16.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 450/148


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/2242

tat-13 ta’ Diċembru 2021

li temenda d-Deċiżjoni 2009/908/UE li tistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill, u dwar il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-Kunsill

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2009/881/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni 2009/908/UE (2), il-Kunsill stabbilixxa miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2009/881/UE. Il-korpi preparatorji tal-Kunsill li mhumiex ippreseduti mill-Presidenza ta’ sitt xhur huma elenkati fl-Anness III għad-Deċiżjoni 2009/908/UE, kif previst fl-Artikolu 2, it-tielet subparagrafu, tad-Deċiżjoni 2009/881/UE.

(2)

Fid-dawl tan-natura konsultattiva kif ukoll tal-esperjenza u t-tip ta’ kompiti mwettqa mill-Kumitat taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u l-Innovazzjoni, jenħtieġ li dak il-kumitat jinżdied mal-lista ta’ korpi preparatorji li mhumiex ippreseduti mill-Presidenza ta’ sitt xhur.

(3)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2009/908/UE jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness III għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/908/UE, il-korp preparatorju segwenti jinżied mal-lista intitolata “Presidenti eletti”:

“Kumitat taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u l-Innovazzjoni”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  ĠU L 315, 2.12.2009, p. 50.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/908/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar l-eżerċizzju tal-Presidenza tal-Kunsill, u dwar il-presidenza tal-korpi preparatorji tal-Kunsill (ĠU L 322, 9.12.2009, p. 28).