|
17.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 454/19 |
DEĊIŻJONI (UE) 2021/2255 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-7 ta’ Diċembru 2021
dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2022 (BĊE/2021/54)
IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 128(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Diċembru 2015 dwar il-qafas proċedurali għall-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti tal-euro (BĊE/2015/43) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(9) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv sa mill-1 ta’ Jannar 1999 biex japprova l-volum ta’ muniti maħruġin mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (minn hawn ’il quddiem “Stati Membri taż-żona tal-euro”). |
|
(2) |
Id-19-il Stat Membru taż-żona tal-euro bagħtu lill-BĊE it-talbiet tagħhom għall-approvazzjoni tal-volum ta’ muniti li għandhom jinħarġu fl-2022, supplimentati minn noti ta’ spjegazzjoni dwar il-metodoloġija tat-tbassir. Uħud minn dawn l-Istati Membri pprovdew ukoll informazzjoni addizzjonali dwar muniti fiċ-ċirkolazzjoni, fejn din l-informazzjoni hija disponibbli u kkunsidrata importanti mill-Istati Membri kkonċernati biex tiġi ssostanzjata t-talba għall-approvazzjoni. |
|
(3) |
Peress li d-dritt tal-Istati Membri taż-żona tal-euro li joħorġu muniti tal-euro huwa soġġett għall-approvazzjoni mill-BĊE tal-volum tal-ħruġ, skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43), il-volumi approvati mill-BĊE ma jistgħux jinqabżu mill-Istati Membri taż-żona tal-euro mingħajr l-approvazzjoni minn qabel tal-BĊE. Skont l-Artikolu 2(9) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43), minħabba li ma hi meħtieġa l-ebda modifika tal-volum mitlub ta’ ħruġ ta’ muniti, il-Bord Eżekuttiv għandu s-setgħa li jadotta din id-deċiżjoni dwar it-talbiet għall-approvazzjoni annwali għall-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2022, ippreżentati mill-Istati Membri taż-żona tal-euro, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2332 (BĊE/2015/43).
Artikolu 2
Approvazzjoni tal-volum ta' muniti tal-euro li għandhom jinħarġu fl-2022
Il-BĊE b’dan japprova l-volum ta’ muniti tal-euro li għandhom jinħarġu mill-Istati Membri taż-żona tal-euro fl-2022 kif stabbilit fit-tabella li ġejja:
|
|
Volum ta' muniti tal-euro approvati għall-ħruġ fl-2022 |
||
|
Muniti għaċ-ċirkolazzjoni |
Muniti għall-kollezzjonisti (mhux intiżi għaċ-ċirkolazzjoni) |
Volum ta' ħruġ ta' muniti |
|
|
(EUR mijuni) |
(EUR mijuni) |
(EUR mijuni) |
|
|
Il-Belġju |
32,00 |
1,00 |
33,00 |
|
Il-Ġermanja |
371,00 |
212,00 |
583,00 |
|
L-Estonja |
13,90 |
0,33 |
14,23 |
|
L-Irlanda |
23,30 |
0,50 |
23,80 |
|
Il-Greċja |
101,70 |
0,62 |
102,32 |
|
Spanja |
159,80 |
30,00 |
189,80 |
|
Franza |
199,00 |
50,00 |
249,00 |
|
L-Italja |
166,26 |
2,74 |
169,00 |
|
Ċipru |
10,40 |
0,01 |
10,41 |
|
Il-Latvja |
10,30 |
0,15 |
10,45 |
|
Il-Litwanja |
20,00 |
0,77 |
20,77 |
|
Il-Lussemburgu |
11,50 |
0,40 |
11,90 |
|
Malta |
7,40 |
0,40 |
7,80 |
|
In-Netherlands |
49,70 |
0,30 |
50,00 |
|
L-Awstrija |
66,00 |
166,01 |
232,01 |
|
Il-Portugall |
30,50 |
2,00 |
32,50 |
|
Is-Slovenja |
21,00 |
1,00 |
22,00 |
|
Is-Slovakkja |
18,00 |
2,00 |
20,00 |
|
Il-Finlandja |
10,00 |
5,00 |
15,00 |
|
Total |
1 321,76 |
475,23 |
1 796,99 |
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum meta tiġi nnotifikata lid-destinatarji.
Artikolu 4
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta’ Diċembru 2021.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE