmabbiltà aċċessibbli għall-utent” tfisser il-faċilità li tawtorizza lill-utent biex idaħħal, jimmodifika jew jissostitwixxi “programmi” b’metodi għajr:

a.

Bidla fiżika fil-wajering jew l-interkonnessjonijiet; jew

b.

L-issettjar tal-funzjonijiet ta’ kontroll li jinkludu d-dħul ta’ parametri.

Nota

Id-definizzjoni ta' hawn fuq ma tinkludix it-tagħmir li ġej:

1.

Mekkaniżmi ta’ manipulazzjoni li huma kontrollabbli biss manwalment jew permezz ta’ teleoperatur;

2.

Mekkaniżmi ta’ manipulazzjoni b’sekwenza fissa li huma tagħmir li jiċċaqlaq awtomatizzat, li jaħdmu skont movimenti programmati ffissati mekkanikament. Il-programm huwa limitat mekkanikament b’waqfiet iffissati, bħal pinnijiet jew kammijiet. Is-sekwenza ta’ ċaqliq u s-selezzjoni tal-mogħdijiet jew angoli mhumiex varjabbli u ma jistgħux jinbidlu b’mezzi mekkaniċi, elettroniċi jew elettriċi;

3.

Mekkaniżmi ta’ manipulazzjoni ta’ sekwenza varjabbli mekkanikament ikkontrollata li huma tagħmir awtomatizzat li jiċċaqlaq, li joperaw skont movimenti programmati li huma ffissati mekkanikament. Il-programm huwa mekkanikament limitat b’waqfiet fissi iżda aġġustabbli, bħal pinnijiet jew kammijiet. Is-sekwenza tal-movimenti u l-għażla tal-mogħdijiet jew l-angoli huma varjabbli fil-limiti tad-disinn tal-programm fiss. Varjazzjonijiet jew modifiki tad-disinn tal-programm (eż. bidliet tal-pinnijiet jew skambji ta’ kammijiet) f’waħda mill-assi taċ-ċaqliq jew aktar jitwettqu biss permezz ta’ operazzjonijiet mekkaniċi;

4.

Mekkaniżmi ta’ manipulazzjoni ta’ sekwenza varjabbli mhux servokontrollati li huma tagħmir awtomatizzat li jiċċaqlaq, li joperaw skont movimenti programmati ffissati mekkanikament. Il-programm huwa varjabbli iżda s-sekwenza tipproċedi biss bis-sinjal binarju minn tagħmir binarju elettriku ffissat mekkanikament jew b’waqfiet aġġustabbli;

5.

Krejnijiet stacker definiti bħala sistemi għall-manipulazzjoni tal-koordinati Kartesjani manifatturati bħala parti integrali ta’ firxa vertikali ta’ tankijiet għall-ħażna u ddiżinjati biex jaċċessaw il-kontenuti ta’ dawn it-tankijiet għal ħażna jew ġbir.

ML11

 

“Sistema ta’ navigazzjoni bis-satellita”

Sistema li tikkonsisti minn stazzjonijiet fuq l-art, kostellazzjoni ta' satelliti, u riċevituri, li tippermetti li l-postijiet tar-riċevitur jiġu kkalkulati fuq il-bażi ta’ sinjali li jkunu waslu mis-satelliti. Din tinkludi Sistemi Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) u Sistemi Reġjonali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (RNSS).

ML4, 11, 21

 

"Software"

Kollezzjoni ta’ “programm” jew “mikroprogramm” wieħed jew aktar delimitati fi kwalunkwe medju tanġibbli ta’ espressjoni.

ML11

 

“Inġenji spazjali”

Satelliti u inġenji spazjali fuq missjoni ta’ tiftix attivi u passivi.

ML19

 

“Kwalifikat għall-ispazju”

Iddiżinjat, manifatturat, jew kwalifikat permezz ta’ testijiet b’suċċess, għall-operazzjoni f’għoli ta’ aktar minn 100 km ’il fuq mill-wiċċ tad-dinja.

Nota

Deċiżjoni li oġġett speċifiku jkun “kwalifikat għall-ispazju” permezz ta’ testijiet ma tfissirx li oġġetti oħra fl-istess linja ta’ produzzjoni jew sensiela ta’ mudelli jkunu “kwalifikati għall-ispazju” jekk ma jkunux ġew ittestjati individwalment.

ML20

 

“Superkonduttiv”

Tirreferi għal materjali (jiġifieri metalli, ligi jew komposti) li jistgħu jitilfu r-reżistenza elettrika kollha (jiġifieri li jistgħu jilħqu konduttività elettrika infinita u jġorru kurrenti elettriċi kbar ħafna mingħajr sħana Joule).

“Temperatura kritika” (xi kultant nirreferu għaliha bħala t-temperatura ta’ tranżizzjoni) ta’ materjal “superkonduttiv” speċifiku tfisser it-temperatura li fiha l-materjal jitlef ir-reżistenza kollha għall-fluss ta’ kurrent elettriku dirett.

Nota Teknika

L-istat “superkonduttiv” ta’ materjal huwa karatterizzat individwalment b’“temperatura kritika”, kamp manjetiku kritiku, li huwa funzjoni tat-temperatura, u densità ta’ kurrent kritika li hija, madankollu, funzjoni kemm tal-kamp manjetiku kif ukoll tat-temperatura.

ML22

 

“Teknoloġija”

Informazzjoni speċifika meħtieġa għall-"iżvilupp", il-"produzzjoni" jew l-"użu" ta’ prodott. L-informazzjoni tieħu l-għamla ta’ ‘data teknika’ jew ‘assistenza teknika’. “Teknoloġija” speċifikata għal dan l-Anness hija definita f’ML22.

Noti Tekniċi

1.

‘Data teknika’ tista’ tieħu forom bħal blueprints, pjanijiet, dijagrammi, mudelli, formoli, tabelli, disinni u speċifikazzjonijiet tal-inġinerija, manwali u struzzjonijiet bil-miktub jew irrekordjati fuq mezzi tal-informazzjoni oħrajn jew tagħmir bħal diski, tejps, u memorji li jinqraw biss (ROMs).

2.

‘Assistenza teknika’ tista’ tieħu l-forom bħal struzzjoni, ħiliet, taħriġ, tagħrif tax-xogħol, servizzi ta’ konsulenza. ‘Assistenza teknika’ tista’ tinvolvi t-trasferiment ta’ ‘data teknika’.

ML10

 

“Vettura tal-ajru mingħajr ekwipaġġ” (“UAV”)

Kwalunkwe “inġenju tal-ajru” li jista’ jibda titjira u jsostni t-titjira u n-navigazzjoni taħt kontroll mingħajr l-ebda preżenza umana abbord.

ML21

 

“Divulgazzjoni tal-vulnerabbiltà”

Il-proċess ta’ identifikazzjoni, rappurtar, jew komunikazzjoni tal-vulnerabbiltà, jew l-analiżi tagħha flimkien ma’ individwi jew organizzazzjonijiet responsabbli għat-twettiq jew il-koordinazzjoni ta’ rimedju bl-iskop li tinsab soluzzjoni għaliha.”


(1)  Lista Militari.

(2)  National Institute of Justice (USA) responsabbli mill-kategorizzazzjoni standard

(3)  National Institute of Justice (USA) responsabbli mill-kategorizzazzjoni standard