|
28.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 462/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2021/2320
tat-22 ta’ Diċembru 2021
li temenda r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 240(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Meta att għandu jiġi adottat mill-Kunsill b’maġġoranza kwalifikata, għandu jiġi vverifikat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu l-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 65 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni. |
|
(2) |
Dik il-perċentwali tiġi kkalkolata skont iċ-ċifri tal-popolazzjoni stipulati fl-Anness III għar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (“ir-Regoli ta’ Proċedura”) (1). |
|
(3) |
L-Artikolu 11(6) tar-Regoli ta’ Proċedura jipprevedi li, b’effett mill-1 ta’ Jannar ta’ kull sena, il-Kunsill għandu jemenda ċ-ċifri stipulati f’dak l-Anness, f’konformità mad-data disponibbli għall-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea fit-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ qabel. |
|
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regoli ta’ Proċedura jiġu emendati kif meħtieġ għas-sena 2022. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-Artikolu 240 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplika għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness III għar-Regoli ta’ Proċedura huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS III
Ċifri li jirrigwardaw il-popolazzjoni tal-Unjoni u l-popolazzjoni ta’ kull Stat Membru għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill
|
Stat Membru |
Popolazzjoni |
Perċentwali tal-popolazzjoni tal-Unjoni (%) |
|
Ġermanja |
83 120 520 |
18,57 |
|
Franza |
67 439 614 |
15,07 |
|
Italja |
59 862 348 |
13,38 |
|
Spanja |
47 394 223 |
10,59 |
|
Polonja |
37 840 001 |
8,45 |
|
Rumanija |
19 186 201 |
4,29 |
|
Netherlands |
17 617 840 |
3,94 |
|
Belġju |
11 566 041 |
2,58 |
|
Greċja |
10 682 547 |
2,39 |
|
Ċekja |
10 574 153 |
2,36 |
|
Żvezja |
10 370 000 |
2,32 |
|
Portugall |
10 298 252 |
2,30 |
|
Ungerija |
9 730 772 |
2,17 |
|
Awstrija |
8 926 000 |
1,99 |
|
Bulgarija |
6 916 548 |
1,55 |
|
Danimarka |
5 833 883 |
1,30 |
|
Finlandja |
5 527 493 |
1,24 |
|
Slovakkja |
5 459 781 |
1,22 |
|
Irlanda |
5 006 324 |
1,12 |
|
Kroazja |
4 036 355 |
0,90 |
|
Litwanja |
2 795 680 |
0,62 |
|
Slovenja |
2 108 977 |
0,47 |
|
Latvja |
1 893 223 |
0,42 |
|
Estonja |
1 330 068 |
0,30 |
|
Ċipru |
896 000 |
0,20 |
|
Lussemburgu |
633 347 |
0,14 |
|
Malta |
516 100 |
0,12 ”. |
|
UE 27 |
447 562 291 |
|
|
Livell limitu (65 %) |
290 915 489 |
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2022.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
G. DOVŽAN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).