|
13.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 445/21 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/2198
tat-13 ta’ Diċembru 2021
li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(2) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333. |
|
(2) |
Fl-14 ta' Ottubru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (PESK) 2020/1483 (2), li ddeżinjat persuna waħda involuta f'atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Libja, u li għandha rabtiet mill-qrib, inkluż finanzjarji, mal-Grupp Wagner. |
|
(3) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-24 u l-25 ta' Ġunju 2021, il-Kunsill Ewropew ikkonferma l-impenn tiegħu għall-proċess ta' stabbilizzazzjoni tal-Libja taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti, u appella għal progress fid-djalogu politiku inklużiv u definit mil-Libjani u għall-irtirar mingħajr dewmien tal-forzi barranin u tal-merċenarji kollha. |
|
(4) |
Il-Kunsill jibqa' mħasseb dwar is-sitwazzjoni fil-Libja u b'mod partikolari dwar atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-pajjiż. |
|
(5) |
F'dan il-kuntest, jenħtieġ li persuna waħda involuta f'tali atti tinżdied mal-listi ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333. |
|
(6) |
Għalhekk l-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 huma emendati f'konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1483 tal-14 ta' Ottubru 2020 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 341, 15.10.2020, p. 16).
ANNESS
|
(1) |
Fl-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, taħt l-intestatura “A. Persuni”, tinżdied l-entrata li ġejja:
|
|
(2) |
Fl-Anness IV għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, taħt l-intestatura "A. Persuni", tinżdied l-entrata li ġejja:
|