15.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 448/67


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2233

tal-14 ta’ Diċembru 2021

li tapprova, f’isem l-Unjoni Ewropea, emendi tal-Annessi 10-A u 10-B tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore

(notifikata bid-dokument C(2021) 8893)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1875 tat-8 ta’ Novembru 2019 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore (“il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fil-21 ta’ Novembru 2019.

(2)

L-Artikolu 16.1 tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat għall-Kummerċ, li fost l-oħrajn, jista’ jikkunsidra emendi għall-Ftehim jew jemenda dispożizzjonijiet tal-Ftehim f’każijiet speċifikament previsti fil-Ftehim.

(3)

L-Artikolu 10.17.3 tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat għall-Kummerċ għandu jadotta deċiżjoni dwar l-elenkar fl-Anness 10-B (Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti) tal-Ftehim tal-ismijiet mill-Anness 10-A (Lista ta’ Ismijiet li jridu jiġu applikati għall-Ħarsien bħala Indikazzjonijiet Ġeografiċi fit-Territorji tal-Partijiet) għall-Ftehim hekk kif ikunu prattikabbli wara li l-proċeduri għall-ħarsien tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi jkunu ġew konklużi.

(4)

L-Artikolu 10.18 tal-Ftehim jipprevedi li l-Partijiet jaqblu dwar il-possibbiltà li tiġi emendata l-lista ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi għal inbejjed, spirti, prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel elenkati fl-Anness 10-B li jridu jiġu protetti minn kull Parti.

(5)

Ir-Repubblika ta’ Singapore temmet il-proċedura għall-ħarsien fit-territorju tagħha ta’ żewġ ismijiet (“Bardolino Superiore”, “Tiroler Speck”) li kienu elenkati fl-Anness 10-A tal-Ftehim u ġew applikati għall-ħarsien bħala Indikazzjonijiet Ġeografiċi tal-Unjoni.

(6)

Ir-Repubblika ta’ Singapore temmet il-proċedura għall-ħarsien fit-territorju tagħha ta’ isem wieħed (“Saint-Emilion Grand Cru”) li kienu elenkati fl-Anness 10-A tal-Ftehim u ġew applikati għall-ħarsien bħala Indikazzjonijiet Ġeografiċi tal-Unjoni.

(7)

Wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni sa mill-1 ta’ Jannar 2021, jenħtieġ li l-isem “Scotch Whisky” jitneħħa mill-ismijiet elenkati fl-Anness 10-B tal-Ftehim f'konformità mal-Artikolu 10.18 ta’ dak il-Ftehim.

(8)

L-isem “Polish Cherry” ma għadux protett fl-Unjoni u jenħtieġ li jitneħħa mill-Anness 10-A tal-Ftehim.

(9)

Konsegwentement, jenħtieġ li l-Annessi 10-A u 10-B tal-Ftehim jiġu emendati billi jiġu elenkati t-tliet ismijiet bħala Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti tal-Unjoni fl-Anness 10-B u jitneħħew tnejn minn dawk l-ismijiet mill-Anness 10-A. L-ismijiet “Scotch Whisky” u “Polish Cherry” jenħtieġ li jitneħħew ukoll mill-Anness 10-B u l-Anness 10-A rispettivament, kif stabbilit fl-abbozz ta’ Deċiżjoni mehmuż tal-Kumitat għall-Kummerċ u jenħtieġ li l-modifiki jiġu approvati f’isem l-Unjoni.

(10)

Sabiex l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 10.17.3 u 10.18 tal-Ftehim jiġu ssodisfati hekk kif ikun prattikabbli, ikun xieraq li din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-emendi tal-Annessi 10-A u 10-B tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore kif stabbiliti fl-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ, huma b’dan approvati f’isem l-Unjoni Ewropea.

L-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ huwa stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat tal-Kummerċ għandha tkun ibbażata fuq dan l-abbozz ta’ Deċiżjoni. Jista’ jintlaħaq qbil dwar bidliet żgħar fl-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat għall-Kummerċ mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kummissjoni.

Artikolu 2

Ir-rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea fil-Kumitat għall-Kummerċ huma awtorizzati biex jadotta d-deċiżjoni ta’ dak il-Kumitat f’isem l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Wara l-adozzjoni tagħha, d-Deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kummerċ għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Janusz WOJCIECHOWSKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1875 tat-8 ta’ Novembru 2019 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore (ĠU L 294, 14.11.2019, p. 1).


ANNESS

ABBOZZ TA’ DEĊIŻJONI Nru X / 2021 TAL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ UE-SINGAPORE

ta’ [data]

li temenda l-Annessi 10-A u 10-B tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore

IL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore, u b’mod partikolari l-Artikolu 10.17.3 u 10.18 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore (“il-Ftehim”) daħal fis-seħħ fil-21 ta’ Novembru 2019.

(2)

L-Artikolu 10.17.3 tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat għall-Kummerċ jadotta deċiżjoni dwar l-elenkar fl-Anness 10-B (Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti) tal-Ftehim tal-ismijiet mill-Anness 10-A (Lista ta' Ismijiet li jridu jiġu applikati għall-Ħarsien bħala Indikazzjonijiet Ġeografiċi fit-Territorji tal-Partijiet) għall-Ftehim hekk kif ikunu prattikabbli wara li l-proċeduri għall-ħarsien tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi jkunu ġew konklużi.

(3)

L-Artikolu 10.18 tal-Ftehim jipprevedi li l-Partijiet jaqblu fuq il-possibbiltà li tiġi emendata l-lista ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi għal inbejjed, spirti, prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel elenkati fl-Anness 10-B li jridu jiġu protetti minn kull Parti.

(4)

Ir-Repubblika ta' Singapore temmet il-proċedura għall-protezzjoni fit-territorju tagħha ta’ żewġ ismijiet (“Bardolino Superiore”, “Tiroler Speck”) li kienu elenkati fl-Anness 10-A tal-Ftehim u ġew applikati għall-protezzjoni bħala Indikazzjonijiet Ġeografiċi tal-Unjoni.

(5)

Ir-Repubblika ta' Singapore temmet il-proċedura għall-protezzjoni fit-territorju tagħha ta’ isem wieħed (“Saint-Emilion Grand Cru”) li ma kienx elenkat fl-Anness 10-A tal-Ftehim u saritlu applikazzjoni għall-protezzjoni bħala Indikazzjoni Ġeografika tal-Unjoni.

(6)

Skont l-Artikolu 10.18 tal-Ftehim, u wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni sa mill-1 ta’ Jannar 2021, jenħtieġ li l-isem “Scotch Whisky” jitneħħa mill-ismijiet elenkati fl-Anness 10-B tal-Ftehim.

(7)

L-isem “Polish Cherry” ma għadux protett fl-Unjoni u jenħtieġ li jitneħħa mill-Anness 10-A tal-Ftehim.

(8)

Konsegwentement, l-Annessi 10-A u 10-B tal-Ftehim jenħtieġ li jiġu emendati billi dawk it-tliet ismijiet addizzjonali jiġu elenkati fl-Anness 10-B bħala Indikazzjonijiet ġeografiċi protetti tal-Unjoni u billi jitneħħew tnejn minn dawk l-ismijiet mill-Anness 10-A. L-ismijiet “Scotch Whisky” u “Polish Cherry” jenħtieġ li jitneħħew ukoll mill-Anness 10-B u l-Anness 10-A rispettivament.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi 10-A u 10-B tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore jiġu sostitwiti bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.


ANNESS

“ANNESS 10-A

LISTA TA' ISMIJIET LI TRID ISSIRILHOM APPLIKAZZJONI GĦALL-PROTEZZJONI BĦALA INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI FIT-TERRITORJU TAL-PARTIJIET

TAQSIMA A

Indikazzjonijiet Ġeografiċi tal-Unjoni

 

Stat Membru

Indikazzjoni Ġeografika

Deskrizzjoni tal-Prodott jew Klassi tal-Prodott (1)

1.

Ir-Repubblika Ċeka

Budějovické pivo

Birer

2.

Ir-Repubblika Ċeka

Budějovický měšt'anský var

Birer

3.

Il-Ġermanja

Mittelrhein

Inbid

4.

Il-Ġermanja

Rheinhessen

Inbid

5.

Il-Ġermanja

Rheingau

Inbid

6.

Il-Ġermanja

Mosel

Inbid

7.

Il-Ġermanja

Franken

Inbid

8.

Il-Ġermanja

Bayerisches Bier

Birer

9.

Il-Ġermanja

Hopfen aus der Hallertau

Prodotti oħra tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar eċċ.) — Ħops

10.

Il-Ġermanja

Schwarzwälder Schinken

Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)

11.

Il-Ġermanja

Bremer Klaben

Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara

12.

Il-Ġreċja

Ρετσίνα Αττικής (Retsina of Attiki)

Inbid

13.

Il-Ġreċja

Σάμος (Samos)

Inbid

14.

Spanja

Utiel-requena

Inbid

15.

Spanja

Pacharán Navarro

Spirtu

16.

Spanja

Sierra Mágina

Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.) — Żejt taż-Żebbuġa

17.

Spanja

Aceite del Baix Ebre-Montsià / Oli del Baix Ebre-Montsià

Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.) — Żejt taż-Żebbuġa

18.

Spanja

Aceite del Bajo Aragón

Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.) — Żejt taż-Żebbuġa

19.

Spanja

Antequera

Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.) — Żejt taż-Żebbuġa

20.

Spanja

Priego de Córdoba

Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.) — Żejt taż-Żebbuġa

21.

Spanja

Sierra de Cadiz

Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.) — Żejt taż-Żebbuġa

22.

Spanja

Sierra de Segura

Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.) — Żejt taż-Żebbuġa

23.

Spanja

Sierra de Cazorla

Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.) — Żejt taż-Żebbuġa

24.

Spanja

Siurana

Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.) — Żejt taż-Żebbuġa

25.

Spanja

Aceite de Terra Alta / Oli de Terra Alta

Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.) — Żejt taż-Żebbuġa

26.

Spanja

Estepa

Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.) — Żejt taż-Żebbuġa

27.

Spanja

Guijuelo

Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.) — Prieżet

28.

Spanja

Jamón de Teruel

Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.) — Prieżet

29.

Spanja

Salchichón de Vic / Llonganissa de Vic

Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.) — Zalzett

30.

Spanja

Mahón-Menorca

Ġobon

31.

Spanja

Cítricos Valencianos / Cîtrics Valencians

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati — Ċitru

32.

Spanja

Jijona

Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u oġġetti oħrajn tal-furnara — Qubbajt

33.

Spanja

Turrón de Alicante

Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara

34.

Spanja

Azafrán de la Mancha

Prodotti oħra tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar eċċ.) — Żagħfran

35.

Franza

Moselle

Inbid

36.

Franza

Alsace

Inbid

37.

L-Italja

Pecorino Sardo

Ġobon

38.

L-Italja

Cappero di Pantelleria

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati

39.

L-Italja

Kiwi Latina

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati

40.

L-Italja

Lenticchia di Castelluccio di Norcia

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati

41.

L-Italja

Pesca e nettarina di Romagna

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati

42.

L-Italja

Pomodoro di Pachino

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati

43.

L-Italja

Dolcetto d'Alba

Inbid

44.

L-Italja

Campania

Inbid

45.

L-Italja

Il-Veneto

Inbid

46.

L-Awstrija

Steirischer Kren

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati

47.

Il-Polonja

Wódka ziołowa z Niziny Północnopodlaskiej aromatyzowana ekstraktem z trawy żubrowej / Herbal vodka from the North Podlasie Lowland aromatised with an extract of bison grass

Spirtu

48.

Il-Portugall

Bairrada

Inbid

49.

Il-Portugall

Alentejo

Inbid

50.

Ir-Rumanija

Cotnari

Inbid

51.

Ir-Rumanija

Coteşti

Inbid

52.

Ir-Rumanija

Panciu

Inbid

53.

Ir-Rumanija

Recaş

Inbid

54.

Ir-Rumanija

Odobeşti

Inbid

55.

Is-Slovakkja

Vinohradnícka oblasť Tokaj

Inbid

TAQSIMA B

Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ Singapore

ANNESS 10-B

INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI

TAQSIMA A

Indikazzjonijiet Ġeografiċi tal-Unjoni

 

Stat Membru

Indikazzjoni Ġeografika

Deskrizzjoni tal-Prodott jew Klassi tal-Prodott (2)

1.

Ċipru

Κουμανδαρία

Inbid

2.

Ċipru

Ζιβανία/Tζιβανία/

Ζιβάνα/Zivania

Spirtu

3.

Ir-Repubblika Ċeka

České pivo

Birer

4.

Ir-Repubblika Ċeka

Českobudějovické pivo

Birer

5.

Ir-Repubblika Ċeka

Žatecký chmel

Prodotti oħra tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar eċċ.) — Ħops

6.

Il-Ġermanja

Korn / Kornbrand (3)

Spirtu

7.

Il-Ġermanja

Münchener Bier

Birer

8.

Il-Ġermanja

Nürnberger Bratwürste / Nürnberger Rostbratwürste

Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.) — Zalzett

9.

Il-Ġermanja

Aachener Printen

Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara

10.

Il-Ġermanja

Nürnberger Lebkuchen

Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara

11.

Il-Ġermanja

Lübecker Marzipan

Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara

12.

Id-Danimarka

Danablu

Ġobon

13.

L-Irlanda

Irish Whiskey / Uisce Beatha Eireannach / Irish Whisky

Spirtu

14.

L-Irlanda

Irish cream

Spirtu

15.

Il-Ġreċja

Ούζο / Ouzo (4)

Spirtu

16.

Il-Ġreċja

Ελιά Καλαμάτας / Elia Kalamatas

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati — Żebbuġ tal-mejda

17.

Il-Ġreċja

Μαστίχα Χίου / Masticha Chiou

Gomom u rażi naturali — Ċuwingamm

18.

Il-Ġreċja

Φέτα / Feta

Ġobon

19.

Spanja

Málaga

Inbid

20.

Spanja

Rioja

Inbid

21.

Spanja

Jerez / Xérès / Sherry /

Jerez-Xérès-Sherry

Inbid

22.

Spanja

Manzanilla — Sanlúcar de Barrameda / Manzanilla

Inbid

23.

Spanja

La Mancha

Inbid

24.

Spanja

Cava

Inbid

25.

Spanja

Navarra

Inbid

26.

Spanja

Valencia

Inbid

27.

Spanja

Somontano

Inbid

28.

Spanja

Ribera del Duero

Inbid

29.

Spanja

Penedès

Inbid

30.

Spanja

Bierzo

Inbid

31.

Spanja

Empordà

Inbid

32.

Spanja

Priorat

Inbid

33.

Spanja

Rueda

Inbid

34.

Spanja

Rías Baixas

Inbid

35.

Spanja

Jumilla

Inbid

36.

Spanja

Toro

Inbid

37.

Spanja

Valdepeñas

Inbid

38.

Spanja

Cataluña / Catalunya

Inbid

39.

Spanja

Alicante

Inbid

40.

Spanja

Brandy de Jerez

Spirtu

41.

Spanja

Baena

Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.) — Żejt taż-Żebbuġa

42.

Spanja

L — es Garrigues

Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.) — Żejt taż-Żebbuġa

43.

Spanja

Jabugo

Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.) — Prieżet

44.

Spanja

Queso Manchego

Ġobon

45.

Franza

Beaujolais

Inbid

46.

Franza

Bordeaux

Inbid

47.

Franza

Bourgogne

Inbid

48.

Franza

Chablis

Inbid

49.

Franza

Champagne

Inbid

50.

Franza

Graves

Inbid

51.

Franza

Médoc

Inbid

52.

Franza

Saint-Emilion

Inbid

53.

Franza

Sauternes

Inbid

54.

Franza

Haut-Médoc

Inbid

55.

Franza

Côtes du Rhône

Inbid

56.

Franza

Languedoc / Coteaux du Languedoc

Inbid

57.

Franza

Côtes du Roussillon

Inbid

58.

Franza

Châteauneuf-du-Pape

Inbid

59.

Franza

Côtes de Provence

Inbid

60.

Franza

Margaux

Inbid

61.

Franza

Touraine

Inbid

62.

Franza

Anjou

Inbid

63.

Franza

Pays d'Oc

Inbid

64.

Franza

Val de Loire

Inbid

65.

Franza

Cognac

Spirtu

66.

Franza

Armagnac

Spirtu

67.

Franza

Calvados

Spirtu

68.

Franza

Comté

Ġobon

69.

Franza

Reblochon / Reblochon de Savoie

Ġobon

70.

Franza

Roquefort

Ġobon

71.

Franza

Camembert de Normandie

Ġobon

72.

Franza

Brie de Meaux

Ġobon

73.

Franza

Emmental de Savoie

Ġobon

74.

Franza

Pruneaux d'Agen

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati — Għanbaqar imsajjar u mnixxef

75.

Franza

Huîtres de Marennes Oléron

Ħut frisk, molluski, u krustaċji, u prodotti ġejjin minnhom — Gajdra

76.

Franza

Canard à foie gras du Sud-Ouest (Chalosse, Gascogne, Gers, Landes, Périgord, Quercy)

Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) — Papri

77.

Franza

Jambon de Bayonne

Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.) — Prieżet

78.

Franza

Huile d'olive de Haute-Provence

Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.) — Żejt taż-Żebbuġa

79.

Franza

Huile essentielle de lavande de Haute-Provence / Essence de lavande de Haute-Provence

Essential oil -Lavender

80.

Franza

Saint-Emilion Grand Cru

Inbid

81.

L-Italja

Aceto balsamico tradizionale di Modena

Prodotti oħra tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar eċċ.) — Zlazi

82.

L-Italja

Aceto balsamico di Modena

Prodotti oħra tal-Anness I tat-Trattat (ħwawar eċċ.) — Zlazi

83.

L-Italja

Cotechino Modena

Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)

84.

L-Italja

Zampone Modena

Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)

85.

L-Italja

Bresaola della Valtellina

Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)

86.

L-Italja

Mortadella Bologna

Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)

87.

L-Italja

Prosciutto di Parma

Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.) — Prieżet

88.

L-Italja

Prosciutto di San Daniele

Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.) — Prieżet

89.

L-Italja

Prosciutto Toscano

Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.) — Prieżet

90.

L-Italja

Provolone Valpadana

Ġobon

91.

L-Italja

Taleggio

Ġobon

92.

L-Italja

Asiago

Ġobon

93.

L-Italja

Fontina

Ġobon

94.

L-Italja

Gorgonzola

Ġobon

95.

L-Italja

Grana Padano

Ġobon

96.

L-Italja

Mozzarella di Bufala Campana

Ġobon

97.

L-Italja

Parmigiano Reggiano

Ġobon

98.

L-Italja

Pecorino Romano

Ġobon

99.

L-Italja

Pecorino Toscano

Ġobon

100.

L-Italja

Arancia Rossa di Sicilia

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati

101.

L-Italja

Mela Alto Adige / Südtiroler Apfel

Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati

102.

L-Italja

Grappa

Spirtu

103.

L-Italja

Chianti

Inbid

104.

L-Italja

Marsala

Inbid

105.

L-Italja

Asti

Inbid

106.

L-Italja

Barbaresco

Inbid

107.

L-Italja

Barolo

Inbid

108.

L-Italja

Acqui / Brachetto d'Acqui

Inbid

109.

L-Italja

Brunello di Montalcino

Inbid

110.

L-Italja

Vino nobile di Montepulciano

Inbid

111.

L-Italja

Bolgheri Sassicaia

Inbid

112.

L-Italja

Franciacorta

Inbid

113.

L-Italja

Lambrusco di Sorbara

Inbid

114.

L-Italja

Lambrusco Grasparossa di Castelvetro

Inbid

115.

L-Italja

Montepulciano d'Abruzzo

Inbid

116.

L-Italja

Soave

Inbid

117.

L-Italja

Sqallija

Inbid

118.

L-Italja

Toscano / Toscana

Inbid

119.

L-Italja

Conegliano — Prosecco / Conegliano Valdobbiadene — Prosecco / Valdobbiadene — Prosecco

Inbid

120.

L-Italja

Bardolino Superiore

Inbid

121.

L-Awstrija

Tiroler Speck

Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.) — Prieżet

122.

L-Ungerija

Tokaj / Tokaji

Inbid

123.

L-Ungerija

Törkölypálinka

Spirtu

124.

L-Ungerija

Pálinka

Spirtu

125.

L-Ungerija

Szegedi téliszalámi / Szegedi szalámi

Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)

126.

L-Awstrija

Jägertee / Jagertee / Jagatee

Spirtu

127.

L-Awstrija

Inländerrum

Spirtu

128.

Il-Polonja

Polska Wódka/Polish Vodka

Spirtu

129.

Il-Portugall

Queijo S. Jorge

Ġobon

130.

Il-Portugall

Madeira / Vinho da Madeira / Madère / Vin de Madère / Madeira Wine / Madeira Wein / Madera / Vino di Madera / Madeira Wijn

Inbid

131.

Il-Portugall

Porto / vinho do Porto / Port / Port Wine / vin de Porto / Oporto / Portvin / Portwein / Portwijn

Inbid

132.

Il-Portugall

Douro

Inbid

133.

Il-Portugall

Däo

Inbid

134.

Il-Portugall

Vinho Verde

Inbid

135.

Ir-Rumanija

Dealu Mare

Inbid

136.

Ir-Rumanija

Murfatlar

Inbid

137.

Ir-Rumanija

Târnave

Inbid

138.

Il-Finlandja

Suomalainen Vodka/ Finsk Vodka / Vodka tal-Finlandja

Spirtu

139.

Il-Finlandja

Suomalainen Marjalikööri /Suomalainen Hedelmälikööri / Finsk Bärlikör / Finsk Frutlikör / Finnish berry liqueur / Finnish fruit liqueur

Spirtu

140.

L-Iżvezja

Svensk Vodka/ Vodka Żvediża

Spirtu

TAQSIMA B

Indikazzjonijiet Ġeografiċi ta’ Singapore


(1)  Skont il-klassifikazzjoni tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi koperti mir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, kif stabbilit fl-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel.

(2)  Skont il-klassifikazzjoni tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi koperti mir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, kif stabbilit fl-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel.

(3)  Prodott tal-Ġermanja, l-Awstrija, il-Belġju (il-Komunità li titkellem bil-Ġermaniż).

(4)  Prodott tal-Greċja jew ta' Ċipru.