13.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 445/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/2196
tat-13 ta’ Diċembru 2021
li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1). |
(2) |
Fid-dawl tal-involviment fl-Ukrajna tal-Grupp Wagner, entità militari privata mhux inkorporata bbażata fir-Russja, f’azzjonijiet li jipperikolaw u jheddu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, b’mod partikolari f’Donbas, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li jinżdiedu tliet persuni mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
(3) |
Għalhekk l-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jinżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).
ANNESS
Il-persuni li ġejjin jinżdiedu mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK:
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
“201. |
Dimitriy (Dimitry, Dmitri, Dmitry) Valerievich UTKIN (Дмитрий Валерьевич УТКИН) |
Pożizzjoni(jiet): Fundatur u Kmandant tal-Grupp Wagner; Kap Eżekuttiv ta’ Concord Management and Consulting Grad: Logutenent Kurunell (militar Russu) Sinjal tas-sejħa: Vagner/Wagner Data tat-twelid: 1.6.1970 jew 11.6.1970 ID tal-Grupp Wagner: M-0209 Post tat-twelid: Asbest, Sverdlovsk Oblast, ex USSR (ex Unjoni tar-Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi) (issa l-Federazzjoni Russa) Nazzjonalità: Russa Indirizz: Pskov, il-Federazzjoni Russa Ġeneru: maskil |
Dimitriy Utkin, eks uffiċjal tal-intelligence militari Russa (GRU), huwa l-fundatur tal-Grupp Wagner u huwa responsabbli għall-koordinazzjoni u l-ippjanar tal-operazzjonijiet għall-iskjerament tal-merċenarji tal-Grupp Wagner fl-Ukrajna. Fil-pożizzjoni ta’ kmand tiegħu fi ħdan il-Grupp Wagner, huwa kien personalment preżenti fuq il-post tal-ġlied fl-Ukrajna billi kkoordina u ppjana l-attivitajiet tal-membri ta’ Wagner. Minħabba l-pożizzjoni ta’ kmand tiegħu, huwa għalhekk responsabbli għal azzjonijiet li dgħajfu u heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u implimentahom b’mod attiv. |
13.12.2021 |
202. |
Denis Yurievich KHARITONOV (Денис Юрьевич ХАРИТОНОВ) |
Pożizzjoni(jiet): Viċi kap reġjonali tal-fergħa ta’ Astrakhan tal-Unjoni tal-Voluntiera ta’ Donbass; membru tad-Duma ta’ Astrakhan Oblast; merċenarju tal-Grupp Wagner Data tat-twelid: 16.3.1980 Post tat-twelid: Astrakhan Oblast, SFSR Russa Nazzjonalità: Russa Passaport: 76 2759110 Maħruġ minn MVD 30001 Data ta’ skadenza: 10.3.2030 Indirizz: Il-villaġġ ta’ Ilyinka, Astrakhan Oblast, il-Federazzjoni Russa Ġeneru: maskil |
Denis Kharitonov huwa viċi kap reġjonali tal-fergħa ta’ Astrakhan tal-Unjoni tal-Voluntiera ta’ Donbass, membru tad-Duma ta’ Astrakhan Oblast u merċenarju tal-Grupp Wagner. Huwa ġġieled f’Donbas fil-battaljun separatista ta’ Steppe, fejn ikkmanda platun ta’ kumpless ta’ missili kontra l-inġenji tal-ajru portabbli. Huwa ammetta li personalment waqqa’ ħelikopter Ukren u żewġ inġenji tal-ajru Su-25 waqt li kien qiegħed Donbas. Huwa rċieva l-Ordni tal-Mertu tal-Federazzjoni Russa għall-Patrija. Huwa rċieva wkoll premjijiet interni tal-Grupp Wagner kif ukoll premjijiet mill-kap tal-Unjoni tal-Voluntiera ta’ Donbas u eks Prim Ministru tal-hekk imsejħa Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk (DPR) Alexander Borodai (soġġett għal miżuri restrittivi abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK). B’hekk huwa appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
13.12.2021 |
203. |
Sergey Vladimirovich SHCHERBAKOV (Сергей Владимирович ЩЕРБАКОВ) |
Pożizzjoni(jiet): Impjegat freelance tal-GRU Russu u merċenarju tal-grupp Wagner Data tat-twelid: 21.7.1981 Nazzjonalità: Russa Indirizz: Possibbilment: Astrakhan, Kirovskiy rayon, Raskolnikova 11 app. 5, il-Federazzjoni Russa Ġeneru: maskil |
Sergey Shcherbakov huwa impjegat freelance tal-GRU Russu u merċenarju tal-Grupp Wagner. Huwa ġġieled f’Donbas għall-forzi separatisti favur ir-Russja bħala membru ta’ unità militari ta’ kumpless ta’ missili kontra l-inġenji tal-ajru portabbli fil-battaljun separatist ta’ Steppe favur ir-Russja li waqqgħu ħelikopter Ukren u żewġ inġenji tal-ajru Su-25 f’Donbas. B’hekk huwa appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
13.12.2021”. |